1995R1238 — MT — 01.01.2016 — 009.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 1238/95 tal-31 ta’ Mejju 1995 (ĠU L 121 1.6.1995, p. 31) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 329/2000 tal-11 Frar 2000 |
L 37 |
19 |
12.2.2000 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 569/2003 tat-28 ta’ Marzu 2003 |
L 82 |
13 |
29.3.2003 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1177/2005 ta' l-20 ta' Lulju 2005 |
L 189 |
26 |
21.7.2005 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2039/2005 ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005 |
L 328 |
33 |
15.12.2005 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 572/2008 tad-19 ta’ Ġunju 2008 |
L 161 |
7 |
20.6.2008 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 510/2012 tal-15 ta’ Ġunju 2012 |
L 156 |
38 |
16.6.2012 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 623/2013 tas-27 ta’ Ġunju 2013 |
L 177 |
20 |
28.6.2013 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1294/2014 tal-4 ta' Diċembru 2014 |
L 349 |
30 |
5.12.2014 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2206 tat-30 ta' Novembru 2015 |
L 314 |
22 |
1.12.2015 |
|
Ikkoreġut b'
|
NB: Din il-verżjoni konsolidata tinkludi referenzi għall-unità Ewropea ta’ kont u/jew l-eku, li mill-1 ta’ Jannar 1999 għandha tinftiehem bħala referenza għall-euro – Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3308/80 (ĠU L 345, ta’ l-20.12.1980, p. 1) u r- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 (ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1). |
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 1238/95
tal-31 ta’ Mejju 1995
li jistabbilixxi r-regoli ta’ l-implimentazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 rigward il-piżijiet pagabbli lill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunita Ewropea,
Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 rigward id-drittijiet Komunitarji dwar il-varjetajiet tal-pjanti (ir-Regolament Bażiku) ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,
Billi r-Regolament (KE) Nru 2100/94 irid jiġi implimentat mill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (L-Uffiċċju); billi l-introjtu ta’ l-Uffiċċju għandu fil-prinċipju jkun biżżejjed għalbiex jibbilanċja l-estimi finanzjarji ta’ l-Uffiċċju; billi dawn l-introjti għandhom ikunu jistgħu jiġu akkwistati mill-piżijiet li jridu jitħallsu għall-atti uffiċjali dikjarati fir-Regolament Bażiku u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1239/95 tal-31 ta’ Mejju 1995 li jistabbilixxi r-regoli ta’ l-implimentazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 rigward il-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet talPjanti ( 2 ) (ir-Regolament tal-Proċedimenti) kif ukoll bil-piżijiet annwali li jitħallsu għat-tul taż-żmien ta’ dritt Komunitarju għall-varjetà ta’ pjanta;
Billi sussidju mill-estimi finanzjarji ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej jistgħu jkopru n-nefqa fuq il-fażi tal-bidu tal-ħidmiet ta’ l-Uffiċċju għall-perjodu transitorju taż-żmien iddefinit fl-Artikolu 113(3)(b) tar-Regolament; billi estensjoni ta’ dan il-perjodu taż-żmien għal sena bis-saħħa ta’ l-istess dispożizzjoni;
