Strasburgu, 14.2.2023

COM(2023) 88 final

2023/0042(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1242 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO₂ għal vetturi heavy-duty ġodda u l-integrazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/956

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2023) 100 final} - {SWD(2023) 88 final} - {SWD(2023) 89 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

•Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Bħala wieħed mill-elementi ewlenin tal- Patt Ekoloġiku Ewropew , li jistabbilixxi l-impenn tal-Kummissjoni li tindirizza l-isfidi relatati mal-klima u mal-ambjent, il- Liġi Ewropea dwar il-Klima tnaqqax fil-leġiżlazzjoni l-impenn tal-UE li tilħaq il-mira tan-newtralità klimatika sal-2050 u li żżid l-ambizzjoni intermedja billi tistabbilixxi l-mira ta’ tnaqqis nett ta’ mill-inqas 55 % fl-emissjonijiet sal-2030 meta mqabbla mal-1990. Dan huwa allinjat mal-impenn tal-UE għal azzjoni klimatika globali skont il-Ftehim ta’ Pariġi. Il-kriżi relatata mal-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja tkompli tenfasizza saħansitra aktar il-ħtieġa li titnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq il-fjuwils fossili, kif enfasizzata fil- pjan REPowerEU , li jistabbilixxi azzjonijiet sabiex tiġi ffrankata l-enerġija, tiġi ddiversifikata l-provvista, jiġu ssostitwiti l-fjuwils fossili u jitwettqu investimenti u riformi intelliġenti fis-setturi ekonomiċi kollha.

It-trasport bit-triq, b’mod partikolari, huwa responsabbli għal għoxrin fil-mija tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra fl-UE, u l-emissjonijiet tiegħu juru xejra li qiegħda tiżdied. Il-motivazzjoni għat-tranżizzjoni lejn mobilità b’emissjonijiet żero ssir saħansitra aktar b’saħħitha u aktar ċara fid-dawl tat-tnaqqis kemm jista’ jkun malajr tad-dipendenza enerġetika tal-UE, billi t-trasport bit-triq huwa responsabbli wkoll għal terz tal-enerġija finali kollha kkonsmata fl-UE. F’dan ir-rigward, il-Pjan REPowerEU jenfasizza l-ħtieġa li jittejbu l-iffrankar u l-effiċjenzi tal-enerġija fis-settur tat-trasport u li titħaffef it-tranżizzjoni lejn vetturi b’emissjonijiet żero li jikkombinaw l-elettrifikazzjoni u l-idroġenu mingħajr fjuwils fossili sabiex jissostitwixxu l-fjuwils fossili.

Sabiex jintlaħqu dawn il-miri klimatiċi msaħħin, f’Lulju 2021, il-Kummissjoni adottat pakkett komprensiv ta’ proposti ta’ politika konsistenti bħala parti mill-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 % ”. 

. It-trasport huwa responsabbli wkoll għal aktar minn żewġ terzi tal-emissjonijiet kollha tal-NOx u jirrappreżenta proporzjon sinifikanti (madwar 10 % jew aktar) tal-emissjonijiet totali ta’ sustanzi niġġiesa oħrajn. It-trasport bit-triq, b’mod partikolari, ikompli jirrappreżenta proporzjon sinifikanti tal-emissjonijiet tas-sustanzi ewlenin kollha li jniġġsu l-arja (bl-eċċezzjoni tal-SOx).

Mingħajr aktar miżuri, dan is-settur mhuwiex se jipprovdi kontribut suffiċjenti għall-objettivi dwar il-klima u t-tniġġis żero għall-2030 u għall-2050 u sabiex titnaqqas id-dipendenza enerġetika tal-UE. Ix-xenarji ta’ politika li jirfdu l-Pjan dwar il-Mira Klimatika u l-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” juru li se tkun meħtieġa ambizzjoni akbar għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-HDVs, flimkien ma’ politiki għat-titjib tas-sistemi tat-trasport tal-ġarr tal-merkanzija, inkluża l-bidla modali.

Is-settur tal-vetturi heavy-duty (HDV) huwa responsabbli għal aktar minn kwart tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport bit-triq fl-UE u għal aktar minn 6 % tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra tal-UE. Fl-2019, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-HDVs kienu 44 % u 37 % ogħla mill-emissjonijiet mill-avjazzjoni u mit-trasport marittimu totali rispettivament

B’mod ġenerali, l-industrija awtomobilistika hija ta’ importanza ewlenija għall-ekonomija tal-UE u tirrappreżenta aktar minn 7 % tal-PDG tal-UE. Din tipprovdi impjiegi — direttament jew indirettament, fil-manifattura, fil-bejgħ, fil-manutenzjoni, fil-kostruzzjoni u fit-trasport u fis-servizzi tat-trasport — lil 14,6-il miljun Ewropew. L-UE hija fost l-akbar produtturi fid-dinja ta’ vetturi bil-mutur u turi tmexxija teknoloġika f’dan is-settur. L-investiment awtomobilistiku tal-UE fir-riċerka u fl-iżvilupp jammonta għal EUR 60,9 biljun fis-sena. L-importanza tas-settur tal-vetturi heavy-duty fl-industrija tal-karozzi hija sinifikanti, b’ħafna siti ta’ produzzjoni ewlenin għall-vetturi heavy-duty fl-UE. Filwaqt li n-numru ta’ madwar 500 000 unità ta’ vetturi heavy-duty ġodda prodotti kull sena fl-UE huwa ferm iżgħar min-numru ta’ karozzi, il-valur miżjud għal kull unità prodotta huwa ogħla b’mod sinifikanti għall-vetturi heavy-duty.

Is-settur awtomobilistiku għaddej minn trasformazzjoni strutturali sinifikanti li tinkludi bidliet fit-teknoloġiji nodfa u diġitali, b’mod partikolari l-bidla minn magni ta’ kombustjoni interna lejn teknoloġiji b’emissjonijiet żero u b’emissjonijiet baxxi kif ukoll vetturi dejjem aktar konnessi. L-ambizzjoni għandha tkun li s-settur awtomobilistiku jingħata s-setgħa li jkompli u li jsaħħaħ it-tmexxija tiegħu fit-teknoloġiji tal-futur.

L-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-HDVs huma xprunaturi ewlenin għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 fis-settur. L-objettiv ġenerali ta’ din il-proposta huwa li tipprovdi standards ġodda tal-emissjonijiet sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 u tikkontribwixxi għall-bidla għal mobilità b’emissjonijiet żero fil-kuntest usa’ tal-ambizzjoni klimatika msaħħa sal-2030 tal-UE u tan-newtralità klimatika tal-UE sal-2050.

Il-proposta taqdi tliet objettivi speċifiċi. L-ewwel wieħed huwa li jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty b’mod kosteffettiv, f’konformità mal-għanijiet klimatiċi tal-UE filwaqt li jingħata kontribut għat-titjib tas-sigurtà tal-enerġija tal-UE.Meta jitqies li l-effett tal-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-HDVs fuq it-tnaqqis fl-emissjonijiet mill-istokk tal-vetturi mhuwiex immedjat, u meta titqies id-dinamika tat-tiġdid tal-flotta, azzjoni bikrija hija importanti sabiex jiġi żgurat li jintlaħaq l-objettiv fit-tul.

It-tieni objettiv speċifiku huwa li jiġu pprovduti benefiċċji għall-operaturi u għall-utenti Ewropej tat-trasport, li l-biċċa l-kbira minnhom huma SMEs, li jirriżultaw minn varar aktar mifrux ta’ vetturi aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija. L-istandards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-HDVs jixprunaw lill-manifatturi sabiex iżidu l-provvista ta’ vetturi b’emissjonijiet żero sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jibbenefikaw minn mudelli ta’ vetturi b’emissjonijiet żero aktar affordabbli u minn iffrankar sinifikanti tal-enerġija mill-użu tagħhom, u b’hekk jitnaqqas il-kost totali tas-sjieda ta’ tali vetturi.

It-tielet objettiv speċifiku huwa li tissaħħaħ it-tmexxija industrijali teknoloġika u tal-innovazzjoni tal-UE billi l-investimenti jiġu diretti lejn teknoloġiji b’emissjonijiet żero. Filwaqt li s-settur awtomobilistiku għamel suċċess fl-iżvilupp u fil-manifattura ta’ teknoloġiji avvanzati ta’ vetturi li jaħdmu b’magna ta’ kombustjoni interna u fil-kummerċjalizzazzjoni tagħhom madwar id-dinja, jeħtieġ li jimmira l-investimenti dejjem aktar lejn teknoloġiji b’emissjonijiet żero, sabiex isir attur ewlieni fit-tranżizzjoni globali li għaddejja lejn mobilità b’emissjonijiet żero.

•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din l-inizjattiva hija marbuta mill-qrib mal-proposti adottati taħt il-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”.

Billi jiżguraw tnaqqis fl-emissjonijiet mit-trasport bit-triq, l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 jappoġġaw b’mod partikolari lill-Istati Membri sabiex jilħqu l-miri tagħhom skont ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi. Peress li jinċentivaw l-elettrifikazzjoni tal-vetturi, huma jikkontribwixxu kemm għall-objettivi tal-effiċjenza enerġetika kif ukoll billi jipprovdu rotta komplementari għall-użu tal-enerġija rinnovabbli anki għall-objettiv tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Il-proposta hija wkoll konformi mal-proposti li ħarġu mill-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, b’mod partikolari l-proposti 3 u 4 dwar it-tibdil fil-klima, l-enerġija, it-trasport, li jenfasizzaw b’mod espliċitu l-issoktar tat-tnaqqis tad-dipendenzi fuq iż-żejt u fuq il-gass u l-promozzjoni tal-użu ta’ vetturi elettriċi kif ukoll ta’ investimenti fl-infrastruttura neċessarja għall-irriċarġjar.

Hemm komplementarjetajiet ċari bejn l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u t-trasport bit-triq. L-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 jindirizzaw il-provvista ta’ vetturi aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil u b’emissjonijiet żero, u jistabbilixxu rekwiżiti għall-manifatturi tal-vetturi fir-rigward tal-flotot il-ġodda tal-vetturi tagħhom. L-estensjoni tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tikkonċerna l-użu tal-fjuwil fl-istokk kollu tal-vetturi. Din tista’ żżid kemm id-domanda għal vetturi aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil kif ukoll għal vetturi b’emissjonijiet żero, u b’hekk tiffaċilita l-ilħuq tal-objettivi tal-effiċjenza tas-CO2 tal-manifatturi tal-vetturi.

L-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2, li jipprovdu lis-suq b’vetturi ġodda b’emissjonijiet żero, huma wkoll miżura komplementari għad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli li tinċentiva l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għall-vetturi b’magna ta’ kombustjoni fl-istokk.

Hemm ukoll sinerġiji importanti bejn l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 u skema msaħħa għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet (ETS), u d-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli. L-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet u d-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli se jixprunaw id-dekarbonizzazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, sabiex il-vetturi b’emissjonijiet żero, inċentivati mill-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2, jitħaddmu progressivament b’sorsi tal-enerġija rinnovabbli u b’hekk tinkiseb id-dekarbonizzazzjoni tal-emissjonijiet sħaħ mill-estrazzjoni sal-użu.

Jeżistu wkoll sinerġiji importanti mal-proposta dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet Euro 7, li jiżguraw li l-vetturi kollha jkunu nodfa sal-ogħla livell teknoloġiku u ekonomiku fattibbli. Dan huwa partikolarment importanti peress li anki vetturi b’emissjonijiet żero, xorta jarmu mikroplastiks mit-tajers u partikoli mis-sistemi tal-brejkijiet. Qiegħed jiġi propost li dawn l-emissjonijiet mhux tal-egżost jiġu regolati fl-Euro 7.

Fl-aħħar nett, filwaqt li l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 jiżguraw il-provvista ta’ vetturi b’emissjonijiet żero, id-Direttiva dwar l-Infrastruttura tal-Karburanti Alternattivi hija strument komplementari neċessarju sabiex jiġi indirizzat l-ostakolu tas-suq għall-użu tal-infrastruttura.

Kombinazzjoni ta’ tassazzjoni fuq l-enerġija, ta’ investiment fl-infrastruttura tal-iċċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil, ta’ pprezzar ġdid tal-karbonju u ta’ standards aġġornati tas-CO2 twassal għal approċċ ibbilanċjat u kosteffettiv għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mit-trasport bit-triq, għall-indirizzar tal-ostakoli u tal-fallimenti tas-suq kif ukoll għall-għoti ta’ ċertezza lill-investituri sabiex jinvestu f’teknoloġiji b’emissjonijiet żero.

•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Din il-proposta hija konsistenti mal-azzjonijiet u mal-politiki kollha tal-UE u tgħin lill-UE tilħaq il-mira msaħħa tal-2030 u tranżizzjoni b’suċċess u ġusta lejn il-mira tan-newtralità klimatika sal-2050, kif iddikjarat mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Flimkien mal-proposta li hija parti mill-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, Next Generation EU, il-Pjan REPowerEU u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027, se tgħin sabiex jinkisbu t-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali li l-Ewropa qiegħda timmira li tilħaq. Il-kombinazzjoni ta’ dawn il-politiki se taċċellera l-bidla għal ekonomija nadifa u sostenibbli, billi torbot l-azzjoni klimatika u t-tkabbir ekonomiku. L-inizjattiva hija konsistenti wkoll mal-politiki tal-Unjoni dwar ekonomija nadifa u ċirkolari, il-mobilità sostenibbli u intelliġenti u l-objettivi tal-Pjan ta’ Azzjoni għal Tniġġis Żero 1 . Peress li l-aċċellerazzjoni tal-użu ta’ HDVs b’emissjonijiet żero se twassal għal tnaqqis fit-tniġġis tal-arja, b’kobenefiċċji għall-ilma u għall-ħamrija barra mit-tniġġis imnaqqas permezz tad-depożizzjoni atmosferika, l-inizjattiva tikkontribwixxi għal objettivi ta’ arja nadifa, inkluż għall-istandards aktar stretti dwar il-kwalità tal-arja fir-reviżjoni proposta 2 tad-Direttivi dwar il-Kwalità tal-Arja Ambjentali.

Kif imħabbar fil-Komunikazzjoni tagħha Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b’saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa 3 , il-Kummissjoni se timpenja ruħha flimkien mal-awtoritajiet pubbliċi, mal-partijiet ikkonċernati u mas-sħab soċjali fi proċess ta’ ħolqien konġunt sabiex jiġu identifikati l-perkorsi ta’ tranżizzjoni ekoloġiċi u diġitali li se jappoġġaw l-espansjoni tal-manifattura ta’ vetturi b’emissjonijiet żero, l-użu rapidu ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi u t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid assoċjati tal-ħaddiema.Il-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku 4 se jtejjeb il-kompetittività tal-industrija tal-Ewropa b’emissjonijiet ta’ gassijiet serra żero netti u se jappoġġa t-tranżizzjoni rapida għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra żero netti. Dan il-pjan għandu l-għan li jipprovdi ambjent li jappoġġa aktar it-tkabbir tal-kapaċità tal-manifattura tal-UE għat-teknoloġiji u għall-prodotti b’emissjonijiet ta’ gassijiet serra żero netti meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri klimatiċi ambizzjużi tal-Ewropa. 

Din l-inizjattiva hija konsistenti wkoll mal-politika tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni. L-appoġġ għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero huwa previst ukoll taħt il-Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka u Innovazzjoni, u b’mod partikolari permezz tas-sħubijiet Orizzont Ewropa.

L-inizjattiva hija konsistenti mal-finanzjament tal-UE għal vetturi b’emissjonijiet żero jew b’emissjonijiet baxxi u għal trasport nadif. Il-finanzjament permezz tal-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Tranżizzjoni Ġusta flimkien jammonta għal EUR 8,2 biljun għal infrastruttura ta’ trasport urban nadif, EUR 5,1 biljun għal vetturi ferrovjarji ta’ trasport urban nadif, EUR 1,1 biljun għal infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, EUR 408 miljun għad-diġitalizzazzjoni tat-trasport urban — emissjonijiet tal-gassijiet serra, u EUR 141 miljun għad-diġitalizzazzjoni tat-trasport bit-triq — emissjonijiet tal-gassijiet serra. Barra minn hekk, l-appoġġ mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jammonta għal EUR 7,7 biljun għal infrastruttura nadifa tat-trasport urban, EUR 5,4 biljun għall-vetturi ferrovjarji tat-trasport urban nadif, EUR 60 miljun għad-diġitalizzazzjoni tat-trasport meta ddedikata parzjalment għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fit-trasport urban, EUR 380 miljun għad-diġitalizzazzjoni tat-trasport meta ddedikata parzjalment għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fit-trasport bit-triq, u EUR 7,6 biljun għal vetturi b’emissjonijiet żero jew b’emissjonijiet baxxi.

