24.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/4


Avviż mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi fiż-żona ta' “Skołyszyn”

(2015/C 353/04)

Din il-proċedura tikkonċerna l-għoti ta’ konċessjonijiet għall-prospettar u/jew l-esplorazzjoni ta' depożiti ta' żejt u/jew ta' gass naturali fiż-żona ta' “Skołyszyn”, fil-provinċji ta' Małopolskie u Podkarpackie:

Isem

Nru tal-Blokk

Sistema ta’ koordinati PL-1992

X

Y

Skołyszyn

partijiet mill-blokok ta’ konċessjoni Nru 414 u Nru 415

219 733,92

619 454,87

221 404,67

679 600,42

212 143,88

679 908,95

211 064,14

643 905,34

210 523,09

619 421,78

L-applikazzjonijiet għandhom ikopru l-istess żona.

L-applikazzjonijiet għal konċessjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-uffiċċju ċentrali tal-Ministeru għall-Ambjent sa mhux iktar tard minn nofsinhar (12:00 CET/CEST) tal-aħħar jum tal-perjodu ta’ 90 jum li jibda fil-jum ta’ wara d-data ta’ pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-applikazzjonijiet li jaslu se jiġu vvalutati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

a)

it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet (50 %);

b)

il-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tal-applikant (40 %);

c)

it-tariffa proposta għat-twaqqif tad-drittijiet ta' użufrutt tal-minjieri (10 %).

It-tariffa minima għat-twaqqif tad-drittijiet ta' użufrutt tal-minjieri għaż-żona ta' “Skołyszyn” hija:

a)

għall-prospettar ta' depożiti ta' żejt u/jew ta' gass naturali:

—

tul perjodu bażi ta’ tliet snin PLN 64 157,70 fis-sena;

—

għar-raba’ u għall-ħames sena ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri PLN 76 989,23 fis-sena;

—

għas-sitt sena u għas-snin sussegwenti ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri PLN 89 820,77 fis-sena;

b)

għall-esplorazzjoni ta' depożiti ta' żejt u/jew ta' gass naturali:

—

tul perjodu bażi ta’ tliet snin PLN 128 315,39 fis-sena;

—

għar-raba’ u għall-ħames sena ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri PLN 153 978,47 fis-sena;

—

għas-sitt sena u għas-snin sussegwenti ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri PLN 179 641,55 fis-sena;

c)

għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta' depożiti ta' żejt u/jew ta' gass naturali:

—

tul perjodu bażi ta’ ħames snin PLN 128 315,39 fis-sena;

—

għas-sitt, is-seba’ u t-tmien sena ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri PLN 153 978,47 fis-sena;

—

għad-disa’ sena u għas-snin sussegwenti ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri PLN 179 641,55 fis-sena.

Il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-applikazzjonijiet se titlesta fi żmien sitt xhur wara l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet. L-applikanti jiġu mgħarrfa dwar ir-riżultat tal-proċedura permezz ta' notifika bil-miktub.

L-applikazzjonijiet għandhom jitfasslu bil-Pollakk.

L-awtorità tal-liċenzjar imbagħad tagħti konċessjonijiet għall-prospettar u/jew l-esplorazzjoni ta' depożiti ta' żejt u/jew ta' gass naturali fiż-żona ta' “Skołyszyn” lill-applikant li jintgħażel wara li tqis l-opinjoni tal-awtoritajiet rilevanti, u wara tikkonkludi kuntratt ta' użufrutt tal-minjieri miegħu.

Sabiex ikun jista’ jwettaq attivitajiet li jinvolvu l-prospettar jew l-esplorazzjoni ta' depożiti ta' idrokarburi fil-Polonja, operatur għandu jkollu kemm drittijiet ta’ użufrutt tal-minjieri kif ukoll konċessjoni.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

Ministry of the Environment

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych (Geology and Geological Concessions Department)

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa

POLSKA/POLAND

Għal aktar tagħrif, ikkonsulta:

—

is-sit web tal-Ministeru għall-Ambjent: www.mos.gov.pl

—

Geology and Geological Concessions Department

Ministry of the Environment

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa

POLSKA/POLAND

Tel. +48 223692449,

Faks +48 223692460

Posta elettronika: dgikg@mos.gov.pl