Billi din l-estensjoni tal-perjodu transitorju taż-żmien għandha tiġi kunsidrata jekk ma tkunx inkisbet esperjenza biżżejjed sabiex jiġu fissati livelli raġjonevoli tal-piżijiet li jiżguraw il-prinċipju tal-finanzjament minnu nnifsu filwaqt li ssalva l-attrazzjoni tas-sistema Komunitarja dwar il-protezzjoni tal-varjetajiet tal-pjanti; billi din l-esperjenza tista’ tinkiseb biss billi jiġu osservati n-numru ta’ l-applikazzjonijiet għal dritt Komunitarju ta’ varjetà ta’ pjanta, l-ispejjeż imħallsa lill-Uffiċċji ta’ Eżamijiet u t-tul attwali taż-żmien konċess lid-drittijiet Komunitarji għall-varjetà tal-pjanti;
Billi l-livell tal-piżijiet għandu jkun imsejjes fuq il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda fi ħdan l-Uffiċċju, u b’mod partikolari l-impatt ekonomiku u l-effettività taħt il-profil tal-ġestjoni u ta’ l-ispejjeż;
Billi, fl-interessi tal-maniġġjar simplifikat mill-personal ta’ l-Uffiċċju, għandhom mhux biss jiġu sabbiliti l-piżijiet, imma wkoll imposti u mħallsa fl-istess unità ta’ munita korrenti kif użata għall-estimi finanzjarji ta’ l-Uffiċċju;
Billi l-piż ta’ l-applikazzjoni għandu jkun piż uniformi li jkopri biss l-ipproċessar ta’ applikazzjoni għal dritt Komunitarju ta’ varjetà ta’ pjanta magħmula rigward kull speċie mogħtija ta’ pjanta;
Billi l-limitu taż-żmien għall-ħlas tal-piż ta’ l-applikazzjoni skond l-Artikolu 51 tar-Regolament Bażiku għandu jiġi kunsidrat bħala l-perjodu taż-żmien bejn l-atti meħtieġa għall-ħlas u l-irċevuta attwali ta’ dan il-ħlas mill-Uffiċċju, b’mod partikolari l-ħtieġa għall-irkupru bil-ħeffa ta’ l-ispejjez diġà miġrura mill-Uffiċċju fuq in-naħa l-waħda u sabiex jiġi faċilitat l-inkartament ta’ l-applikazzjonijiet fid-dawl tal-possibiltà ta’ distanzi kbar bejn l-applikant u l-Uffiċċju, fuq in-naħa l-oħra;
Billi t-total tal-piżijiet ta’ l-eżami li huma imposti għal eżami tekniku għandu, fil-prinċipju, jibbilanċja l-piżijiet totali li jridu jitħallsu mill-Uffiċċju lill-Uffiċċji kollha ta’ Eżamijiet; billi l-ispejjez għall-manteniment tal-ġabra ta’ riferiment ma għandhomx bi ħtieġa jkunu koperti għal kollox bil-piżijiet imposti ta’ l-ezamijiet; billi l-livell tal-piż ta’ l-eżami għandu jvarja bejn tliet gruppi ta’ speċie ta’ pjanti fid-dawl ta’ l-esperjenza disponibbli mill-arranġamenti nazzjonali eżistenti għall-protezzjoni tal-varjeta tal-pjanti;
Billi l-piżijiet annwali għat-tul taż-żmien tad-dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta għandhom jikkostitwixxu sors miżjud ta’ l-introjtu għall-Uffiċċju, iżda għandhom, inter alia, ikopru l-ispejjez li għandhom x’jaqsmu mal-verifika teknika tal-varjetajiet wara l-konċessjoni ta’ dritt Komunitarju għall-varjetà tal-pjanti u, b’konsegwenza ta’ dan, għandhom isegwu l-aggruppament stabbilit għall-piżijiet ta’ l-eżami;
Billi l-piż ta’ l-appell għandu jkun uniformi sabiex ikopri l-komponenti ewlenin ta’ l-ispiża li għandha x’taqsam mal-proċeduri ta’ l-appell, bl-eċċezzjoni ta’ l-ispejjez li għandhom x’jaqsmu ma’ eżami tekniku skond l-Artikoli 55 u 56 tar-Regolament Bażiku jew ta’ kull smigħ ta’ xhieda; billi żewġ dati differenti għall-ħlasijiet għandhom iservu bħala inċentiv lill-appellanti sabiex jikkunsidraw mill-ġdid l-appell tagħhom fid-dawl tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Uffiċċju skond l-Artikolu 70(2) tar-Regolament Bażiku;