Fit-12 ta’ Jannar 2023 daħal fis-seħħ ir-Regolament dwar is-Sussidji Barranin. Dan is-sett ġdid ta’ regoli sabiex jiġu indirizzati d-distorsjonijiet ikkawżati minn sussidji barranin se jippermetti lill-UE tibqa’ miftuħa għall-kummerċ u għall-investiment, filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji kollha li joperaw fis-Suq Uniku.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

•Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 192 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). F’konformità mal-Artikoli 191 u 192(1) tat-TFUE, l-Unjoni Ewropea għandha tikkontribwixxi sabiex, fost l-oħrajn, jintlaħqu l-objettivi li ġejjin: il-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent; il-promozzjoni ta’ miżuri fil-livell internazzjonali maħsubin sabiex jittrattaw problemi ambjentali reġjonali jew globali u, b’mod partikolari, sabiex jiġġieldu t-tibdil fil-klima. Kemm ir-Regolament (UE) 2019/1242 kif ukoll ir-Regolament (UE) 2018/956 kienu bbażati fuq l-Artikolu 192 tat-TFUE.

•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

It-tibdil fil-klima huwa problema transfruntiera li ma tistax tissolva b’azzjoni nazzjonali jew lokali biss. Il-koordinazzjoni tal-azzjoni klimatika trid isseħħ fil-livell Ewropew u, meta jkun possibbli, fil-livell globali. L-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata abbażi tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Mill-1992, l-Unjoni Ewropea ħadmet sabiex tiżviluppa soluzzjonijiet konġunti u sabiex tmexxi ’l quddiem azzjoni globali sabiex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima. B’mod aktar speċifiku, l-azzjoni fil-livell tal-UE se tipprovdi lħuq kosteffettiv tal-objettivi għall-2030 u fuq żmien twil ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet filwaqt li tiżgura l-ġustizzja u l-integrità ambjentali. L-Artikoli 191 sa 193 tat-TFUE jikkonfermaw u jispeċifikaw il-kompetenzi tal-UE fil-qasam tat-tibdil fil-klima.

Fid-dawl tal-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030, u fil-perspettiva tal-objettiv tan-newtralità klimatika li għandu jintlaħaq sal-2050, hija meħtieġa azzjoni aktar b’saħħitha tal-UE sabiex jiġi żgurat kontribut għoli biżżejjed tas-settur tat-trasport bit-triq.

Għalkemm l-inizjattivi fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali jistgħu joħolqu sinerġiji, waħedhom ma jkunux biżżejjed, filwaqt li titqies ukoll id-dimensjoni internazzjonali inerenti tat-trasport tal-merkanzija bit-triq. Nuqqas ta’ azzjoni koordinata tal-UE jkun ifisser riskju ta’ frammentazzjoni tas-suq minħabba d-diversità tal-iskemi nazzjonali, u livelli ta’ ambizzjoni u parametri tad-disinn li jvarjaw. Waħedhom, l-Istati Membri individwali jirrappreżentaw ukoll suq żgħir wisq sabiex jixprunaw il-bidliet fil-livell tal-industrija u joħolqu ekonomiji ta’ skala.

•Proporzjonalità

Din il-proposta tirrevedi l-istandards eżistenti tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi heavy-duty sabiex tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-miri klimatiċi stabbiliti fil-Liġi dwar il-Klima. Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’mod kosteffettiv, filwaqt li jiġu żgurati l-ġustizzja u l-integrità ambjentali. Il-kostijiet addizzjonali mbassrin relatati mal-proposta huma misbuqin mill-benefiċċji pprovduti.

•Għażla tal-istrument

Il-proposta tipprevedi emenda għar-Regolament (UE) 2019/1242, u għalhekk Regolament huwa l-uniku strument legali xieraq.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Ir-Regolament dwar l-Istandards tas-CO2 tal-HDVs (UE) 2019/1242 ġie adottat u daħal fis-seħħ fl-2019. Jistabbilixxi miri vinkolanti ġodda dwar is-CO2 li jibdew japplikaw mis-sena 2025 ’il quddiem. Evalwazzjoni tal-applikazzjoni effettiva ta’ dawn id-dispożizzjonijiet mhijiex possibbli f’dan l-istadju.

Madankollu, hija neċessarja reviżjoni sabiex ir-Regolament jiġi allinjat mal-ambizzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u mal-miri msaħħin għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima. Dawn il-bidliet kienu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt. 

•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Sabiex tiġbor l-evidenza u tiżgura trasparenza akbar, il-Kummissjoni organizzat konsultazzjoni pubblika mill-20 ta’ Diċembru 2021 sal-14 ta’ Marzu 2022. Sommarju dettaljat u r-riżultati huma ppreżentati fl-Anness 2 tal-Valutazzjoni tal-Impatt għal din il-proposta. B’mod aktar preċiż, il-Kummissjoni fittxet feedback mill-partijiet ikkonċernati li ġejjin: l-Istati Membri (awtoritajiet nazzjonali, reġjonali), il-manifatturi tal-vetturi, il-fornituri tal-komponenti u tal-materjali, ix-xerrejja tal-vetturi (privati, negozji, kumpaniji ta’ ġestjoni tal-flotot), il-fornituri tal-enerġija, l-NGOs ambjentali, tat-trasport u tal-konsumatur, is-sħab soċjali, ir-riċerkaturi u l-akkademiċi.

Minbarra l-konsultazzjoni pubblika, intalab ukoll feedback permezz tal-mezzi li ġejjin: (i) Laqgħat mal-assoċjazzjonijiet rilevanti tal-industrija, mal-manifatturi tal-vetturi, mal-fornituri tal-komponenti u tal-materjali, mal-operaturi tat-trasport, mal-NGOs; (ii) Dokumenti ta’ pożizzjoni sottomessi mill-partijiet ikkonċernati jew mill-awtoritajiet fl-Istati Membri. L-eżiti ewlenin jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej.

Il-maġġoranza tar-rispondenti appoġġaw l-objettivi ta’ “tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 minn HDVs ġodda b’mod kosteffettiv f’konformità kemm mal-mira klimatika globali sal-2030 ta’ mill-inqas -55 % kif ukoll mal-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050”.

Iż-żewġ objettivi l-oħrajn (it-“tnaqqis tal-konsum tal-enerġija tal-UE u tad-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili u t-tisħiħ tat-tmexxija teknika u industrijali u l-istimolar tal-impjiegi fil-katina tal-valur tal-UE tal-HDVs”) ġew appoġġati wkoll mill-maġġoranza tar-rispondenti, iżda sa livell anqas meta mqabblin mal-ewwel wieħed.

Fir-rigward tal-ambitu, fil-gruppi kollha tal-partijiet ikkonċernati, il-maġġoranza tar-rispondenti appoġġaw l-istabbiliment ta’ miri ġodda għat-trakkijiet ta’ aktar minn 7,5 t, għall-karozzi tal-linja urbani u għall-kowċis.

Fir-rigward tal-livelli fil-mira, il-konsultazzjoni rriflettiet l-appoġġ ġenerali għat-tisħiħ tagħhom kemm fit-tul kif ukoll fuq terminu qasir. L-NGOs ambjentali u l-manifatturi tal-vetturi b’emissjonijiet żero talbu għall-akbar ambizzjoni, filwaqt li l-manifatturi tal-vetturi, l-operaturi tat-trasport, il-fornituri tal-komponenti u l-fornituri tal-fjuwils appoġġaw miri anqas ambizzjużi. L-istabbiliment ta’ standards għat-trejlers u għas-semitrejlers tqies importanti fost il-partijiet ikkonċernati kollha ħlief għal nofs l-operaturi tat-trasport li pprovdew opinjonijiet imħalltin. Fir-rigward tal-introduzzjoni possibbli ta’ mekkaniżmu għall-kontabilità tal-fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fil-konformità mal-mira tas-CO2 , il-konsultazzjoni kienet tirrifletti fehmiet imħallta.

 •    Ġbir u użu tal-għarfien espert

Għall-valutazzjoni kwantitattiva tal-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali, il-Valutazzjoni tal-Impatt bniet fuq medda ta’ xenarji żviluppati għall-mudell PRIMES. Din l-analiżi ġiet ikkomplementata bl-applikazzjoni ta’ għodod oħrajn ta’ mmudellar, bħall-E3ME u l-mudell DIONE tal-JRC.

Id-data ta’ monitoraġġ dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u karatteristiċi oħrajn tal-flotta l-ġdida ta’ vetturi heavy-duty inkisbet mid-data ta’ monitoraġġ annwali kif irrapportata mill-Istati Membri u mill-manifatturi u miġbura mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) skont ir-Regolament (UE) 2018/956.

Inġabret aktar informazzjoni permezz ta’ kuntratti ta’ servizz ikkummissjonati minn kuntratturi esterni.

•Valutazzjoni tal-impatt

Il-Valutazzjoni tal-Impatt hija mibnija fuq xenarji ta’ mmudellar integrati li jirriflettu l-interazzjoni ta’ strumenti ta’ politika differenti fuq l-operaturi ekonomiċi, sabiex jiġu żgurati l-komplementarjetà, il-koerenza u l-effettività fl-ilħuq tal-ambizzjoni tal-klima għall-2030 u għall-2050. Xenarji bħal dawn iqisu l-politiki proposti f’Lulju 2021 bħala parti mill-pakkett leġiżlattiv “Lesti għall-mira ta’ 55 %” u l-Pjan REPowerEU aktar reċenti, kif ukoll l-istandards Euro 7 il-ġodda proposti.

Barra minn hekk, il-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja din il-proposta tħejjiet u ġiet żviluppata skont il-gwida applikabbli għal Regolamentazzjoni Aħjar. Fis-16 ta’ Settembru 2022, il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ħareġ opinjoni negattiva. Wara sottomissjoni mill-ġdid, il-Bord ħareġ opinjoni pożittiva b’riżervi fis-6 ta’ Diċembru 2022.

It-titjib, kif rakkomandat mill-Bord, ġie inkorporat fil-verżjoni finali

Dan jikkonċerna b’mod partikolari l-punti ewlenin li ġejjin:

·l-identifikazzjoni tad-differenza li jifdal fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO₂ li l-inizjattiva għandha l-għan li tindirizza

·Deskrizzjoni ulterjuri tax-xenarju bażi

·Informazzjoni addizzjonali dwar il-kostijiet u l-benefiċċji ġenerali għall-aktar kombinazzjonijiet rilevanti ta’ għażliet u dwar il-proporzjonalità tagħhom.

·Kjarifiki dwar l-għażla preferuta

·Diskussjoni dwar ir-restrizzjonijiet u r-riskji li jinħolqu mis-sottoużu potenzjali ta’ teknoloġiji ewlenin u ta’ infrastrutturi ta’ appoġġ, inkluża analiżi addizzjonali tal-inċertezzi li jinfluwenzaw ir-riżultati

·Aktar elaborazzjoni dwar il-kompetittività internazzjonali tas-settur tal-HDVs.

Għażliet ta’ politika

Il-valutazzjoni tal-impatt analizzat l-għażliet ta’ politika miġburin f’suġġetti għall-indirizzar tal-problemi identifikati u għall-ilħuq tal-objettivi ta’ politika.

(1)Il-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 għal vetturi heavy-duty ġodda (ambitu, livelli, twaqqit, modalitajiet);

Fir-rigward tal-livelli fil-mira, l-għażliet ikkunsidrati jkopru tliet trajettorji sal-2040, li jirriflettu wkoll l-objettiv li jinkiseb tnaqqis ta’ 90 % fl-emissjonijiet tat-trasport sal-2050.

Sabiex tikkontribwixxi għaż-żieda ġenerali fil-livell ta’ ambizzjoni tal-2030 u għall-objettiv ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra żero netti tal-2050, l-għażla preferuta hija li mill-2030 jissaħħu b’mod sinifikanti l-miri tas-CO2 għall-flotta kollha tal-UE għall-vetturi heavy-duty ġodda u li jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Dan se jipprovdi l-gwida neċessarja sabiex tiġi aċċellerata l-provvista għas-suq ta’ vetturi b’emissjonijiet żero, jinkisbu benefiċċji għall-utenti tal-vetturi kif ukoll jiġu stimolati l-innovazzjoni u t-tmexxija teknoloġika, filwaqt li tiġi limitata ż-żieda fil-kostijiet għall-manifatturi. L-istandards għall-HDVs jikkontribwixxu wkoll għat-tnaqqis tas-sustanzi li jniġġsu l-arja.

Fir-rigward tat-twaqqit għall-issikkar tal-miri, l-għażla preferuta hija li jinżamm l-approċċ regolatorju tal-istabbiliment ta’ miri li jonqsu fi stadji ta’ ħames snin sabiex jitqiesu ċ-ċikli ta’ żvilupp fis-settur awtomobilistiku.

Id-dħul possibbli mill-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi jibqa’ parti mill-baġit ġenerali tal-UE. L-għażliet l-oħra kkunsidrati jżidu b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv filwaqt li ma jkunux ta’ benefiċċju dirett għas-settur awtomobilistiku fit-tranżizzjoni tiegħu.

Tiġi introdotta l-possibbiltà li l-manifatturi ta’ volumi żgħar kemm tal-UE kif ukoll dawk mhux ibbażati fl-UE jingħataw mira ta’ deroga.

(2)inċentivi speċifiċi għal vetturi b’emissjonijiet żero u b’emissjonijiet baxxi (ZLEV);

Ġew ikkunsidrati għażliet differenti fir-rigward tal-mekkaniżmu ta’ inċentivi għaż-ZLEV, kemm fir-rigward tat-tip ta’ mekkaniżmu kif ukoll tat-tip ta’ vetturi li jenħtieġ li jkopri. L-għażla preferuta hija li, mill-2030, titneħħa l-iskema ta’ inċentivi taż-ZLEV peress li l-adozzjoni mis-suq taż-ZLEVs se tkun xprunata mill-miri aktar stretti tas-CO2 applikabbli minn dik id-data. Dan jissimplifika wkoll il-leġiżlazzjoni u jevita r-riskju li tiġi mminata l-effettività tagħha.

(3)mekkaniżmu li jqis il-kontribut potenzjali ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għall-fini ta’ valutazzjoni tal-konformità mal-mira.

F’dan ir-rigward, ġew ikkunsidrati żewġ għażliet: jew fattur ta’ korrezzjoni tal-karbonju jew skema ta’ kreditu. Madankollu, l-għażla preferuta mhijiex li jiġi inkluż tali mekkaniżmu ta’ kontabilità, minħabba li dan ma jkunx kosteffiċjenti, la għall-manifatturi u lanqas għall-operaturi u lanqas għas-soċjetà inġenerali, iċċajpar ir-responsabbiltajiet ta’ atturi differenti sabiex jintlaħqu l-miri, jimmina l-effettività u jżid il-piż amministrattiv u l-kumplessità. Il-promozzjoni tal-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju ssir permezz tar-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, tal-iskema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet u tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija.

•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

F’konformità mal-impenn tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar, il-proposta tħejjiet b’mod inklużiv, abbażi tat-trasparenza u l-involviment kontinwu mal-partijiet ikkonċernati.

Meta mqabbla mar-Regolament attwali, il-proposta mhijiex mistennija li żżid il-kostijiet amministrattivi għan-negozji u għaċ-ċittadini. Barra minn hekk, sabiex tikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni, huwa propost li mill-2030 ’il quddiem titneħħa dispożizzjoni eżistenti waħda, jiġifieri l-mekkaniżmu ta’ inċentiv ta’ “bonus” għaż-ZLEVs, u hija proposta l-introduzzjoni ta’ eżenzjoni għall-manifatturi ta’ volumi żgħar.

•Drittijiet fundamentali

Il-proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea 5 . B’mod partikolari, hija tikkontribwixxi għall-objettiv ta’ livell għoli ta’ ħarsien ambjentali f’konformità mal-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli kif stipulat fl-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-analiżi u l-ipproċessar ta’ settijiet tad-data differenti relatati mal-emissjonijiet tas-CO₂ ta’ vetturi heavy-duty huma elementi essenzjali tal-implimentazzjoni u tal-infurzar tal-istandards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2. Fid-dawl tal-effetti legali importanti relatati mal-analiżi u mal-ipproċessar ta’ dawk is-settijiet tad-data, huma meħtieġa sforzi sabiex jiġu żgurati l-korrettezza u l-affidabbiltà ta’ tali attivitajiet. Ikunu meħtieġa aktar riżorsi fi ħdan il-Kummissjoni u fi ħdan l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. Diżaggregazzjoni dettaljata tal-implikazzjonijiet baġitarji hija ppreżentata fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva.

