Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu ‑ Nuqqas milli jadotta, fit‑terminu previst, id‑dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad‑Direttiva 2005/56/KE tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tas‑26 ta’ Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata [b’kapital azzjonarju] (ĠU L 310, p. 1).
Dispożittiv
1) Billi ma adottatx, fit‑terminu previst, il‑liġijiet, ir‑regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad‑Direttiva 2005/56/KE tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tas‑26 ta’ Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata, ir‑Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l‑obbligi tagħha taħt l‑ewwel paragrafu tal‑Artikolu 19 ta’ din id‑direttiva.
2) Ir‑Repubblika Ellenika hija kkundannata għall‑ispejjeż.