Billi piżijiet oħra rigward talbiet speċifiċi għandhom fil-prinċipju jkopru l-ispejjeż li jkunu miġrura waqt il-proċessar tagħhom mill-Uffiċċju, inkluz it-teħid ta’ deċiżjonijiet fuq dawn it-talbiet;
Billi sabiex jiżgura l-flessibiltà fil-ġestjoni ta’ l-ispejjez, il-President ta’ l-Uffiċċju għandu jingħata l-poter li jistabbilixxi l-piżijiet li jridu jitħallsu għar-rapporti ta’ l-eżamijiet li jkunu diġà jeżistu fid-data ta’ l-Applikazzjoni u li ma jkunux disponibbli lill-Uffiċċju, u għal servizzi speċifiċi mogħtija;
Billi jistgħu jiġu imposti ħlasijiet ogħla min-normal sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż mhux meħtieġa għall-Uffiċċju li jinħolqu min-nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa ta’ applikanti partikolari għad-drittijiet Komunitarji tal-varjetajiet tal-pjanti, jew il-pussessuri tagħhom;
Billi fid-dawl ta’ l-Artikolu 117 tar-Regolament Bażiku, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli;
Billi ġie konsultat il-Kunsill Amministrattiv ta’ l-Uffiċċju;
Billi d-dispożizzjonijiet li ġew provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar id-Drittijiet tal-Varjetajiet tal-Pjanti,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Skop
1. Il-piżijiet mistħoqqa lill-Uffiċċju, kif ipprovvdut fir-Regolament Bażiku u fir-Regolament tal-Proċeduri, għandhom ikunu imposti skond dan ir-Regolament.
2. Il-piżijiet dovuti lill-Uffiċċju għandhom ikunu stabbiliti, imposti u mħallsa ►M5 ewro ◄ .
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal kull impost miżjud, mistħoqq lill-Uffiċċju.
4. Id-dettalji tal-piżijiet li jistgħu jiġu imposti mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Bażiku jew ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu regolati bir-regoli nazzjonali rilevanti ta’ l-Istati Membri interessati.
5. Meta l-President ta’ l-Uffiċċju jingħata l-poter u l-manjiera li fihom iridu jiħallsu, dawn id-deċiżjonijiet għandhom jiġu ppublikati fuq il-Gazzetta Uffiċjali ta’ l-Uffiċċju.
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Għal kull materja individwali, parti għall-proċedimenti kif speċifikat fir-Regolament tal-Proċedimenti għandha tkun obbligata li tħallas il-piżijiet jew l-imposti miżjuda. Fil-kaz ta’ numru ta’ partijiet għall-proċedimenti li jaġixxu flimkien jew f’isimhom jiġi segwit kors komuni ta’ azzjoni, kull parti għandha tkun disponibbli għal dan il-ħlas bħala debitur konġunt.
2. Għajr jekk ipprovvdut xorta oħra f’dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju, inkluz dispożizzjonijiet rigward l-ilsna, kif stabbiliti fir-Regolament Bażiku u r-Regolament tal-Proċedimenti.
Artikolu 3
Il-metodu tal-ħlas
1. Il-piżijiet u l-impost miżjuda mistħoqqa lill-Uffiċċju għandhom jitħallsu bit-trasferiment fil-kont tal-bank miżmum mill-Uffiċċju.
2. Il-President ta’ l-Uffiċċju jista jippermetti l-għamliet alternattivi ta’ ħlas li ġejjin skond ir-regoli dwar il-metodi tax-xogħol li għandhom jiġu stabbiliti skond l-Artikolu 36(1)(d) tar-Regolament Bażiku:
(a) il-kunsinna jew l-għotja ta' ċekkijiet li jitħallsu f'euro lill-Uffiċċju;
(b) it-trasferiment f'ewro f'kont ġiro miżmum mill-Uffiċċju;
(ċ) il-ħlas f'kont miftuħ miżmum f'ewro mill-Uffiċċju; jew
(d) ħlas b'mezzi elettroniċi, b'kard tal-ħlas jew b'debitu dirett.
