|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2351 |
18.11.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (ue) 2025/2351
tat-18 ta' Novembru 2025
li jimponi miżura ta’ salvagwardja definittiva fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti elementi ta’ ferroligi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-29 ta’ April 2015 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 112 u l-Artikolu 113(3), it-tieni paragrafu, tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fid-19 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ppubblikat Notifika tal-Bidu ta’ investigazzjoni ta’ salvagwardja dwar l-importazzjonijiet ta’ elementi ta’ ligar ibbażati fuq is-siliċju u l-manganiż (4). |
|
(2) |
L-investigazzjoni nbdiet wara talba minn tliet Stati Membri (Franza, il-Polonja u s-Slovakkja, appoġġati minn Spanja). L-analiżi tat-talba wriet li x-xejra li qed tiżdied fl-importazzjonijiet ta’ ċerti elementi ta’ ligar ibbażati fuq is-siliċju u l-manganiż u l-kundizzjonijiet li fihom iseħħu jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw dannu serju lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(3) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni meħtieġa biex twettaq valutazzjoni fil-fond, il-Kummissjoni ppubblikat kwestjonarji għall-produtturi, l-esportaturi, l-importaturi u l-utenti tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat fid-19 ta’ Diċembru 2024 u stiednet lill-partijiet interessati jagħmlu preżentazzjonijiet qabel is-17 ta’ Jannar 2025. Fid-9 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni ppubblikat il-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-applikazzjoni li tinkludi statistika ewlenija dwar l-importazzjoni u indikaturi tad-dannu disponibbli. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni rċeviet 106 tweġiba għall-kwestjonarju u 61 kontributi ħielsa (free submisssions) fl-istadju tal-bidu u matul il-fażi tal-konfutazzjoni mill-produtturi, l-esportaturi, l-importaturi, l-utenti, l-assoċjazzjonijiet u l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi tal-Unjoni, u organizzat seduti ta’ smigħ ma’ 22 parti interessata. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni wettqet verifika bir-reqqa tal-informazzjoni pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni. Għal dan il-għan, tliet produtturi tal-Unjoni ntgħażlu għal verifika fuq il-post ibbażata fuq il-volum tal-produzzjoni tagħhom ta’ prodotti simili jew li jikkompetu direttament matul il-perjodu kkonċernat u l-pożizzjoni ġeografika tagħhom fl-Unjoni. It-tliet produtturi magħżula jirrappreżentaw 85 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni u jinsabu fi Franza, is-Slovakkja u l-Polonja. |
|
(6) |
Diversi partijiet interessati ddikjaraw li l-Kummissjoni naqset milli tiżvela l-evidenza li fuqha kienet ibbażata t-tnedija tal-investigazzjoni ta’ salvagwardja b’mod adegwat u puntwali. Ġie ddikjarat li minħabba dan in-nuqqas, il-partijiet interessati ma setgħux jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom bis-sħiħ. |
|
(7) |
Għall-kuntrarju ta’ dawn l-affermazzjonijiet, l-applikazzjoni inkludiet id-data essenzjali kollha rigward iż-żieda fl-importazzjonijiet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li, minbarra dan, l-elementi ewlenin u l-evidenza disponibbli kienu miġbura fil-qosor b’mod adegwat kemm fin-Nota ta’ Bidu li ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fin-notifika tal-investigazzjoni lid-WTO skont l-Artikolu 12.1(a) tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Salvagwardji. |
|
(8) |
Għaldaqstant il-Kummissjoni qieset li hi ssodisfat l-obbligi legali tagħha li tħares b’mod adegwat id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2015/478 u l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/755, il-partijiet interessati kollha li talbu seduta ta’ smigħ fil-limitu ta’ żmien stabbilit ingħataw tali seduta ta’ smigħ u ngħataw opportunità addizzjonali biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom matul il-fażi ta’ konfutazzjoni. Meta laħqet is-sejbiet definittivi tagħha, il-Kummissjoni qieset kif xieraq u qieset il-kummenti ppreżentati sal-iskadenzi mill-partijiet interessati kollha, bil-miktub jew bil-fomm matul is-sessjonijiet ta’ smigħ. |
1.2. Nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżura proviżorja
|
(9) |
Fit-18 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni bagħtet proposta biex tqis l-impożizzjoni ta’ miżura proviżorja. Madankollu, bħala riżultat tad-diskussjonijiet fi ħdan il-Kumitat dwar il-miżuri ta’ salvagwardja, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma timponix miżura ta’ salvagwardja proviżorja iżda li tkompli l-investigazzjoni. |
|
(10) |
Fit-18 ta’ Lulju 2025, wara li l-Kummissjoni għamlet determinazzjoni preliminari, u f’konformità mal-Artikolu 113(1) tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-Ftehim ŻEE), innotifikat lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li miżura ta’ salvagwardja kienet iġġustifikata skont l-Artikolu 112 tal-Ftehim ŻEE. Fl-24 ta’ Lulju 2025, saret laqgħa tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fejn ġiet diskussa n-notifika tad-determinazzjoni preliminari fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti elementi ta’ ferroligi. Fit-8 ta’ Awwissu 2025, l-Istati taż-ŻEE-EFTA bagħtu tweġiba għan-notifika tal-Kummissjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Fil-21 ta’ Awwissu 2025, il-Kummissjoni infurmat lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-intenzjoni tagħha li ma timponix miżura provviżorja u jkompli bl-investigazzjoni. Fid-19 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni infurmat lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-istatus tal-investigazzjoni. Fl-10 ta’ Ottubru 2025, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE f’konformità mal-Artikolu 113(1) tal-Ftehim ŻEE li miżura ta’ salvagwardja kienet iġġustifikata skont l-Artikolu 112 tal-Ftehim ŻEE. |