5.ELEMENTI OĦRAJN

•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Diġà hemm fis-seħħ sistema stabbilita sewwa għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1242. L-Istati Membri u l-manifatturi jirrapportaw annwalment lill-Kummissjoni l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ vetturi heavy-duty irreġistrati ġodda.

Il-Kummissjoni, appoġġata mill-EEA, tippubblika kull sena d-data finali ta’ monitoraġġ tal-perjodu ta’ rapportar preċedenti, inkluża l-prestazzjoni speċifika għall-manifatturi fir-rigward tal-miri jew tat-trajettorja tas-CO2. Il-leġiżlazzjoni se tkompli tibbaża fuq dan il-qafas stabbilit sewwa ta’ monitoraġġ u ta’ konformità.

•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Artikolu 1(1): Emenda għall-Artikolu 1 – Suġġett u objettivi

L-Artikolu 1 huwa emendat sabiex jispjega li l-proposta tistabbilixxi wkoll ir-rekwiżit għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta’ ċerta data ta’ vetturi heavy-duty ġodda.

Artikolu 1(2): Emenda għall-Artikolu 2 – Kamp ta’ applikazzjoni

L-Artikolu 2 huwa emendat sabiex jespandi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament għall-kamp ta’ applikazzjoni usa’ tar-Regolament 2018/956, u issa huma inklużi trejlers, karozzi tal-linja urbani, kowċis u tipi oħrajn ta’ trakkijiet. Ir-referenzi għad-Direttiva 2007/46/KE 6 (id-Direttiva qafas dwar l-approvazzjoni tat-tip), li tħassret mill-1 ta’ Settembru 2020, huma sostitwiti b’referenzi għar-Regolament (UE) 2018/858 dwar l-approvazzjoni tat-tip 7 li japplika minn dik id-data. Il-vetturi ddisinjati u mibnijin jew adattati għall-użu mill-protezzjoni ċivili, mis-servizzi tat-tifi tan-nar u mill-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku mhumiex soġġetti għall-miri tal-emissjonijiet tas-CO2.

Artikolu 1(3): Emenda għall-Artikolu 3 – Definizzjonijiet

Ġew aġġornati jew żdiedu ċerti definizzjonijiet.

Artikolu 1(4): L-Artikoli l-ġodda 3a u 3b

Jiżdied l-Artikolu 3(a), li jistabbilixxi b’kemm għandhom jitnaqqsu l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO₂ tal-flotta tal-Unjoni ta’ vetturi bil-mutur heavy-duty ġodda f’ċerti snin, u jiddefinixxi kif tali miri jiġu allokati lis-sottogruppi ta’ HDVs.

Jiċċara wkoll li l-miri ma japplikawx għal vetturi bi skop speċjali, għal vetturi off-road, għal vetturi off-road bi skop speċjali, u għal vetturi vokazzjonali, bħal pereżempju krejnijiet mobbli, vetturi tal-forestrija jew vetturi tal-agrikoltura.

Fl-Artikolu 3b huma stabbiliti wkoll rekwiżiti tal-emissjonijiet tas-CO₂ relatati mal-flotta tal-Unjoni ta’ trejlers ġodda kif ukoll miri għal vetturi b’emissjonijiet żero għall-karozzi tal-linja urbani. Din il-mira ta’ vetturi b’emissjonijiet żero ma tapplikax għall-kowċis użati għat-trasport reġjonali u fuq distanzi twal tal-passiġġieri, li huma soġġetti biss għall-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO₂ stabbiliti fl-Artikolu 3a.

Artikolu 1(6): Emenda għall-Artikolu 5 Vetturi heavy-duty b’emissjonijiet żero u b’emissjonijiet baxxi

L-Artikolu 5 huwa emendat sabiex itemm l-iskema ta’ inċentivi għall-vetturi b’emissjonijiet żero u b’emissjonijiet baxxi fl-2029.

Artikolu 1(7): Emenda għall-Artikolu 6 – Il-miri tal-emissjonijiet tas-CO₂ speċifiċi ta’ manifattur

L-Artikolu 6 huwa emendat sabiex jinkludi l-emissjonijiet tas-CO2 relatati mat-trejlers, u l-mira tal-vetturi b’emissjonijiet żero tal-karozzi tal-linja fil-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tas-CO₂ ta’ manifattur.

Artikolu 1(8): L-Artikoli l-ġodda 6a – Trasferiment ta’ vetturi bejn manifatturi u 6b – Eżenzjoni għall-manifatturi li jipproduċu ftit vetturi

Jiżdied l-Artikolu 6a ġdid, li jagħti l-possibbiltà lill-manifatturi li jittrasferixxu vetturi individwali għall-fini tal-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tagħhom ta’ CO₂, soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet.

Jiżdied Artikolu 6b ġdid, li jagħti lill-manifatturi responsabbli għar-reġistrazzjoni ta’ anqas minn 100 vettura heavy-duty ġdida fl-UE l-possibbiltà li jiġu eżentati mill-miri tal-emissjonijiet tas-CO₂.

Artikolu 1(9): Emenda għall-Artikolu 7 – Il-krediti tal-emissjonijiet u d-djun tal-emissjonijiet

L-Artikolu 7 huwa emendat sabiex jippermetti lill-manifatturi jqisu l-krediti tal-emissjonijiet jew id-djun tal-emissjonijiet anke wara l-perjodu ta’ rapportar tal-2029. Trajettorja ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO₂ hija ddeterminata wkoll għall-perjodu ta’ rapportar tas-snin 2030 sa 2040.

Artikolu 1(10): L-Artikoli l-ġodda 7a – Attribuzzjoni tal-vetturi lil manifattur u 7b – Kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO₂ ta’ vetturi tal-kategorija M

Jiżdied l-Artikolu 7a sabiex jiġi stabbilit kif il-vetturi rreġistrati għandhom jiġu attribwiti lil manifattur għall-valutazzjoni tal-konformità. Jiżdied l-Artikolu 7b il-ġdid sabiex jiġi stabbilit kif l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO₂ ta’ vetturi tal-kategorija M għandhom jiġu kkalkolati f’każ li l-manifattur tal-vettura primarja ma jkunx il-manifattur tal-vettura kompletata.

Artikolu 1(12): Emenda għall-Artikolu 9 Verifika tad-data tal-monitoraġġ

L-Artikolu 9 huwa emendat sabiex ikopri każijiet addizzjonali li fihom l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u l-manifatturi jridu jirrapportaw lill-Kummissjoni kwalunkwe devjazzjoni mid-data rrapportata.

Artikolu 1(13): Emenda għall-Artikolu 10 Valutazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO₂ ta’ referenza

L-Artikolu 10 huwa emendat sabiex ikopri l-valutazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO₂ ta’ referenza tas-sottogruppi tal-vetturi li żdiedu mal-kamp ta’ applikazzjoni estiż.

Artikolu 1(14): Emenda għall-Artikolu 11 – Pubblikazzjoni tad-data u tal-prestazzjoni ta’ manifattur

Jiżdied paragrafu ġdid li jippermetti lill-Kummissjoni tikkomplementa l-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-istess Artikolu meta l-emissjonijiet ta’ referenza jridu jiġu aġġustati minħabba emendi għall-proċedura tad-determinazzjoni tas-CO₂.

Artikolu 1(15): Emenda għall-Artikolu 13 – Verifika tal-emissjonijiet tas-CO₂ ta’ vetturi heavy-duty waqt is-servizz

Tiżdied sentenza mal-Artikolu 13(3) li tistabbilixxi l-obbligu għall-awtorità responsabbli tal-approvazzjoni tat-tip li toħroġ dikjarazzjoni ta’ korrezzjoni bid-data kkoreġuta u tibgħat dik id-dikjarazzjoni lill-Kummissjoni u lill-partijiet ikkonċernati meta d-data fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip ma tkunx tista’ tiġi kkoreġuta skont ir-Regolament (UE) 2018/858.

Artikolu 1(16): l-Artikoli ġodda minn 13a sa 13f

L-Artikoli 13a sa 13f jintegraw l-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament (UE) 2018/956 fir-Regolament (UE) 2019/1242 emendat.

L-Artikolu 13a l-ġdid – Monitoraġġ u Rapportar mill-Istati Membri

Jiżdied l-Artikolu 13a l-ġdid, li fil-biċċa l-kbira jikkorrispondi għall-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/956, li jistabbilixxi l-obbligu għall-Istati Membri li jimmonitorjaw u jirrapportaw ċerta data dwar il-vetturi heavy-duty ġodda.

L-Artikolu 13b il-ġdid – Monitoraġġ u Rapportar mill-Manifatturi jew minn entitajiet oħrajn

Jiżdied l-Artikolu 13b il-ġdid, li fil-biċċa l-kbira jikkorrispondi għall-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2018/956, li jistabbilixxi l-obbligu għall-manifatturi jew għal entitajiet oħrajn li jimmonitorjaw u jirrapportaw ċerta data dwar il-vetturi heavy-duty ġodda. Jiżdied paragrafu ġdid li jiċċara l-obbligi għall-manifatturi u għal entitajiet oħrajn responsabbli għad-determinazzjoni ta’ vettura heavy-duty.

L-Artikolu 13c il-ġdid – Reġistru Ċentrali

Jiżdied l-Artikolu 13c il-ġdid, li fil-biċċa l-kbira jikkorrispondi għall-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2018/956, li jistabbilixxi l-obbligu għall-Kummissjoni li żżomm u taġġorna Reġistru ċentrali.

L-Artikolu 13d il-ġdid – Testijiet ta’ Verifika fit-Triq

Jiżdied l-Artikolu 13d il-ġdid, li fil-biċċa l-kbira jikkorrispondi għall-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/956, li jistabbilixxi l-obbligu għall-Kummissjoni li timmonitorja r-riżultati tat-testijiet ta’ verifika fit-triq f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/956.

L-Artikolu 13e l-ġdid – Kwalità tad-Data

Jiżdied l-Artikolu 13e l-ġdid, li fil-biċċa l-kbira jikkorrispondi għall-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2018/956, bl-obbligu għall-Kummissjoni, għall-awtoritajiet kompetenti u għall-manifatturi li jiżguraw il-kwalità tad-data abbażi ta’ att ta’ implimentazzjoni li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni.

L-Artikolu 13f il-ġdid – Multi Amministrattivi

Jiżdied l-Artikolu 13f il-ġdid, li jikkorrispondi għall-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/956 dwar il-multi amministrattivi.

Artikolu 1(17): Emenda għall-Artikolu 14 – Emendi għall-Annessi

L-Artikolu 14 jiddefinixxi s-setgħat kollha tal-Kummissjoni sabiex temenda l-elementi tekniċi fl-Annessi b’atti delegati. Jgħaqqad is-setgħat mogħtijin eżistenti preċedenti tar-Regolamenti (UE) 2018/956 u 2019/1242 u jżid setgħat mogħtijin ġodda, li saru neċessarji minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni estiż tar-Regolament propost.

Artikolu 1(18): Emenda għall-Artikolu 15 – Rieżami u Rapport

L-Artikolu 15 jissuġġerixxi rieżami tar-Regolament propost fl-2028.

Artikolu 1(19): Emenda għall-Artikolu 17 – Eżerċizzju tad-delega

Il-paragrafi 2, 3 u 6 huma aġġornati sabiex jiżdiedu r-referenzi għas-setgħat li jinsabu fl-Artikoli addizzjonali miżjudin ġodda li jintegraw ir-Regolament preċedenti (UE) 2018/956 dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar.

L-Artikolu 2 iħassar ir-Regolament (UE) 2018/956.

L-Artikolu 3 jistabbilixxi d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2023/0042 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1242 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO₂ għal vetturi heavy-duty ġodda u l-integrazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/956

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 8 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 9 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-indirizzar tal-isfidi relatati mal-klima u mal-ambjent u l-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi, adottat f’Diċembru 2015 skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), huma fil-qalba tal-Komunikazzjoni dwar il-“Patt Ekoloġiku Ewropew”, adottata mill-Kummissjoni fil-11 ta’ Diċembru 2019 10 . Il-ħtieġa u l-valur tal-Patt Ekoloġiku Ewropew kibru biss fid-dawl tal-effetti severi ħafna tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa u l-benesseri ekonomiku taċ-ċittadini tal-Unjoni.

(2)Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jikkombina sett komprensiv ta’ miżuri u ta’ inizjattivi li jsaħħu lil xulxin immirati lejn il-kisba tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050, u jistabbilixxi strateġija ġdida ta’ tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f’soċjetà ġusta u għanja, b’ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva, fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Għandu wkoll l-għan li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u li jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u impatti relatati mal-ambjent. Fl-istess ħin, din it-tranżizzjoni taffettwa lin-nisa u lill-irġiel b’mod differenti u għandha impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati, bħall-anzjani, il-persuni b’diżabilità u l-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju. Għalhekk, irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura.

(3)L-Unjoni impenjat ruħha li tnaqqas l-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra fl-ekonomija kollha tal-Unjoni b’tal-anqas 55 % sal-2030 taħt il-livelli tal-1990 fil-kontribut aġġornat determinat fil-livell nazzjonali ppreżentat lis-Segretarjat tal-UNFCCC fis-17 ta’ Diċembru 2020.

(4)Fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 11 , l-Unjoni naqqxet il-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sal-2050 fil-leġiżlazzjoni. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta’ mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030.

(5)Is-setturi kollha tal-ekonomija huma mistennija jikkontribwixxu għall-ilħuq ta’ dak it-tnaqqis fl-emissjonijiet, inkluż is-settur tat-trasport bit-triq.

(6)Il-pakkett leġiżlattiv “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, adottat mill-Kummissjoni Ewropea fl-2021, għandu l-għan li jimplimenta l-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030. Ikopri firxa ta’ oqsma ta’ politika. Ir-reviżjoni tar-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 hija parti integrali minn dak il-pakkett.

(7)Il-Komunikazzjoni REPowerEU 13 spjegat pjan sabiex l-Unjoni ssir indipendenti mill-fjuwils fossili Russi ferm qabel jintemm dan id-deċennju. Il-Komunikazzjoni tenfasizza l-importanza, fost l-oħrajn, li tiżdied ulterjorment l-effiċjenza u jitnaqqas il-konsum fossili fis-settur tat-trasport, billi l-elettrifikazzjoni tista’ tiġi kkombinata mal-użu ta’ idroġenu mingħajr fossili sabiex jiġu ssostitwiti l-fjuwils fossili.

(8)Sabiex isir kontribut għat-tnaqqis fl-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra ta’ mill-inqas 55 % sal-2030 meta mqabbla mal-1990 u f’konformità mal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”, huwa neċessarju li jissaħħu r-rekwiżiti tat-tnaqqis stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1242 għall-vetturi heavy-duty. Jeħtieġ ukoll li jiġi stabbilit perkors ċar għal aktar tnaqqis lil hinn mill-2030 sabiex jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050.

(9)Ir-rekwiżiti msaħħin għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 jenħtieġ li jinċentivaw proporzjon dejjem akbar ta’ vetturi b’emissjonijiet żero li jkunu qed jintużaw fis-suq tal-Unjoni filwaqt li jipprovdu benefiċċji lill-utenti u liċ-ċittadini f’termini ta’ kwalità tal-arja u ta’ ffrankar tal-enerġija, kif ukoll jiżguraw li l-innovazzjoni fil-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku tkun tista’ tinżamm. Fil-preżent, vetturi b’emissjoni żero jinkludu vetturi elettriċi bil-batterija, vetturi mgħammrin b’ċellola tal-fjuwil u b’idroġenu oħrajn, u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi dejjem għaddejjin.

(10)F’dak l-isfond, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miri msaħħin ġodda għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għal vetturi heavy-duty ġodda għall-perjodu mill-2030 ’il quddiem. Dawk il-miri jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’livell li jagħti sinjal qawwi sabiex tiġi aċċellerata l-adozzjoni ta’ vetturi b’emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni u sabiex tiġi stimolata l-innovazzjoni f’teknoloġiji b’emissjonijiet żero b’mod kosteffiċjenti.