Artikolu 4
Id-data trid tiġi meqjusa bħala d-data li fiha jiġi rċevut il-ħlas
1. Id-data li fiha ħlas ta’ piżijiet ta’ imposti miżjuda għandhom jiġu kunsidrati li ġew rċevuti mill-Uffiċċju għandha tkun id-data li fiha l-ammont tat-trasferiment referit fl-Artikolu 3(1) jiddaħħal f’kont bankarju miżmum mill-Uffiċċju.
2. Meta l-President ta’ l-Uffiċċju jippermetti għamliet oħra ta’ ħlas skond l-Artikolu 3(2), għandu fl-istess waqt jinkludi wkoll fil-kundizzjonijiet id-data li trid tiġi meqjusa bħala d-data li fiha l-ħlas ikun ġie rċevut.
3. Fejn jitqies li l-ħlas ma jkunx ġie riċevut mill-Uffiċju fil-limitu ta’ żmien meħtieġ, dak il-limitu ta’ żmien għandu jitqies li jkun ġie osservat vis-à-vis l-Uffiċju fejn tiġi prodotta xhieda dokumentata suffiċjenti f’dak il-limitu ta’ żmien li turi li l-persuna li tagħmel il-ħlas tkun debitament tat ordni lill-stabbiliment bankarju jew uffiċju postali biex jittrasferixxi l-ammont tal-ħlas f’ewro għall-kont bankarju miżmum mill-Uffiċju f’dak il-limitu ta’ żmien.
▼M2 —————
5. Xhieda dokumentata għndha titqies bħala suffiċjenti skond it-tifsira tal-punt 3 fejn konferma tal-provvista ta’ l-ordni tat-trasferiment, maħruġa minn stabbiliment bankarju jew uffiċju tal-posta tiġi prodotta. Iżda, fejn it-trasferiment ordnat kien trasferiment li juża l-metodu ekettroniku ta’ ħlas bankarju SWIFT, il-konferma tal-provvista ta’ l-ordni tat-trasferiment għandha tieħu l-forma ta’ kopja tar-rapport SWIFT, ittimbrat u ffirmat minn uffiċjal debitament awtorizzat tal-bank jew uffiċju tal-posta.
Artikolu 5
L-isem tal-persuna li tagħmel il-ħlas u l-iskop tal-ħlas
1. Persuna li tagħmel ħlas tal-piżijiet jew ta’ l-imposti miżjuda għanda tindika bil-kitba isimha u l-iskop ta’ dan il-ħlas.
2. Jekk l-Uffiċċju ma jistax jistabilixxi l-iskop tal-ħlas, għandu jeħtieġ lill-persuna li tkun għamlet il-ħlas li tgħarrafa bih bil-kitba fi żmien xahrejn. Jekk l-iskop ma jiġix indikat f’dan il-perjodu taż-żmien, il-ħlas jiġi meqjus li ma jkunx sar u għandu jiġi rifjutat lill-persuna li tkun għamlitu.
3. Jekk wara li tintalab l-informazzjoni mill-bank ikkonċernat, l-identità tal-persuna li tagħmel il-ħlas ma tkunx tista' tiġi kkonfermata u ma tkunx tista' ssir rifużjoni tal-ammont lil xi persuna partikolari, l-ammont għandu jitqies bħala dħul ieħor fl-iskadenzi mniżżla fid-dispożizzjonijiet finanzjarji interni tal-Uffiċċju msemmi fl-Artikolu 112 tar-Regolament Bażiku u adottat mill-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju.
Artikolu 6
Il-ħlas mhux biżżejjed
Limitu ta’ żmien għall-ħlas tal-piżijiet jew ta’ l-imposti miżjuda għandu, fil-prinċipju, jittieħed li jkun ġie osservat biss jekk l-ammont sħiħ tal-piż jew ta’ l-imposta miżjuda jkunu ġew imħallsa fiż-żmien stabbilit. Jekk il-piżijiet jew l-imposti miżjuda ma’ jitħallsux fl-intier tagħhom, l-ammont li jkun ġie mħallas għandu jiġi rifjutat wara li jkun skada kull limitu taż-żmien tal-ħlas. L-Uffiċċju jista ’, madankollu, meta jiġi kunsidrat bħala ġustifikat, jagħlaq għajnejh dwar kull nuqqas żgħir, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-persuna li tagħmel il-ħlas.
