|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1871 |
28.10.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1871
tat-23 ta’ Lulju 2025
li jemenda r-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards relatati mal-eCall u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/79 fir-rigward ta’ rekwiżiti tekniċi u proċeduri ta’ ttestjar għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur mgħammra b’sistemi eCall immuntati fil-vettura bbażati fuq is-servizz 112
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(8) u (9) u l-Artikolu 6(12) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/758 jeħtieġ li t-tipi ġodda kollha ta’ vetturi tal-kategoriji M1 u N1 ikunu mgħammra b’sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112. |
|
(2) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti (2) tidentifika l-ħtieġa li l-qafas legali tal-eCall jiġi adattat għal teknoloġiji ġodda tat-telekomunikazzjoni. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2015/758 fih lista ta’ standards u speċifikazzjonijiet tekniċi Ewropej, li fuqhom huma bbażati r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tas-sistemi eCall u tal-vetturi mgħammra b’sistemi bħal dawn. |
|
(4) |
Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN, European Committee for Standardization) adotta standards ġodda EN 17184:2024 u EN 17240:2024 li jissostitwixxu rispettivament l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi CEN/TS 17184:2022 u CEN/TS 17240:2018. Barra minn hekk, il-verżjoni l-ġdida tal-istandard EN 16072:2025 fiha bidliet rilevanti għall-eCall. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu aġġornati r-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards tekniċi rispettivi fl-Artikolu 5(8) tar-Regolament (UE) 2015/758. |
|
(5) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/79 (3) jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi dettaljati u proċeduri ta’ ttestjar għall-approvazzjoni tas-sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq is-servizz 112, u tal-vetturi bil-mutur mgħammra b’sistemi bħal dawn. Dawk ir-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri ta’ ttestjar jenħtieġ li jiġu riveduti biex tiġi żgurata n-newtralità teknoloġika u biex tkun tista’ titwettaq l-implimentazzjoni anjostika tat-teknoloġija tal-metodi ta’ ttestjar. |
|
(6) |
Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-awtottestjar tas-sistema eCall immuntata fil-vettura, huwa meħtieġ li jiġi previst li l-modalitajiet ta’ ħsara jenħtieġ li jiġu ttestjati separatament. |
|
(7) |
Sabiex jiġi żgurat l-prontezza tas-sistema eCall immuntata fil-vettura għat-testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali f’konformità mad-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), huwa meħtieġ li jiġu pprovduti r-rekwiżiti tekniċi speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati fl-approvazzjoni tat-tip biex jiġi ffaċilitat l-ittestjar tal-affidabbiltà stradali matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-vetturi bil-mutur. |
|
(8) |
Sabiex jiġi żgurat li l-verifika tan-nuqqas ta’ traċċabbiltà tal-eCall immuntata fil-vettura titwettaq mingħajr ambigwità, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata l-imġiba mistennija wara li tiġi trażmessa l-eCall. |
|
(9) |
Sabiex jiġi żgurat li l-istruttura tal-proċeduri ta’ ttestjar tkun konsistenti fl-Annessi kollha tar-Regolament Delegat (UE) 2017/79, jenħtieġ li dawk l-annessi jiddistingwu b’mod ċar bejn il-kundizzjonijiet tat-test, il-metodi u l-valutazzjoni tat-testijiet. |
|
(10) |
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jippermettu l-estensjoni tal-approvazzjonijiet mogħtija qabel l-1 ta’ Jannar 2027 għal sistemi eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq is-servizz 112 li joperaw fuq networks ta’ komunikazzjoni circuit-switched biex jiġi żgurat li dawn ikomplu jservu l-iskop tagħhom wara t-tranżizzjoni għal teknoloġija ta’ komunikazzjoni packet-switched. |
|
(11) |
Sabiex jiġi żgurat li s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 tibqa’ operattiva f’każ li tinqatal-provvista ewlenija tal-enerġija tal-vettura, huwa meħtieġ li jiġu pprovduti proċeduri ta’ ttestjar għall-provvista tal-enerġija ta’ riżerva (jekk tkun immuntata) u l-provvista tal-enerġija sekondarja tal-vettura, li tista’ tintuża wara aċċident tat-traffiku bil-vettura. |
|
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2015/758 u r-Regolament Delegat (UE) 2017/79 jiġu emendati skont dan. |
|
(13) |