(11)L-Istrateġija Industrijali l-Ġdida aġġornata 14 tipprevedi l-ħolqien konġunt ta’ perkorsi ta’ tranżizzjoni ekoloġika u diġitali fi sħubija mal-industrija, mal-awtoritajiet pubbliċi, mas-sħab soċjali u ma’ partijiet ikkonċernati oħrajn. F’dan il-kuntest, qiegħed jiġi żviluppat perkors ta’ tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobilità sabiex jakkumpanja t-tranżizzjoni tal-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku. Il-perkors iqis b’mod partikolari l-impriżi żgħar u medji fil-katina tal-provvista tas-settur awtomobilistiku, il-konsultazzjoni mas-sħab soċjali inkluż mill-Istati Membri, u jibni wkoll fuq l-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet b’inizjattivi bħall-Patt għall-Ħiliet sabiex jimmobilizza s-settur privat u partijiet ikkonċernati oħrajn sabiex itejbu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol tal-Ewropa u sabiex jagħtu lill-forza tax-xogħol tal-Ewropa ħiliet ġodda fid-dawl tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u dwar il-Mekkaniżmu ta’ Spinta għat-Talent fil-qafas tal-inizjattiva ta’ Sfruttar tat-Talenti fir-reġjuni tal-UE. L-azzjonijiet u l-inċentivi xierqa fil-livell Ewropew u fil-livell nazzjonali sabiex tingħata spinta lill-affordabbiltà tal-vetturi b’emissjonijiet żero wkoll qegħdin jiġu indirizzati fil-perkors. Dan jista’, pereżempju, jinkludi l-possibbiltà li l-Istati Membri jużaw il-Fond Soċjali għall-Klima propost sabiex jgħinu lill-mikroimpriżi fix-xiri ta’ trakkijiet u inġenji kbar b’emissjonijiet żero.

Il-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku 15 se jtejjeb il-kompetittività tal-industrija tal-Ewropa b’emissjonijiet żero netti u se jappoġġa t-tranżizzjoni rapida għan-newtralità klimatika. Dan il-pjan għandu l-għan li jipprovdi ambjent li jappoġġa aktar it-tkabbir tal-kapaċità tal-manifattura tal-UE għat-teknoloġiji u għall-prodotti b’emissjonijiet ta’ gassijiet serra żero netti meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri klimatiċi ambizzjużi tal-Ewropa.

(12)Il-miri għall-flotta kollha tal-Unjoni għandhom jiġu kkomplementati bl-introduzzjoni neċessarja tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil kif stabbilit fil-Proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi 16 .

(13)It-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika teħtieġ investimenti sinifikanti fil-grilji tal-elettriku inklużi kapaċità, reżiljenza u ħżin imsaħħin, kif ukoll konnessjonijiet addizzjonali. Fir-rigward tal-vetturi heavy-duty, bil-livelli fil-mira proposti fl-Artikolu 3a għas-sena 2030, is-sehem ta’ vetturi b’emissjonijiet żero fil-flotta totali ta’ vetturi li jiċċirkolaw fit-triq kif ukoll il-konsum tal-elettriku fis-settur se jibqgħu limitati. Għalhekk, l-impatt relatat fuq il-grilja tal-elettriku se jibqa’ limitat ukoll.

(14)Jenħtieġ li l-manifatturi jingħataw biżżejjed flessibbiltà sabiex jadattaw il-flotot tagħhom maż-żmien sabiex jimmaniġġaw it-tranżizzjoni lejn vetturi b’emissjonijiet żero b’mod kosteffiċjenti, u għalhekk huwa xieraq li jinżamm l-approċċ ta’ tnaqqis tal-livelli fil-mira fi stadji ta’ ħames snin.

(15)Minħabba l-istruttura eteroġena tal-flotta totali ta’ trakkijiet, mhuwiex possibbli li wieħed ibassar bis-sħiħ jekk għall-użi speċjalizzati kollha, l-iżviluppi teknoloġiċi humiex se jkunu rapidi biżżejjed sabiex jiżguraw li t-teknoloġija b’emissjonijiet żero mill-iżbokk tal-egżost tkun għażla vijabbli. Dan jista’ jinkludi użi bħal vetturi heavy-duty għal distanzi twal f’morfoloġija territorjali speċifika u f’ċirkostanzi meteoroloġiċi speċifiċi, kowċis u trakkijiet għal applikazzjonijiet kritiċi ta’ sigurtà u ta’ sikurezza li ma jistgħux jiġu ssodisfati minn teknoloġiji b’emissjonijiet żero mill-iżbokk tal-egżost. Jenħtieġ li l-vetturi inkwistjoni jikkostitwixxu sehem limitat mill-flotta kollha ta’ vetturi heavy-duty. Fid-dawl ta’ kunsiderazzjonijiet bħal dawn, jenħtieġ li jitħalla xi marġni fil-mira tal-2040 sabiex jiġu akkomodati l-iżviluppi fit-teknoloġija li għad iridu jseħħu.

(16)L-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jenħtieġ li jikkunsidraw, meta jibbażaw l-aġġudikazzjoni ta’ kuntratti għax-xiri jew l-użu ta’ vetturi msemmija fil-punt 4.2 tal-Anness I, ir-reżiljenza tal-provvista, inkluż billi jikkunsidraw il-“Gwida dwar il-parteċipazzjoni ta’ offerenti u oġġetti minn pajjiżi terzi fis-suq tal-akkwist tal-UE” (C(2019) 5494 final).

(17)Bil-miri aktar stretti għall-flotta kollha tal-Unjoni mill-2030 ’il quddiem, il-manifatturi se jkollhom ivaraw b’mod sinifikanti aktar vetturi b’emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni. F’dak il-kuntest, il-mekkaniżmu ta’ inċentivi għal vetturi b’emissjonijiet ta’ livell żero jew baxxi (“ZLEV”) ma jibqax jaqdi l-iskop oriġinali tiegħu u jkun qed jirriskja li jimmina l-effettività tar-Regolament (UE) 2019/1242. Għalhekk, il-mekkaniżmu ta’ inċentivi għaż-ZLEV jenħtieġ li jitneħħa mill-2030.

(18)Il-possibbiltà li d-dħul mill-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi jiġi assenjat għal fond speċifiku jew għal programm rilevanti ġiet evalwata kif meħtieġ skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) 2019/1242, bil-konklużjoni li dan iżid b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv, filwaqt li ma jkunx ta’ benefiċċju dirett għas-settur awtomobilistiku fit-tranżizzjoni tiegħu. Għalhekk, jenħtieġ li d-dħul mill-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi jkompli jitqies bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2019/1242.

(19)Jenħtieġ li s-suġġett jiġi estiż sabiex ikopri wkoll l-obbligi ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar li huma integrati fir-Regolament (UE) 2019/1242 permezz ta’ dan ir-Regolament.

(20)Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1242 jiġi emendat sabiex ikopri l-istess kamp ta’ applikazzjoni bħar-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 .

(21)Għal vetturi, li mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi, bħal tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, vetturi ddisinjati u mibnijin għall-użu mill-forzi armati u vetturi fuq iċ-ċineg, l-emissjonijiet tas-CO2 mhumiex iddeterminati u, għalhekk, dawn il-vetturi ma għandhomx għalfejn jilħqu l-miri tas-CO2 stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Vetturi ddisinjati u mibnijin jew adattati għall-użu mill-protezzjoni ċivili, mis-servizzi tat-tifi tan-nar u mill-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku, jew għall-kura medika urġenti li jingħataw approvazzjoni tat-tip volontarjament jenħtieġ li jkunu eżentati wkoll milli jkollhom jilħqu l-miri tas-CO2 ta’ dan ir-Regolament sabiex ma jinħoloqx inċentiv sabiex tali vetturi ma jibqgħux jingħataw approvazzjoni tat-tip b’mod volontarju, li jkollu implikazzjonijiet negattivi fuq is-sikurezza u fuq l-ambjent, sakemm il-manifattur ma jitlobx l-inklużjoni ta’ dawn il-vetturi.

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu intitolati wkoll li jindikaw eżenzjoni mill-ilħuq tal-miri għall-vetturi, mhux iddisinjati speċifikament, iżda rreġistrati, għall-użu mill-protezzjoni ċivili, mis-servizzi tat-tifi tan-nar, mill-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku, mis-servizzi armati jew għall-kura medika urġenti, bħal kowċis normali użati għat-trasport tal-forzi tal-pulizija jew tal-armata, billi jikkonfermaw li tali eżenzjoni twieġeb għall-interess pubbliku.

Fir-rigward ta’ ċerti gruppi ta’ vetturi, li jingħataw approvazzjoni tat-tip, l-emissjonijiet tas-CO2 għadhom ma ġewx iddeterminati għal raġunijiet tekniċi, u dawn il-vetturi ma għandhomx għalfejn jilħqu l-miri tas-CO2 stabbiliti minn dan ir-Regolament. Dawn huma, pereżempju, vetturi għal skopijiet speċjali, bħal pereżempju krejnijiet mobbli, trasportaturi ta’ tagħmir multiplu idrawliku jew vetturi tat-trasport ta’ tagħbijiet eċċezzjonali, vetturi off-road, bħal ċerti vetturi użati għal skopijiet ta’ estrazzjoni, forestrija u agrikoltura, kif ukoll vetturi oħrajn b’konfigurazzjonijiet tal-fus mhux standard bħal vetturi b’aktar minn erba’ fusien jew b’aktar minn żewġ fusien motorizzati, karozzi tal-linja żgħar b’massa massima ta’ anqas minn 7,5 t, u trakkijiet żgħar b’massa massima ta’ anqas minn 5 t.

Vetturi vokazzjonali, bħal trakkijiet taż-żibel, tippers jew miksers tal-konkrit, jenħtieġ li jkomplu jiġu eżentati mill-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-manifatturi.

(22)Jenħtieġ li jiġu introdotti ċerti definizzjonijiet sabiex it-terminoloġija tiġi armonizzata ma’ dik tal-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi tal-Unjoni, b’mod partikolari tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 u tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 19 .

(23)Għall-finijiet tat-trasferiment ta’ vetturi introdotti reċentement bejn il-manifatturi u tal-istabbiliment ta’ eżenzjoni għall-manifatturi li jipproduċu biss ftit vetturi, jenħtieġ li tiżdied definizzjoni tat-terminu “grupp ta’ entitajiet konnessi” mar-Regolament (UE) 2019/1242, fis-sustanza skont it-terminoloġija użata fir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 għall-vetturi ħfief.

(24)Għad-definizzjoni tal-obbligi tal-manifatturi individwali, il-miri ta’ tnaqqis tas-CO₂ tal-flotta tal-Unjoni kollha għall-flotta ta’ vetturi heavy-duty ġodda jenħtieġ li jiġu tradotti f’miri speċifiċi ta’ tnaqqis għas-sottogruppi li jenħtieġ li jiġu ddefiniti mill-karatteristiċi tekniċi tal-vetturi li jinkludu.

(25)Peress li l-emissjonijiet tas-CO2 relatati mat-trejlers għandhom impatt qawwi fuq l-emissjonijiet globali tas-CO2 u fuq il-konsum tal-enerġija tal-vetturi bil-mutur, jenħtieġ li jiġu ddefiniti wkoll il-miri rispettivi għat-trejlers.

(26)Minħabba l-prontezza teknika tas-sottosettur u l-ħtieġa li tittejjeb il-kwalità tal-arja fl-ibliet, jenħtieġ li jiġi stabbilit sehem minimu obbligatorju ta’ karozzi tal-linja urbani ġodda b’emissjonijiet żero.

(27)Sehem minimu obbligatorju ta’ karozzi tal-linja urbani b’emissjonijiet żero għandu jirrifletti l-ħtieġa soċjetali għal trasport pubbliku affordabbli, inkluż f’żoni rurali. Iż-żieda fil-provvista ta’ karozzi tal-linja urbani b’emissjonijiet żero li jirriżultaw minn tali sehem minimu obbligatorju jenħtieġ li jkollha effett pożittiv fuq il-kost tax-xiri, kemm f’termini ta’ prezz tax-xiri bil-quddiem kif ukoll fir-rigward tal-kost totali tas-sjieda ta’ karozzi tal-linja urbani b’emissjonijiet żero, li jirrifletti l-iffrankar tal-fjuwils fossili li jirriżulta mit-tħaddim tagħhom. L-akkwist konġunt ta’ karozzi tal-linja urbani li jibni fuq il-Pjattaforma Karozzi tal-Linja Nodfa jista’ jkompli jnaqqas il-kost tax-xiri ta’ dawn il-karozzi tal-linja, u l-Fond Soċjali għall-Klima propost jista’ jintuża mill-Istati Membri sabiex jappoġġaw liċ-ċittadini vulnerabbli b’nollijiet jew b’abbonamenti tat-trasport pubbliku mraħħsin jew mingħajr ħlas. Fl-aħħar nett, il-karozzi tal-linja u l-kowċis reġjonali u għal distanzi twal, inkluż għat-trasport fiż-żoni rurali, jibqgħu soġġetti għall-miri għall-vetturi heavy-duty. L-appoġġ mill-Fond Soċjali għall-Klima jista’ jindirizza ħtiġijiet speċifiċi taż-żoni rurali u jipprevjeni l-faqar tat-trasport 21 billi jiżgura l-aċċess għal trasport pubbliku affordabbli.

(28)Il-fattur ta’ emissjonijiet żero u baxxi għandu jiġi applikat l-aħħar għall-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2029, minħabba li ma għadux meqjus neċessarju wara dak iż-żmien bħala inċentiv għall-promozzjoni tad-dħul fis-suq ta’ vetturi b’emissjonijiet żero.

(29)Peress li l-entitajiet kummerċjali aktar milli legali jenħtieġ li jitqiesu għall-konformità, jenħtieġ li l-manifatturi ekonomikament konnessi, fi ħdan ċerti limiti, jitħallew jittrasferixxu l-vetturi bejniethom għall-finijiet tal-kontabilità ta’ dawn il-vetturi skont ir-Regolament (UE) 2019/1242.

(30)Barra minn hekk, sabiex jissaħħaħ l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda b’emissjonijiet żero f’kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju speċjalizzati, għandu jkun possibbli wkoll li jiġu ttrasferiti vetturi b’emissjonijiet żero bejn entitajiet mhux konnessi.

(31)Sabiex jiġu evitati kostijiet sproporzjonati għoljin ta’ konformità u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, il-manifatturi li jipproduċu ftit vetturi li jissodisfaw ċerti rekwiżiti legali jenħtieġ li jiġu eżentati mill-konformità mal-miri tal-emissjonijiet tas-CO2. Peress li huma meħtieġa jikkonformaw mal-obbligi ta’ rapportar tar-Regolament (UE) 2019/1242, hemm mekkaniżmu ta’ kontroll xieraq għal dawk il-manifatturi.

(32)Jenħtieġ li s-sistema eżistenti ta’ krediti tal-emissjonijiet u ta’ djun tal-emissjonijiet pluriennali tiġi estiża sal-2039 peress li l-miri ta’ tnaqqis ikomplu jissaħħu lil hinn mill-2030 sal-2040 u jeħtieġu żviluppi tekniċi tal-manifatturi li jħarsu ’l quddiem matul dak il-perjodu.

(33)Jenħtieġ li għal kull kategorija ta’ vetturi, ir-Regolament (UE) 2019/1242 jistipula b’mod ċar min huwa l-manifattur li lilu jenħtieġ li tiġi attribwita vettura, u b’hekk iqis speċifikament il-kostellazzjonijiet differenti għall-vetturi tal-kategorija M.

(34)Jenħtieġ li r-regoli dwar il-verifika tad-data dwar il-monitoraġġ ikopru wkoll korrezzjonijiet ex post possibbli ta’ żbalji f’tali data rrapportata u kif il-Kummissjoni jenħtieġ li tittratta tali korrezzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-miri tal-flotta tal-emissjonijiet tas-CO2.

(35)Il-valutazzjoni tal-emissjonijiet ta’ referenza tas-CO2 jenħtieġ li tiġi emendata sabiex tkopri wkoll is-sottogruppi tal-vetturi inklużi ġodda fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament 2019/1242.

(36)Il-monitoraġġ u r-rapportar mill-manifatturi u mill-Istati Membri huma prekundizzjoni essenzjali għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1242. L-amalgamazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/956 fir-Regolament (UE) 2019/1242 jenħtieġ li tipproduċi sinerġiji u tippermetti l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet filwaqt li jitqiesu l-objettivi taż-żewġ Regolamenti.

(37)Fl-okkażjoni tal-amalgamazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u r-rapportar fir-Regolament (UE) 2019/1242, jenħtieġ li tinħataf l-opportunità sabiex dawk id-dispożizzjonijiet jiġu mmodifikati xi ftit fid-dawl tal-esperjenzi miksubin mill-ewwel żewġ ċikli ta’ rapportar skont ir-Regolament (UE) 2018/956.

(38)Filwaqt li jitqies il-fatt li d-determinazzjoni mhijiex se tibqa’ ssir mill-manifatturi waħedhom, jenħtieġ li r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO₂ u data teknika oħra tal-vetturi jiġi estiż lil hinn mill-manifatturi għal dawk l-entitajiet li jwettqu d-determinazzjoni tal-vetturi skont ir-Regolament (UE) 2017/2400 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1362 22 . Jenħtieġ li d-data li għandha tiġi rrapportata tinkludi l-fajl tar-rekords tal-manifattur.

