Sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (It‑Tmien Awla) tat‑23 ta’ April 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il‑Greċja
(Kawża C‑493/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2005/56/KE – Mergers transkonfinali ta’ kumpanniji b’kapital azzjonarju – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit‑terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal‑mertu mill‑Qorti tal‑Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl‑iskadenza tat‑terminu stabbilit mill‑opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l‑punt 8)
Suġġett
| Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu ‑ Nuqqas milli jadotta, fit‑terminu previst, id‑dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad‑Direttiva 2005/56/KE tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tas‑26 ta’ Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata [b’kapital azzjonarju] (ĠU L 310, p. 1). |
Dispożittiv
|
1) |
Billi ma adottatx, fit‑terminu previst, il‑liġijiet, ir‑regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad‑Direttiva 2005/56/KE tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tas‑26 ta’ Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata, ir‑Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l‑obbligi tagħha taħt l‑ewwel paragrafu tal‑Artikolu 19 ta’ din id‑direttiva. |
|
2) |
Ir‑Repubblika Ellenika hija kkundannata għall‑ispejjeż. |