|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2468 |
3.10.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 128/2024
tat-12 ta’ Ġunju 2024
li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/2468]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/552 tal-4 ta’ April 2022 li tiddetermina li l-boroż tat-titoli nazzjonali tal-Istati Uniti tal-Amerika rreġistrati mas-Securities and Exchange Commission jikkonformaw ma’ rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III tad-Direttiva 2014/65/UE u li huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 31bcazk (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/985) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“31bcazl. |
32022 D 0552: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/552 tal-4 ta’ April 2022 li tiddetermina li l-boroż tat-titoli nazzjonali tal-Istati Uniti tal-Amerika rreġistrati mas-Securities and Exchange Commission jikkonformaw ma’ rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III tad-Direttiva 2014/65/UE u li huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi (ĠU L 107, 6.4.2022, p. 85).” |
Artikolu 2
It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/552 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Ġunju 2024, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 385/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2021 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L 107, 6.4.2022, p. 85.
(*1) Mhi indikata l-ebda ħtieġa kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2468/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)