Artikolu 7
Il-piż ta’ l-applikazzjoni
1. L-applikant għal Dritt ta' Varjetajiet ta' Pjanti fil-Komunità (“l-applikant”) għandu jħallas tariffa ta' EUR 450 għall-ipproċessar ta' applikazzjoni ppreżentata b'mezzi elettoniċi mill-formola fuq il-web, li ssir mis-sistema ta' applikazzjoni onlajn tal-Uffiċċju.
L-applikant għandu jħallas tariffa ta' EUR 650 għall-ipproċessar ta' applikazzjoni ppreżentata b'mezzi oħra li ma jinkludux is-sistema ta' applikazzjoni onlajn tal-Uffiċċju.
2. L-applikant għandu jieħu l-passi meħieġa għall-ħlasijiet tat-tariffa fuq l-applikazzjoni, skont l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, qabel jew fid-data li l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata direttament fl-Uffiċċju jew f'wieħed mill-Uffiċċji sekondarji stabbiliti jew fl-aġenziji nazzjonali responsabbli skont l-Artikolu 30(4) tar-Regolament Bażiku.
3. Jekk il-ħlas tal-piż ta’ l-applikazzjoni ikun kkunsidrat li ma giex irċevut fl-istess żmien li tkun ġiet rċevuta l-applikazzjoni mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jispeċifika, skond l-Artikolu 51 tar-Regolament Bażiku, perjodu taż-żmien ta’ ġimagħtejn li fih id-data formali ta’ l-applikazzjoni, assenjata skond l-Artikolu 51 imsemmi hawn fuq, ma għandhiex tkun affettwata; talba ġdida għall-ħlas kif iprovvdut fl-Artikolu 83(2) tar-Regolament Bażiku ma tkunx maħruġa lill-applikant qabel l-egħluq tal-perjodu taż-żmien.
4. Jekk il-ħlas tal-piż ta’ applikazzjoni ikun kunsidrat li ma ġiex irċevut fiż-żmien speċifikat skond il-paragrafu 3, id-data tal-irċevuta tal-ħlas għamdha tiġi ttrattata bħala d-data ta’ l-applikazzjoni għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 51 tar-Regolament Bażiku.
5. Il-paragrafu 4 m’għandux japplika meta l-applikazzjoni tkun akkumpanjata minn xhieda suffiċjenti dokumentata li turi li l-persuna li tkun għamlet il-ħlas tkun debitament tat ordni lil stabbiliment bankarju jew uffiċju postali biex jittrasferixxi l-ammont ta’ ħlas f’ewro f’kont bankarju miżmum mill-Uffiċju; l-Artikolu 4(5) għandu japplika mutatis mutandis.
6. Sakemm il-ħlas tal-piż ta’ l-applikazzjoni jkun kunsidrat li ma ġiex irċevut mill-Uffiċċju, dan m’ għandux jippubblika l-applikazzjoni interessata u għandu jiddiferixxi l-eżami tekniku.
7. Meta titħallas it-tariffa fuq l-applikazzjoni iżda l-applikazzjoni ma tkunx valida skont l-Artikolu 50 tar-Regolament Bażiku, l-Uffiċċju għandu jżomm EUR 150 mit-tariffa fuq l-applikazzjoni u jagħti rifużjoni tal-bqija meta javża lill-applikant bin-nuqqasijiet li jkunu nstabu fl-applikazzjoni.