(39) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tqis il-progress tekniku, l-evoluzzjoni tal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija, l-aġġustamenti neċessarji bbażati fuq l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-emendi għal-leġiżlazzjoni sottostanti dwar l-approvazzjoni tat-tip u tiżgura li r-rekwiżiti tad-data u l-proċedura ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar jibqgħu rilevanti maż-żmien għall-valutazzjoni tal-kontribut tal-flotta ta’ vetturi heavy-duty għall-emissjonijiet tas-CO₂, tiżgura d-disponibbiltà tad-data dwar teknoloġiji ġodda u avvanzati għat-tnaqqis tas-CO₂ u dwar ir-riżultati tat-test ta’ verifika fit-triq u tiżgura li l-meded tal-valuri tar-reżistenza tal-arja jibqgħu rilevanti għall-finijiet ta’ informazzjoni u ta’ komparabbiltà, kif ukoll tissupplimenta d-dispożizzjonijiet dwar il-multi amministrattivi.

(40)Għal dawn ir-raġunijiet, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-kriterji li jiddefinixxu s-sottogruppi tal-vetturi, tad-definizzjoni tal-vetturi vokazzjonali, għall-awtonomiji operazzjonali ta’ teknoloġiji differenti tas-sistema tal-motopropulsjoni, il-lista u l-piż tal-profili tal-missjoni, it-tagħbijiet utli, in-numri ta’ passiġġieri, il-mases tal-passiġġieri, it-tagħbijiet utli massimi teknikament permissibbli, in-numru ta’ passiġġieri u l-volumi ta’ merkanzija massimi teknikament permessibbli tas-sottogruppi tal-vetturi u l-valuri tal-kilometraġġi annwali, tal-emendar tar-rekwiżiti tad-data u tal-proċedura ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar stabbiliti fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament, tal-ispeċifikazzjoni tad-data li għandha tiġi rrapportata mill-Istati Membri għall-monitoraġġ tar-riżultati tat-testijiet ta’ verifika fit-triq, tal-emendar tal-meded tal-valuri tar-reżistenza tal-arja, u tad-definizzjoni tal-kriterji, tal-kalkolu u tal-metodu ta’ ġbir tal-multi amministrattivi imposti fuq il-manifatturi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(41)Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/956 jitħassar bi skeda taż-żmien li tippermetti li l-perjodu ta’ rapportar li jkun għaddej fil-mument tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jiġi konkluż skont ir-regoli applikabbli fil-bidu ta’ dak il-perjodu ta’ rapportar, inkluż l-ipproċessar ta’ wara kollu tad-data miġbura. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi applikat mill-bidu tal-perjodu ta’ rapportar li ġej.

(42)Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1242 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) 2019/1242

Ir-Regolament (UE) 2019/1242 huwa emendat kif ġej:

(1)l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Suġġett u objettiv

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi heavy-duty ġodda li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-mira tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha, kif stabbilita fir-Regolament (UE) 2018/842 23 , u tal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi 24 u għall-iżgurar tal-funzjonament xieraq tas-suq intern.

2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti għar-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO₂  minn vetturi heavy-duty ġodda rreġistrati fl-Unjoni u tal-konsum tal-fjuwil tagħhom.”;

(2)l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi ġodda, li jew ikunu rċevew approvazzjoni tat-tip jew li jkunu ġew approvati individwalment skont ir-Regolament (UE) 2018/858 jew li ma jeħtiġux approvazzjoni tat-tip skont l-Artikolu 2(3) tal-istess Regolament, li jappartjenu għall-kategoriji li ġejjin:

(a) M2 u M3;

(b) N1, li ma jaqgħux taħt ir-Regolament (UE) 2019/631, N2 u N3;

(c) O3 u O4.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dawk il-vetturi għandhom jissejħu vetturi heavy-duty. Il-vetturi li jaqgħu taħt il-punti (a) u (b) għandhom jissejħu vetturi bil-mutur heavy-duty.

Il-kategoriji ta’ vetturi msemmijin f’dan ir-Regolament jirreferu għall-kategoriji ta’ vetturi kif iddefiniti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/858 u fl-Anness I tiegħu.”;

(b)il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-vetturi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu bħala vetturi heavy-duty ġodda f’perjodu ta’ rapportar partikolari, jekk ikunu rreġistrati fl-Unjoni għall-ewwel darba f’dak il-perjodu u ma kienu ġew qatt irreġistrati qabel barra mill-Unjoni.”;

(ii)jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal vetturi rreġistrati għall-ewwel darba għal perjodu ta’ mhux aktar minn xahar u rreġistrati għall-iskop uniku ta’ tranżizzjoni lejn pajjiż barra mill-Unjoni.”;

(c)Jiżdiedu l-paragrafi 4, 5 u 6 li ġejjin:

“4.    Minkejja l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2017/2400, il-vetturi approvati li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(3), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2018/858 ma għandhomx ikunu soġġetti għall-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 stabbiliti fl-Artikolu 3a ta’ dan ir-Regolament, sakemm il-manifattur ma jagħżilx li jinkludi dawk il-vetturi fil-kalkolu tal-emissjonijiet u tal-miri speċifiċi tiegħu tas-CO₂ meta jirrapporta l-vettura f’konformità mal-Parti B tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

5.    Vetturi għajr dawk imsemmijin fil-paragrafu 4 irreġistrati għall-użu mill-protezzjoni ċivili, mis-servizzi tat-tifi tan-nar, mill-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku, mis-servizzi armati jew għall-kura medika urġenti ma għandhomx ikunu soġġetti għall-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 skont l-Artikolu 3a, jekk Stat Membru jindika dan fil-proċess ta’ reġistrazzjoni u ta’ rapportar, u b’hekk jikkonferma fid-data rrapportata f’konformità mal-Parti A tal-Anness IV li l-iskop tal-vettura ma jistax jiġi moqdi bl-istess mod minn ZEV u, għalhekk, huwa fl-interess pubbliku li vettura b’magna tal-kombustjoni tiġi rreġistrata sabiex jintlaħaq dak l-iskop.

6.    L-obbligi ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikoli 13a sa 13f għandhom japplikaw ukoll għall-vetturi li mhumiex soġġetti għall-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 f’konformità mal-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu.”;

(3)l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1) “emissjonijiet tas-CO₂ ta’ referenza” tfisser il-medja tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi fil-perjodu ta’ referenza tal-vetturi heavy-duty ġodda kollha f’kull wieħed mis-sottogruppi tal-vetturi, iddeterminata f’konformità mal-punt 3 tal-Anness I;”;

(b)jiddaħħlu l-punti (3a) u (3b) li ġejjin:

“(3a) “perjodu ta’ rapportar” tfisser il-perjodu ta’ sena partikolari mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara;

(3b) “perjodu ta’ referenza” tfisser il-perjodu ta’ rapportar ta’ ċerta sena li fir-rigward tagħha l-obbligi ta’ tnaqqis regolatorju għal ċertu sottogrupp ta’ vetturi huma speċifikati skont dan ir-Regolament;”;

(c)il-punt (5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(5) “mira ta’ emissjonijiet speċifiċi tas-CO2” tfisser il-mira tal-emissjonijiet tas-CO₂ ta’ manifattur individwali ddeterminata kull sena għall-perjodu ta’ rapportar preċedenti f’konformità mal-punt 4 tal-Anness I;”;

(d)il-punt (9) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(9) “vettura vokazzjonali” tfisser vettura heavy-duty maħsuba sabiex tintuża għal dmirijiet speċifiċi, li skont l-informazzjoni fiċ-ċertifikat ta’ konformità tagħha, kif irrapportat mill-Istati Membri, tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt 1.2. tal-Anness I;”;

(e)jitħassar il-punt (10);

(f)jiddaħħlu l-punti (10a) u (10b) li ġejjin:

“(10a) “rapportatur” tfisser entità li hija responsabbli għar-rapportar tad-data lill-Kummissjoni;

(10b) “determinazzjoni ta’ vettura heavy-duty” tfisser id-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 jew tal-parametri tal-input tagħha skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2017/2400 jew il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tagħha fir-rigward tal-influwenza tagħha fuq l-emissjonijiet tas-CO2 u fuq il-konsum tal-fjuwil skont l-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1362;”;

(g)il-punt (11) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(11) “vettura b’emissjonijiet żero” tfisser il-vetturi li ġejjin:

(a)    vettura bil-mutur heavy-duty b’mhux aktar minn 5 g/(t∙km) jew 5 g/(p∙km) ta’ emissjonijiet tas-CO2 kif iddeterminati f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2017/2400;

(b)    vettura bil-mutur heavy-duty li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-punt 1.1.4 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament jekk ma tkun ġiet iddeterminata l-ebda emissjoni tas-CO2 skont ir-Regolament (UE) 2017/2400;

(c)    trejler mgħammar b’apparat li jappoġġa b’mod attiv il-propulsjoni tiegħu u li ma għandu l-ebda magna tal-kombustjoni interna jew li għandu magna tal-kombustjoni interna li tarmi anqas minn 5 g CO2/kWh kif iddeterminat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu jew mar-Regolament tan-NUKEE (KE) Nru 49.

(h)il-punt (12) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(12) “vettura heavy-duty b’emissjonijiet baxxi” tfisser vettura heavy-duty, li mhijiex vettura heavy-duty b’emissjonijiet żero, li għandha emissjonijiet tas-CO₂ speċifiċi ta’ anqas min-nofs tal-emissjonijiet tas-CO₂ ta’ referenza tal-vetturi kollha fis-sottogrupp tal-vetturi li għalih tappartjeni l-vettura heavy-duty, kif iddeterminat f’konformità mal-punt 2.3.4 tal-Anness I;”;

(i)jiżdiedu l-punti (16) sa (23) li ġejjin:

“(16) “vettura primarja ta’ vettura heavy-duty” tfisser vettura primarja kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (22), tar-Regolament (UE) 2017/2400, li għas-simulazzjoni tagħha tiġi allokata karozzerija ġenerika li tikkorrispondi għall-karozzerija attwali tal-vettura heavy-duty fir-rigward tal-konfigurazzjonijiet tal-art (baxxa/għolja) u tas-sulari (wieħed/doppju) tagħha u ta’ kwalunkwe parametru ieħor kif applikabbli;

(17) “vettura kompletata” tfisser vettura kompletata kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (26), tar-Regolament (UE) 2018/858;

(18) “vettura kompluta” tfisser vettura kompluta kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (27), tar-Regolament (UE) 2018/858;

(19) “vettura off-road” tfisser vettura off-road kif definita fil-Parti A, il-punt 2.1., tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858;

(20) “vettura bi skop speċjali” tfisser vettura bi skop speċjali kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (31), tar-Regolament (UE) 2018/858;

(21) “vettura off-road bi skop speċjali” tfisser vettura off-road bi skop speċjali kif speċifikata fil-Parti A, il-punt 2.3.1., tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858;

(22) “ċertifikat ta’ konformità” tfisser ċertifikat ta’ konformità kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2018/858;

(23) “kuntratt pubbliku”, fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku u sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, tfisser kuntratt pubbliku kif definit fl-Artikolu 2(1), punt (5) tad-Direttiva 2014/24/UE, “kuntratti” kif definit fl-Artikolu 2, punt (1) tad-Direttiva 2014/25/UE, kif ukoll “konċessjonijiet” kif definiti fl-Artikolu 5, punt (1) tad-Direttiva 2014/23/UE;

(j)jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “grupp ta’ manifatturi konnessi” tfisser manifattur u l-impriżi konnessi tiegħu.

“Impriżi konnessi” tfisser:

(a) impriżi li fihom il-manifattur ikollu, direttament jew indirettament:

(i) is-setgħa li jeżerċita aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot; jew

(ii) is-setgħa li jaħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord superviżorju, tal-bord ta’ ġestjoni jew tal-korpi li jirrappreżentaw lill-impriża ġuridikament; jew

(iii) ikollu d-dritt li jmexxi n-negozju tal-impriża;

(b) impriżi li, direttament jew indirettament, ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat imsemmijin fil-punt (a) fuq il-manifattur;

(c) impriżi li fihom impriża msemmija fil-punt (b) ikollha, direttament jew indirettament, id-drittijiet jew is-setgħat imsemmijin fil-punt (a);

(d) impriżi li fihom il-manifattur flimkien ma’ impriża waħda jew aktar mill-impriżi imsemmijin fil-punt (a), (b) jew (c), jew li fihom tnejn jew aktar mill-impriżi tal-aħħar, b’mod konġunt ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat imsemmijin fil-punt (a);

(e) impriżi li fihom id-drittijiet jew is-setgħat imsemmijin fil-punt (a) huma miżmumin b’mod konġunt mill-manifattur jew minn waħda jew aktar mill-impriżi relatati miegħu msemmijin fil-punti (a) sa (d) u minn parti terza waħda jew aktar.”;

(4)jiddaħħlu l-Artikoli minn 3a sa 3c li ġejjin:

“Artikolu 3a
Miri tal-emissjonijiet tas-CO2

1.    L-emissjonijiet medji tas-CO2 tal-flotta tal-Unjoni ta’ vetturi bil-mutur heavy-duty ġodda, għajr għal skopijiet speċjali, dawk off-road, dawk off-road għal skopijiet speċjali, u vetturi vokazzjonali għandhom jitnaqqsu bil-perċentwali li ġejjin meta mqabblin mal-emissjonijiet medji tas-CO2 tal-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2019:

(a) għas-sottogruppi ta’ vetturi 4-UD, 4-RD, 4-LH, 5-RD, 5-LH, 9-RD, 9-LH, 10-RD, 10-LH għall-perjodi ta’ rapportar tas-snin 2025 sa 2029 bi 15 %,

(b) għas-sottogruppi kollha ta’ vetturi għall-perjodi ta’ rapportar tas-snin 2030 sa 2034 b’45 %,

(c) għas-sottogruppi kollha ta’ vetturi għall-perjodi ta’ rapportar tas-snin 2035 sa 2039 b’65 %,

(d) għas-sottogruppi kollha ta’ vetturi għall-perjodi ta’ rapportar tas-snin mill-2040 ’il quddiem b’90 %.

2.    Għal dawn il-miri tal-emissjonijiet tas-CO2, is-sottogruppi ta’ vetturi jridu jikkontribwixxu kif stabbilit fil-punt 4.3. tal-Anness I.

3.    L-emissjonijiet tas-CO2 relatati mal-flotta tal-Unjoni ta’ trejlers ġodda għandhom jittejbu f’konformità mal-punt 4.3 tal-Anness I.

Artikolu 3b
Mira tal-vetturi b’emissjonijiet żero għall-karozzi tal-linja urbani

1.    Għall-vetturi msemmijin fil-punt 4.2 tal-Anness I, il-manifatturi għandhom jikkonformaw mal-ishma minimi ta’ vetturi b’emissjonijiet żero fil-flotta tagħhom ta’ vetturi heavy-duty ġodda kif stabbiliti fil-punt 4.3 tal-Anness I. Għall-karozzi tal-linja urbani ġodda, is-sehem ta’ vetturi b’emissjonijiet żero għandu jkun ta’ 100 % mill-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2030.;

2.    L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeskludu mill-obbligu skont dan l-Artikolu sehem limitat tal-karozzi tal-linja urbani rreġistrati f’kull perjodu ta’ rapportar, billi jikkonfermaw li l-iskop tal-vettura ma jistax jinqeda bl-istess mod minn vettura b’emissjonijiet żero u, għalhekk, huwa fl-interess pubbliku li tiġi rreġistrata vettura mhux b’emissjonijiet żero li tissodisfa dak l-iskop, minħabba kost-benefiċċju soċjoekonomiku fid-dawl ta’ morfoloġija territorjali jew ċirkostanzi meteoroloġiċi speċifiċi.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 17 sabiex tiddefinixxi s-sehem massimu ta’ vetturi li Stat Membru jista’ jeskludi, u l-kost-benefiċċju soċjoekonomiku fid-dawl ta’ morfoloġija territorjali u ċirkostanzi meteoroloġiċi li jiġġustifikaw l-esklużjoni msemmija fil-paragrafu preċedenti.

3.    Fir-rigward tal-użu tal-vetturi msemmijin f’dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 17 sabiex tipprovdi speċifikazzjonijiet tekniċi komuni, inklużi standards, fir-rigward ta’:

(a) l-interoperabbiltà teknika u miftuħa bejn l-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil u l-vetturi, f’termini ta’ konnessjonijiet fiżiċi u ta’ skambju ta’ komunikazzjoni.

(b) il-kondiviżjoni u l-użu sikuri u siguri tad-data ġġenerata.

Artikolu 3c

Proċeduri tal-akkwist pubbliku

1.    L-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta’ kuntratti għax-xiri jew għall-użu ta’ vetturi msemmijin fl-Artikolu 3b fuq l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża li għandha tinkludi l-aħjar proporzjon bejn il-prezz u l-kwalità u s-sigurtà tal-provvista tal-offerta ta’ prezzijiet, f’konformità mad-dritt internazzjonali rilevanti.