1.3. Proċedura sussegwenti
|
(11) |
Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset bħala neċessarja għas-sejbiet finali tagħha. Il-Kummissjoni kompliet l-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-interess tal-Unjoni u wettqet analiżi tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-utenti. |
|
(12) |
Sabiex tikseb l-aktar informazzjoni reċenti għad-determinazzjoni finali tagħha, fl-4 ta’ Awwissu 2025, il-Kummissjoni talbet lill-assoċjazzjoni li tirrappreżenta lill-produtturi tal-Unjoni biex tressaq kwestjonarju supplimentari aġġornat li jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025, “l-aktar perjodu reċenti” jew “MRP”. |
|
(13) |
Fis-16 ta’ Settembru 2025, l-investigazzjoni ġiet estiża b’perjodu ta’ xahrejn b’notifika ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5). |
2. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTTI SIMILI JEW PRODOTTI LI JIKKOMPETU DIRETTAMENT MIEGĦU
|
(14) |
Il-prodott ikkonċernat kif definit fin-Notifika tal-Bidu huwa s-siliċju u l-ligi bbażati fuq il-manganiż, jiġifieri (i) is-siliċju, (ii) il-ferromanganiż, (iii) il-ferrosiliċju, (iv) il-ferrosilikomanganiż, (v) il-ferrosilikomanjeżju u (vi) kalċju-siliċju. |
|
(15) |
Il-Kummissjoni ddeterminat li t-tipi kollha ta’ siliċju u ligi bbażati fuq il-manganiż prodotti mill-produtturi tal-Unjoni, imsejħa “il-prodott simili” huma simili jew jikkompetu direttament mal-prodott ikkonċernat. Kemm il-prodotti domestiċi kif ukoll dawk importati għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi fundamentali. Dawn iservu skopijiet identiċi u huma offruti permezz ta’ kanali tal-bejgħ simili jew identiċi lil klijenti li jistgħu jiksbuhom kemm minn fornituri domestiċi kif ukoll barranin. B’dan il-mod, jeżisti livell sinifikanti ta’ kompetizzjoni bejn il-prodott ikkonċernat u dak prodott mill-produtturi tal-Unjoni. |
|
(16) |
Wara l-bidu, diversi partijiet interessati ddikjaraw li ma hemmx prodott uniku kkonċernat iżda diversi prodotti kkonċernati. Għalhekk, huma esprimew dubji dwar l-analiżi globali tax-xejriet rilevant tal-importazzjoni u l-indikaturi tad-dannu flimkien għat-tipi kollha ta’ prodotti li qed jiġu investigati. Il-partijiet argumentaw li l-analiżi kellha tiddistingwi bejn is-siliċju u l-ligi bbażati fuq il-mangani, b’mod partikolari minħabba d-diversi gradi ta’ interkambjabbiltà. |
|
(17) |
Bi tweġiba għal dawn l-affermazzjonijiet, il-Kummissjoni wettqet analiżi ulterjuri bbażata fuq it-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni u fittxet informazzjoni addizzjonali matul iż-żjarat ta’ verifika biex tiddetermina jekk hemmx interrelazzjoni, interkambjabbiltà u kompetizzjoni fost it-tipi differenti ta’ prodotti (6). Id-diversi tipi differenti ta’ ligi bbażati fuq is-siliċju u l-manganiż jikkondividu similaritajiet notevoli fit-tekniki ta’ produzzjoni u fl-applikazzjonijiet industrijali tagħhom (7). Pereżempju, il-ferrosiliċju, il-ferromanganiż u l-ferrosilikomanganiż għandhom rwoli li jikkoinċidu fil-produzzjoni tal-azzar. Huma konnessi primarjament mill-funzjoni tagħhom bħala deossidanti, li ttejjeb il-kwalità u l-proprjetajiet tal-prodott illigat finali. Barra minn hekk, huma jikkondividu materja prima komuni, jiġifieri l-ħadid, is-siliċju u l-manganiż. Fl-industrija tal-azzar, il-ferromanganiż u l-ferrosilikomanganiż spiss jintużaw b’mod interkambjabbli. Meta grad speċifiku tal-azzar jeħtieġ kemm manganiż kif ukoll silikon, il-ferromanganiż jista’ jiġi sostitwit b’ferrosilikomanganiż. Il-produtturi tal-azzar ta’ spiss jikkombinaw dawn il-ligi biex jiksbu proprjetajiet kimiċi speċifiċi fl-azzar, u b’hekk jottimizzaw kemm il-prestazzjoni kif ukoll il-kost. Il-kalċju-siliċju u diversi ferroligi għandhom rwoli li jikkoinċidu iżda li mhumiex interkambjabbli għalkollox fl-operazzjonijiet tal-produzzjoni tal-azzar u tal-funderiji. Filwaqt li dawn il-materjali kollha jintużaw biex jimmodifikaw jew itejbu l-proprjetajiet tal-metall imdewweb, il-karatteristiċi kimiċi u l-funzjonijiet metallurġiċi tagħhom ivarjaw b’mod sinifikanti, u dan jillimita l-kapaċità tagħhom li jiġu sostitwiti direttament għal xulxin. |
|
(18) |
Fir-rigward tas-siliċju, hemm xi trikkib bejn il-ferroligi u s-siliċju. Madankollu, l-industrija tal-aluminju primarjament tiffavorixxi siliċju pur minħabba l-kompatibbiltà tiegħu mal-proprjetajiet tal-aluminju, filwaqt li l-ferrosiliċju jintuża biss f’applikazzjonijiet speċjalizzati jew sekondarji tal-aluminju fejn xi kontenut ta’ ħadid huwa aċċettabbli jew meħtieġ. Il-ferroligi huma aġenti li jilligaw miżjuda f’volumi żgħar biex itejbu l-proprjetajiet tal-azzar u huma komponent ta’ kost minuri fil-prodott tal-azzar. Min-naħa l-oħra, is-siliċju huwa materja prima ewlenija użata prinċipalment fl-industrija tal-aluminju, iżda wkoll fl-industrija kimika, b’mod partikolari għall-manifattura tas-siliċji. |
|
(19) |
Barra minn hekk, il-kost tal-produzzjoni tas-siliċju huwa ogħla b’mod sinifikanti (b’aktar minn 60 % bħala medja) minn dak għall-ferroligi. Id-distinzjoni hija riflessa wkoll fil-klassifikazzjoni taħt is-Sistema Armonizzata (SA). Is-silikon huwa kklassifikat taħt il-Kapitolu 28 tan-Nomenklatura Magħquda (NM) SA/UE, filwaqt li l-ferroligi huma kklassifikati taħt il-Kapitolu 72. Għalhekk, is-sostitwibbiltà bejn is-siliċju u l-ferroligi hija limitata u għalhekk huwa konkluż li s-siliċju ma jikkompetix direttament mal-ferroligi. |
|
