|
21.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
103 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/74/KE
tal-25 ta’ Ottubru 2005
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE dwar l-istipolar tal-livelli massimi ta’ residwi ta’ l-ethofumesate, il-lambda-cyhalothrin, il-methomyl, il-pymetrozine u t-thiabendazole fiha
(Test b’rilevanza ghaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru ta’ l-1990 dwar l-iffissar tal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali u ċerti prodotti oħra li joriġinaw mill-pjanti, inklużi il-frott u l-ħxejjex (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni ta’ pjanti (2), u partikolarment l-Artikolu 4 (1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skond id-Direttiva 91/414/KEE, l-awtorizzazzjonijiet dwar il-prodotti ta' protezzjoni ta' pjanti għall-użu fuq ħxejjex speċifiċi huma risponsabbiltá ta' l-Istati Membri. Dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-evalwazzjoni ta’ l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali u l-influwenza tagħhom fuq l-ambjent. Elementi li jridu jittieħdu in konsiderazzjoni f’tali evalwazzjonijiet jinkludu l-espożizzjoni ta’ l-operatur u ta’ persuna fil-qrib u l-impatt fuq ambjenti fl-art, akkwatiċi u fl-arja, kif ukoll l-impatt fuq il-bnedmin mill-konsum ta' residwi ta' ħxejjex li ġew ittrattati. |
|
(2) |
Il-livelli massimi ta’ residwi (MRLSs) jirriflettu l-użu ta’ kwantitajiet massimi ta’ pestiċidi għall-protezzjoni effettiva tal-pjanti, li jiġu applikati b'tali mod li l-ammont ta' residwu huwa l-iżgħar ammont prattikabbli u li huwa aċċettat tossikoloġikament, partikolarment fit-termini ta’ stima ta’ konsum fid-dieta. |
|
(3) |
L-MRLs għall-pestiċidi għandhom jinżammu taħt reviżjoni. Jistgħu jinbidlu sabiex jittieħed in konsiderazzjoni xi użu ġdid, xi informazzjoni u xi data ġdida. |
|
(4) |
L-MRLs huma stipolati fil-livell l-aktar baxx ta’ l-iskoperta analitika fejn l-użu awtorizzat tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma’ jirriżultawx f’livelli ta’ residwi ta’ pestiċidi li huma rintraċċabbli ġewwa jew fuq il-prodott ta’ l-ikel, jew fejn m’hemm ebda użu awtorizzat, jew fejn l-użu awtorizzat mill-Istati Membri ma’ kellhomx l-appoġġ tad-data meħtieġa, jew fejn l-użu f’pajjiżi terzi li jirriżultaw f’residwi ġewwa jew fuq il-prodotti ta’ l-ikel li jistgħu jiċċirkolaw fis-suq tal-Komunitá ma ġewx appoġġati minn tali data meħtieġa. |
|
(5) |
L-Informazzjoni dwar użu ġdid jew użu li ġie alterat ta’ ċerti pestiċidi koperti mid-Direttiva 90/642/KEE ġiet innotifikata lill-Kummissjoni. Din tikkonċerna l-ethofumesate, il-lambda-cyhalothrin, il-methomyl, il-pymetrozine u t-thiabendazole. Fil-każ ta’ lambda-cyhalothrin, methomyl u pymetrozine li għalihom teżisti doża ta’ referenza akuta (ARfD), l-espożizzjoni akuta tal-konsumatur permezz ta' kull prodott ta’ l-ikel li jista’ jkun fih residwi ta’ dawn il-pestiċidi ġiet assessjata u evalwata skond il-proċeduri u prattiki li jintużaw bħalissa fi ħdan il-Komunitá Ewropea, waqt li jiġu kkunsidrati l-linji gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. L-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti, b’mod partikolari l-parir u r-rakkomandazzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi ta’ prodotti ta’ l-ikel li huma ttrattati bil-pestiċidi, ttieħdu in konsiderazzjoni. L-assessjar ta’ kemm jittieħed lambda-cyhalothrin, methomyl u pymetrozine juri, li billi jiġu stipolati il-MRLs ikkonċernati, ArfD ma jiġix eċċedut. Fil-każ ta’ l-ethofumesate, it-thiabendazol, assessjar ta’ l-informazzjoni disponibbli wera li ebda ArfD huwa meħtieġ u għalhekk assessjar għal perijodu qasir mhux meħtieġ. |