Sabiex l-Istati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali u l-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jimplimentaw il-bidliet, jenħtieġ li l-applikazzjoni obbligatorja tal-istandards EN 17184:2024 u EN 17240:2024 tiġi differita għall-1 ta’ Jannar 2027. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti l-ġodda fir-rigward tal-provvista tal-enerġija ta’ riżerva u l-provvista sekondarja tal-enerġija tal-vettura tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u fir-rigward tal-prontezza għat-test perjodiku tal-affidabbiltà stradali ta’ tipi ġodda ta’ vetturi b’sistemi bħal dawn, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament (UE) 2015/758
Fl-Artikolu 5(8), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) 2015/758, il-punti (a) sa (c) huma emendati kif ġej:
|
(1) |
il-punt (a), “EN 16072:2022” huwa sostitwit b’“EN 16072:2025”. |
|
(2) |
il-punt (b), “CEN/TS 17184:2022” huwa sostitwit b’“EN 17184:2024”. |
|
(3) |
il-punt (c), “CEN/TS 17240:2018” huwa sostitwit b’“EN 17240:2024”. |
Artikolu 2
Emendi tar-Regolament Delegat (UE) 2017/79
Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/79 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 4, jiżdied il-punt (12) li ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 5, jiżdied il-paragrafu (4) li ġej: “4. Għall-fini tal-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE mogħtija f’konformità mal-paragrafu (1) qabel l-1 ta’ Jannar 2027, is-servizz tekniku jista’ jeżenta s-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 mit-test tal-impatt fuq skala sħiħa kif speċifikat fl-Anness II u mit-test sussegwenti tat-tagħmir tal-awdjo kif speċifikat fl-Anness III. Il-bidliet fis-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 modifikata meta mqabbla mas-sistema approvata oriġinarjament għandhom jiġu ddokumentati u spjegati mill-manifattur lis-servizz tekniku u lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 7, il-paragrafu (1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-approvazzjoni tat-tip KE ta’ unità teknika separata (STU, separate technical unit) ta’ eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 għandha tkun soġġetta għall-fatt li l-STU tgħaddi mit-testijiet stabbiliti fl-Annessi I, IV, VI, VII u VIII u tikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f’dawk l-Annessi. F’każ li l-STU tkun immuntata b’sors tal-enerġija ta’ riżerva, din għandha tikkonforma mar-rekwiżiti u tkun soġġetta għall-proċedura ta’ ttestjar stabbilita fl-Anness X.” |
|
(4) |
L-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(5) |
L-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
|
(6) |
L-Anness III huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament; |
|
(7) |
L-Anness IV huwa emendat f’konformità mal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament; |
|
(8) |
L-Anness VII huwa emendat f’konformità mal-Anness V ta’ dan ir-Regolament; |
|
(9) |
L-Anness VIII huwa emendat f’konformità mal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament; |
|
(10) |
L-Anness VII ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness X. |
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
(1) B’effett mill-1 ta’ Jannar 2026, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjonijiet tat-tip ġodda jew estensjonijiet għal approvazzjonijiet eżistenti għal vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati, fejn dawn ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti f’CEN/TS 17184:2022 u CEN/TS 17240:2018 jew mal-istandards EN 17184:2024 u EN 17240:2024, jekk manifattur jitlob dan.
(2) B’effett mill-1 ta’ Jannar 2027, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjonijiet tat-tip ġodda għal vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati, fejn dawn ma jikkonformawx mal-istandards EN 17184:2024 u EN 17240:2024.
(3) B’effett mill-1 ta’ Jannar 2027, fil-każ ta’ vetturi ġodda approvati wara l-31 ta’ Marzu 2018 f’konformità mar-Regolament (UE) 2015/758 li ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti f’CEN/TS 17184:2022 u CEN/TS 17240:2018 jew mal-istandards EN 17184:2024 u EN 17240:2024, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu li ċ-ċertifikati ta’ konformità ma għadhomx validi għall-finijiet tal-Artikolu 48(1) tar-Regolament (UE) 2018/858.
(4) B’effett mill-1 ta’ Jannar 2028, fil-każ ta’ vetturi ġodda approvati wara l-31 ta’ Marzu 2018 f’konformità mar-Regolament (UE) 2015/758 li ma jikkonformawx mal-istandards EN 17184:2024 u EN 17240:2024, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu li ċ-ċertifikati ta’ konformità ma għadhomx validi għall-finijiet tal-Artikolu 48(1) tar-Regolament (UE) 2018/858.