(20) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkategorizzat il-prodott ikkonċernat fi tliet gruppi distinti, kull wieħed ibbażat fuq il-materja prima primarja u l-applikazzjonijiet maħsuba għalih. Minbarra l-analiżi ġenerali, sar eżami dettaljat tax-xejriet tal-importazzjoni għal kull grupp ta’ prodotti separatament: (a) siliċju, (b) ferroligi, u (c) kalċju-siliċju. L-eżami tal-importazzjonijiet skont il-grupp wera li l-gruppi kollha żdiedu f’termini assoluti bl-eċċezzjoni tal-importazzjonijiet tal-grupp tas-siliċju, li baqgħu stabbli jew naqsu bi ftit b’0,2 % matul il-perjodu kkonċernat u komplew jonqsu b’ 2,7 % fl-MRP (ara t-Tabella 1). Tabella 1 Importazzjonijiet tas-Siliċju.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(21) |
Fid-dawl tat-tnaqqis fl-importazzjonijiet f’termini assoluti, is-siliċju ġie eskluż mill-ambitu tal-prodott. |
|
(22) |
Barra minn hekk, il-kalċju-siliċju tal-kalċju ġie eskluż mill-ambitu tal-prodott minħabba nuqqas ta’ produzzjoni ta’ dan il-grupp ta’ prodotti fl-Unjoni, kif spjegat fit-Taqsima 7. |
|
(23) |
Għalhekk, dawn iż-żewġ gruppi ta’ prodotti ġew esklużi mill-ambitu tal-prodott u l-analiżi għad-determinazzjoni finali twettqet għal ċerti ferroligi, il-“prodott ikkonċernat”. |
3. IL-PRODUTTURI TAL-UNJONI
|
(24) |
Il-produtturi ta’ prodotti simili jew li jikkompetu direttament fl-Unjoni kienu jinkludu Ferroglobe, Comilog, OFZ, Realloys, RW Silicium, Xeal, TDR Legure, u ASK Metallurgy. Il-parti l-kbira tal-produtturi tal-Unjoni huma membri tal-Assoċjazzjoni ta’ produtturi Ewropej tal-ferroligi (“Euroalliages”). L-assoċjazzjoni tal-industrija tirrappreżenta 97 % tal-produzzjoni tal-Unjoni tas-siliċju u tal-ligi bbażati fuq il-manganiż. Il-membri tagħhom jinsabu fi Franza, il-Ġermanja, il-Polonja, is-Slovakkja u Spanja. |
|
(25) |
F’isem il-membri tagħha, l-assoċjazzjoni tal-industrija infurmat lill-Kummissjoni li hija tappoġġa l-ftuħ ta’ investigazzjoni ta’ salvagwardja, kif ukoll l-adozzjoni ta’ miżura peress li l-produtturi tal-Unjoni qed jiffaċċjaw diffikultajiet eċċezzjonali minħabba pressjoni għolja fuq l-importazzjoni xprunata minn kapaċità żejda globali li qed tikber u l-għeluq ta’ swieq ewlenin oħra minħabba miżuri ta’ difiża kummerċjali. |
|
(26) |
Il-Kummissjoni talbet lit-tmien produtturi tal-Unjoni identifikati fl-applikazzjoni u kif indikat hawn fuq fil-premessa (24) biex jippreżentaw tweġibiet għall-kwestjonarju. Barra minn hekk, fl-4 ta’ Awwissu 2025, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi tal-Unjoni biex jippreżentaw kwestjonarju supplimentari aġġornat u rċeviet tweġibiet mingħand Ferroglobe, OFZ, Realloys, Xeal, Comilog u RW Silicium. |
|
(27) |
Kif spjegat fil-premessi (17), (18) u (19), il-Kummissjoni sabet li l-ferroligi u s-siliċju mhumiex prodotti li jikkompetu direttament, minħabba differenzi fil-kostijiet tal-produzzjoni, l-applikazzjonijiet tagħhom u l-klassifikazzjoni SA. Fuq din il-bażi, il-produtturi tal-Unjoni ta’ prodotti simili jew li jikkompetu direttament ġew definiti bħala l-produtturi ta’ ferroligi. |
|
(28) |
Hemm seba’ produtturi ta’ prodotti simili u li jikkompetu direttament fl-Unjoni (Ferroglobe, OFZ, Realloys, Xeal, TDR Legure, Comilog u ASK Metallurgy), u kollha kemm huma mlew il-kwestjonarju. Kif iddikjarat hawn fuq fil-premessa (5), tliet produtturi tal-Unjoni ntgħażlu għal żjarat ta’ verifika. |
4. ŻIEDA FL-IMPORTAZZJONIJIET
|
(29) |
Abbażi tal-informazzjoni mill-Eurostat, kif ukoll tal-informazzjoni ppreżentata mill-produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni wettqet analiżi taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu 2019-2024 (“il-perjodu kkonċernat”) u qieset ukoll ix-xejriet tal-importazzjoni fl-MRP. Il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-perjodu kkonċernat fl-2019 sabiex is-sejbiet ma jiġux affettwati minn tfixkil possibbli fis-suq ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19. Sabiex jikkonformaw mal-obbligi tal-Unjoni rigward l-importazzjonijiet mill-Ukrajna (8) u fl-ambitu tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika mal-Kenja (9), l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi ġew esklużi minn din l-investigazzjoni. Il-Kenja ma esportatx il-prodott ikkonċernat lejn l-UE matul il-perjodu kkonċernat. Għalhekk, f’dan kollu li ġej, l-importazzjonijiet ma jinkludux importazzjonijiet mill-Ukrajna peress li dawk l-importazzjonijiet mhumiex koperti minn din il-miżura. |
|
(30) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni billi żiedet il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni u l-importazzjonijiet fl-Unjoni. L-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet inkisbet mill-Eurostat. |
|
(31) |
L-importazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat żviluppaw kif ġej: Tabella 2 Volum u prezzijiet tal-importazzjonijiet, produzzjoni, konsum u importazzjonijiet relattivi għall-produzzjoni u l-konsum.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(32) |
B’mod ġenerali, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat żdiedu f’termini assoluti bi 17 % matul il-perjodu 2019-2024 b’xi ftit varjazzjoni bejn id-diversi snin. Din iż-żieda fl-importazzjonijiet wasslet għal tnaqqis sinifikanti fil-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni. Xi partijiet interessati ddikjaraw li ż-żieda fl-importazzjonijiet ma kinitx sinifikanti biżżejjed b’mod partikolari peress li fil-fatt kienet fuq xejra ta’ tnaqqis bejn l-2023 u l-2024. Filwaqt li fl-aħħar sena tal-perjodu kkonċernat (2024), l-importazzjonijiet kienu taħt il-livell tal-2023, dawn għadhom f’livelli ogħla milli fis-snin preċedenti (b’mod partikolari l-2017 u l-2018, b’1 282 u 1 267 miljun tunnellata). Meta mqabbla mal-MRP, l-importazzjonijiet żdiedu bi 13 % mill-2019 u x-xejra msemmija hawn fuq ta’ livelli ogħla ta’ importazzjonijiet milli fl-2017 u fl-2018 hija kkonfermata wkoll.