|
(6) |
Għalhekk huwa xieraq li jkun hemm stipolar tal-livelli massimi għar-residwi ta’ dawk il-pestiċidi. |
|
(7) |
Fid-dawl ta’ l-iżviluppi teknoloġiċi u xjentifiċi, jista’ jkun xieraq li jkun hemm stipolar ta’ MRLs speċifiċi għall-prodotti li huma relativament ġodda fil-Komunità bħalma huma “il-Papajja” u “l-Cassava” Għalhekk, l-lista ta’ eżempji fil-gruppi speċifikati fl-Anness I tad-Direttiva 90/642/KEE għanda tiġi emendata b’mod xieraq. |
|
(8) |
L-istipolar jew il-modifikazzjoni fuq livell Komunitarju ta’ MRLs proviżorji ma jevitax li l-Istati Membri milli jistabbilixxu MRLs proviżorji għall-ethofumesate skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE u ta’ l-Anness miegħu. Huwa meqjus li perijodu ta’ żmien ta’ erba’ snin huwa suffiċjenti sabiex jiġi permess aktar użu tas-sustanzi kkonċernati. Il-MRL proviżorju għandhu b’hekk isir definittiv. |
|
(9) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma stipolati b’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimal; |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-oġġett “papajja” huwa inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 90/642/KEE taħt il-kategorija 1 (vi) frottiet diversi bejn l-oġġetti “Żebbuġ” u “Frotta tal-Fjura tal-Passjoni” L-oġġett “Cassava” huwa inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 90/642/KEE taħt il-kategorija 2 (i) ħxejjex taħt forma ta’ tuberi jew egħruq bejn l-oġġetti “Karrotti” u “Krafes”.
Artikolu 2
Id-Direttiva 90/642/KEE hi emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness II, il-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ta’ l-ethofumesate, il-lambda-cyhalothrin, il-methomyl, il-pymetrozine u t-thiabendazole huma mibdula b’dawk li jinstabu fl-Anness I ta’ din id-Direttiva. |
|
(2) |
Fl-Anness II, il-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ta’ l-ethofumesate huma inklużi kif stipolat fl-Anness II ta din id-Direttiva. |
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn [sitt xhur wara d-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea], il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom, mingħajr ebda telf ta’ żmien, jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella li turi l-korrelazzjoni ta’ bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet minn [sitt xhur u ġurnata wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea].
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati bit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif it-tali referenza għandha ssir.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’ din id-Direttiva.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar il-25 ta’ Ottubru 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni Ewropea
(1) ĠU L 350, 14.12.1990, pġ. 71. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/48/KE (ĠU L 219, 24.8.2005, p. 29).