(5) B’effett mill-1 ta’ Jannar 2028, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjonijiet tat-tip ġodda għal vetturi, sistemi jew unitajiet tekniċi separati, fejn dawn ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tekniċi biex ikun jista’ jsir test tal-affidabbiltà stradali perjodiku f’konformità mal-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2017/79 kif emendat b’dan ir-Regolament.
(6) B’effett mill-1 ta’ Jannar 2027, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjonijiet tat-tip ġodda għal vetturi, sistemi jew unitajiet tekniċi separati, fejn dawn ma jikkonformawx mar-rekwiżiti għall-prestazzjoni tas-sors tal-enerġija ta’ riżerva f’konformità mal-Anness X tar-Regolament Delegat (UE) 2017/79.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1(2) u (3) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2027.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 123, 19.5.2015, p. 77, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/758/oj.
(2) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti — inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur”, COM(2020) 789 final tad-9.12.2020.
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/79 tat-12 ta’ Settembru 2016 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi dettaljati u proċeduri ta’ ttestjar għall-approvazzjoni KE għat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi eCall tagħhom immuntati fil-vetturi bbażati fuq is-servizz 112, ta’ unitajiet u komponenti tekniċi separati tal-eCall immuntati fil-vetturi bbażati fuq is-servizz 112 u li jissupplimenta u jemenda r-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet u l-istandards applikabbli (ĠU L 12, 17.1.2017, p. 44, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/79/oj).
(4) Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/45/oj).
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2017/79 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt 1.1.4. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
fil-punt 2.2.4., tiżdied is-sentenza li ġejja: “Kwalunkwe ftehim bħal dan għandu jiġi ddokumentat fir-rapport tat-test.”; |
|
(3) |
il-punt 2.4.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(4) |
fil-punt 2.4.3., il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(5) |
il-punt 2.4.3.(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(6) |
il-punt 2.4.4. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(7) |
il-punt 2.4.5.(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(8) |
il-punt 2.4.6. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(9) |
il-punti 2.7.1.1. u 2.7.1.2. huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(10) |
il-punti 2.7.2.1., 2.7.2.2. u 2.7.2.3. huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(11) |
il-punti 2.7.3.1., 2.7.3.2. u 2.7.3.3. huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(12) |
il-punt 2.8.1. huwa sostitwit b’dan li ġej: “Dawn il-proċeduri għandhom japplikaw għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 skont l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.”; |
|
(13) |
il-punt 2.8.2.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(14) |
jitħassru l-punti 2.8.2.3, 2.8.2.4, 2.8.2.5 u 2.8.2.6. |
ANNESS II
L-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2017/79 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt 1.1.6. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
fil-punt 2.3.3., il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
il-punt 2.4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2.4. Proċedura tat-Test tal-Provvista tal-Enerġija Il-proċedura tat-test deskritta fil-punti 2.4.1 sa 2.4.6 għandha tapplika meta l-Anness X huwa applikabbli u meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(4) |
jitħassar il-punt 2.7.; |
|
(5) |
jiżdied il-punt 3: “3. Proċedura ta’ verifika
|
ANNESS III
L-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2017/79 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
jitħassar il-punt 1.1.2.; |
|
(2) |
il-punt 2.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
il-punt 2.3.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(4) |
il-punti 2.5. u 2.5.1. huma sostitwiti b’dan li ġej: “2.5. Kundizzjonijiet tat-test
|
|
(5) |
il-punti 2.6. u 2.6.1. huma sostitwiti b’dan li ġej: “2.6. Metodu ta’ ttestjar
|
|
(6) |
il-punti 2.6.3. u 2.6.4. huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(7) |