|
|
(33) |
Fl-MRP l-importazzjonijiet komplew jonqsu bħal fl-2024, madankollu, l-importazzjonijiet baqgħu għoljin u ogħla mill-quċċata storika preċedenti fl-2017. L-2021 kellha livell ogħla ta’ importazzjonijiet annwali mill-2022 fid-dawl tal-irkupru ekonomiku ta’ wara l-COVID-19 li wassal għal konsum għoli storiku. Fil-qosor, mill-2021, l-importazzjonijiet għadhom f’livelli għoljin, b’varjazzjonijiet żgħar minn sena għal sena. Ix-xejra ta’ tnaqqis l-aktar reċenti mhijiex qawwija biżżejjed biex tnaqqas mill-kontinwazzjoni ta’ livell ogħla ta’ importazzjonijiet b’mod ġenerali. Bi tweġiba għall-kummenti, il-Kummissjoni nnotat ukoll li r-rekwiżit legali mhuwiex li l-importazzjonijiet “qed jiżdiedu” fil-mument li ssir id-determinazzjoni jew fi tmiem il-perjodu kkonċernat. Pjuttost, ir-rekwiżit huwa li l-prodott “qed jiġi importat fi kwantitajiet akbar”. Minħabba l-livelli tal-importazzjonijiet fil-perjodu 2021- MRP, meta mqabbla mal-perjodu preċedenti u li l-fluttwazzjonijiet deskritti fil-perjodu 2021 - MRP huma diversi drabi iżgħar fid-daqs miż-żieda meta mqabbla mal-parti preċedenti tal-perjodu kkonċernat (2019, 2020), il-konklużjoni hija ġġustifikata li l-prodott qed jiġi importat fi kwantitajiet akbar. |
|
(34) |
Barra minn hekk, l-importazzjonijiet żdiedu b’mod sinifikanti fir-rigward tal-produzzjoni tal-Unjoni, b’żieda ta’ 104 % bejn l-2019 u l-2024 u bi 126 % meta mqabbla mal-MRP. L-aktar żieda sostanzjali ta’ 105 % ġiet osservata bejn l-2022 u l-2023. F’termini relattivi, l-importazzjonijiet naqsu wkoll aktar milli żdiedu fl-2024 meta mqabbla mal-2023. Madankollu, minkejja dak it-tnaqqis, l-importazzjonijiet relattivi fl-2024 għadhom f’livell ogħla minn dak tal-2022 u għalhekk f’livell ogħla minn dak tas-snin kollha fil-perjodu kkonċernat, ħlief fl-2023. Għalhekk, f’termini relattivi, minkejja l-aktar tnaqqis reċenti, il-prodott għadu qed jiġi importat fi kwantitajiet miżjuda b’mod sinifikanti. Ikun meħtieġ tnaqqis ħafna aktar b’saħħtu biex dan ma jibqax il-każ. |
|
(35) |
L-importazzjonijiet żdiedu wkoll fir-rigward tal-konsum tal-Unjoni li żdied bi 23 % bejn l-2019 u l-2024 u b’22 % meta mqabbel mal-MRP. Il-konsum tal-Unjoni, wara ftit snin ta’ fluttwazzjoni, ilu jonqos kontinwament mill-2022, u dan jagħmel din iż-żieda relattiva aktar prominenti. |
|
(36) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li kien hemm żieda notevoli fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, kemm f’termini assoluti kif ukoll b’mod aktar ċar f’termini relattivi. Din il-konklużjoni hija derivata minn analiżi komprensiva tad-data matul il-perjodu kollu ta’ investigazzjoni, mhux sempliċiment punti minn tarf sa tarf tal-perjodu 2019-2024. Hija msaħħa wkoll billi jiġu eżaminati x-xejriet rilevanti li tfaċċaw matul dan il-perjodu u fl-MRP. |
5. ŻVILUPPI MHUX PREVISTI
|
(37) |
Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li ż-żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet tal-ferroligi fl-Unjoni hija konsegwenza diretta ta’ żviluppi mhux previsti, li mhux biss joħolqu iżda wkoll jintensifikaw l-iżbilanċi fil-kummerċ internazzjonali tal-prodott ikkonċernat. |
|
(38) |
Fl-2023, il-kapaċità globali eżistenti kienet stmata għal madwar 46 miljun tunnellata filwaqt li l-konsum globali kien ta’ 27,6 miljun tunnellata. Għalhekk, diġà fl-2023 kien hemm madwar 18-il miljun tunnellata ta’ kapaċità żejda. Barra minn hekk, għas-snin li ġejjin huwa stmat li 9 miljun tunnellata oħra ta’ kapaċità se jsiru online. Dan jammonta għal kapaċità żejda futura totali ta’ madwar 27 miljun tunnellata li tikkorrispondi għal madwar 16-il darba d-domanda totali tal-UE (10). |
|
(39) |
Bħala riżultat ta’ din il-kapaċità żejda globali l-prezzijiet globali tal-ferroligi ilhom jonqsu għalkemm b’xi fluttwazzjoni mill-2020. Kif spjegat fil-premessa (61) hawn taħt, il-prezzijiet tal-ferroligi fl-Unjoni huma influwenzati mill-prezz stabbilit minn pajjiżi esportaturi ewlenin bħaċ-Ċina u l-Indja. |
|
(40) |
Is-suq tal-Unjoni huwa suq attraenti għall-produtturi tal-pajjiżi esportaturi minħabba d-daqs u l-livelli tal-prezzijiet tiegħu. L-Unjoni hija konsumatur ewlieni ta’ ċerti ligi u topera bħala suq miftuħ ħafna. Hija tikkonsma madwar 21 % tal-produzzjoni dinjija, u tisboq lill-Ġappun (12 %), l-Amerika ta’ Fuq (11 %), u l-Korea t’Isfel (8 %). Barra minn hekk, is-suq tal-Unjoni huwa attraenti wkoll għall-prodott ikkonċernat, b’mod partikolari f’termini ta’ pprezzar meta mqabbel ma’ swieq ewlenin oħra. Skont id-data (11) pprovduta mill-industrija tal-Unjoni, il-prezzijiet fl-Unjoni huma konsistentement ogħla minn dawk fi swieq oħra, bħall-Indja u ċ-Ċina, bl-eċċezzjoni tal-Istati Uniti. Matul il-perjodu 2023-2024, il-prezz medju kkonsenjat fl-UE kien 35 % ogħla minn dak fiċ-Ċina, filwaqt li l-prezzijiet fl-Indja kienu, bħala medja, 20 % inqas mill-prezzijiet tal-UE. |
|
(41) |
Meta jkun hemm kapaċità żejda fuq skala globali, il-produtturi jiffaċċjaw provvista żejda li jfittxu li jwettqu fi swieq fejn jistgħu jiksbu prezzijiet ogħla. L-Unjoni, bħala riżultat tal-prezzijiet ogħla tagħha, saret destinazzjoni attraenti għal dan il-prodott żejjed. |
|
(42) |
L-effett ta’ hawn fuq mar għall-agħar minħabba prattiki restrittivi għall-kummerċ fis-swieq ta’ pajjiżi terzi. F’dawn l-aħħar snin, ħafna pajjiżi użaw dejjem aktar il-politiki kummerċjali u l-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ biex jipproteġu lill-produtturi domestiċi. Miżuri ġodda u estiżi reċentement għad-difiża tal-kummerċ imposti fuq l-oriġini mill-aktar esportaturi importanti lejn l-Unjoni huma elenkati fin-nota f’qiegħ il-paġna (12). Il-volum totali tal-importazzjonijiet ikkonċernati minn dawn il-miżuri huwa ta’ madwar 168 000 tunnellata, li jirrappreżentaw 48 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni fl-2024. |
|
(43) |
L-aħħar miżuri minn dawn ġew imposti f’Marzu 2025 mill-Istati Uniti fuq l-importazzjonijiet tal-ferrosiliċju mill-Brażil, il-Każakistan u l-Malażja (13). Matul il-perjodu kkonċernat, dawn il-pajjiżi kienu wkoll fost l-akbar importaturi tal-ferrosiliċju fl-Unjoni, u bl-għeluq tas-suq tal-ferrosiliċju tal-Istati Uniti minn dawn l-oriġini jistgħu jiġu ddevjati 73 000 tunnellata addizzjonali lejn is-suq tal-Unjoni. Din id-devjazzjoni tammonta għal 21 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat fl-2024, u tikkawża dannu addizzjonali lill-produtturi tal-Unjoni u twassal għal tnaqqis ulterjuri fis-sehem mis-suq. |