2.    Il-kontribuzzjoni tal-offerta għas-sigurtà tal-provvista għandha tiġi vvalutata, inter alia, abbażi ta’:

(a) il-proporzjon tal-prodotti jew tal-offerti ta’ prezzijiet li joriġinaw f’pajjiżi terzi, kif iddeterminat f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(b) l-introduzzjoni minn pajjiżi terzi ta’ miżura restrittiva jew ta’ distorsjoni fuq vetturi bħal dawn jew fuq l-interoperabbiltà teknika u miftuħa bejn l-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil u l-vetturi;

(c) id-disponibbiltà ta’ spare parts essenzjali għall-funzjonament tat-tagħmir soġġett għall-offerta;

(d) impenn mill-offerent li bidliet possibbli fil-katina tal-provvista tiegħu matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt ma jaffettwawx ħażin l-eżekuzzjoni tal-kuntratt;

(e) ċertifikazzjoni jew dokumentazzjoni li turi li l-organizzazzjoni tal-katina tal-provvista tal-offerent se tippermettilha tikkonforma mar-rekwiżit tas-sigurtà tal-provvista.

3.    F’konformità mal-Artikolu 3b, il-kontribuzzjoni tal-offerta għas-sigurtà tal-provvista għandha tingħata piż ta’ bejn 15 sa 40 % tal-kriterji tal-għoti. ”;

(5)fl-Artikolu 4, l-ewwel paragrafu, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a) id-data rrapportata għall-vetturi heavy-duty ġodda tal-manifattur irreġistrati fil-perjodu ta’ rapportar preċedenti; u”;

(6)l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Mill-1 ta’ Lulju 2020 u għal kull perjodu ta’ rapportar sussegwenti sal-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2029, il-Kummissjoni għandha tiddetermina, għal kull manifattur, il-fattur ta’ emissjonijiet żero u baxxi għall-perjodu ta’ rapportar preċedenti.

Il-fattur ta’ emissjonijiet żero u ta’ emissjonijiet baxxi għandu jqis in-numru u l-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi heavy-duty kollha b’emissjonijiet żero u b’emissjonijiet baxxi fil-flotta tal-manifattur.”;

(b)il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3. Għall-perjodi ta’ rapportar mill-2025 sal-2029, il-fattur ta’ emissjonijiet żero u baxxi għandu jiġi ddeterminat abbażi ta’ parametru referenzjarju ta’ 2 % f’konformità mal-punt 2.3.2 tal-Anness I.”;

(c)il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4. Il-fattur ta’ emissjonijiet żero u ta’ emissjonijiet baxxi għandu jnaqqas l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta’ manifattur b’massimu ta’ 3 %. Il-kontribut għal dak il-fattur tal-vetturi b’emissjonijiet żero tal-kategorija N, minbarra dawk fis-sottogruppi ta’ vetturi 4-UD, 4-RD, 4-LH, 5-RD, 5-LH, 9-RD, 9-LH, 10-RD, 10-LH, għandu jnaqqas l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta’ manifattur b’massimu ta’ 1,5 %.”;

(7)l-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

               “Artikolu 6

Miri speċifiċi tal-emissjonijiet tas-CO₂ ta’ manifattur

Għall-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2025 u għal kull perjodu ta’ rapportar sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tiddetermina, għal kull manifattur, mira speċifika tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-perjodu ta’ rapportar preċedenti. Dik il-mira għandha tiġi ddeterminata f’konformità mal-punt 4.1 tal-Anness I.”;

(8)jiddaħħlu l-Artikoli 6a u 6b li ġejjin:

“Artikolu 6a
Trasferiment ta’ vetturi bejn il-manifatturi

1.    Għall-fini tal-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-manifatturi f’konformità mal-Artikolu 4 u mal-punt 2.2 tal-Anness I, jistgħu jiġu ttrasferiti vetturi individwali bejn manifatturi, soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) għat-trasferimenti kollha: it-talba trid tiġi sottomessa b’mod konġunt mill-manifattur li jittrasferixxi u dak li jirċievi;

(b) għat-trasferiment ta’ vetturi għajr vetturi b’emissjonijiet żero, il-manifattur li jittrasferixxi u dak li jirċievi jridu jappartjenu għal grupp ta’ manifatturi konnessi;

(c) għat-trasferimenti ta’ vetturi b’emissjonijiet żero bejn manifatturi li ma jappartjenux għal grupp ta’ manifatturi konnessi: in-numru ta’ vetturi b’emissjonijiet żero trasferiti lil manifattur ma jistax jaqbeż il-5 % tal-vetturi heavy-duty ġodda kollha tiegħu rreġistrati f’perjodu ta’ rapportar partikolari.

Il-manifatturi għandhom jikkomunikaw it-talbiet ta’ trasferiment lill-Kummissjoni billi jużaw l-għodod elettroniċi pprovduti mill-Kummissjoni.

2.    Meta l-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet ta’ trasferiment huma ssodisfati, hija ma għandhiex tqis il-vettura ttrasferita għall-kalkolu tal-valuri rilevanti għall-manifattur li jittrasferixxi, iżda tqis dawn il-valuri għall-kalkolu tal-valuri rilevanti għall-manifattur li jirċievi.

Artikolu 6b
Eżenzjoni għall-manifatturi li jipproduċu ftit vetturi

1. Jekk ikunu ġew irreġistrati anqas minn 100 vettura heavy-duty ġdida ta’ manifattur f’perjodu ta’ rapportar partikolari, l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO₂ kif previsti fl-Artikolu 4 u fil-punt 2.7 tal-Anness I u l-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tas-CO₂ kif previsti fl-Artikolu 6 u fil-punt 4.1 tal-Anness I għandhom jiġu stabbiliti għal “0” fil-perjodu ta’ rapportar rispettiv.

2. Il-valuri tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO₂ u tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO₂ ma għandhomx jiġu inklużi fil-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 11 għall-manifatturi u għall-perjodi ta’ rapportar ikkonċernati.

3.    L-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tiġi applikata f’perjodu ta’ rapportar partikolari fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) fuq talba tal-manifattur;

(b) jekk il-manifattur jitlob trasferiment ta’ vetturi f’konformità mal-Artikolu 6a;

(c) jekk il-manifattur ikun parti minn grupp ta’ manifatturi konnessi li rreġistraw b’mod kollettiv aktar minn 100 vettura f’dak il-perjodu ta’ rapportar jew ma’ manifattur ieħor li għalih ma tapplikax l-eżenzjoni tal-paragrafu 1.

4.    Il-manifatturi, li huma parti minn grupp skont it-tifsira tal-paragrafu 3, il-punt (c), għandhom jinformaw lill-Kummissjoni jekk ikunu rreġistraw anqas minn 100 vettura f’perjodu ta’ rapportar partikolari.

5.    Il-manifatturi, li għalihom ma tapplikax l-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, għandhom jinformaw lill-Kummissjoni f’kull perjodu ta’ rapportar dwar l-impriżi konnessi kollha tagħhom li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-eżenzjoni stabbiliti fil-paragrafu 1.

6.    Il-manifatturi għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni neċessarja lill-Kummissjoni billi jużaw l-għodod elettroniċi pprovduti mill-Kummissjoni.”;

(9)l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall-fini tad-determinazzjoni tal-konformità ta’ manifattur mal-miri tal-emissjonijiet tas-CO₂ speċifiċi tiegħu fil-perjodi ta’ rapportar tas-snin 2025 sa 2039, għandhom jitqiesu l-krediti tal-emissjonijiet jew id-djun tal-emissjonijiet tiegħu ddeterminati f’konformità mal-punt 5 tal-Anness I, li jikkorrispondu għan-numru ta’ vetturi heavy-duty ġodda tal-manifattur f’perjodu ta’ rapportar, immoltiplikati bi:”;

(b)fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, “2029” hija sostitwita b’“2039”;

(c)fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Id-djun tal-emissjonijiet għandhom jinkisbu fil-perjodi ta’ rapportar tas-snin 2025 sa 2039. Madanakollu, id-dejn tal-emissjonijiet totali ta’ manifattur ma għandux jaqbeż il-5 % tal-mira speċifika tal-emissjonijiet tas-CO₂ tal-manifattur immoltiplikata bin-numru ta’ vetturi heavy-duty tal-manifattur f’dak il-perjodu (“il-limitu tad-dejn tal-emissjonijiet”).”;

(d)fil-paragrafu 1, ir-raba’ subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-krediti tal-emissjonijiet u d-djun tal-emissjonijiet miksubin fil-perjodi ta’ rapportar mill-2025 sal-2039, meta applikabbli, għandhom jiġu riportati minn perjodu ta’ rapportar għall-perjodu ta’ rapportar li jmiss. Madankollu, kwalunkwe dejn tal-emissjonijiet li jkun fadal għandu jixxejjen fil-perjodi ta’ rapportar tas-snin 2029, 2034 u 2039.”;

(e)il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2. It-trajettorji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO₂ għandhom jiġu stabbiliti għal kull manifattur f’konformità mal-punt 5.1. tal-Anness I, abbażi tat-trajettorji lineari li ġejjin:

(a) bejn l-emissjonijiet tas-CO₂ ta’ referenza u l-mira tal-emissjonijiet tas-CO₂ għall-perjodu ta’ rapportar tas-snin 2025 jew 2030 kif speċifikat fl-Artikolu 3a(1), il-punti (a) u (b),

(b) bejn il-mira tal-emissjonijiet tas-CO₂ għall-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2025 u l-mira tal-emissjonijiet tas-CO₂ għall-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2030 kif speċifikat fl-Artikolu 3a(1), il-punt (b),

(c) bejn il-mira tal-emissjonijiet tas-CO₂ għall-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2030 u l-mira tal-emissjonijiet tas-CO₂ għall-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2035 kif speċifikat fl-Artikolu 3a(1), il-punt (c), u

(d) bejn il-mira tal-emissjonijiet tas-CO₂ għall-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2035 u l-mira tal-emissjonijiet tas-CO₂ għall-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2040 kif speċifikat fl-Artikolu 3a(1), il-punt (d).”;

(10)jiddaħħlu l-Artikoli 7a u 7b li ġejjin:

“Artikolu 7a
Attribuzzjoni ta’ vetturi lil manifattur

Meta jiġu kkalkolati l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO₂ fl-Artikolu 4 u l-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tas-CO₂ fl-Artikolu 6, il-vetturi rreġistrati f’perjodu ta’ rapportar partikolari għandhom jiġu attribwiti lill-manifatturi li ġejjin:

(a)    għall-vetturi tal-kategorija N, lill-manifattur tal-vetturi kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (4a), tar-Regolament (UE) 2017/2400;

(b)    għall-vetturi tal-kategorija M, lill-manifattur tal-vettura primarja kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (29), tar-Regolament (UE) 2017/2400;

(c)    għall-vetturi tal-kategorija O, lill-manifattur tal-vetturi kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (5), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362.

Artikolu 7b
Kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO₂ tal-vetturi tal-kategorija M

Għall-vetturi tal-kategorija M, għandu japplika dan li ġej:

(a) għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 f’sottogrupp ta’ manifattur, vettura heavy-duty ġdida tal-kategorija M għandha titqies bl-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tagħha bħala vettura kompluta jew kompletata fil-punt 2.2.2 tal-Anness I u ma għandhiex titqies fil-punt 2.2.3 tal-Anness I.

(b) madankollu, fuq talba tal-manifattur kif imsemmi fl-Artikolu 7a, il-punt (b), u soġġetta għall-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 3, vettura heavy-duty ġdida tal-kategorija M għandha titqies bl-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-vettura primarja tagħha fil-punt 2.2.3 tal-Anness I u ma għandhiex titqies fil-punt 2.2.2 tal-Anness I.

(c) talba msemmija fil-punt (b) għal vettura heavy-duty ġdida tal-kategorija M ma għandhiex tkun ammissibbli jekk il-manifattur tagħha kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 7a, u l-manifattur tal-vettura kompluta jew kompletata tagħha kif definit fl-Artikolu 3(4a) tar-Regolament (UE) 2017/2400 ikunu impriżi konnessi jew l-istess entità ġuridika. Billi jagħmel talba bħal din, manifattur jiddikjara li din il-kundizzjoni tapplika u għandu jipprovdi informazzjoni ta’ sostenn lill-Kummissjoni fuq talba.

(d) il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Aġenzija, għandha tagħmel disponibbli fi żmien xieraq f’format elettroniku l-għodod u l-gwida proċedurali neċessarji għall-manifatturi sabiex jikkomunikaw it-talbiet imsemmija fil-punt (b).”;

(11) l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-punt (a) tal-paragrafu 1, “sal-2029” hija sostitwita b’“’il quddiem”;

(b)jitħassar il-punt (b) tal-paragrafu 1;

(c)il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2. Manifattur għandu jitqies li jkollu emissjonijiet eċċessivi tas-CO₂ fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) meta, fi kwalunkwe perjodu ta’ rapportar tas-snin bejn l-2025 u l-2028, 2030 u 2033, u bejn l-2035 u l-2038, is-somma tad-djun tal-emissjonijiet mingħajr is-somma tal-krediti tal-emissjonijiet tkun taqbeż il-limitu tad-dejn tal-emissjonijiet imsemmi fl-Artikolu 7(1), it-tielet subparagrafu;

(b) meta, fil-perjodu ta’ rapportar tas-snin 2029, 2034, 2039 u 2040, is-somma tad-djun tal-emissjonijiet mingħajr is-somma tal-krediti tal-emissjonijiet tkun pożittiva;

(c) meta, mill-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2041 ’il quddiem, l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO₂ tal-manifattur ikunu jaqbżu l-mira tal-emissjonijiet tas-CO₂ speċifiċi tiegħu.”;

(12)l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u l-manifatturi għandhom, mingħajr dewmien, jirrapportaw lill-Kummissjoni kwalunkwe waħda mid-devjazzjonijiet li ġejjin mid-data rrapportata:

(a)    meta l-valuri tal-emissjonijiet tas-CO₂ ta’ vetturi heavy-duty fis-servizz bħala riżultat tal-verifiki mwettqin f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament jiddevjaw mill-valuri li huma indikati fiċ-ċertifikati ta’ konformità jew fil-fajl ta’ informazzjoni dwar il-klijent imsemmi fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2017/2400;

(b)    meta jkunu ġew identifikati żbalji minħabba data tal-input ħażina jew kawżi oħrajn fl-eżekuzzjoni tad-determinazzjoni tas-CO₂;

(c)    meta jkunu ġew identifikati żbalji fl-eżekuzzjoni tal-monitoraġġ u tar-rapportar tas-CO₂;

(d)    kwalunkwe devjazzjoni oħra għajr dawk imsemmijin fil-punti (a), (b) u (c).”;

(b)il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.    Il-Kummissjoni għandha tqis id-devjazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għall-fini tal-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO₂ ta’ manifattur u tal-emissjonijiet ta’ referenza tas-CO₂ u tikkunsidra li timmodifika d-deċiżjonijiet meħudin f’konformità mal-Artikolu 11 kif xieraq. Il-Kummissjoni mhijiex obbligata tqis id-devjazzjonijiet jekk il-kalkolu mill-ġdid tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO₂ ta’ manifattur jew tal-emissjonijiet ta’ referenza tas-CO₂ jirriżulta f’devjazzjoni ta’ anqas minn 0,1 %.”;

(13)l-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 10
Valutazzjoni tal-emissjonijiet ta’ referenza tas-CO₂

1.    Sabiex jiġu żgurati r-robustezza u r-rappreżentattività tal-emissjonijiet ta’ referenza tas-CO2 tas-sottogruppi ta’ vetturi, li għalihom japplika perjodu ta’ rapportar tas-sena 2024 jew aktar tard bħala l-perjodu ta’ referenza skont il-punt 3.2 tal-Anness I, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet li fihom ikunu ġew iddeterminati l-emissjonijiet ta’ referenza tas-CO2 u tiddetermina jekk dawk l-emissjonijiet ikunux żdiedu bla bżonn u, jekk iva, kif għandhom jiġu kkoreġuti.

2.Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-emissjonijiet ta’ referenza kollha jew uħud minnhom għandhom jiġu kkoreġuti, hija għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2) li jwettaq dawn il-korrezzjonijiet.”;

(14)l-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-lista li għandha tiġi ppubblikata sat-30 ta’ April tas-sena ta’ wara sena li fiha jkun intemm perjodu ta’ referenza, għandha tinkludi l-emissjonijiet ta’ referenza tas-CO₂ iddeterminati f’dak il-perjodu ta’ referenza.”