(2) ĠU L 230, 19.8.1991, pġ. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
ANNESS I (1)
|
Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom il-MRL jista’ jiġi applikat |
Pymetrozine |
Lambda-cyhalothrin |
Ethofumesate (sum of ethofumesate and the metabolite 2,3-dihydro-3,3-dimethyl-2-oxo-benzofuran-5-yl methane sulphonate expressed as ethofumesate) |
Methomyl/Thiodicarb (sum expressed as methomyl) |
Thiabendazole |
||
|
|
|
|
|
|||
|
0,3 (p) |
|
|
|
5 |
||
|
Grejpfrut |
|
0,1 |
|
0,5 |
|
||
|
Lumi |
|
0,2 |
|
1 |
|
||
|
Xkomp |
|
0,2 |
|
1 |
|
||
|
Mandolin (inklużi il-klementini u ibridi oħrajn) |
|
0,2 |
|
1 |
|
||
|
Larinġ |
|
0,1 |
|
0,5 |
|
||
|
Pomelos |
|
0,1 |
|
0,5 |
|
||
|
Oħrajn |
|
0,02 (*1) |
|
0,05 (*1) |
|
||
|
0,05 (*1) |
|
0,05 (*1) |
0,1 (*1) |
|||
|
Lewż |
|
|
|
|
|
||
|
Ġewż tal-Brażil |
|
|
|
|
|
||
|
Ġewż ta' l-anakardju |
|
|
|
|
|
||
|
Qastan |
|
|
|
|
|
||
|
Ġewż ta’ l-Indi |
|
|
|
|
|
||
|
Ġellewż |
|
|
|
|
|
||
|
Macadamia |
|
|
|
|
|
||
|
Ġewż Amerikan |
|
|
|
|
|
||
|
Prinjol |
|
|
|
|
|
||
|
Pistaċċi |
|
|
|
|
|
||
|
Ġewż |
|
|
|
|
|
||
|
Oħrajn |
|
|
|
|
|
||
|
0,1 |
|
0,2 |
|
|||
|
Tuffieħ |
|
|
|
|
5 |
||
|
Lanġas |
|
|
|
|
5 |
||
|
Sfarġel |
|
|
|
|
|
||
|
Oħrajn |
|
|
|
|
0,05 (*1) |
||
|
|
|
|
|
0,05 (*1) |
||
|
Berquq |
0,05 (p) |
0,2 |
|
0,2 |
|
||
|
Ċiras |
|
|
|
0,1 |
|
||
|
Ħawħ (inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili) |
0,05 (p) |
0,2 |
|
0,2 |
|
||
|
Għajnbaqar |
|
|
|
0,5 |
|
||
|
Oħrajn |
0,1 |
|
0,05 (*1) |
|
|||
|
|
|
|
0,05 (*1) |
|||
|
|
0,2 |
|
|
|
||
|
Għeneb ta’ l-ikel |
|
|
|
0,05 (*1) |
|
||
|
Għeneb ta’ l-inbid |
|
|
|
1 |
|
||
|
|
0,5 |
|
0,05 (*1) |
|
||
|
|
0,02 (*1) |
|
0,05 (*1) |
|
||
|
Tut |
|
|
|
|
|
||
|
Dewberries |
|
|
|
|
|
||
|
Loganberries |
|
|
|
|
|
||
|
Lampun |
|
|
|
|
|
||
|
Oħrajn |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
0,05 (*1) |
|
||
|
Bilberries |
|
|
|
|
|
||
|
Cranberries |
|
|
|
|
|
||
|
Passolina (aħmar, iswed u abjad) |
|
0,1 |
|
|
|
||
|
Gooseberries |
|
0,1 |
|
|
|
||
|
Oħrajn |
|
0,02 (*1) |
|
|
|
||
|
|
0,2 |
|
0,05 (*1) |
|
||
|
0,02 (*1) |
|
0,05 (*1) |
|
|||
|
Avocado |
|
|
|
|
15 |
||
|
Banana |
|
|
|
|
5 |
||
|
Tamal |
|
|
|
|
|
||
|
Tin |
|
|
|
|
|
||
|
Kiwi |
|
|
|
|
|
||
|
Kumquat |
|
|
|
|
|
||
|
Litchis |
|
|
|
|
|
||
|
Mango |
|
|
|
|
5 |
||
|