|
(44) |
Barra minn hekk, l-amministrazzjoni tal-Istati Uniti introduċiet l-hekk imsejħa tariffi reċiproċi ta’ livelli differenti fuq l-importazzjonijiet mis-sħab kummerċjali. Fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Unjoni, huma japplikaw tariffa massima, li tinkludi kollox, ta’ 15 % għall-prodotti soġġetti għal tariffi reċiproċi, inklużi ċerti ferroligi. |
|
(45) |
Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkostanzi, huwa kkonfermat li l-iżviluppi mhux previsti b’mod partikolari, il-kapaċità żejda globali, il-miżuri għad-difiża tal-kummerċ ta’ pajjiżi terzi u ż-żidiet ġenerali fit-tariffi, b’mod partikolari fl-Istati Uniti, mhux biss wasslu iżda se jkomplu wkoll jixprunaw żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet tal-ferroligi fl-Unjoni. |
6. OBBLIGI LI L-EFFETT TAGĦHOM IRRIŻULTA FIŻ-ŻIEDA FL-IMPORTAZZJONIJIET
|
(46) |
Il-prodott ikkonċernat jinkludi diversi linji tariffarji u fuq dawn il-linji tariffarji kollha, l-Unjoni Ewropea, riżultat tal-konċessjonijiet tariffarji li saru f’rawnds fil-passat ta’ negozjati kummerċjali multilaterali, għandha l-impenji tariffarji (14) ta’:
|
|
(47) |
Dawn il-konċessjonijiet inkitbu, fiż-żmien tad-determinazzjoni, fil-Parti I, it-Taqsima II tal-Iskeda ta’ Konċessjonijiet u Impenji tal-Unjoni Ewropea, iċċertifikata bħala Skeda UE CLXXIII – Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Diċembru 2016 (15), kif emendata. |
|
(48) |
B’riżultat ta’ dawn il-konċessjonijiet miktuba fl-Iskeda ta’ Konċessjonijiet u Impenji tal-Unjoni Ewropea, annessi mal-GATT u inkorporati skont l-Artikolu II:7 tal-GATT 1994, u riżultat ta’ partijiet oħra tal-GATT 1994, l-Unjoni Ewropea kellha obbligi mġarrba fl-ambitu tal-GATT 1994 b’mod partikolari kif ġej: l-Artikolu XI:1, li jipprojbixxi restrizzjonijiet mhux tariffarji fuq l-importazzjoni tal-prodotti elenkati hawn fuq, u, b’mod importanti, l-Artikolu II:1(a) u l-Artikolu II:1(b), l-ewwel u t-tieni sentenza, tal-GATT 1994. Skont l-Artikolu II:1(b), l-ewwel sentenza, l-UE ma hijiex permessa, fin-nuqqas ta’ eċċezzjoni applikabbli, li timponi dazji doganali ordinarji fuq il-prodott inkwistjoni li jaqbżu dawk stabbiliti u previsti fil-parti rilevanti tal-Iskeda ta’ Konċessjonijiet u Impenji tal-UE, jiġifieri r-rata indikata hawn fuq għal kull waħda mil-linji tariffarji koperti. Barra minn hekk, it-tariffa tal-importazzjoni applikata tal-UE fuq il-prodott ikkonċernat, magħrufa wkoll bħala t-tariffi tan-nazzjon l-aktar iffavorit, fiż-żmien tal-investigazzjoni, kienet fil-livelli massimi permessi skont l-impenji tariffarji indikati hawn fuq. |
|
(49) |
Il-prodott ikkonċernat kien qed jiġi importat fi kwantitajiet akbar bħala riżultat tal-obbligi msemmija hawn fuq meħuda skont il-GATT 1994 (l-Artikolu XI: 1, l-Artikolu II:1(a) u II:1(b), l-ewwel u t-tieni sentenza, tal-GATT 1994), minħabba li dawk l-obbligi, flimkien mal-konċessjonijiet tariffarji li l-Unjoni Ewropea għamlet fis-sessjonijiet suċċessivi ta’ negozjati kummerċjali multilaterali, saħħew u żguraw il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għas-suq għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, l-impenji tariffarji tal-Unjoni Ewropea msemmija hawn fuq irriżultaw fiż-żieda fl-importazzjonijiet u ma taw l-ebda flessibbiltà lill-UE biex iżżid id-dazji doganali ordinarji minflok ma tintroduċi miżura ta’ salvagwardja. Dan jispjega fl-istess ħin kif l-obbligi inkwistjoni rriżultaw fiż-żieda fl-importazzjonijiet li jikkawżaw dannu serju. |
|
(50) |
L-obbligi tal-GATT speċifikati fl-istess ħin żammew lill-UE milli żżid id-dazji tal-importazzjoni applikati fuq il-prodott inkwistjoni. Għalhekk, dawn kienu l-“obbligi tal-GATT 1994” tal-Unjoni Ewropea “[li] [illimitaw] il-kapaċità tagħha li tipprevjeni jew tirrimedja d-dannu minn żieda fl-importazzjonijiet”. Fl-istess ħin, l-Unjoni Ewropea “tissospendi [issospendiet] lil dawk l-obbligi bħala riżultat” tal-miżura ta’ salvagwardja tagħha. |
7. DANNU SERJU
7.1. Sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
|
(51) |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk hemmx evidenza ta’ dannu serju għall-produtturi tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat, il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament 2015/478 u l-Artikolu 6 tar-Regolament 2015/755, eżaminat ix-xejriet tal-konsum, il-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-bejgħ, is-sehem mis-suq, il-prezzijiet, il-profittabbiltà, l-istokks, ir-redditu fuq il-kapital użat (ROCE), iċ-ċirkolazzjoni ta’ flus kontanti u l-impjiegi għall-prodott ikkonċernat għas-snin 2019 sa 2024. |
|
(52) |
Din l-analiżi twettqet globalment b’enfasi fuq l-iżvilupp tal-importazzjonijiet. Kif iddikjarat fit-Taqsima 2, is-siliċju ġie eskluż mill-ambitu tal-prodott. Fir-rigward tal-kalċju-siliċju, l-investigazzjoni żvelat li fil-bidu tal-perjodu kkonċernat, il-kalċju-siliċju kien prodott minn żewġ produtturi fl-Unjoni, iżda l-produzzjoni waqfet fl-2023. Matul il-verifika, il-produtturi ma indikawx li xi produzzjoni sinifikanti kienet se terġa’ tibda fil-futur qrib. Minħabba n-nuqqas ta’ produzzjoni fl-Unjoni, il-kalċju-siliċju ġie eskluż mill-ambitu tal-prodott. Għalhekk, u kif spjegat fit-Taqsima 2, l-ambitu tal-prodott huwa definit bħala ferroligi u l-analiżi ulterjuri titwettaq fuq dik il-bażi. |
|
(53) |
Fl-4 ta’ Awwissu 2025, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi tal-Unjoni biex jipprovdu data ekonomika għall-ewwel sitt xhur tal-2025, sabiex teżamina kif is-sitwazzjoni żviluppat wara l-perjodu kkonċernat, li kien jikkonsisti fis-snin 2019-2024. |
|
(54) |
Meta tiġi analizzata s-sitwazzjoni ġenerali, il-konsum tal-Unjoni, il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni u s-sehem mis-suq korrispondenti żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Konsum, bejgħ domestiku u sehem mis-suq domestiku tal-Unjoni.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(55) |
Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni varja fl-ewwel nofs tal-perjodu kkonċernat, minn dak iż-żmien ’l hawn kien fuq xejra li jonqos. Il-bejgħ domestiku tal-produtturi tal-Unjoni naqas bejn l-2019 u l-MRP b’41 %, li rriżulta f’telf ta’ sehem mis-suq ta’ 14 %. Matul l-istess perjodu, l-importazzjonijiet żdiedu b’13 % f’termini assoluti. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkonċernat u rkupra biss ftit fl-2024 meta l-industrija tal-Unjoni kienet qed tbigħ b’telf biex tikkompeti maż-żieda fl-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi. |
|
(56) |
Abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni, il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej: Tabella 4 Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(57) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni naqset bi 19 % matul il-perjodu 2019-MRP, u l-produzzjoni tal-Unjoni naqset b’50 % matul l-istess perjodu. Bħala riżultat, ir-rata ta’ użu tal-kapaċità żdiedet minn 56 % għal 35 %. Il-produzzjoni rkuprat ftit fl-2024 iżda kienet għadha ħafna aktar baxxa milli fis-snin preċedenti, bl-eċċezzjoni tal-2023. Fl-MRP, il-produzzjoni reġgħet naqset. |
|
(58) |
Abbażi tad-data tal-EUROSTAT u t-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni, il-prezzijiet tal-importazzjoni, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni, id-differenzi fil-prezzijiet, il-kost tal-produzzjoni u l-profittabbiltà żviluppaw kif ġej: Tabella 5 Prezzijiet tal-importazzjoni, prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni, differenzi fil-prezzijiet, kost tal-produzzjoni u profitabbiltà.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(59) |
Żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet wasslet għal pressjoni ’l isfel sostnuta fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni. Dan irriżulta f’differenza sostanzjali fil-prezz sa 17 % fl-2021 u kompla matul il-perjodu kkonċernat, u affettwa b’mod negattiv il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(60) |
Il-produtturi tal-Unjoni kienu qed isofru telf ta’ 10 % u 11 % fl-2019 u fl-2020, rispettivament. Fis-sena ta’ rkupru 2021 (wara l-COVID-19), il-profitti laħqu 7 % iżda fl-2022 naqsu għal 4 %, segwiti minn telf ta’ 7 % fl-2023 u telf ta’ 12 % fl-2024, meta l-importazzjonijiet saru bi prezzijiet taħt il-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Ix-xejra marret għall-agħar fl-MRP meta t-telf laħaq l-ogħla livell ta’ 20 %. |
|
(61) |
Mill-2021, minħabba l-prezzijiet baxxi tal-importazzjoni, il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni ġew imrażżna. Minħabba din il-pressjoni fuq il-prezzijiet, il-produtturi tal-Unjoni ma setgħux iżidu l-prezzijiet tagħhom biex ikopru l-kostijiet tagħhom, u dan irriżulta f’telf sinifikanti. Tabilħaqq, il-prezzijiet tal-ferroligi tal-Unjoni, bħala komodità nnegozjata madwar id-dinja, huma bbażati fuq l-indiċi tal-Unità tar-Riċerka dwar il-Prodotti Bażiċi (CRU, Commodities Research Unit). Biex tiġi stabbilita ċifra għall-indiċi tas-CRU, huma kkunsidrati diversi fatturi, li primarjament jikkonċernaw il-provvista u d-domanda ta’ din il-komodità madwar id-dinja (16). Il-pajjiżi esportaturi bi preżenza sinifikanti ta’ produzzjoni u esportazzjoni jeżerċitaw influwenza fuq l-iffissar tal-prezzijiet fuq l-indiċijiet tal-prezzijiet (17) li ġeneralment jintużaw fis-suq għan-negozjati tal-kuntratti tal-bejgħ fl-Unjoni. Fis-suq globali tal-ferroligi, iċ-Ċina u l-Indja jibqgħu dawk li jistabbilixxu l-prezzijiet globali dominanti, prinċipalment minħabba l-volum u l-kapaċità tal-produzzjoni enormi tagħhom u riżervi sinifikanti ta’ materja prima kritika meħtieġa għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Peress li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni hija ferm iżgħar minn dik ta’ dawk il-pajjiżi, il-produtturi tal-Unjoni għandhom kapaċità limitata li jinfluwenzaw il-prezzijiet tal-ferroligi tal-Unjoni. Konsegwentement, il-prezzijiet referenzjarji tipikament stabbiliti fl-Asja jġiegħlu lill-produtturi tal-Unjoni jaċċettaw termini tal-prezzijiet stabbiliti minn produtturi ewlenin, li jżommuhom milli jżidu l-prezzijiet tagħhom. |
|
(62) |
Abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni, il-fluss tal-flus, ir-redditu fuq il-kapital użat, l-istokks u l-impjiegi żviluppaw kif ġej: Tabella 6 Fluss tal-flus, redditu fuq il-kapital użat u stokks.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(63) |
Waqt il-perjodu mill-2019 sal-MRP, il-produtturi tal-Unjoni ffaċċjaw tnaqqis fil-bejgħ (Tabella 3) u ġarrbu telf (Tabella 5) minħabba żieda fl-importazzjonijiet. Matul il-perjodu kkonċernat, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq il-kapital użat segwew xejra simili, u varjaw b’mod sinifikanti iżda reġgħu lura għal valur negattiv fl-MRP. L-istokks naqsu wkoll fil-perjodu kkonċernat. Tabella 7 Impjiegi.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(64) |
Waqt il-perjodu kkonċernat, il-produtturi tal-Unjoni ffaċċjaw intopp sinifikanti, li rriżulta fi tnaqqis ta’ 19 % fl-impjiegi. Meta mqabbel mal-MRP, dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ 24 % apparagun tas-sena bażi 2019. |
7.2. Konklużjoni
|
(65) |
Meta jitqies dan ta’ hawn fuq, huwa konkluż li l-produtturi tal-Unjoni qed isofru dannu serju kif muri b’mod partikolari minn tnaqqis fil-produzzjoni, fil-bejgħ, fis-sehem mis-suq, fl-impjiegi, fit-trażżin sinifikanti tal-prezzijiet u f’telf sostanzjali matul il-perjodu kkonċernat. Id-data reċenti kkonfermat ukoll li s-sitwazzjoni qed tiddeterjora fl-MRP. |
8. KAWŻALITÀ
|
(66) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żieda fl-importazzjonijiet ikkawżatx dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħrajn setgħux fl-istess ħin għamlu ħsara lill-produtturi tal-Unjoni sabiex iqajmu dubji dwar il-preżenza ta’ rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping ma kienx attribwit għaż-żieda fl-importazzjonijiet. Dawn il-fatturi huma żieda fil-kost tal-produzzjoni minħabba l-prezzijiet għoljin tal-enerġija, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, u l-importazzjonijiet mill-Ukrajna u mill-Kenja. Kif imsemmi fit-Taqsima 4, il-Kenja ma esportatx il-prodott ikkonċernat matul il-perjodu kkonċernat lejn l-Unjoni. |
8.1. Żieda fl-importazzjonijiet
|
(67) |