Artikolu 8
Il-ħlasijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-eżami tekniku
1. It-tariffi fuq l-arranġament u t-twettiq tal-eżami tekniku ta' varjetà li tkun is-suġġett ta' applikazzjoni għal (tariffa fuq l-eżami) għad-dritt ta' varjetà tal-pjanti fil-Komunità, għandhom jitħallsu skont l-Anness I għal kull perjodu ta' tkabbir li jinbeda. Fil-kaz tal-varjetajiet li għalihom irid jintuża ripetutament materjal b'komponenti speċifiċi għall-produzzjoni tal-materjal, għandha titħallas it-tariffa fuq l-eżami stabbilita fl-Anness I rigward din il-varjetà u għal kull komponent li dwaru ma jkunx hemm deskrizzjoni uffiċjali u li jrid jiġi eżaminat ukoll.
2. Il-piż ta’ l-eżami għall-ewwel perjodu taż-żmien tat-tkabbir għandu jkun mistħoqq u mħallas mhux aktar tard ►M1 ————— ◄ mid-data tal-egħluq ta’ meta jkun ġie rċevut il-materja ta’ l-eżami tekniku.
3. Il-piż ta’ l-eżamin għal kull perjodu sussegwenti taż-żmien tat-tkabbir għandu jkun mistħoqq u mħallas sa mhux aktar tard minn xahar qabel id-data ta’ dan il-perjodu taż-żmien sakemm l-Uffiċċju ma jiddeċedix xorta oħra.
4. Il-President ta’ l-Uffiċċju għandu jippubblika d-dati għall-ħlas għall-piżijiet ta’ l-eżami fil-Gazzetta Uffiċjali ta’ l-Uffiċċju.
5. Fil-kaz ta’ rapport ta’ eżami dwar ir-riżultati ta’ eżami tekniku li jkun diġà twettaq, skond l-Artikolu 27 tar- ►M1 Regolament tal-Proċedimenti ◄ , qabel id-data ta’ l-applikazzjoni skond l-Artikolu 51 tar-Regolament Bażiku, għandu jkun mistħoqq piż amministrattiv f’dak il-limitu taż-żmien kif l-Uffiċċju jispeċifika.
L-ammont ta' dik it-tariffa għandu jkun determinat mill-President tal-Uffiċċju wara konsultazzjoni mal-Kunsill Amministrattiv u għandu jiġi ppubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Uffiċċju.
Artikolu 9
Il-piż annwali
1. L-Uffiċċju għandu jimponi piż ta’ EUR 250 fuq detentur ta’ dritt Komunitarju għall-varjetà tal-pjanta (“id-detentur”) għal kull sena tal-perjodu taż-żmien tad-dritt Komunitarju għall-varjetà tal-pjanta (“piż annwali”), kif imsemmi fl-Artikolu 113(2)(d) tar-Regolament Bażiku.
2. Il-ħlas tat-tariffa annwali għandu jkun dovut:
(a) b’relazzjoni ma’ l-ewwel sena tat-terminu ta’ dritt tal-Komunità ta’ varjetà ta’ pjanti, fi żmien 60 jum mid-data ta’ l-għoti tad-dritt; u
(b) b’relazzjoni tas-snin sussegwenti tat-terminu tad-dritt tal-Komunità ta’ varjetà ta’ pjanti, fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar kalendarju li jiġi qabel ix-xahar li fih jiġi l-anniversarju tad-data mogħtija.
3. L-Uffiċċju għandu joħroġ lill-pussessur talba li jkun fiha s-suġġett tal-ħlas, l-ammont mistħoqq, id-data tal-ħlas, u tagħrif dwar il-possibbiltà ta’ impost miżjud skond l-Artikolu 13(2)(a).
4. L-Uffiċċju ma għandu jirrifondi l-ebda ħlas li jkun ġie effettwat sabiex jinżamm fis-seħħ id-dritt Komunitarju għall-varjeta tal-pjanti.
