|
10.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10665 – WAVERLY / TPG / ASIA HEALTHCARE HOLDINGS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 114/06)
1.
Fit-2 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Waverly Pte. Ltd (“Waverly”, Singapore), li tappartjeni għall-GIC Group, |
|
— |
TPG Growth III SF PTE Ltd (“TPG”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Asia Healthcare Holdings Private Limited (“AHH”, Singapor), ikkontrollata minn TPG. |
Waverly u TPG se jakkwistaw kontroll bi sħab ta’ AHH kollha kemm hi fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Waverly: veikolu ta’ investiment nominat tal-Grupp GIC, b’investimenti f’varjetà ta’ setturi globalment. GIC Group tiġġestixxi portafoll globali diversifikat ta’ investimenti fl-ekwità privata, kapital ta’ riskju u fondi infrastrutturali, kif ukoll f’investimenti diretti f’kumpaniji privati, |
|
— |
TPG: ditta tal-investiment li tiġġestixxi familja ta’ fondi li tinvesti f’varjetà ta’ kumpaniji permezz ta’ akkwiżizzjonijiet u ristrutturar korporattiv, |
|
— |
AHH: it-tħaddim ta’ pjattaforma ta’ investiment iffukata fuq kura tas-saħħa bi speċjalità waħda fl-Indja. L-attivitajiet tal-AHH jinkludu żewġ negozji ewlenin: (i) Maternità, katina ta’ sptar ta’ speċjalità li toffri servizzi ta’ kura tas-saħħa primjum tal-maternità, tat-tfal u tal-fertilità madwar l-Indja; u (ii) Nova IVF, fornitur dedikat ta’ IVF u soluzzjonijiet ta’ fertilità fl-Indja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10665 – WAVERLY / TPG / ASIA HEALTHCARE HOLDINGS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permez tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).