Huwa mfakkar li l-prodott manifatturat mil-produtturi tal-Unjoni huwa simili jew f’kompetizzjoni diretta mal-prodott ikkonċernat. Għandu l-istess karatteristiċi bażiċi, l-istess użi u jinbiegħ permezz ta’ kanali tal-bejgħ simili jew identiċi. |
|
(68) |
Kif iddikjarat hawn fuq fit-Taqsima 4, il-volum totali tal-importazzjonijiet żdied b’mod sinifikanti, b’13 % fl-MRP, meta mqabbel mal-livelli tal-2019, u b’mod partikolari mill-2021. Fil-bidu tal-perjodu kkonċernat, jiġifieri fl-2019 u fl-2020, il-produtturi tal-Unjoni ġarrbu telf ta’ madwar 10 % filwaqt li l-importazzjonijiet kienu għadhom f’livelli aktar baxxi. Din il-prestazzjoni ekonomika fqira tal-produtturi tal-Unjoni tista’ tiġi spjegata mit-tnaqqis ġenerali fir-ritmu ekonomiku fl-Unjoni u b’mod partikolari t-tnaqqis sinifikanti fil-produzzjoni tal-azzar fl-2019 u matul il-perjodu tal-COVID-19. Il-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum naqset b’6 % meta mqabbla mal-livelli tal-2018 u bl-istess mod it-tidwib tal-azzar inossidabbli naqas ukoll b’8.1 % meta mqabbel mal-2018 (18). Dan wassal għal tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat, li rriżulta f’telf għall-produtturi tal-Unjoni (19). Il-volum tal-importazzjonijiet naqas ukoll bi 11-il punt perċentwali bejn l-2019 u l-2020 minħabba l-pandemija tal-COVID-19, li jikkoinċidi ma’ tnaqqis ġenerali fil-konsum. Madankollu, dan it-tnaqqis fl-importazzjonijiet ma wassalx għal tnaqqis fis-sehem mis-suq tagħhom, li żdied bi ftit b’2 % minkejja t-tfixkil ġenerali fis-suq ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19. Wara l-irkupru ekonomiku fl-2021, l-importazzjonijiet żdiedu għal livelli għoljin u baqgħu f’livelli bħal dawn minkejja t-tnaqqis ta’ 19 punti perċentwali fil-konsum fl-MRP meta mqabbla mal-2021. Minbarra l-pressjoni tal-volum taż-żieda fl-importazzjonijiet, il-prezz medju tal-importazzjoni kien ukoll minn 17 % sa 5 % inqas mill-prezz tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni mill-2021. Din iż-żieda fl-importazzjonijiet bi prezzijiet aktar baxxi mill-2021 ħabtet ma’ telf sinifikanti ta’ 10 punti perċentwali tas-sehem mis-suq mill-produtturi tal-Unjoni u max-xejra kontinwa ta’ tnaqqis fil-profittabbiltà li laħqet telf ta’ 20 % fl-MRP. |
|
(69) |
Diversi partijiet interessati sostnew li ż-żieda fl-importazzjonijiet mhijiex biżżejjed biex tikkawża dannu serju lill-industrija tal-Unjoni. Minflok, huma argumentaw li dawn ix-xejriet tal-importazzjoni sempliċiment jindikaw fluttwazzjonijiet li jallinjaw mal-irkupru globali wara l-COVID-19. |
|
(70) |
Il-konsegwenzi tal-pandemija raw żieda sinifikanti u f’daqqa fl-importazzjonijiet, li poġġiet pressjoni kemm diretta kif ukoll indiretta fuq il-produtturi tal-Unjoni, li wasslet għal tnaqqis fis-sehem mis-suq domestiku tagħha. Mill-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni, huwa evidenti li l-kwistjoni ma kinitx biss it-tkomplija tal-ktajjen tal-provvista globali. Minflok, kien hemm influss sinifikanti ta’ importazzjonijiet fis-suq tal-Unjoni, f’livelli ogħla minn dawk osservati bejn l-2016 u l-2019, u b’tali kundizzjonijiet ta’ prezzijiet li rażżnu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni, u b’hekk dgħajfu l-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(71) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm rabta kawżali diretta bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet u d-dannu serju mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni. |
8.2. Fatturi magħrufa oħrajn
|
(72) |
Sabiex jiġi żgurat li d-dannu serju ma jiġix attribwit għal fatturi oħra għajr iż-żieda fl-importazzjonijiet, il-Kummissjoni eżaminat jekk fatturi oħra setgħux ikkontribwew għad-dannu serju mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni u biex tissepara u tiddistingwi l-effetti ta’ dawk il-fatturi mill-effetti taż-żieda fl-importazzjonijiet, bil-ħsieb li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ relazzjoni ġenwina u sostanzjali ta’ kawża u effett. |
|
(73) |
Diversi partijiet interessati argumentaw li l-produtturi tal-Unjoni qed ibatu minn prezzijiet għoljin tal-enerġija fl-Unjoni aktar milli minn żieda fl-importazzjonijiet. Tabilħaqq, il-prezzijiet tal-enerġija huma ġeneralment ogħla fl-Unjoni milli f’xi partijiet oħra tad-dinja. Madankollu, f’kundizzjonijiet normali tas-suq, il-manifatturi jistgħu jirriflettu ż-żidiet fil-kostijiet fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom sabiex iżommu profitti raġonevoli. Il-livell ogħla ta’ importazzjonijiet impedixxa lill-produtturi tal-Unjoni milli jżidu l-prezz tal-bejgħ tagħhom b’mod suffiċjenti biex ikopri ż-żieda fil-prezz tal-elettriku. Kif deskritt fil-premessa (61), il-produtturi tal-Unjoni huma mġiegħla jaċċettaw termini tal-prezz iddettati minn produtturi globali ewlenin. B’riżultat ta’ dan, dawn ma setgħux iżidu l-prezzijiet tagħhom minkejja ż-żieda inevitabbli fil-kostijiet tagħhom minħabba ż-żieda fil-kostijiet tal-enerġija. Għaldaqstant, sa ċertu punt mhijiex iż-żieda fil-kostijiet, iżda, minħabba ż-żieda fl-importazzjonijiet, l-inabbiltà tal-produttur tal-Unjoni li jirrifletti b’mod preċiż dawn iż-żidiet fil-kostijiet fil-prezzijiet tal-bejgħ tiegħu li kkawżaw dannu. |
|
(74) |
Il-Kummissjoni analizzat ukoll l-impatt tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Ukrajna u kkonkludiet li dawn l-importazzjonijiet ma kkontribwewx għad-dannu serju li qed jiġi kkunsidrat għall-finijiet li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għal miżura ta’ salvagwardja (paralleliżmu). L-importazzjonijiet mill-Ukrajna ġew esklużi mill-ambitu ta’ din l-investigazzjoni ta’ salvagwardja, kif diġà indikat fit-Taqsima 4. Fl-2019, l-importazzjonijiet mill-Ukrajna ammontaw għal 21 % tal-importazzjonijiet totali tal-UE, iżda sal-2024, naqsu għal 4 % biss. Għalhekk, l-importazzjonijiet mill-Ukrajna ma kinux jiffurmaw parti sinifikanti mill-importazzjonijiet totali tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Ukrajna ma kkontribwewx għad-dannu serju mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni. |
|
(75) |