Artikolu 10
Il-piżijiet għall-proċessar ta’ talbiet speċifiċi
1. Il-piżijiet għall-proċessar ta’ talba, li jitħallsu mill-persuna li tagħmel din it-talba, għandhom ikunu kif ġej:
(a) għal applikazzjoni għal dritt obbligatorju ta’ l-isfruttament, inkluz kull dħul fir-Reġistri, applikazzjoni għad-dritt ta’ l-isfruttament li jrid jingħata mill-Uffiċċju skond l-Artikolu 100(2) tar-Regolament Bażiku, jew talba li temenda dawn id-drittijiet ta’ l-isfruttament, ġaladarba mgħotijin (piż obbligatorju ta’ liċenzja), għajr għall-Kummissjoni jew għal Stat Membru fiċ-ċirkostanzi referiti fl-Artikolu 29(2) tiegħu: 1 500 ►M5 EUR ◄ ;
(b) għal talba għad-dħul li ġej fir-Reġistru Komunitarju għad-drittijiet għal varjetajiet tal-pjanti (piż ta-Reġistru):
— it-trasferiment ta’ dritt Komunitarju għal varjetà tal-pjanti, dritt kontrattwali ta’ l-isfruttament,
— l-identifikazzjoni tal-varjetajiet bħala bidu jew essenzjalment idderivati,
— li jiġu istitwiti l-azzjonijiet rigward il-pretensjonijiet riferiti fl-Artikoli 98(1), (2) u 99 tar-Regolament Bażiku,
— dritt Komunitarju għal varjetà tal-pjanti mogħti bħala garanzija jew bħala s-suġġett tad-drittijiet in rem, jew
— kull imposta ta’ ezekuzzjoni kif referit fl-Artikolu 24 tar-Regolament Bażiku: ►M2 Ewro 100 ◄ ;
(ċ) għal talba għad-dħul fir-Reġistru ta’ l-Applikazzjonijiet għad-drittijiet Komunitarji għall-varjetajiet tal-pjanti jew ir-Reġistru tad-drittijiet Komunitarji għall-varjetajiet tal-pjanti, għajr dawk diġà referiti fil-(a) u fil-(b) hawn fuq: 100 ►M5 EUR ◄ ;
(d) għal talba sabiex jiġi stabbiliti l-ammont ta’ l-ispejjez skond l-Artikolu (5) tar-Regolament: 100 ►M5 EUR ◄ ;
2. Il-piżijiet referiti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mistħoqqa u mħallsa fid-data ta’ meta tkun irċevuta t-talba li għalihom tkun saret. Meta l-ħlas ma jkunx ġie rċevut fiż-żmien stabbilit, għandu japplika l-Artikolu 83(2) tar-Regolament Bażiku.
3. Fejn talba għad-dħul imsemmi fil-punt (b) jew (c) tal-paragrafu 1 tikkonċerna katar minn applikazzjoni jew dritt reġistrat wieħed, li dwarhom issir applikazzjoni jew ikunu miżmuma mill-istess persuna, għandha tintalab tariffa waħda biss.
Artikolu 11
Il-piż għal Appell
1. L-appellant għandu jħallas piż ta’ Appell ta’ 1 500 ►M5 EUR ◄ għall-proċessar ta’ Appell, kif ipprovvdut fl-Artikolu 113(2)(ċ) tar-Regolament Bażiku.
2. Terz mill-piż ta’ l-appell għandu jkun mistħoqq fid-data li l-appell jiġi rċevut fl-Uffiċċju; l-Artikolu 83(2) tar-Regolament Bażiku għandu japplika għal dan it-terz. Il-bqija taż-żewġ terzi tal-piż ta’ l-appell għandha tkun mistħoqqa, fuq it-talba ta’ l-Uffiċċju, fi żmien xahar wara l-bgħit tal-każ mill-korp rilevanti ta’ l-Uffiċċju tal-Bord ta’ l-Appell.
3. Għandha tiġi ordnata rifużjoni tal-piż ta’ l-appell diġà mħallsa, fil-kaz ta’ reviżjoni interlokutorja, taħt l-awtorità tal-President ta’ l-Uffiċċju u f’kazijiet oħra mill-Bord ta’ l-Appelli, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 83(4) tar-Regolament Bażiku.
4. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-Kummissjoni jew għal Stat Membru, meta l-appellant ikun kontra d-deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 29(2) tar-Regolament Bażiku.
