|
1.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 205/13 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Lulju 2013
li tawtorizza lill-Istati Membri li tipprevedi għal derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward patata, barra l-patata maħsuba għat-tħawwil, li toriġina fir-reġjuni Akkar u Bekaa tal-Libanu
(notifikata bid-dokument C(2013) 4683)
(2013/413/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari t-tielet sentenza tal-Artikolu 15(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/29/KE flimkien mal-punt (12), tal-Parti A tal-Anness III tagħha, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ patata, barra l-patata maħsuba għat-tħawwil, li toriġina mil-Libanu. Skont l-Artikolu 15(1) ta’ dik id-Direttiva, madankollu, jistgħu jingħataw derogi minn dik il-projbizzjoni jekk ma jkunx hemmx riskju ta’ tifrix ta’ organiżmi ta’ ħsara. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/29/KE flimkien mal-punt 25.2 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tagħha, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-patata sakemm ma toriġinax f’pajjiżi magħrufa li huma ħielsa mill-Clavibacter michiganensis (Smith) Davis et al. ssp. sepedonicus (Spieckermann u Kotthoff) Davis et al. minn hawn ‘il quddiem “l-organiżmu ta’ ħsara konċernat”, jew li japplikaw id-dispożizzjonijiet rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dispożizzjonijiet tal-Unjoni għall-ġlieda kontra dak l-organiżmu. Il-Libanu ma jissodisfax dawn il-kondizzjonijiet. Skont l-Artikolu 15(1) ta’ dik id-Direttiva, madankollu, jistgħu jingħataw derogi minn dik il-projbizzjoni jekk ma jkunx hemmx riskju ta’ tifrix ta’ organiżmi ta’ ħsara. |
|
(3) |
L-informazzjoni mogħtija mil-Libanu u miġbura fil-pajjiż matul missjoni mwettqa f’Marzu 2006 mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, u l-informazzjoni sussegwenti pprovduta mil-Libanu, uriet li l-patata, barra dik il-patata maħsuba għat-tħawwil, li toriġina mir-reġjuni ta’ Akkar u Bekaa titkabbar skont kondizzjonijiet fitosanitarji adegwati. |
|
(4) |
Għalhekk, għandha tiġi permessal-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ patata, barra mill-patata maħsuba għat-tħawwil, li toriġina fir-reġjuni Akkar u Bekaa mil-Libanu kemm-il darba din tissodisfa l-kondizzjonijiet li jassiguraw li l-organiżmu ta’ ħsara konċernat ma jkunx preżenti fuq il-patata meta tiġi introdotta fit-territorju tal-Unjoni. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jikkonċernaw il-produzzjoni f’żoni ħielsa mill-organiżmu ta’ ħsara konċernat, it-twettiq ta’ stħarriġiet ta’ dawk iż-żoni, il-produzzjoni minn żerriegħa tal-patata ċċertifikata, it-tqandil, il-ħżin, l-imballaġġ u r-rekwiżiti tat-tħejjija. |
|
(5) |
Il-patata għandha tiġi introdotta fl-Unjoni minn punti tad-dħul magħżula, biex jiġu żgurati kontrolli effettivi u tnaqqis ta’ kwalunkwe riskju fitosanitarju. |
|
(6) |
Għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti ta’ spezzjoni sabiex jiġu żgurati l-kontrolli tar-riskju fitosanitarju. Għandu jiġi stabbilit jekk it-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar għandhomx jitwettqu skont l-iskema eżistenti tal-ittestjar stabbilita bid-Direttiva tal-Kunsill 93/85/KEE tal-4 ta’ Ottubru 1993 dwar il-kontroll tat-tħassir forma ta’ ċirku tal-patata (2). |
|
(7) |
Il-patata għandha tiġi introdotta u ttrasportata biss fl-Unjoni jekk tkun ittikkettata kif xieraq b’tali mod li jiġu indikati l-oriġini Libaniża u informazzjoni rilevanti oħra, bil-għan li din il-patata ma titħalliex titħawwel u biex ikunu żgurati l-identifikazzjoni u t-traċċabilità tal-patata. |
|
(8) |
L-Istati Membri għandhom, wara kull staġun tal-importazzjoni, jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet li jkunu saru, sabiex l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tkun tista’ tiġi vvalutata. |
|
(9) |
Id-deroga għandha tkun għal perjodu limitat. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni biex tingħata deroga
B’deroga mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/29/KE flimkien mal-punt 12 tal-Parti A tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva, u mill-Artikolu 5(1) ta’ dik id-Direttiva flimkien mal-punt 25.2. tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV ta’ dik id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-introduzzjoni fit-territorju tagħom tal-patata, kif stabbilit fil-Punt 12 tal-Parti A tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva, (minn hawn ‘il quddiem: “patata”) li toriġina fir-reġjuni ta’ Akkar jew Bekaa tal-Libanu, li tissodisfa il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Ċertifikat fitosanitarju
Iċ-ċertifikat fitosanitarju, kif stabbilit fl-Artikolu 13a(3) tad-Direttiva 2000/29/KE, għandu jinħareġ fil-Libanu. Taħt “Dikjarazzjoni addizzjonali”, dan iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
dikjarazzjoni “Skont ir-rekwiżiti tal-UE stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/413/UE”; |
|
(b) |
in-numru tal-lott; |
|
(c) |
l-isem taż-żona ħielsa mill-pest fit-tifsira tal-punt (1) tal-Anness. |
Artikolu 3
Punti ta’ dħul
1. Patata koperta minn awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 1 tista tiddaħħal biss fl-Unjoni minn punt tad-dħul, magħżul għal tali introduzzjoni mill-Istat Membru li fih ikun jinsab il-punt tad-dħul.
2. Il-punti ta’ dħul u l-isem u l-indirizz tal-korp uffiċjali responsabbli msemmi fid-Direttiva 2000/29/KE inkarigat minn kull punt ta’ dħul għandhom jiġu notifikati mill-Istat Membru lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u l-Libanu.
Artikolu 4
Spezzonijiet mill-Istati Membri
1. Minn kull lott tal-kunsinna, għandhom jittieħdu kampjuni għall-eżaminazzjoni uffiċjali fir-rigward tal-Clavibacter michiganensis (Smith) Davis et al. ssp. sepedonicus (Spieckermann and Kotthoff) Davis et al., minn hawn’ il quddiem “l-organiżmu ta’ ħsara konċernat”. Kull kampjun għandu jkun magħmul tal-anqas minn 200 tuberu. Fil-każ li lott jaqbeż il-25 tunnellata metrika, għandu jittieħed kampjun għal kull 25 tunnellata u, barra minn hekk, għall-parti li tibqa’ tal-lott.
2. Il-korpi uffiċjali responsabbli għandhom jagħmlu eżami viżwali tal-kampjuni għal sintomi tal-organiżmu ta’ ħsara konċernat fuq tuberu maqtugħ.
Matul dak l-eżami, il-lottijiet kollha tal-kunsinna konċernata għandhom jibqgħu taħt kontroll uffiċjali u ma għandhomx jiġu mċaqilqa jew użati.
3. Fil-każ li s-sintomi tal-organiżmu ta’ ħsara konċernat jiġu identifikati waqt l-eżami msemmi fil-paragrafu 2, għandhom jitwettqu testijiet, li jiddeterminaw jekk l-organiżmu ta’ ħsara konċernat ikunx preżenti, skont il-punt 1.1. u l-punti 4. sa 10. tal-Anness I tad-Direttiva 93/85/KEE.
Filwaqt li dawk it-testijiet jitwettqu, il-lottijiet kollha tal-kunsinna konċernata, u l-kunsinni l-oħrajn kollha li fihom lott li joriġina mill-istess żona ħielsa mill-pest u li jinsabu taħt il-kontroll tal-korp uffiċjali responsabbli konċernat, għandhom jibqgħu taħt il-kontroll uffiċjali, u ma għandhomx jiġu mċaqilqa jew użati.
4. Fejn tiġi kkonfermata l-preżenza ta’ organiżmu ta’ ħsara konċernat f’kampjun skont il-paragrafu 3, kwalunkwe fdal tal-estratt tal-patata għandu jinżamm u jiġi kkonservat kif xieraq u l-lott konċernat ma għandux jiddaħħal fl-Unjoni.
Il-kumplament tal-lottijiet kollha msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 għandu jiġi ttestjat skont il-punt 1.1. u l-punti 4. sa 10. tal-Anness I tad-Direttiva 93/85/KEE;
5. Fir-rigward ta’ lottijiet li fil-kampjuni tagħhom ma jinsabilhom l-ebda sintomu ta’ organiżmu ta’ ħsara konċernat matul l-eżami msemmi fil-paragrafu 2, għandhom jitwettqu testijiet għal infezzjoni moħbija fuq il-lottijiet kollha skont il-punt 1.2 u l-punti 3. sa 10. tal-Anness I tad-Direttiva 93/85/KEE;
Matul l-ittestjar dak il-lott għandu jibqa’ taħt il-kontroll uffiċjali u ma għandux jiġi mċaqlaq jew użat.
Fejn il-preżenza ta’ organiżmu ta’ ħsara konċernat tiġi konfermata f’kampjun kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, kwalunkwe fdal tal-estratt tal-patata għandu jinżamm u jiġi kkonservat kif xieraq u l-lott konċernat ma għandux jiddaħħal fl-Unjoni.
Artikolu 5
Notifika ta’ suspett jew sejbiet konfermati
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni u lil-Libanu bil-każijiet fejn hija ssusspettata l-preżenza ta’ organiżmu ta’ ħsara konċernat bħala riżultat ta’ test ta’ skrining rapidu, kif imsemmi fil-punt 1.1 tal-Anness I tad-Direttiva 93/85/KEE, jew it-test ta’ skrining kif imsemmi fil-punt 1.2 tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni u lil-Libanu bil-każijiet fejn hija kkonfermata l-preżenza ta’ organiżmu ta’ ħsara konċernat skont il-punti 1.1 u 1.2 tal-Anness I tad-Direttiva 93/85/KEE;
Artikolu 6
Ittikkettar
1. Il-patata għandha tiddaħħal u tiġi ttrasportata biss fl-Unjoni b’tikketta, f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, li tinkludi l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
indikazzjoni li toriġina mil-Libanu; |
|
(b) |
l-isem taż-żona ħielsa mill-pest; |
|
(c) |
l-isem u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-produttur; |
|
(d) |
in-numru tal-lott; |
2. It-tikketta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinħareġ taħt il-kontroll tal-organizazzjoni Libaniża tal-protezzjoni tal-pajnti.
Artikolu 7
Ir-rimi tal-iskart
L-iskart li jirriżulta minn imballaġġ jew l-iproċessar tal-patata fl-Unjoni għandu jintrema b’tali mod li jiġi żgurat li l-organiżmu ta’ ħsara konċernat ma jistax jistabbilixxi u jinfirex.
Artikolu 8
Notifika tal-obbligi tal-importaturi
1. L-importatur għandu, suffiċjentement bil-quddiem, jgħarraf lill-korp uffiċjali responsabbli tal-punt tad-dħul fl-Istat Membru konċernat bl-intenzjoni tiegħu li jdaħħal il-kunsinna.
2. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollha l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
Il-kwantità tal-kunsinna(i) konċernat(i); |
|
(b) |
Id-data prevista tal-introduzzjoni; |
|
(c) |
l-isem u l-indirizz tal-importatur. |
Artikolu 9
Irrapurtar dwar l-importazzjonijiet
L-Istat Membru li jimporta għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, l-informazzjoni dwar l-ammonti filwaqt li jindika l-lottijiet, il-kunsinni u t-tunnellati, importati skont din id-Deċiżjoni bejn l-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ qabel u l-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel.
Artikolu 10
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi din id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Ottubru 2014.
Artikolu 11
Data ta’ skadenza
Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta’ Ottubru 2015.
Artikolu 12
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
IR-REKWIŻITI GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 1
Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika f’dak li għandu x’jaqsam mal-patata li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (1) sa (9).
(1) Żoni ta’ produzzjoni
Il-patata tiġi kkoltivata fir-reġjuni Akkar jew Bekaa f’żoni li ġew uffiċjalment iddikjarati mill-organizzazzoni Libaniża tal-protezzjoni tal-pajnti, skont l-Istandard Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji Nru 4 dwar ir-rekwiżiti għall-istabbiliment ta’ żoni ħielsa mill-pest (1), li huma ħielsa mill-organiżmu ta’ ħsara konċernat (“żoni ħielsa mill-pest”) u kkomunikati mil-Libanu lill-Kummissjoni kull sena.
(2) Stħarriġ ta’ żoni ħielsa mill-pest
Żoni ħielsa mill-pesti huma suġġetti għal stħarriġ annwali sistematiku u rappreżentattiv biex jiġi identifikat l-organiżmu ta’ ħsara konċernat, imwettaq mill-awtoritajiet Libaniżi, matul il-ħames snin ta’ qabel il-produzzjoni u matulha.
L-istħarriġ iseħħ fuq l-għelieqi tal-patata li jinsabu f’żoni ħielsa mill-pest, u fuq il-patata maħsuda f’dawk iż-żoni.
L-istħarriġ għandu jikkonsisti mill-elementi li ġejjin:
|
(a) |
spezzjonijiet viżwali tal-għelieqi matul l-istaġun li fih tikber il-veġetazzjoni; |
|
(b) |
eżami viżwali tal-patata maħsuda għal sintomi ta’ organiżmu ta’ ħsara konċernat fuq tuberu maqtugħ; |
|
(c) |
ittestjar fil-laboratorji fuq patata sintomatika u asintomatika. |
L-istħarriġ ma juri l-ebda sejba tal-organiżmu li jagħmel il-ħsara konċernat jew l-ebda evidenza oħra li tista’ tindika li ż-żona mhix żona ħielsa mill-pest fit-tifsira tal-punt (1). Ir-riżultati tal-istħarriġ jingħataw lill-Kummissjoni ġaladarba ssir talba għalihom.
(3) Produtturi
Il-patata titkabbar minn produtturi reġistrati mill-organizzazzjoni Libaniża tal-protezzjoni tal-pajnti.
(4) Il-produzzjoni minn żerriegħa tal-patata ċċertifikata
Il-patata tissodisfa wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
titkabbar minn żerriegħa tal-patata ċċertifikata fl-Unjoni u importata fil-Libanu minn hemm; |
|
(b) |
titkabbar minn żerriegħa tal-patata importata fil-Libanu minn pajjiż terz jew partijiet tiegħu, li għalihom, id-dħul fl-Unjoni taż-żerriegħa tal-patata mhux ipprojbit skont l-Anness III tad-Direttiva 2000/29/KE, u tiġi ċċertifikata f’dak il-pajjiż terz. |
(5) Għelieqi ta’ produzzjoni
Il-patata titkabbar f’għelieqi fejn l-ebda patata, minbarra dik imsemmija fil-punt 4, ma tkabbret matul il-ħames snin ta’ qabel.
(6) Tqandil
Il-patata titqandel bl-użu ta’ makkinarju li jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
jintuża biss biex iqandel il-patata li tissodisfa l-punti 1 sa 5; |
|
(b) |
fil-każ li jkun intuża għal finijiet minbarra dawk imsemmijin fil-punt (a), li jkun tnaddaf u ġie ddiżinfettat b’mod xieraq qabel ma jiġi użat għall-finijiet imsemmija fil-punt (a). |
(7) Il-ħażna
Il-patata tinħażen f’faċilitajiet ta’ ħażna li jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
dawn huma użati biss għall-ħażna tal-patata li tissodisfa il-punti (1) sa (6); |
|
(b) |
fil-każ li jintużaw għal għanijiet oħra minn dawk imsemmija fil-punt (a), dawn ikunu suġġetti għal miżuri xierqa tal-iġjene qabel ma jintużaw għall-finijiet imsemmija fil-punt (a). |
(8) Imballaġġ
Il-materjal tal-imballaġġ użat għall-patata huwa jew ġdid jew imnaddaf u ddiżinfettat.
(9) Preparazzjoni tal-patata u l-lottijiet għall-introduzzjoni fl-Unjoni
Il-patata tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-preparazzjoni tagħha:
|
(a) |
Hija ħielsa minn ħamrija, weraq u debris ieħor ta’ pjanti; |
|
(b) |
din hija ppreżentata għall-introduzzjoni fl-Unjoni bħala lottijiet, kull lott hu magħmul minn patata prodotta minn produttur wieħed u maħsuda f’żona unika kif speċifikat fil-punt 1; kif ukoll |
|
(c) |
tinsab f’boroż, f’pakketti jew f’kontenituri oħrajn, li kull waħda minnhom tkun ittikkettata skont l-Artikolu 6. |
(1) ISPM 4. 1995. Rekwiżiti għall-istabbiliment ta’ żoni ħielsa mill-pest. Ruma, l-IPPC, FAO.