fl-Appendiċi, il-punt 3.1.(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
ANNESS IV
L-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) 2017/79 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-punt 1, il-punt 1.1.1. li ġej jiddaħħal wara l-punt 1.1.:
|
|
(2) |
il-punt 2.3. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
il-punti 2.3.1. sa 2.3.4. huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(4) |
il-punt 2.4. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(5) |
il-punti 2.4.1. sa 2.4.5. huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(6) |
jitħassar il-punt 2.5. |
ANNESS V
L-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) 2017/79 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt 1.3.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
fit-Tabella, it-tielet ringiela (it-tieni entrata) hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(3) |
fit-Tabella, il-ħames ringiela (ir-raba’ entrata) hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(4) |
il-punt 2.1.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(5) |
il-punt 2.1.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(6) |
fil-punt 2.1.5., tiżdied is-sentenza li ġejja: “Għall-ħsarat li ma jistgħux jiġu simulati jew injettati mis-servizz tekniku, il-manifatturi għandhom jipprovdu dokumentazzjoni li tiddeskrivi l-proċedura tat-test u r-riżultati tat-testijiet lis-servizz tekniku.”; |
|
(7) |
il-punt 3.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(8) |
jiżdied il-punt 4 li ġej: “4. Rekwiżiti tekniċi li jippermettu testijiet perjodiċi tal-affidabilità stradali 4.1. Għan L-għan għandu jkun li jiġu vverifikati l-karatteristiċi li ġejjin tas-sistema eCall:
4.2. Rekwiżiti
4.3 Proċedura tat-test
|
ANNESS VI
L-Anness VIII tar-Regolament Delegat (UE) 2017/79 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-Parti I hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
Il-Parti II hija emendata kif ġej:
|
|
(3) |
Il-Parti III hija emendata kif ġej:
|
|
(4) |
Il-Parti IV hija emendata kif ġej:
|
ANNESS VII
Fir-Regolament Delegat (UE) 2017/79 jiżdied l-Anness X li ġej:
“ANNESS X
Proċedura tat-test għall-verifika tal-prestazzjoni tas-sors tal-enerġija ta’ riżerva
1. Għan
L-għan ta’ dan it-test huwa li jiżgura li s-sistema eCall immuntata fil-vettura jew l-STU tal-eCall tkun kapaċi tikkomunika għall-perjodu speċifikat fil-punt 2.
2. Rekwiżiti
Is-sistema eCall jew l-STU tal-eCall għandha tkun operabbli għal perjodu ta’ mill-inqas 5 minuti fil-modalità ta’ komunikazzjoni bil-vuċi segwit minn 60 minuta fil-modalità call-back (modalità idle, irreġistrata fin-network) segwit minn perjodu ieħor ta’ mill-inqas 5 minuti fil-modalità ta’ komunikazzjoni bil-vuċi.
3. Kundizzjonijiet tat-test
It-test tal-verifika li ġej għandu jsir fuq l-STU tal-eCall li tkun ġiet soġġetta għat-test ta’ deċellerazzjoni severa ħafna skont l-Anness I.
Jekk l-STU tal-eCall ma tinkludix il-mikrofonu/i u l-ispeaker(s) għas-sistema tal-eCall, il-mikrofonu/i u l-ispeaker(s) rappreżentattivi għandhom jiżdiedu mal-istruttura tat-test sabiex jiġi eżegwit it-test minn dan l-Anness.
3.1. Metodu ta’ ttestjar
|
3.1.1. |
Agħmel eCall billi tapplika skattatur manwali tas-sistema. |
|
3.1.2. |
Ivverifika li ġiet stabbilita telefonata mal-punt tat-test PSAP permezz ta’ rekord tal-punt tat-test PSAP li juri li rċieva t-telefonata jew permezz ta’ konnessjoni b’suċċess bil-vuċi mal-punt tat-test PSAP. |
|
3.1.3. |
Skonnettja s-sors ewlieni tal-enerġija. |
|
3.1.4. |
Aqra kwalunkwe test għal mill-inqas 5 minuti fil-punt tat-test PSAP. |
|
3.1.5. |
Ikklerja l-eCall billi tuża l-kmand xieraq tal-punt tat-test PSAP (eż. aqta’). |
|
3.1.6. |
Stenna 56 minuta wara li tkun intemmet it-telefonata. |
|
3.1.7. |
Ibda telefonata mill-punt tat-test PSAP lis-sistema eCall immuntata fil-vettura. |
|
3.1.8. |
Jekk it-telefonata tiġi aċċettata awtomatikament, aqra kwalunkwe test għal mill-inqas 5 minuti fil-punt tat-test PSAP, inkella jitlesta t-test. |
3.2. Valutazzjoni
|
3.2.1. |
Ir-rekwiżit jitqies bħala ssodisfat jekk l-STU tal-eCall tkun kapaċi tikkomunika għall-perjodu meħtieġ, kif speċifikat fil-punt 2. |
|
3.2.2. |
L-inkapaċità tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 li tikkomunika għall-perjodu msemmi fil-punt 2 tikkostitwixxi ħsara.. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1871/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)