Artikolu 12
Il-piżijiet stabbiliti mill-President ta’ l-Uffiċċju
1. Il-President ta’ l-Uffiċċju għandu jistabilixxi l-piżijiet fuq il-materji li ġejjin:
(a) il-piż amministrattiv referit fl-Artikolu 8(5);
(b) Ħlasijiet għall-ħruġ ta' kopji ċċertifikati ta' dokumenti; u
▼M9 —————
(d) il-miżata amministrattiva li ssir riferenza għaliha fl-Artikolu 82(2) tar-Regolament tal-Proċedimenti.
2. Il-President ta’ l-Uffiċċju jista’ jiddeċċiedi li jagħmel is-servizzi imsemmija taħt il- ►M1 paragrafu 1(b), (ċ) u (d) ◄ dipendenti fuq ħlas bil-quddiem.
▼M9 —————
Artikolu 14
Id-derogi
1. Minkejja l-Artikolu 7, id-data formali ta’ l-applikazzjoni assenjata taħt l-Artikolu 51 tar-Regolament Bażiku għandha tibqa’ valida rigward l-applikazzjonijiet kollha inkartati skond l-Artikolu 116(1) jew (2) tiegħu jekk tiġi prodotta xhieda biżżejjed l-iktar sat-30 ta’ Settembru 1995 illi l-applikant għad-dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta jkun wettaq l-atti meħtieġa għall-ħlas tal-piż ta’ l-applikazzjoni.
2. Minkejja l-Artikolu 8(5), għandu jitħallas piż amministrattiv ta’ 100 ►M5 EUR ◄ meta jitwettaq eżami tekniku tal-varjetà fuq il-bażi tas-sejbiet disponibbli minn kull proċediment għall-konċessjoni ta’ dritt nazzjonali għall-varjetà tal-pjanta skond l-Artikolu 116(3) tar-Regolament Bażiku. Dan il-piż amministrattiv għandu jkun mistħoqq l-aktar tard sat-30 ta’ Novembru 1995.
▼M9 —————
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
It-tariffi fuq l-eżamijiet tekniċi kif imsemmija fl-Artikolu 8
It-tariffa li trid titħallas fuq l-eżami tekniku ta' varjetà skont l-Artikolu 8 għandha tiġi determinata skont it-tabella:
|
(f'EUR) |
||
|
|
Grupp ta' spiża |
Tariffa |
|
Grupp agrikolu |
||
|
1 |
Patata |
1 960 |
|
2 |
Kolza |
1 860 |
|
3 |
Ħaxix |
2 210 |
|
4 |
Speċijiet agrikoli oħrajn |
1 430 |
|
Grupp tal-frott |
||
|
5 |
Tuffieħ |
3 210 |
|
6 |
Frawli |
2 740 |
|
7 |
Speċijiet ta' frott oħrajn |
2 550 |
|
Grupp ornamentali |
||
|
8 |
Pjanti ornamentali b'kollezzjoni ta' referenza ħajja, test fis-serra |
2 140 |
|
9 |
Pjanti ornamentali b'kollezzjoni ta' referenza ħajja, test fil-beraħ |
1 960 |
|
10 |
Pjanti ornamentali mingħajr kollezzjoni ta' referenza ħajja, test fis-serra |
1 770 |
|
11 |
Pjanti ornamentali mingħajr kollezzjoni ta' referenza ħajja, test fil-beraħ |
1 570 |
|
12 |
Pjanti ornamentali, kundizzjonijiet fitosanitarji speċjali |
3 040 |
|
Grupp tal-ħxejjex agrikoli |
||
|
13 |
Ħxejjex agrikoli, test fis-serra |
2 150 |
|
14 |
Ħxejjex agrikoli, test fil-beraħ |
1 960 |
▼M2 —————
( 1 ) ĠU L 227, ta’ l-1.9.1994, p. 1
( 2 ) Ara paġna 37 ta’ dan il-Gurnal Uffiċjali