Żebbuġ |
|
|
|
|
|
||
|
Papajja |
|
|
|
|
10 |
||
|
Frott tal-fjura tal-Passjoni |
|
|
|
|
|
||
|
Ananas |
|
|
|
|
|
||
|
Rummien |
|
|
|
|
|
||
|
Oħrajn |
|
|
|
|
0,05 (*1) |
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|||
|
Pitrava zokkrija |
|
|
0,1 (p) |
|
|
||
|
Karrotti |
|
|
|
|
|
||
|
Cassava |
|
|
|
|
15 |
||
|
Krafes |
|
0,1 |
|
|
|
||
|
Mustarda użata għaz-zalza |
|
|
|
|
|
||
|
Artiċokk |
|
|
|
|
|
||
|
Zunnarija bajda |
|
|
|
|
|
||
|
Egħruq tat-tursin |
|
|
|
|
|
||
|
Ravanell |
|
0,1 |
|
0,5 |
|
||
|
Sassefrika |
|
|
|
|
|
||
|
Patata ħelwa |
|
|
|
|
15 |
||
|
Swedes |
|
|
|
|
|
||
|
Turnip |
|
|
|
|
|
||
|
Jam |
|
|
|
|
15 |
||
|
Oħrajn |
|
0,02 (*1) |
0,05 (*1) |
0,05 (*1) |
|||
|
|
0,05 (*1) |
0,05 (*1) |
||||
|
Tewm |
|
|
|
|
|
||
|
Basal |
|
|
|
|
|
||
|
shallots |
|
|
|
|
|
||
|
Spring Onions |
|
0,05 |
|
|
|
||
|
Oħrajn |
|
0,02 (*1) |
|
|
|
||
|
|
|
|
0,05 (*1) |
|||
|
|
|
|
|
|
||
|
Tadam |
0,5 (p) |
0,1 |
|
0,5 |
|
||
|
Bżar |
1 (p) |
0,1 |
|
0,2 |
|
||
|
Brunġiel |
0,5 (p) |
0,5 |
|
0,5 |
|
||
|
Oħrajn |
0,02 (*1) |
|
0,05 (*1) |
|
|||
|
0,5 (p) |
0,1 |
|
0,05 (*1) |
|
||
|
Ħjar |
|
|
|
|
|
||
|
Pikles |
|
|
|
|
|
||
|
Zukkini |
|
|
|
|
|
||
|
Oħrajn |
|
|
|
|
|
||
|
0,2 (p) |
0,05 |
|
0,05 (*1) |
|
||
|
Bettieħ |
|
|
|
|
|
||
|
Ħxejjex li jissejħu squashes |
|
|
|
|
|
||
|
Dulliegħ |
|
|
|
|
|
||
|
Oħrajn |
|
|
|
|
|
||
|
0,05 |
|
0,05 (*1) |
|
|||
|
|
|
|
|
|||
|
0,1 |
|
|
|
|||
|
Brokkli (inkluża il-Calabrese) |
|
|
|
0,2 |
5 |
||
|
Pastard |
|
|
|
|
|
||
|
Oħrajn |
|
|
|
0,05 (*1) |
0,05 (*1) |
||
|
|
|
|
0,05 (*1) |
0,05 (*1) |
||
|
Kaboċċi ta’ Brussell |
|
0,05 |
|
|
|
||
|
Kaboċċi tar-ras |
0,05 (p) |
0,2 |
|
|
|
||
|
Oħrajn |
0,02 (*1) |
|
|
|
|||
|
|
1 |
|
0,05 (*1) |
0,05 (*1) |
||
|
Kaboċċi taċ-Ċina |
|
|
|
|
|
||
|
Kale |
0,1 (p) |
|
|
|
|
||
|
Oħrajn |
|
|
|
|
|||
|
0,02 (*1) |
|
0,05 (*1) |
0,05 (*1) |
|||
|
|
|
|
|
0,05 (*1) |
||
|
1 (p) |
1 |
|
|
|||
|
Krexxuni |
|
|
|
|
|
||
|
Ħass tal-ħaruf |
|
|
|
|
|
||
|
Ħass |
|
|
|
2 |
|
||
|
Scarole (indivja tal-werqa wiesa) |
|
|
|
|
|
||
|
Oħrajn |
|
|
|
0,05 (*1) |
|
||
|
0,5 |
2 |
|
||||
|
Spinaċi |
|
|
|
|
|
||
|
Weraq tal-pitravi |
|
|
|
|
|
||
|
Oħrajn |
|
|
|
|
|
||
|
0,02 (*1) |
0,05 (*1) |
|
||||
|
0,02 (*1) |
0,05 (*1) |
|
||||
|
1 (p) |
1 |
1 (p) |
2 |
|
||
|
Maxxita |
|
|
|
|
|
||
|