(b)il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.    Il-Kummissjoni għandha temenda l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 1:

(a) meta l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip imsemmijin fir-Regolament (KE) Nru 595/2009 jiġu emendati, minbarra l-emendi relatati mal-valuri tat-tagħbija utli u tan-numru ta’ passiġġieri użati għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO₂, b’tali mod li l-livell tal-emissjonijiet tas-CO₂ tal-vetturi rappreżentattivi speċifikati skont dan il-paragrafu jiżdied jew jonqos b’aktar minn 5 g CO₂/km:

(i) l-emissjonijiet ta’ referenza aġġustati għandhom jiġu kkalkolati f’konformità mal-punt 1 tal-Anness II;

(ii) il-valuri l-ġodda għandhom jiġu ppubblikati bħala komplement għall-valuri preċedenti, filwaqt li jiġi indikat il-perjodu ta’ rapportar meta japplikaw l-ewwel darba;

(b) meta l-Annessi jkunu ġew emendati f’konformità mal-Artikolu 14(1), il-punti (a) sa (f):

(i) l-emissjonijiet ta’ referenza tas-CO₂ ippubblikati qabel għandhom jiġu kkalkolati mill-ġdid f’konformità mal-Anness I, filwaqt li jitqiesu l-parametri emendati skont wieħed mill-punti tal-Artikolu 14(1), il-punti (a) sa (f);

(ii) is-sett ikkalkolat mill-ġdid ta’ emissjonijiet ta’ referenza tas-CO₂ għandu jiġi ppubblikat u għandu jissostitwixxi s-sett preċedenti ta’ emissjonijiet ta’ referenza mill-perjodu ta’ rapportar li fih il-parametri emendati skont wieħed mill-punti tal-Artikolu 14(1), il-punti (a) sa (f), japplikaw għall-ewwel darba.”;

(c)jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.    Fil-każ ta’ emendi għall-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip imsemmijin fil-paragrafu 2(a), l-att ta’ implimentazzjoni li jemenda għandu jispeċifika jew jistabbilixxi metodoloġija għad-definizzjoni ta’ vettura rappreżentattiva waħda jew aktar ta’ sottogrupp ta’ vetturi, inklużi l-ponderazzjonijiet statistiċi tagħhom u l-valuri tat-tagħbija utli u tan-numru ta’ passiġġieri li għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO₂, li abbażi tagħhom għandu jiġi ddeterminat l-aġġustament imsemmi fil-paragrafu 2(a), filwaqt li titqies id-data ta’ monitoraġġ irrapportata skont dan ir-Regolament u l-karatteristiċi tekniċi tal-vetturi elenkati fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2017/2400. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-Regolament.”;

(15)fl-Artikolu 13, il-paragrafu 3, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Meta d-data fil-fajls ta’ informazzjoni għall-klijenti, fiċ-ċertifikati ta’ konformità u fiċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni individwali ma tkunx tista’ tiġi kkoreġuta skont ir-Regolament (UE) 2018/858, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip responsabbli għandha toħroġ dikjarazzjoni ta’ korrezzjoni bid-data kkoreġuta u tibgħat dik id-dikjarazzjoni lill-Kummissjoni u lill-partijiet ikkonċernati.”;

(16)jiddaħħlu l-Artikoli minn 13a sa 13f li ġejjin:

“Artikolu 13a
Monitoraġġ u rapportar mill-Istati Membri

1. Mill-perjodu ta’ rapportar tas-sena [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal is-sena: jekk id-dħul fis-seħħ ikun qabel l-1 ta’ Lulju, daħħal is-sena tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament nieqes 1; jekk id-dħul fis-seħħ ikun wara t-30 ta’ Ġunju, daħħal is-sena ta’ wara], l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw id-data speċifikata fl-Anness IV, il-Parti A relatata ma’ vetturi heavy-duty ġodda rreġistrati għall-ewwel darba fl-Unjoni.

Sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, mill-2020 ’il quddiem, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jirrapportaw dik id-data tal-perjodu ta’ rapportar preċedenti mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju lill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura ta’ rapportar stabbilita fl-Anness V.

2. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta’ data f’konformità ma’ dan ir-Regolament għandhom ikunu dawk nominati mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) 2019/631.

3. Il-vetturi ddisinjati u mibnijin jew adattati għall-użu mill-protezzjoni ċivili, mis-servizzi tat-tifi tan-nar u mill-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu skont dan l-Artikolu, sakemm ma jkunux eżentati abbażi ta’ dispożizzjonijiet oħrajn.

4. Il-vetturi rreġistrati għall-użu mill-protezzjoni ċivili, mis-servizzi tat-tifi tan-nar, għall-kura medika urġenti u mill-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku u l-vetturi rreġistrati għall-użu mis-servizzi armati għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu skont dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk ikunux eżentati mill-Artikolu 3a, sakemm ma jkunux eżentati abbażi ta’ dispożizzjonijiet oħrajn.

Artikolu 13b
Rapportar mill-manifatturi jew minn entitajiet oħrajn responsabbli għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vettura heavy-duty

1. Il-manifatturi jew entitajiet oħrajn responsabbli għad-determinazzjoni ta’ vettura heavy-duty li għalihom huma indirizzati l-obbligi tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2017/2400 jew tal-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362 għandhom jirrapportaw id-data tal-vettura heavy-duty ġdida skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Parti B tal-Anness IV.

Sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, huma għandhom jirrapportaw dik id-data għal kull vettura heavy-duty ġdida b’data ta’ determinazzjoni jew ta’ valutazzjoni li taqa’ fil-perjodu ta’ rapportar li jintemm fit-30 ta’ Ġunju lill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura ta’ rapportar stabbilita fl-Anness V.

Dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-manifatturi jew għal entitajiet oħrajn eżentati f’konformità mal-Artikolu 6b.

2. Kull manifattur jew entità oħra skont it-tifsira tal-paragrafu 1 għandha taħtar punt ta’ kuntatt għall-fini tar-rapportar tad-data f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

3. L-obbligu ta’ rapportar skont l-Artikolu 13a, il-paragrafi 3 u 4 għandu japplika għall-manifatturi u għal entitajiet oħrajn skont it-tifsira tal-paragrafu 1.

Artikolu 13c
Reġistru ċentrali għad-data dwar vetturi heavy-duty

1. Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru ċentrali għad-data dwar vetturi heavy-duty (“ir- reġistru”) li tiġi rapportata f’konformità mal-Artikoli 13a u 13b.

Ir-reġistru għandu jkun disponibbli għall-pubbliku bl-eċċezzjoni tal-entrati tad-data elenkati fil-punt 3.2.2 tal-Anness V.

Fir-rigward tal-entrata tad-data 23 speċifikata fil-Parti B, il-punt 2 tal-Anness IV, il-valur għandu jsir disponibbli għall-pubbliku f’format ta’ medda kif stabbilit fil-Parti C tal-Anness IV.

2. Ir-reġistru se jkun ġestit mill-Aġenzija f’isem il-Kummissjoni.

Artikolu 13d
Monitoraġġ tar-riżultati tat-testijiet ta’ verifika fit-triq

1.    Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ, meta disponibbli, tar-riżultati tat-testijiet fit-triq imwettqin fi ħdan il-qafas tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 sabiex tivverifika l-emissjonijiet tas-CO₂ u l-konsum tal-fjuwil ta’ vetturi heavy-duty ġodda.

2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 17 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika d-data li għandha tiġi rrapportata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-iskopijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 13e
Kwalità tad-data

1. L-awtoritajiet kompetenti u l-manifatturi għandhom ikunu responsabbli għall-korrettezza u għall-kwalità tad-data li jirrapportaw skont l-Artikoli 13a u 13b. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe żball misjub fid-data rapportata.

2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-verifika tagħha stess tal-kwalità tad-data rapportata skont l-Artikoli 13a u 13b.

3. Meta l-Kummissjoni tkun informata bi żbalji fid-data jew issib, bis-saħħa tal-verifika tagħha stess, diskrepanzi fis-sett tad-data, hija għandha, meta jkun xieraq, tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tikkoreġi d-data ppubblikata fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 13c.

4. Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista’ tiddetermina l-miżuri ta’ verifika u ta’ korrezzjoni msemmijin fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16.

Artikolu 13f
Multi amministrattivi

1. Il-Kummissjoni tista’ timponi multa amministrattiva f’kull wieħed minn dawn il-każijiet:

(a) meta ssib li d-data rapportata mill-manifattur skont l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament tiddevja mid-data li tirriżulta mill-fajl tar-rekords tal-manifattur jew miċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip għall-magna maħruġ fi ħdan il-qafas tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, u d-devjazzjoni tkun intenzjonata jew minħabba negliġenza serja;

(b) meta d-data ma tkunx ippreżentata sal-iskadenza applikabbli skont l-Artikolu 5(1) u d-dewmien ma jistax ikun debitament ġustifikat.

Għall-iskopijiet tal-verifika tad-data msemmijin fil-punt (a), il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet ta’ approvazzjoni rilevanti.

Il-multi amministrattivi għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi u ma għandhomx jeċċedu t-EUR 30 000 għal kull vettura heavy-duty ikkonċernata minn devjazzjoni jew minn dewmien ta’ data kif imsemmijin fil-punti (a) u (b).

2. Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stipulati fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 17 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-proċedura, il-metodi għall-kalkolu u l-ġbir tal-multi amministrattivi msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3. L-atti delegati msemmijin fil-paragrafu 2 għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:

(a) il-proċedura stabbilita mill-Kummissjoni għandha tirrispetta d-dritt għal amministrazzjoni tajba, u b’mod partikolari d-dritt li wieħed jinstema’ u d-dritt ta’ aċċess għall-fajl, filwaqt li jiġu rrispettati l-interessi leġittimi tal-kunfidenzjalità u ta’ sigrieti kummerċjali;

(b) fil-kalkolu tal-multa amministrattiva xierqa, il-Kummissjoni għandha tkun iggwidata mill-prinċipji tal-effettività, tal-proporzjonalità u tad-dissważività, b’kont meħud, meta rilevanti, tas-serjetà u tal-effetti tad-devjazzjoni jew tad-dewmien, tan-numru ta’ vetturi heavy-duty ikkonċernati minn devjazzjoni jew minn dewmien ta’ data, tal-bona fide tal-manifattur, tal-grad ta’ diliġenza u ta’ kooperazzjoni tal-manifattur, tar-ripetizzjoni, tal-frekwenza jew tad-durata tad-devjazzjoni jew tad-dewmien kif ukoll ta’ sanzjonijiet preċedenti imposti fuq l-istess manifattur;

(c) il-multi amministrattivi għandhom jinġabru mingħajr dewmien żejjed billi jiġu ffissati skadenzi għall-ħlas u, skont il-każ, tiġi inkluża l-possibbiltà li l-ħlas jinqasam f’diversi pagamenti parzjali u fażijiet.

4. L-ammonti tal-multi amministrattivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.”

(17)l-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 14
Emendi għall-Annessi

1.    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 17 bl-għan li temenda l-elementi li ġejjin fl-Anness I sabiex tqis il-progress tekniku, l-evoluzzjoni tal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija, l-aġġustamenti neċessarji bbażati fuq l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-emendi tal-leġiżlazzjoni sottostanti dwar l-approvazzjoni tat-tip, b’mod partikolari r-Regolamenti (UE) 2018/858 u (UE) 595/2009:

(a)    il-kriterji li jiddefinixxu s-sottogruppi ta’ vetturi stabbiliti fil-punt 1.1;

(b)    il-kriterji li jiddefinixxu l-vetturi vokazzjonali stabbiliti fil-punt 1.2;

(c)    il-kriterji għall-meded operazzjonali ta’ teknoloġiji differenti tas-sistema tal-motopropulsjoni stabbiliti fil-punt 1.3;

(d)    il-lista tal-profili tal-missjoni stabbilita fil-punt 1.4;

(e)    il-piż tal-profili tal-missjoni stabbiliti fil-punt 2.1;

(f)    it-tagħbijiet utli, in-numru ta’ passiġġieri, il-mases tal-passiġġieri, it-tagħbijiet massimi teknikament permissibbli, in-numru massimu ta’ passiġġieri teknikament permissibbli u l-volumi ta’ merkanzija tas-sottogruppi ta’ vetturi sg stabbiliti fil-punt 2.5;

(g)    il-valuri annwali tal-kilometraġġ stabbiliti fil-punt 2.6.

2.    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 17 bil-ħsieb li temenda l-element li ġej fl-Anness IV:

(a)    ir-rekwiżiti tad-data speċifikati fil-Parti A u fil-Parti B sabiex jitqiesu l-progress tekniku, l-aġġustamenti neċessarji bbażati fuq l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-emendi tal-leġiżlazzjoni sottostanti dwar l-approvazzjoni tat-tip, b’mod partikolari r-Regolamenti (UE) 2018/858 u (UE) 595/2009;

(b)    l-aġġornament jew l-aġġustament tal-meded stabbiliti fil-Parti C sabiex jitqiesu l-bidliet fit-tfassil ta’ vetturi heavy-duty u sabiex ikun żgurat li l-meded jibqgħu rilevanti għal skopijiet ta’ informazzjoni u ta’ komparabbiltà;

3.    Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 17 bil-ħsieb li temenda l-elementi li ġejjin fl-Anness V:

(a)    l-aġġustament tal-proċedura ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar stabbilita fl-Anness V sabiex titqies l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u sabiex tiġi adattata għall-progress tekniku;

(b)    l-emendar tal-punt 3.2 billi jiżdiedu entrati tad-data li jkunu għadhom kif ġew miżjudin fir-reġistru.”

(18)l-Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 15
Rieżami

Fl-2028, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-effettività u tal-impatt ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultat tar-rieżami.

Meta jkun xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta sabiex jiġi emendat dan ir-Regolament.”

(19)l-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 2, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 3b, fl-Artikolu 11(2), fl-Artikolu 13(4), it-tieni subparagrafu, fl-Artikolu 13c(3), fl-Artikolu 13d(2), fl-Artikolu 13e(4), fl-Artikolu 13f(2) u fl-Artikolu 14(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].”;

(b)fil-paragrafu 3, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 11(2), fl-Artikolu 13(4), it-tieni subparagrafu, fl-Artikolu 13c(3), fl-Artikolu 13d(2), fl-Artikolu 13e(4), fl-Artikolu 13f(2) u fl-Artikolu 14(1) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.”;

(c)fil-paragrafu (6), “l-Artikolu 11(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(4) u l-Artikolu 14(1)” hija sostitwita b’dan li ġej: “l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 13(4), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 13c(3), l-Artikolu 13d(2), l-Artikolu 13f(2) u l-Artikolu 14(1)”;

(20)l-Annessi I, II u III tar-Regolament (UE) Nru 2019/1242 huma sostitwiti bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(21)it-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Annessi IV, V u VI tar-Regolament (UE) 2019/1242;

Artikolu 2
Tħassir tar-Regolament (UE) 2018/956

Ir-Regolament (UE) 2018/956 jitħassar b’effett minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ].

Ir-referenzi għar-Regolament (UE) 2018/956 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju [OP jekk jogħġbok daħħal is-sena kalendarja = is-sena tal-1 ta’ Lulju wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att].

Madankollu, fir-rigward tal-perjodi ta’ rapportar qabel [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal id-data = id-data tad-dħul fis-seħħ], ir-Regolament (UE) 2019/1242 kif applikabbli fit-30 ta’ Ġunju [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal is-sena kalendarja = is-sena tal-1 ta’ Lulju wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att] u r-Regolament (UE) 2018/956 kif applikabbli fit-30 ta’ Ġunju [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal is-sena kalendarja = is-sena tal-1 ta’ Lulju wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att] għandhom ikomplu japplikaw.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1242 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għal vetturi heavy-duty ġodda f’konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni u fir-rigward tal-integrazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/956.

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Intestatura 3 – Riżorsi naturali u Ambjent

Titolu 9 – Ambjent u Azzjoni Klimatika

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 25  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

L-objettiv ġenerali ta’ din il-proposta huwa li tipprovdi standards ġodda tal-emissjonijiet sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO₂ minn vetturi heavy-duty (HDV) ġodda u li tikkontribwixxi għall-bidla għal mobilità b’emissjonijiet żero fil-kuntest usa’ ta’ ambizzjoni klimatika akbar tal-UE sal-2030 u għan-newtralità klimatika tal-UE sal-2050.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

L-objettivi speċifiċi ta’ din il-proposta huma li:

Tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 mill-HDV, b’mod kosteffettiv, f’konformità mal-għanijiet klimatiċi tal-UE, filwaqt li tikkontribwixxi għat-titjib tas-sigurtà tal-enerġija tal-UE.

Tipprovdi benefiċċji għall-operaturi u għall-utenti Ewropej tat-trasport, li l-biċċa l-kbira minnhom huma SMEs, li jirriżultaw minn varar aktar mifrux ta’ vetturi aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija.

