|
16.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 308/136 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-17 ta’ April 2013
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima IX — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(2013/550/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7–0232/2012) (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra tal-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0095/2013), |
|
1. |
Jagħti l-kwittanza lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2011; |
|
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(2) ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.
(3) ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.
(4) ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-17 ta’ April 2013
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima IX — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7–0232/2012) (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0095/2013), |
|
1. |
Jilqa’ l-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-pagamenti globali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 għal infiq amministrattiv u nfiq ieħor tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (“il-Kontrollur”) kienu ħielsa minn żbalji materjali u li s-sistemi superviżorji u ta’ kontroll għal infiq amministrattiv u nfiq ieħor li ġew eżaminati kienu effikaċi; |
|
2. |
Jinnota b’sodisfazzjon li, fir-rapport annwali tagħha dwar l-2011, il-Qorti tal-Awdituri osservat li ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija sinifikanti fir-rigward tat-temi awditjati relatati mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta’ akkwist għall-Kontrollur; |
|
3. |
Jappoġġa r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri u jagħti parir lill-Kontrollur li jitlob lill-impjegati kollha jippreżentaw dokumenti li jikkonfermaw l-istatus ċivili tagħhom fuq bażi regolari, idealment kull sena, u li jimplimenta sistema għall-monitoraġġ f’waqtu ta’ dawn id-dokumenti; |
|
4. |
Jilqa’ l-progress innutat mill-Qorti tal-Awdituri rigward it-titjib tal-ġestjoni tal-allowances u l-kostatazzjoni li l-miżuri li ttieħdu kienu effikaċi; jilqa’ l-fatt li l-Kontrollur bi ħsiebu jkompli jtejjeb is-sistema tiegħu għal monitoraġġ u kontroll f’waqthom; |
|
5. |
Jirrikonoxxi li l-eżerċizzju ta’ awditjar tal-Qorti tal-Awdituri wera li l-miżuri li ttieħdu mill-Kontrollur fl-2010 biex tittejjeb il-ġestjoni tal-allowances kienu effikaċi; jitlob lill-Kontrollur ikompli bil-monitoraġġ u t-titjib tal-livelli ta’ rendiment tiegħu; |
|
6. |
Jinnota li, fl-2011, il-Kontrollur kellu total ta’ EUR 7 564 137 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn (EUR 7 104 351 fl-2010), u li r-rata ta’ implimentazzjoni ta’ dawn l-approprjazzjonijiet kienet ta’ 89,31 % (82,73 % fl-2010); iqis li dan hu żvilupp pożittiv, iżda jitlob li jsiru sforzi ulterjuri biex tittejjeb ir-rata ta’ implimentazzjoni u li jsir monitoraġġ tat-tibdil li jsir; jistenna li r-rata taqbeż id-90 % s-sena d-dieħla; |
|
7. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-baġit tal-Kontrollur hu wieħed purament amministrattiv; jinnota li r-rata ta’ implimentazzjoni tan-nefqa li tirrigwarda l-persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni hi ta’ 75,63 % (Titolu 1) u li n-nefqa li tirrigwarda l-bini, l-għamara, t-tagħmir u n-nefqa operattiva varja hi ta’ 73,38 % (Titolu 2); jinnota li, wara li tħallsu kompletament l-ispejjeż fiż-żewġ titoli, ir-rata ta’ implimentazzjoni fl-2011 ġiet stabbilita għal 85,03 %; |
|
8. |
Jistieden lill-Kontrollur ifassal il-baġit annwali b’mod li jikkorrispondi aħjar mal-bżonnijiet tal-Kontrollur; jistieden lill-Kontrollur itejjeb l-implimentazzjoni tal-baġit annwali tiegħu; |
|
9. |
Itenni t-talba biex jinżamm informat dwar ir-riżultati tal-organigramma tal-2010 u li jingħata informazzjoni dwar l-azzjoni meħuda inkluża fir-rapport annwali tal-attività li jmiss b’segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament; |
|
10. |
Jilqa’ r-rapport ta’ ispezzjoni tal-Kontrollur dwar 13-il istituzzjoni u korp tal-Unjoni bbażati fi Brussell li jivverifika li l-pubbliku hu informat dwar is-sorveljanza bil-video b’mod effikaċi u komprensiv mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jissuġġerixxi li dik l-informazzjoni u l-aħjar prattiċi jiġu skambjati mal-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data nazzjonali; |
|
11. |
Jistieden lill-Kontrollur jinkludi r-rata tas-servizzi ta’ interpretazzjoni mitluba iżda mhux użati matul dik is-sena fir-rapport annwali tal-attività li jmiss; |
|
12. |
Jittama li s-sistema biex jiġu definiti indikaturi ta’ prestazzjoni fundamentali u l-pjan għas-sistema biex jiġu stabbiliti parametri ta’ referenza, stabbiliti fl-2012, huma diġà kompletament operattivi; jistenna li r-rapport annwali tal-attività tas-sena d-dieħla jivvaluta fid-dettall it-titjib miksub minn dik is-sistema; |
|
13. |
Jitlob informazzjoni dwar is-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet li huma elaborati fir-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza tal-Parlament; |
|
14. |
Jistieden lill-Kontrollur jinkludi tabella eżawrjenti tar-riżorsi umani kollha għad-dispożizzjoni tal-Kontrollur, imqassma skont il-kategorija, il-grad, il-ġeneru, il-parteċipazzjoni f’taħriġ professjonali u n-nazzjonalità fir-rapport annwali tal-attività li jmiss; jilqa’ l-informazzjoni pprovduta fir-rapport annwali dwar it-taħriġ; |
|
15. |
Jistieden b’mod ġenerali lill-Qorti tal-Awdituri tiffoka aktar fuq l-awditjar tal-ġestjoni finanzjarja tajba tal-Kontrollur, speċifikament l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja li bihom il-Kontrollur ikun uża l-approprjazzjonijiet tiegħu fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tiegħu. |
(2) ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.
(3) ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.
(4) ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.