Kurrat salvaġġ |
|
|
|
|
|
||
|
Tursin |
|
|
|
|
|
||
|
Weraq tal-karfus |
|
|
|
|
|
||
|
Oħrajn |
|
|
|
|
|
||
|
|
0,05 (*1) |
0,05 (*1) |
||||
|
Fażola (bil-miżwed) |
|
0,2 |
|
|
|
||
|
Fażola (mingħajr miżwed) |
|
0,02 (*1) |
|
|
|
||
|
Fażola (bil-miżwed) |
|
0,2 |
|
|
|
||
|
Piżelli(mingħajr miżwed) |
|
0,2 |
|
|
|
||
|
Oħrajn |
|
0,02 (*1) |
|
|
|
||
|
|
0,05 (*1) |
0,05 (*1) |
||||
|
Asparagu |
|
|
|
|
|
||
|
Kardun |
|
|
|
|
|
||
|
Karfus |
|
0,3 |
|
|
|
||
|
Bużbież |
|
|
|
|
|
||
|
Qaqoċċa |
|
|
|
|
|
||
|
Kurrat |
|
0,3 |
|
|
|
||
|
Rabarbru |
|
|
|
|
|
||
|
Oħrajn |
|
0,02 (*1) |
|
|
|
||
|
|
0,05 (*1) |
|
||||
|
|
0,02 (*1) |
|
|
10 |
||
|
|
0,5 |
|
|
0,05 (*1) |
||
|
0,02 (*1) |
0,05 (*1) |
0,05 (*1) |
||||
|
Fażola |
|
|
|
|
|
||
|
Għads |
|
|
|
|
|
||
|
Piżelli |
|
|
|
|
|
||
|
Oħrajn |
|
|
|
|
|
||
|
|
0,02 (*1) |
|
0,05 (*1) |
|||
|
Żerriegħa tal-kittien |
|
|
|
|
|
||
|
Karawett |
|
|
|
0,1 |
|
||
|
Żerriegħa tal-peprin |
|
|
|
|
|
||
|
Ġulġlien |
|
|
|
|
|
||
|
Żerriegħa tal-ġirasol |
|
|
|
|
|
||
|
Żerriegħa tal-lift |
|
|
|
|
|
||
|
Żerriegħa tas-soja |
|
|
|
0,1 |
|
||
|
Żerriegħa tal-mustarda |
|
|
|
|
|
||
|
Żerriegħa tal-qoton |
0,05 (p) |
|
|
0,1 |
|
||
|
Oħrajn |
|
|
0,05 (*1) |
|
|||
|
0,02 (*1) |
0,05 (*1) |
|
||||
|
Patata mhux misjura |
|
|
|
|
0,05 (*1) |
||
|
Varjazzjonijiet ta’ patata |
|
|
|
|
15 |
||
|
1 |
0,1 (*1) |
0,1 (*1) |
||||
|
5 (p) |
10 |
10 |
0,1 (*1) |
(1) Għall-kumdità tal-qarrej, il-valuri MRL li huma mibdula huma sottolineati
(*1) Jindika il-limitu l-iktar baxx għall-iskoperta analitika
(p) Jindika li l-għola livell tar-residwu li ġie stabbilit proviżorjament skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE.
ANNESS II
|
Residwu ta’ Pestiċida u livell massimu ta’ residwu (mg/kg) |
|||
|
Gruppi u eżempji ta prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs |
Ethofumesate (somma ta' ethofumesate u ta' metabolite 2,3-dihydro-3,3-dimethyl-2-oxo-benzofuran-5-yl methane sulphonate espress bħala ethofumesate) |
||
|
0,5 (p) |
||
|
Żerriegħa tal-kemmun |
|
||
|
Zerriegħa tal-ġnibru |
|
||
|
Noċemuskata |
|
||
|
Bżar, iswed u abjad |
|
||
|
Minżwed tal-vanilla |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
(p) Jindika li l-ogħla livell tar-residwu ġie stabbilit proviżorjament skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE.