<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-857/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0857</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:139">EU:C:2021:139</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20210225">25.2.2021</DATE> – Kawża C‑857/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Slovak Telekom</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20210225">25 ta’ Frar 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: is-Slovakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 102 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Abbuż minn pożizzjoni dominanti</KEYWORD><KEYWORD>Tqassim tal-kompetenzi bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1/2003</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 11(6)</KEYWORD><KEYWORD>Astensjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni mill-ġurisdizzjoni tagħhom</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT></KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 50 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑857/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (il-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20191112">12 ta’ Novembru 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20191126">26 ta’ Novembru 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Slovak Telekom a.s.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>kontra</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Protimonopolný úrad Slovenskej republiky,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn N. Wahl, President tal-Awla, A. Prechal (Relatur), President tat-Tielet Awla, u J. Passer, Imħallef,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Slovak Telekom a.s., minn J. Hajdúch, advokát,</P></ITEM><ITEM><P>għal Protimonopolný úrad Slovenskej republiky, minn T. Menyhart, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Slovakk, minn B. Ricziová, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġenta, u assistita minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Farley u R. Lindenthal kif ukoll minn L. Wildpanner, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas‑<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE> fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 u 102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205) u tal-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Slovak Telekom a.s. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>ST<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u l-Protimonopolný úrad Slovenskej republiky (l-Uffiċċju kontra l-monopolju tar-Repubblika Slovakka) iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>awtorità tal-kompetizzjoni Slovakka<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) dwar il-legalità ta’ deċiżjoni li timponi fuq ST multa talli abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha, fis-sens tal-Artikolu 102 TFUE, billi pprattikat tariffi fuq swieq bl-imnut tat-telekomunikazzjonijiet u s-suq tal-interkonnessjoni bl-ingrossa li jwasslu għal kompressjoni tal-marġni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1/2003</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 6, 8 u 17 tar-Regolament Nru 1/2003 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>(6)</NO.P><TXT>Sabiex jiżgura li l-liġijiet tal-kompetizzjoni [tal-Unjoni] huma applikati b’mod effettiv, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri għandhom ikun assoċjati aktar mil-qrib ma l-applikazzjoni tagħhom. Għal dan il-għan, għandhom is-saħħa li japplikaw il-liġijiet [tal-Unjoni].</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Sabiex jiżgura l-infurzar effetiv tal-liġijiet [tal-kompetizzjoni tal-Unjoni] u il-funżjoni propja tal-mekkaniżmi tal-koperazzjoni li jinsabu fir-Regolament, huwa neċċessarju l-obligu ta’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u l-qrati tal-Istati Membri li huma ukoll japplikaw l-Artikoli [101 u 102 TFUE] billi huma japplikaw liġijiet nazzjonali tal-kompettitività lil ftehim u prattiki li jistgħu jaffetwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(17)</NO.P><TXT>Jekk il-liġijiet tal-kompetizzjoni huma applikati b’mod konsistenti u, fl-istess ħin, in-networks huma ħa jkunu maniġjati fl-aqwa mod possibli, huwa essenzali li tinżam ir-regola li l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jitilfu awtomatikament il-kompetenzi tagħhom jekk il-Kummissjoni tibda il-proċeduri propji tagħha. Fejn l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru qed jagixxi diġa fuq każ u l-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tibda l-proċeduri, hi għandha tagħmel hekk mil aktar fis possibli. Qabel ma tibda l-proċeduri, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lil awtoritajiet nazzjonali konċernati.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(1) u (6) tar-Regolament Nru 1/2003 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli tal-kompetizzjoni [tal-Unjoni] f’koperazzjoni qariba.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="011.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>L-inizjazzjoni mil-Kummissjoni tal-proċeduri għall-adottazzjoni ta’ deċiżjoni taħt Kapitolu III jirrileva l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri tal-kompetenzi tgħhom li japplikaw l-Artikoli [101 u 102]. Jekk l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru qed tagixxi diġa fuq il-każ, il-Kummissjoni għandha tibda proċeduri wara li tikkonsulta lil dik l-awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 35(3) u (4) tar-Regolament Nru 1/2003:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="035.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-effetti ta’ l-Artikolu 11(6) japplika għall-awtoritajiet nominati mil-Istati Membri inklużi l-qrati li jeserċitaw funzjonijiet rigward il-preparazzjoni u l-adozzjoni tat-tipi ta’ deċiżjonijiet preveduti mil-Artikolu 5. L-eefetti ta’ l-Artikolu 11(6) mhux ser jiġi estiż għall-qrati sakemm jagixxu bħala qrati ta’ reviżjoni b’rispett għat-tipi ta’ deċiżjonijiet preveduti fl-Artikolu 5.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="035.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Minkejja paragrafu 3, fl-Istati Membri fejn, għal adozzjoni ta’ ċertu tipi ta’ deċiżjonijiet preveduti mil-Artikolu 5, awtorità iġġib azzjoni qabel l-awtorità ġudizzjarja li hi seperata u differenti mil-awtorità tal-prosekuzzjoni u provdut li it-termini ta’ dan il-paragrafu jiġu mħarsa, l-effetti ta’ l-Artikolu 11(6) ikunu limitati għal awtorità li qed tieħu ħsieb il-prosekuzzjoni il-każ li tirtira il-pretensjoni tagħha qabel ma l-awtorità ġudizzjarja meta il-Kummissjoni tiftaħ il-proċeduri u dan l-irtirar iġib il-proċeduri nazzjonali fit-tmiem effetiv tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 773/2004</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas‑<DATE ISO="20040407">7 ta’ April 2004</DATE> dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skond l-[Artikoli 101 u 102 TFUE] (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81) kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008 tat‑<DATE ISO="20080630">30 ta’ Ġunju 2008</DATE>, (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="171" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 171, p. 3</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Regolament Nru 773/2004<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tibda proċeduri bil-ħsieb li tadotta deċiżjoni skond il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 fi kwalunkwe żmien, imma mhux iktar tard mid-data li fiha hija toħroġ stima preliminari kif jirreferi għaliha l-Artikolu 9(1) ta’ dak ir-Regolament jew dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet jew id-data li fiha avviż skond l-Artikolu 27(4) ta’ dak ir-Regolament ikun ippubblikat, skond liema tkun id-data l-iktar kmieni.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20050926">26 ta’ Settembru 2005</DATE>, l-awtorità Slovakka tal-kompetizzjoni bdiet proċedura kontra ST għal abbuż minn pożizzjoni dominanti skont l-Artikolu 102 TFUE. Il-ftuħ ta’ din il-proċedura ġie nnotifikat lill-Kummissjoni Ewropea u lill-awtoritajiet l-oħra tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri fix-xahar ta’ Ottubru 2005. Fix-xahar ta’ Ottubru 2007, l-awtorità tal-kompetizzjoni Slovakka ppreżentat lill-Kummissjoni abbozz ta’ deċiżjoni li tiddikjara li ST kienet abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20071221">21 ta’ Diċembru 2007</DATE>, l-awtorità Slovakka tal-kompetizzjoni adottat deċiżjoni li permezz tagħha kkonstatat li ST kienet abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20080613">13 ta’ Ġunju 2008</DATE>, il-Kummissjoni għamlet talbiet għal informazzjoni mingħand kompetituri ta’ ST dwar ċerti prattiki kummerċjali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Mit‑13 sal‑<DATE ISO="20090115">15 ta’ Jannar 2009</DATE>, il-Kummissjoni wettqet spezzjoni mingħajr avviż fil-bini ta’ ST b’kooperazzjoni mal-awtorità tal-kompetizzjoni Slovakka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20090408">8 ta’ April 2009</DATE>, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċedura kontra ST, fis-sens tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003 u tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 773/2004 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>deċiżjoni tal-Kummissjoni tat‑<DATE ISO="20090408">8 ta’ April 2009</DATE><QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>). Il-Kummissjoni tippreċiża, f’din id-deċiżjoni, li l-proċedura inkwistjoni tikkonċerna, b’mod partikolari, rifjut possibbli ta’ ST li tipprovdi aċċess separat għan-netwerks lokali tagħha u għal servizzi oħra ta’ aċċess bl-ingrossa għall-high speed broadband kif ukoll prattika ta’ kompressjoni tal-marġni fir-rigward tal-aċċess bl-ingrossa għan-netwerk lokali, ta’ servizzi oħra ta’ aċċess bl-ingrossa għall-high speed broadband u tas-servizzi ta’ aċċess bl-imnut fis-Slovakkja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20090409">9 ta’ April 2009</DATE>, ir-Rada Protimonopolného úradu Slovenskej republiky (il-Kunsill tal-Uffiċċju kontra l-monopolju tar-Repubblika Slovakka) biddel id-deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20071221">21 ta’ Diċembru 2007</DATE> tal-awtorità tal-kompetizzjoni Slovakka (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20090409">9 ta’ April 2009</DATE><QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>). Permezz ta’ din id-deċiżjoni, huwa impona fuq ST multa fl-ammont ta’ <FT TYPE="NUMBER">525800000</FT> koruni Slovakki (SKK) (EUR 17 453 362.54) minħabba li ST kienet abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha billi adottat strateġija ta’ pressjoni fuq il-marġni tal-prezzijiet tagħha bejn il-prezzijiet ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet bl-imnut u dawk tal-interkonnessjoni bl-ingrossa. L-imsemmi kunsill jqis li dan il-ksur twettaq, skont is-servizzi bl-imnut inkwistjoni, matul perijodi li jmorru, għall-itwal perijodu, mill‑<DATE ISO="20010501">1 ta’ Mejju 2001</DATE> sad‑<DATE ISO="20090409">9 ta’ April 2009</DATE>, data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20090409">9 ta’ April 2009</DATE> kienet is-suġġett ta’ appell minn ST quddiem il-Krajský súd v Bratislave (il-Qorti Reġjonali ta’ Bratislava, ir-Repubblika Slovakka), fejn invokat, b’mod partikolari, li l-awtorità kompetenti sabiex tadotta l-imsemmija deċiżjoni kienet it-Telekomunikačný úrad Slovenskej republiky (l-Uffiċċju tat-Telekomunikazzjonijiet tar-Repubblika Slovakka) u mhux l-awtorità tal-kompetizzjoni Slovakka. Permezz ta’ sentenza tal‑<DATE ISO="20120111">11 ta’ Jannar 2012</DATE>, il-Krajský súd v Bratislave (il-Qorti Reġjonali ta’ Bratislava) annullat id-deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20090409">9 ta’ April 2009</DATE>. L-awtorità tal-kompetizzjoni Slovakka ppreżentat appell ta’ kassazzjoni quddiem in-Najvyšší súd Slovenskej republiky (il-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka). Permezz ta’ digriet tal‑<DATE ISO="20140211">11 ta’ Frar 2014</DATE>, il-qorti tar-rinviju annullat is-sentenza tal‑<DATE ISO="20120111">11 ta’ Jannar 2012</DATE> tal-Krajský súd v Bratislave (il-Qorti Reġjonali ta’ Bratislava) u rrinvijat il-kawża quddiem din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20120507">7 ta’ Mejju 2012</DATE>, il-Kummissjoni adottat u bagħtet lil ST dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20141015">15 ta’ Ottubru 2014</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C(2014) 7465 finali dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39523 – Slovak Telekom). Fid-deċiżjoni C(2014) 7465, il-Kummissjoni qieset li, mit-<DATE ISO="20050812">12 ta’ Awwissu 2005</DATE> sal-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>, l-impriża komposta minn Deutsche Telekom AG u minn ST kienet wettqet ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 102 TFUE, li jikkonsisti, essenzjalment, f’kompressjoni tal-marġni u fl-adozzjoni ta’ strateġija ta’ rifjut li jiġi pprovdut aċċess għan-networks lokali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>, wara d-digriet tar-rinviju tal‑<DATE ISO="20140211">11 ta’ Frar 2014</DATE>, il-Krajský súd v Bratislave (il-Qorti Reġjonali ta’ Bratislava) adottat it-tieni sentenza li tiċħad l-appell ta’ ST. ST appellat minn din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Din stiednet lil ST u lill-awtorità tal-kompetizzjoni Slovakka jifformulaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-osservanza tal-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT> fid-dawl tal-kundanna ta’ ST mill-imsemmija awtorità u mill-Kummissjoni għal abbuż minn pożizzjoni dominanti li jikkonsisti f’kompressjoni tal-marġni għall-perijodu mit‑<DATE ISO="20050812">12 ta’ Awwissu 2005</DATE> sal‑<DATE ISO="20071221">21 ta’ Diċembru 2007</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Dawn l-osservazzjonijiet wrew diverġenza ta’ opinjoni bejn ST u l-awtorità tal-kompetizzjoni Slovakka dwar l-eżistenza ta’ ksur tal-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT>, il-fatt li n-Najvyšší súd Slovenskej republiky (il-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka) ma kinitx taqbel mal-pożizzjoni li, fid-deċiżjonijiet rispettivi tagħhom, l-awtorità tal-kompetizzjoni Slovakka u l-Kummissjoni kienu eżaminaw prodotti differenti u l-fatt li din il-qorti kkunsidrat li l-kawża inkwistjoni kienet differenti minn dik li tat lok għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190403">3 ta’ April 2019</DATE>, <NAME.CASE>Powszechny Zakład Ubezpieczeń na Życie</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑617/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:283">EU:C:2019:283</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, in-Najvyšší súd Slovenskej republiky (il-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1)</NO.P><TXT>L-espressjoni <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>jirrileva l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri tal-kompetenzi tgħhom li japplikaw l-Artikoli [101 u 102 TFUE<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> li tidher fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003] tfisser li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jitilfu s-setgħa li japplikaw l-Artikoli [101 u 102 TFUE]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 50 (Id-dritt li wieħed ma jiġix iġġudikat jew jingħata piena darbtejn għall-istess reat) tal-Karta għandu japplika wkoll għal ksur ta’ natura amministrattiva bħall-abbuż minn pożizzjoni dominanti msemmi fl-Artikolu 102 TFUE, meta dan il-ksur jiġi ssanzjonat b’mod separat u indipendenti mill-Kummissjoni u minn awtorità ta’ Stat Membru fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħhom konformement mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-ewwel sentenza tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jitilfu l-kompetenza tagħhom li japplikaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE meta l-Kummissjoni tiftaħ proċedura bil-għan tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191003">3 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Wasserleitungsverband Nördliches Burgenland <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑197/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:824">EU:C:2019:824</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jitilfu l-kompetenza tagħhom li japplikaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE meta l-Kummissjoni tiftaħ proċedura sabiex tadotta waħda mid-deċiżjonijiet iddefiniti fil-Kapitolu III ta’ dan ir-regolament li huma intiżi sabiex jikkonstataw ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, li jobbligaw lill-impriżi inkwistjoni jtemmu l-imsemmi ksur, jordnaw miżuri provviżorji wara konstatazzjoni <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> ta’ tali ksur, li jagħmlu impenji meħuda minn impriżi obbligatorji jew li jikkonstataw in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 35 tar-Regolament Nru 1/2003, it-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> imsemmija fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003 jirreferu għall-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji maħtura mill-Istati Membri li jippreparaw u jadottaw deċiżjonijiet li japplikaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE u li jordnaw il-waqfien ta’ ksur jew ta’ miżuri provviżorji, li jaċċettaw impenji jew jimponu multi, pagamenti ta’ penalità jew kull sanzjoni oħra prevista mid-dritt nazzjonali tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Madankollu, it-telf ta’ kompetenza previst fl-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003 ma japplikax għall-qrati tal-Istati Membri meta huma jiddeċiedu bħala istanza ta’ appell kontra l-imsemmija deċiżjonijiet. Min-naħa l-oħra, din tapplika fil-każijiet fejn, skont id-dritt nazzjonali applikabbli, awtorità tadixxi awtorità ġudizzjarja distinta mill-awtorità inkarigata mill-prosekuzzjoni. F’każ bħal dan u meta l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003 huma ssodisfatti, l-imsemmija awtorità għandha tirtira t-talba tagħha quddiem l-awtorità ġudizzjarja u ttemm il-proċedura nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>[l]-inizjazzjoni mil-Kummissjoni tal-proċeduri<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, li jinsabu fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003 ma humiex, min-naħa tagħhom, iddefiniti minn dan ir-regolament u lanqas mir-Regolament Nru 773/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>bdiet xi proċedura<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> stabbilit fl-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17 tas‑<DATE ISO="19620206">6 ta’ Frar 1962</DATE>, l-ewwel regolament li jimplimenta l-Artikoli [101 u 102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 3) u warajh ġie r-Regolament Nru 1/2003, li dan il-kunċett jirreferi għal att ta’ awtorità tal-Kummissjoni li juri r-rieda tagħha li tieħu deċiżjoni skont l-ewwel wieħed minn dawn ir-regolamenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19730206">6 ta’ Frar 1973</DATE>, <NAME.CASE>Brasserie de Haecht,</NAME.CASE> <NO.CASE>48/72</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1973:11">EU:C:1973:11</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>B’analoġija għal dan il-kunċett, il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>[l]-inizjazzjoni mil-Kummissjoni tal-proċeduri<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> li jinsabu fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jkopru, minn perspettiva formali, att tal-Kummissjoni li permezz tiegħu din tal-aħħar tinforma lill-impriża dwar il-volontà tagħha li tibda proċedura sabiex tadotta waħda mid-deċiżjonijiet imsemmija fil-Kapitolu III ta’ dan ir-regolament. Dan l-att għandu jseħħ fit-terminu stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 773/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>[l]-inizjazzjoni mil-Kummissjoni tal-proċeduri<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> jiddelimita, minn perspettiva materjali, il-portata tal-astensjoni mill-Kummissjoni tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri. Fil-fatt, diġà ġie deċiż li l-astensjoni msemmija fl-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003 tirrigwarda l-fatti li huma s-suġġett tal-proċedura miftuħa mill-Kummissjoni (ara, f’dan is-sens, id-digriet tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200129">29 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Silgan Closures u Silgan Holdings vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑418/19 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:43">EU:C:2020:43</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għalhekk, l-att li bih il-Kummissjoni tinforma lil impriża bl-intenzjoni tagħha li tiftaħ proċedura sabiex tadotta waħda mid-deċiżjonijiet imsemmija fil-Kapitolu III ta’ dan ir-regolament għandu jispeċifika l-ksur preżunt tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, imwettaq minn impriża waħda jew iktar matul perijodu wieħed jew iktar fuq suq wieħed jew iktar ta’ prodotti u suq wieħed jew iktar ġeografiċi, li dan l-att jirrigwarda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, peress li, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003, il-Kummissjoni tiftaħ proċedura kontra impriża waħda jew iktar minħabba ksur preżunt tal-Artikoli 101 jew 102 TFUE, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jitilfu l-kompetenza tagħhom li jippersekwixxu l-istess impriżi għall-istess aġir allegatament antikompetittiv, li jseħħ fl-istess suq jew swieq ta’ prodotti u ġeografiċi matul l-istess perijodu jew fl-istess perijodi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003 hija ssostanzjata mill-kuntest li taqa’ taħtu din id-dispożizzjoni. Fil-fatt, din taqa’ taħt il-Kapitolu IV ta’ dan ir-regolament, dwar il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri. Taħt dan il-kapitolu, l-Artikolu 11(1) tal-imsemmi regolament jipprevedi li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni f’kooperazzjoni mill-qrib. Issa, huwa għal dan il-għan li, l-Artikolu 11(6) tal-istess regolament jipprevedi mhux biss li l-ftuħ mill-Kummissjoni ta’ proċedura għall-finijiet tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni skont il-Kapitolu III tar-Regolament Nru 1/2003 jneħħi l-kompetenza tal-awtoritajiet<?PAGE NO="7"?> tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri sabiex japplika l-Artikoli 101 u 102 TFUE, iżda wkoll li, jekk awtorità nazzjonali tkun diġà qed tittratta każ, il-Kummissjoni tibda l-proċedura biss wara li tkun ikkonsultat lil din l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-imsemmija interpretazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003 hija kkorroborata mill-għan imfittex minn dan ir-regolament. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-premessi 6 u 8 tal-imsemmi regolament, dan huwa intiż sabiex jiżgura applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni billi jawtorizza lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri japplikaw dan id-dritt b’mod parallel mal-Kummissjoni. L-applikazzjoni parallela ta’ dawn ir-regoli għandha, madankollu, issir ukoll b’mod koerenti u billi tiġi żgurata l-aħjar ġestjoni tan-network tal-awtoritajiet pubbliċi responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regoli. Issa, kif tiddikjara l-premessa 17 tal-istess regolament, huwa sabiex jiġu ggarantiti dawn l-għanijiet tal-aħħar li l-astensjoni tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali favur il-Kummissjoni, meta din tiftaħ proċedura, hija prevista. Barra minn hekk, l-applikazzjoni parallela tal-imsemmija regoli ma tistax issir għall-ispejjeż tal-impriżi. Issa, ir-rinunzja tal-kompetenza tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali tippermetti li l-impriżi jiġu protetti minn proċeduri paralleli min-naħa ta’ dawn l-awtoritajiet u tal-Kummissjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19811111">11 ta’ Novembru 1981</DATE>, <NAME.CASE>IBM vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>60/81</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:264">EU:C:1981:264</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll id-digriet tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200129">29 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Silgan Closures u Silgan Holdings vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑418/19 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:43">EU:C:2020:43</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta, f’dan il-każ, li, peress li l-proċedura mibdija mill-awtorità tal-kompetizzjoni Slovakka, fis‑<DATE ISO="20050926">26 ta’ Settembru 2005</DATE>, kontra ST kienet saret minn awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru, fis-sens tal-Artikolu 35 tar-Regolament Nru 1/2003, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat‑<DATE ISO="20090408">8 ta’ April 2009</DATE> li tagħti bidu għal proċeduri kontra ST, fis-sens tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 773/2004, ma astjenietx lil din l-awtorità, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003, mill-kompetenza tagħha sabiex tapplika l-Artikolu 102 TFUE sa fejn l-imsemmija deċiżjoni tirrigwarda l-istess prattiki ta’ antikompetizzjoni allegatament imwettqa minn ST fl-istess suq jew swieq ta’ prodotti u fl-istess suq jew swieq ġeografiċi matul l-istess perijodi bħal dawk li huma diġa’ s-suġġett ta’ proċedura mibdija minn din l-awtorità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat jekk dan huwiex il-każ, għandu jitfakkar li, filwaqt li l-interpretazzjoni tal-portata tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat‑<DATE ISO="20090408">8 ta’ April 2009</DATE> hija tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180227">27 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Western Sahara Campaign UK</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑266/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:118">EU:C:2018:118</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa l-portata ta’ deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni bħal dik ikkontestata mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja, mitluba sabiex tagħti lill-qorti nazzjonali risposti utli fil-kuntest ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari, għandha ġurisdizzjoni sabiex tagħti indikazzjonijiet, ibbażati fuq il-proċess tal-kawża prinċipali kif ukoll fuq osservazzjonijiet bil-miktub u orali li ġew sottomessi lilha, b’tali mod li din l-istess qorti tkun tista’ tiddeċiedi l-kawża konkreta quddiemha. (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200924">24 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>YS (Pensjonijiet ta’ impriża ta’ persunal qafas)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑223/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:753">EU:C:2020:753</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat‑<DATE ISO="20090408">8 ta’ April 2009</DATE>, il-Kummissjoni bdiet proċedura kontra ST għal abbużi allegati ta’ pożizzjoni dominanti fis-suq tas-servizzi ta’ aċċess bl-ingrossa għall-high speed broadband bħall-provvista bl-ingrossa ta’ aċċess għan-network lokali ddiżassoċjat. Il-Kummissjoni indikat, b’mod partikolari, li l-prattiki allegatament abbużivi li għandhom jiġu eżaminati kienu jirrigwardaw kompressjonijiet ta’ marġni fir-rigward tal-aċċess bl-ingrossa għan-network lokali ddiżassoċjat u għal servizzi oħra ta’ aċċess għall-high speed broadband u s-servizzi bl-imnut tagħhom korrispondenti fis-Slovakkja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, abbażi tal-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja, jirriżulta li l-proċedura quddiem l-awtorità Slovakka tal-kompetizzjoni kienet tirrigwarda abbużi allegati minn pożizzjoni dominanti mwettqa minn ST fis-swieq bl-ingrossa u bl-imnut tas-servizzi telefoniċi u tas-servizzi ta’ aċċess għall-internet bi prezz baxx bl-aċċess dial-up.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi li jippreċedu, u bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju, jidher li l-proċeduri mmexxija mill-Kummissjoni u mill-awtorità tal-kompetizzjoni Slovakka kontra ST kellhom bħala suġġett abbużi allegati tal-pożizzjoni dominanti ta’ din tal-aħħar fis-swieq ta’ prodotti distinti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-ewwel sentenza tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jitilfu l-kompetenza tagħhom li japplikaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE meta l-Kummissjoni tiftaħ proċedura bil-għan li tadotta deċiżjoni li tikkonstata ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, sakemm dan l-att formali jirrigwarda l-istess ksur preżunt tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, imwettaq mill-istess impriża jew impriżi fl-istess suq jew swieq ta’ prodotti u fl-istess suq jew swieq ġeografiċi, matul l-istess perijodi, bħal dawk intiżi mill-proċeduri miftuħa minn qabel minn dawn l-awtoritajiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT>, kif stabbilit fl-Artikolu 50 tal-Karta, għandux jiġi interpretat fis-sens li japplika għal ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni, bħall-abbuż minn pożizzjoni dominanti msemmi fl-Artikolu 102 TFUE, meta dan il-ksur jiġi ssanzjonat separatament u indipendentement mill-Kummissjoni u minn awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħhom skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT> jikkostitwixxi prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021015">15 ta’ Ottubru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Limburgse Vinyl Maatschappij <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑238/99 P, C‑244/99 P, C‑245/99 P, C‑247/99 P, C‑250/99 P sa C‑252/99 P u C‑254/99 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:582">EU:C:2002:582</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Dan il-prinċipju ġie stabbilit ukoll fl-Artikolu 50 tal-Karta fir-rigward ta’ proċeduri u sanzjonijiet ta’ natura kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT> għandu jiġi osservat fil-kuntest tal-proċeduri intiżi għall-impożizzjoni ta’ multi li jaqgħu taħt id-dritt tal-kompetizzjoni. Dan il-prinċipju jipprekludi, li impriża tiġi kkundannata jew imħarrka mill-ġdid minħabba aġir antikompetittiv li għalih hija tkun ġiet issanzjonata jew li fir-rigward tiegħu hija tkun ġiet iddikjarata li ma hijiex responsabbli b’deċiżjoni preċedenti li ma tistax tiġi appellata (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120214">14 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Toshiba Corporation <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑17/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:72">EU:C:2012:72</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT> fil-kuntest tal-proċeduri li jaqgħu taħt id-dritt tal-kompetizzjoni hija suġġetta għal kundizzjoni doppja, jiġifieri, minn naħa, li jkun hemm deċiżjoni preċedenti definittiva (kundizzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/><HT TYPE="ITALIC">bis</HT><QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) u, min-naħa l-oħra, li l-istess aġir antikompetittiv ikun kopert mid-deċiżjoni preċedenti u mill-proċeduri jew mid-deċiżjonijiet sussegwenti (kundizzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/><HT TYPE="ITALIC">idem</HT><QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, it-twettiq tal-kundizzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/><HT TYPE="ITALIC">idem</HT><QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> huwa, min-naħa tiegħu, suġġett għal kundizzjoni tripla ta’ identiċità tal-fatti, ta’ unità ta’ min iwettaq il-ksur u ta’ unità tal-interess ġuridiku protett (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120214">14 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Toshiba Corporation <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑17/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:72">EU:C:2012:72</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0097">97</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Il-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT> jipprojbixxi għalhekk li l-istess persuna tiġi ssanzjonata iktar minn darba għall-istess aġir illegali sabiex jiġi protett l-istess interess ġuridiku (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040107">7 ta’ Jannar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑204/00 P, C‑205/00 P, C‑211/00 P, C‑213/00 P, C‑217/00 P u C‑219/00 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:6">EU:C:2004:6</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0338">338</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, il-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT> ma japplikax.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-fatt, jekk, kif jirriżulta mill-punt 37 ta’ din is-sentenza, il-proċeduri mmexxija mill-awtorità tal-kompetizzjoni Slovakka u mill-Kummissjoni, kif ukoll id-deċiżjonijiet meħuda wara dawn, jirrigwardaw prattiki antikompetittivi mwettqa fi swieq ta’ prodotti distinti, il-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT> ma japplikax, peress li s-sottokundizzjoni tal-identiċità tal-fatti ma hijiex issodisfatta u li konsegwentement il-kundizzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/><HT TYPE="ITALIC">idem</HT><QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> hija nieqsa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, fid-deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20141015">15 ta’ Ottubru 2014</DATE>, il-Kummissjoni, b’mod partikolari, ikkonstatat abbuż ta’ pożizzjoni dominanti min-naħa ta’ ST li jikkonsisti f’kompressjoni tal-marġni fuq is-suq bl-ingrossa għall-aċċess separat għan-network lokali u fis-suq bl-imnut tal-massa għas-servizzi broadband li jikkonsistu f’pożizzjoni fissa fis-Slovakkja, filwaqt li, bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju, mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-awtorità tal-kompetizzjoni Slovakka kkonstatat abbuż ta’ pożizzjoni dominanti, minn naħa, imwettaq minn ST, li jikkonsisti f’kompressjoni tal-marġni fuq, minn naħa, swieq ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ telefon bil-vuċi u fuq dak tal-interkonnessjoni bl-ingrossa fuq is-swieq tat-tluq u fuq terminazzjoni ta’ telefonati fin-network pubbliku f’pożizzjoni determinata ta’ ST u, min-naħa l-oħra, fis-suq tas-servizzi ta’ aċċess għall-internet b’veloċità baxxa u fuq dak tal-interkonnessjoni bl-ingrossa rilevanti, jiġifieri tal-provvista ta’ aċċess dial-up bl-ingrossa permezz ta’ linja analogu u b’linja ta’ network numeriku għall-integrazzjoni tas-servizzi permezz tan-network telefoniku pubbliku f’pożizzjoni dominanti ta’ ST. Għaldaqstant, jidher li l-imsemmija abbużi ma jirrigwardawx l-istess swieq ta’ prodotti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Madankollu, jekk il-verifika li għandha ssir mill-qorti tar-rinviju turi li l-proċedura mmexxija mill-awtorità tal-kompetizzjoni Slovakka u d-deċiżjoni li tirriżulta minnha, għandhom bħala suġġett l-istess prattiki antikompetittivi mwettqa minn ST fl-istess swieq ta’ prodotti u fl-istess swieq ġeografiċi matul l-istess perijodu bħal dawk koperti mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, b’tali mod li l-kundizzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/><HT TYPE="ITALIC">idem</HT><QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> tkun ssodisfatta, il-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT> ma japplikax iktar peress li l-kundizzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/><HT TYPE="ITALIC">bis</HT><QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> hija nieqsa. Fil-fatt, f’każ bħal dan, kif ġie rrilevat, fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, għandu jitqies li l-awtorità tal-kompetizzjoni Slovakka tneħħiet mill-kompetenza tagħha, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003, sabiex tapplika, f’dan il-każ, l-Artikolu 102 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT>, kif stabbilit fl-Artikolu 50 tal-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni, bħall-abbuż minn pożizzjoni dominanti msemmi fl-Artikolu 102 TFUE, u jipprojbixxi li impriża tiġi kkundannata jew imħarrka għal darba oħra minħabba aġir antikompetittiv li abbażi tiegħu ġiet issanzjonata jew li fir-rigward tiegħu hija ġiet iddikjarata li ma hijiex responsabbli b’deċiżjoni preċedenti li ma tistax tiġi appellata. Min-naħa l-oħra, dan il-prinċipju ma japplikax meta impriża titħarrek u tiġi ssanzjonata separatament u indipendentement minn awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru u mill-Kummissjoni għal ksur tal-Artikolu 102 TFUE li jirrigwarda swieq ta’ prodotti jew swieq ġeografiċi distinti jew meta awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru tinħeles mill-kompetenza tagħha skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ewwel sentenza tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE> fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 u 102 TFUE], għandha tiġi interpretata fis-sens li l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati<?PAGE NO="10"?> Membri jitilfu l-ġurisdizzjoni tagħhom li japplikaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE meta l-Kummissjoni tiftaħ proċedura bil-għan li tadotta deċiżjoni li tikkonstata ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, sakemm dan l-att formali jirrigwarda l-istess ksur preżunt tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, imwettaq mill-istess impriża jew impriżi fl-istess suq jew swieq ta’ prodotti u fl-istess suq jew swieq ġeografiċi, matul l-istess perijodi, bħal dawk intiżi mill-proċeduri miftuħa minn qabel minn dawn l-awtoritajiet.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-prinċipju ta</HT>’ <HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT>, kif stabbilit fl-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni, bħall-abbuż minn pożizzjoni dominanti msemmi fl-Artikolu 102 TFUE, u jipprojbixxi li impriża tiġi kkundannata jew imħarrka għal darba oħra minħabba aġir antikompetittiv li abbażi tiegħu ġiet issanzjonata jew li fir-rigward tiegħu hija ġiet iddikjarata li ma hijiex responsabbli b’deċiżjoni preċedenti li ma tistax tiġi appellata. Min-naħa l-oħra, dan il-prinċipju ma japplikax meta impriża titħarrek u tiġi ssanzjonata separatament u indipendentement minn awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru u mill-Kummissjoni Ewropea għal ksur tal-Artikolu 102 TFUE li jirrigwarda swieq ta’ prodotti jew swieq ġeografiċi distinti jew meta awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru tinħeles mill-ġurisdizzjoni tagħha skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003</HT>.</TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>