Issaħħaħ it-tmexxija teknoloġika u fl-innovazzjoni tal-industrija fl-UE billi tidderieġi l-investimenti lejn teknoloġiji b’emissjonijiet żero.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Il-proposta se tiżgura li jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty, se tipprovdi benefiċċji għall-operaturi u għall-utenti tat-trasport f’termini ta’ kwalità tal-arja u ta’ tnaqqis fil-konsum tal-enerġija, u se ssaħħaħ it-tmexxija teknoloġika u fl-innovazzjoni tal-katina tal-valur awtomobilistika. Il-kobenefiċċji addizzjonali huma mistennija li jkunu żieda fl-effiċjenza enerġetika u titjib fis-sigurtà tal-enerġija.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Ġew identifikati l-indikaturi li ġejjin:

1. L-emissjonijiet medji tas-CO2 tal-flotta kollha tal-UE ta’ HDVs ġodda mkejlin fl-approvazzjoni tat-tip se jiġu mmonitorjati kull sena;

2. L-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra tal-HDVs se jiġu mmonitorjati permezz tal-inventarji annwali tal-Istati Membri dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra;

3. In-numru u s-sehem ta’ vetturi b’emissjonijiet żero jew b’emissjonijiet baxxi rreġistrati ġodda se jiġu mmonitorjati permezz tad-data ta’ monitoraġġ annwali sottomessa mill-Istati Membri;

4. Il-livell ta’ innovazzjoni se jitkejjel f’termini ta’ privattivi ġodda mill-manifatturi awtomobilistiċi Ewropej relatati ma’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero permezz ta’ bażijiet tad-data tal-privattivi disponibbli pubblikament;

5. Il-livell ta’ impjiegi se jiġi mmonitorjat abbażi ta’ statistiki pubblikament disponibbli tal-Eurostat dwar id-data tal-impjiegi settorjali għall-UE.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Il-manifatturi tal-HDVs li jkunu għadhom kif ġew irreġistrati fl-Unjoni se jkollhom jimmonitorjaw u jirrapportaw l-emissjonijiet u jikkonformaw mal-miri speċifiċi riveduti tal-emissjonijiet tas-CO2 

L-Istati Membri se jkollhom jirrapportaw kull sena lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) id-data teknika dwar l-HDVs irreġistrati ġodda.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

It-tibdil fil-klima huwa problema transfruntiera li ma tistax tissolva b’azzjoni nazzjonali jew lokali biss. Il-koordinazzjoni tal-azzjoni klimatika trid tittieħed fil-livell Ewropew u l-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata għal raġunijiet ta’ sussidjarjetà.

L-inizjattivi fil-livelli nazzjonali u lokali ma jkunux biżżejjed. Nuqqas ta’ azzjoni koordinata tal-UE jkun isarraf f’riskju ta’ frammentazzjoni tas-suq. Waħedhom, l-Istati Membri individwali jirrappreżentaw ukoll suq żgħir wisq sabiex jixprunaw il-bidliet fil-livell tal-industrija u joħolqu ekonomiji ta’ skala.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Il-proposta tibni fuq il-leġiżlazzjoni eżistenti għall-obbligi kemm ta’ monitoraġġ kif ukoll ta’ rapportar kif ukoll għall-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

Din il-proposta hija kompatibbli mal-objettivi ta’ Next Generation EU u tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu 2021-2027 26 , li se jgħinu sabiex jinkisbu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali doppji li l-Ewropa qiegħda timmira għalihom.

Din il-proposta leġiżlattiva hija kumplementari u żżomm konsistenza mal-proposti rilevanti fil-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”. , kif ukoll mal-proposta tal-Euro 7

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Mhux disponibbli

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

- Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu mill-2024 sal-2025.

- segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i 27  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

   mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

 lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

 lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

 lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

 lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

 lill-korpi tal-liġi pubblika;

 lill-korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

 lill-korpi rregolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

 lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti:

Mhux disponibbli

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-inizjattiva tinvolvi approprjazzjoni tal-arranġamenti amministrattivi eżistenti tad-DĠ CLIMA mal-JRC u żieda fil-kontribuzzjoni għaż-ŻEE.

Il-ġbir tad-data huwa meħtieġ minn sorsi differenti, inkluż mill-Istati Membri, mill-manifatturi awtomobilistiċi u mill-awtoritajiet nazzjonali tal-approvazzjoni tat-tip. Il-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-ġbir tad-data titwettaq mill-EEA u mid-DĠ CLIMA, megħjunin ukoll mill-JRC.

Kull sena, l-Istati Membri u l-manifatturi jirrapportaw data dwar reġistrazzjonijiet ta’ vetturi ġodda. Dawn is-settijiet tad-data jifformaw il-bażi għad-determinazzjoni tal-konformità tal-manifatturi mal-istandards u tal-impożizzjoni ta’ kwalunkwe multa potenzjali. Imbagħad, id-data tiġi kkonfermata b’deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Il-proposta teħtieġ valutazzjoni addizzjonali tad-data mill-Kummissjoni u mill-EEA minħabba l-gruppi ta’ vetturi koperti ġodda, id-dispożizzjonijiet dwar l-eżenzjonijiet għal manifatturi ta’ volumi żgħar u t-trasferiment ta’ vetturi.

Id-data dwar il-konsum reali tal-fjuwil u/jew tal-enerġija elettrika kif irreġistrata abbord il-vetturi u d-data dwar il-Prestazzjoni waqt is-servizz jiġu rrapportati kull sena, inkluż għall-vetturi miżjudin mal-kamp ta’ applikazzjoni. Id-dispożizzjonijiet legali eżistenti tad-dinja reali u waqt is-servizz issaħħew mill-koleġiżlatur, meta mqabblin mal-proposta tal-Kummissjoni.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Il-proposta mhijiex qed timplimenta programm finanzjarju iżda qed tfassal politika fit-tul. Il-mod ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll b’rabta mar-rati ta’ żball mhumiex applikabbli

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Il-metodi ta’ kontroll previsti huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u r-Regolamenti ta’ Applikazzjoni. Din il-proposta ma tikkonċernax programm ta’ nfiq.

Il-monitoraġġ effiċjenti u korrett tad-data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi huwa essenzjali sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni u sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-manifatturi differenti fi ħdan is-suq uniku tal-UE.

Il-ġbir tad-data mill-użu reali u l-proċedura ta’ verifika waqt is-servizz jiżguraw li l-irregolaritajiet fid-data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi jkunu jistgħu jiġu identifikati u li jittieħdu miżuri ta’ rimedju effettivi b’mod f’waqtu u jservu wkoll sabiex jiżguraw li l-effettività fit-tul tal-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-UE ma tkunx imminata.

Is-sistemi ewlenin ta’ kontroll intern jinkludu l-verifika tad-data tar-reġistrazzjoni u dik teknika rrapportata.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Din l-inizjattiva ma toħloqx kontrolli/riskji sinifikanti ġodda li ma jkunux koperti minn qafas ta’ kontroll intern eżistenti. Ma ġiet prevista l-ebda miżura speċifika lil hinn mill-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Minbarra l-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet, ir-rekwiżiti msaħħin għat-tnaqqis tas-CO2 u l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni previsti f’din il-proposta se jkunu akkumpanjati minn monitoraġġ u minn rapportar imtejbin ta’ settijiet tad-data ta’ verifika waqt is-servizz u tal-emissjonijiet fid-dinja reali.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’  
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff 28 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 29

mill-pajjiżi kandidati 30

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

3

09 02 03 Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih

Diff.

IVA

LE

LE

LE

3

09 10 02 L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

Diff.

IVA

IVA

LE

LE

7

20 02 01 01 Persunal bil-Kuntratt

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

Linji baġitarji ġodda mitluba: Mhux disponibbli

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

3

“Riżorsi naturali u ambjent”

DĠ: CLIMA

 

2023 

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali

 09 02 03 Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih

Impenji

(1)

0,100

0,100

0,100

0,100

0,400

Pagamenti

(2)

0,100

0,100

0,100

0,100

0,400

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

 

 

(3)

 

 

 

 

 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ CLIMA

Impenji

= 1 + 3

0,100

0,100

0,100

0,100

0,400

Pagamenti

= 2 + 3

0,100

0,100

0,100

0,100

0,400

·Il-JRC se jkollu rwol ewlieni fl-appoġġ lill-Kummissjoni bi ftit mix-xogħol tekniku meħtieġ. Hemm Arranġament Amministrattiv fis-seħħ bejn id-DĠ CLIMA u l-JRC.

Aġenzija: EEA – L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

 

2023 

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali

 Titolu 1: Nefqa fuq il-persunal

Impenji

(1a)

0,299

0,735

0,750

0,765

2,549

Pagamenti

(2a)

0,299

0,735

0,750

0,765

2,549

Titolu 2: Infrastruttura

Impenji

(1b)

0,080

0,080

0,160

Pagamenti

(2b)

0,080

0,080

0,160

Titolu 3: Nefqa operazzjonali

Impenji

(1c)

0,020

0,040

0,040

0,100

Pagamenti

(2c)

0,020

0,040

0,040

0,100

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

 

 

(3)

 

 

 

 

 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għall-aġenzija EEA *

Impenji

=1a+1b +1c

0,379

0,835

0,790

0,805

2,809

Pagamenti

 =2a+2b +2c

0,379

0,835

0,790

0,805

2,809

*L-impatt baġitarju tar-riżorsi finanzjarji addizzjonali għall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent se jiġi kkumpensat permezz ta’ tnaqqis kumpensatorju mill-baġit tal-LIFE, b’mod aktar speċifiku mil-linja baġitarja 09 02 03 tad-DĠ CLIMA Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih.

·Nefqa fuq il-persunal: Aġent Temporanju (AD) addizzjonali u Aġent Kuntrattwali addizzjonali wieħed (CA) se jkunu meħtieġa jappoġġaw: (i) l-iżgurar tal-koordinazzjoni, tat-tħejjija u tas-segwitu tal-ġbir, tal-analiżi u tal-ipproċessar addizzjonali tad-data neċessarji għall-ġestjoni taż-żieda fin-numru assolut ta’ emissjonijiet tal-vetturi li għandhom jiġu mmonitorjati u rrapportati, (ii) l-implimentazzjoni u l-użu tas-sistema ta’ rapportar, tas-sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u ta’ kontroll tal-kwalità tad-data għal tali vetturi miżjudin ġodda taħt kamp ta’ applikazzjoni estiż, kif ukoll ġestjoni tad-data u helpdesk tekniku għall-manifatturi addizzjonali.

Huma meħtieġa tliet aġenti kuntrattwali addizzjonali (tnejn jibdew fl-2024) għall-kompiti li ġejjin:

L-appoġġ għat-tħejjija u għall-iżvilupp ta’ numru ta’ metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni dettaljati (pereżempju: sabiex tintwera l-konformità mal-kriterji tal-kwalità tal-UE għall-assorbimenti tal-karbonju, kif stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament xieraq propost);

Il-ġbir ta’ data dwar il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika pereżempju għal numru ta’ attivitajiet ta’ sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, b’rabta mal-inizjattivi ta’ tixrib mill-ġdid ta’ artijiet mistagħdra, ta’ kultivazzjoni u ta’ tisġir/riforestazzjoni;

Appoġġ sabiex jiġu żgurati l-ħoloq bejn ir-reġistri (pereżempju: tal-iskemi ta’ ċertifikazzjoni u tal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra).

·Kostijiet tan-nefqa infrastrutturali u operazzjonali: L-EEA se tkun teħtieġ investimenti inizjali fl-IT matul l-ewwel sentejn (li jammontaw għal EUR 160 000) għall-ipproċessar tad-data, sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-istandards ukoll għal numru akbar ta’ vetturi u ta’ manifatturi. Se tkun meħtieġa nefqa annwali rikorrenti tal-IT kif ukoll għaż-żamma u għall-aġġornamenti regolari tal-flussi tax-xogħol tar-rapportar, tal-bażijiet tad-data tal-MSSQL u ta’ għodod tal-ipproċessar tal-IT oħrajn.



□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Impenji

(4)

0,479

0,935

0,890

0,905

3,209

Pagamenti

(5)

0,479

0,935

0,890

0,905

3,209

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 3 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4

0,479

0,935

0,890

0,905

3,209

Pagamenti

=5

0,479

0,935

0,890

0,905

3,209

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

DĠ: CLIMA

□ Riżorsi umani

0,091

0,091

0,091

0,091

0,364

□ Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL TAD-DĠ CLIMA

Approprjazzjonijiet

0,091

0,091

0,091

0,091

0,364

Huwa meħtieġ CA FTE sabiex jittratta l-ġestjoni addizzjonali tad-data.

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
skont l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0,091

0,091

0,091

0,091

0,364

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

0,570

1,026

0,981

0,996

3,573

Pagamenti

0,570

1,026

0,981

0,996

3,573

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali 

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

OUTPUTS

Tip 31

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 32 …

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

TOTALI

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

3.2.3.1.L-impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-EEA

·    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

·    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AD)

0,115

0,235

0,240

0,244

0,834

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AST)

Aġenti kuntrattwali

0,184

0,500

0,510

0,520

1,714

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

0,299

0,735

0,750

0,765

2,549

Rekwiżiti tal-persunal (FTE):

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AD)

1

1

1

1

1

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AST)

Aġenti kuntrattwali

3

4

4

4

4

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

4

5

5

5

5



3.2.3.2.Rekwiżiti stmati dwar l-approprjazzjonijiet amministrattivi fil-Kummissjoni

3.2.3.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

–     Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

– Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0,091

0,091

0,091

0,091

0,364

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,091

0,091

0,091

0,091

0,364

Barra mill-INTESTATURA 7 33  
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal  
barra mill-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

TOTAL

0,091

0,091

0,091

0,091

0,364

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

·    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

·    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 2025

Sena 2026

Sena  
2027

□ Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

□ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) 34

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

1

1

1

1

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx yy zz  35

- fil-Kwartieri Ġenerali

·

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

TOTAL

1

1

1

1

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Persunal estern

Ikun meħtieġ CA 1 għall-Kummissjoni sabiex jindirizza l-kumplessità akbar u l-kamp ta’ applikazzjoni estiż tal-leġiżlazzjoni u s-sorveljanza u l-ġestjoni addizzjonali assoċjati.

3.2.4 Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

·Il-proposta/L-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

Mhi prevista l-ebda nefqa operazzjonali addizzjonali. Fi kwalunkwe każ, in-nefqa eventwali se ssir fi ħdan il-pakkett LIFE.

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/L-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

2023

2024

2025

2026

2027

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

       Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa    

                       miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 36

2023

2024

2025

2026

2027

Artikolu 4 2 9

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

mhux applikabbli

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

Id-dħul jista’ jiġi ġġenerat permezz tal-Primjums tal-Emissjonijiet Eċċessivi tas-CO2. Id-dħul pagabbli mill-manifatturi se jkompli jitqies bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-UE.

(1)    COM(2021) 400 final
(2)    COM(2022) 542 final
(3)    COM(2020) 350 final
(4)    COM(2023) 62 final
(5)    ĠU C 326, 26.10.2012, p. 391.
(6)    Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi
(7)    Ir-Regolament (UE) 2018/858 tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE
(8)    ĠU C […], […], p. […].
(9)    ĠU C […], […], p. […].
(10)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final.
(11)    Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(12)    Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202).
(13)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Pjan REPowerEU, COM(2022)230 final tat-18.5.2022.
(14)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b’saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa, COM(2021) 350 final tal-5 ta’ Mejju 2021.
(15)    COM(2023) 62 final
(16)    Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 14.7.2021, COM/2021/559 final.
(17)    Ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda (ĠU L 173, 9.7.2018, p.1).
(18)    Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 200746/KE.
(19)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (ĠU L 349, 29.12.2017, p. 1).
(20)    Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).
(21)    F’konformità mad-definizzjoni fir-Regolament dwar il-Fond Soċjali għall-Klima, l-Artikolu 2(2a)
(22)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1362 tal-1 ta’ Awwissu 2022 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prestazzjoni tat-trejlers heavy-duty rigward l-influwenza tagħhom fuq l-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-enerġija u l-firxa tas-sewqan b’emissjonijiet żero tal-vetturi bil-mutur u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 (ĠU L 205, 5.8.2022, p. 145).
(23)    Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 16, 19.6.2018, p. 26.
(24)    ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.
(25)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(26)     https://ec.europa.eu/info/strategy/eu-budget/long-term-eu-budget/2021-2027/documents_mt  
(27)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(28)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(29)    EFTA: l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(30)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(31)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (eż.: in-numru ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, in-numru ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(32)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi …”
(33)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(34)    AC= Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(35)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(36)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.