Il-Kummissjoni vvalutat ukoll il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni abbażi tad-data tat-tweġibiet għall-kwestjonarju li rċeviet. L-esportazzjonijiet naqsu bi 52 % matul il-perjodu kkonċernat. Meta vvalutat skont l-MRP, it-tnaqqis huwa saħansitra aktar evidenti, u jammonta għal 72 % mill-2019. Minħabba l-kapaċità żejda madwar id-dinja u s-setgħa tal-iffissar tal-prezzijiet ta’ atturi globali bħaċ-Ċina u l-Indja, il-produtturi tal-Unjoni kienu wkoll taħt pressjoni fuq is-swieq tal-esportazzjoni. |
|
(76) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni ma identifikat l-ebda fattur ieħor li jkun inaqqas ir-rabta kawżali bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet u d-dannu serju għall-produtturi tal-Unjoni. |
8.3. Konklużjoni
|
(77) |
Il-Kummissjoni stabbiliet li hemm rabta kawżali bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat u d-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni. Kif stabbilit hawn fuq, il-prezzijiet għoljin tal-enerġija, importazzjonijiet oħra u l-prestazzjoni tal-esportazzjoni setgħu ikkontribwew għad-dannu serju mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni, iżda ma naqqsux ir-rabta kawżali. |
9. INTERESS TAL-UNJONI
|
(78) |
Il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk jeżistux raġunijiet konvinċenti għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li tiġi adottata miżura bħala riżultat ta’ din l-investigazzjoni. L-analiżi tal-interessi tal-Unjoni kienet ibbażata fuq valutazzjoni tal-interessi differenti kollha involuti, inklużi dawk tal-produtturi tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti. |
|
(79) |
L-industrija tal-Unjoni hija magħmula minn 7 produtturi, li jinstabu fi Stati Membri differenti tal-Unjoni, u kienet timpjega direttament aktar minn 1 800 persuna b’rabta mal-prodott ikkonċernat fl-2024. |
|
(80) |
Ġie stabbilit li l-industrija tal-Unjoni qed iġġarrab dannu serju kkawżat minn żieda fl-importazzjonijiet. |
|
(81) |
Il-ferroligi huma kruċjali għall-produzzjoni ta’ azzar ta’ kwalità għolja u ligi tal-metall użati fl-industriji awtomobilistiċi, tal-ajruspazju, tal-kostruzzjoni u tal-elettronika. Huwa fl-interess tal-Unjoni li jkun hemm industrija tal-ferroligi kompetittiva u b’saħħitha fl-Unjoni, li tappoġġa firxa wiesgħa ta’ attivitajiet tal-manifattura downstream, li ttejjeb il-produttività u l-kompetittività. |
|
(82) |
B’interruzzjonijiet fil-katina tal-provvista globali li jenfasizzaw il-vulnerabbiltajiet, li jkun hemm industrija vijabbli tal-ferroligi tiżgura li l-Unjoni tkun tista’ żżomm l-output industrijali u l-awtonomija strateġika tagħha, anke fi żminijiet ta’ inċertezza globali. |
|
(83) |
F’dak il-kuntest, diversi partijiet interessati sostnew li miżura kważi ċertament tirriżulta f’żieda fil-prezzijiet tal-materja prima għal ċerti manifatturi tal-azzar, u tillimita d-disponibbiltà tal-ferroligi għall-produtturi tal-azzar tal-UE. Barra minn hekk, huma sostnew li tali miżura tista’ tfixkel il-katina tal-provvista kollha tal-aluminju fl-Unjoni u żżid il-kostijiet tal-produzzjoni. Xi partijiet interessati esprimew tħassib li s-sorsi tal-provvista diġà huma limitati u li l-miżura ta’ salvagwardja proposta tista’ twassal għal nuqqas ta’ provvista. Huma argumentaw ukoll li l-prodotti jew mhumiex disponibbli mill-produtturi tal-Unjoni jew mhumiex disponibbli biżżejjed. |
|
(84) |
L-utenti u l-importaturi, b’mod ġenerali, ifittxu l-aktar prezz baxx possibbli. Madankollu, huwa wkoll fl-interess tagħhom li jkollhom industrija tal-Unjoni kompetittiva u vijabbli, bħala sors affidabbli ta’ provvista. Il-miżuri ta’ salvagwardja huma mfassla biex jipproteġu l-industriji domestiċi minn żieda fl-importazzjonijiet u d-dannu serju li dan joħloq. B’dan il-mod, huma jappoġġaw l-impjiegi domestiċi u jgħinu lill-industriji vitali, bħall-ferroligi, biex ikunu jifilħu għall-pressjoni tal-importazzjoni. |
|
(85) |
Fl-istess ħin, huwa xieraq li tiġi żgurata disponibbiltà suffiċjenti ta’ ferroligi għall-utenti. Il-Kummissjoni tqis li miżura ta’ salvagwardja fil-forma ta’ kwota tariffarja speċifika (“TRQ”) għal kull tip ta’ prodott tippermetti li jinstab bilanċ bejn l-interessi tal-produtturi u tal-utenti, fejn minn naħa waħda, tindirizza d-dannu serju kkawżat minn żieda fl-importazzjonijiet filwaqt li min-naħa l-oħra tippermetti importazzjonijiet sostanzjali lejn l-Unjoni mingħajr dazju, filwaqt li tiżgura kompetizzjoni effettiva bejn l-importazzjonijiet u l-produzzjoni tal-Unjoni u b’hekk ittaffi kwalunkwe riskju ta’ nuqqas. Dazju barra mill-kwota fil-livell xieraq se jiżgura livelli tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni li jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tikkompeti mal-importazzjonijiet. |
|
(86) |
Il-miżura se sservi wkoll bħala katalist għall-iżvilupp u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tal-Unjoni. L-impożizzjoni ta’ varjabbli barra mill-kwota tippermetti lill-produtturi tal-Unjoni jerġgħu jibdew u jżidu l-produzzjoni u jerġgħu jiksbu l-kompetittività tagħhom. Dan se jwassal għal industrija tal-Unjoni aktar sostenibbli u kompetittiva fit-tul. |
|
(87) |
Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, u ta’ eżami bir-reqqa tad-diversi interessi, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa fl-interess tal-Unjoni li tadotta l-miżura ta’ salvagwardja fil-forma ta’ TRQs speċifiċi għal kull tip ta’ prodott li jippermettu li ċertu volum ta’ importazzjonijiet jidħlu mingħajr dazju u żieda fit-tariffi għall-importazzjonijiet li jaqbżu l-volumi tal-kwota. Id-dazju barra mill-kwota huwa stabbilit b’referenza għad-differenza bejn limitu stabbilit tal-prezz u l-prezz attwali tal-importazzjoni. Din il-miżura bbilanċjata xorta tippermetti l-importazzjonijiet ta’ ferroligi fl-Unjoni, filwaqt li tiggarantixxi li l-provvista barranija tkompli tappoġġa l-ħtiġijiet tal-industrija downstream, u filwaqt li tiżgura livelli ta’ prezzijiet sostenibbli għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(88) |
Il-produtturi tal-Unjoni tal-ferroligi huma ta’ importanza strateġika għall-istabbiltà ekonomika u r-reżiljenza fit-tul tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-miżura ta’ salvagwardja hija fl-interess tal-Unjoni. |
10. ESKLUŻJONIJIET TA’ ĊERTI PAJJIŻI MILL-AMBITU TAL-MIŻURA
|
(89) |
F’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2015/478 u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, il-miżura ma trid tapplika għal ebda prodott li joriġina minn pajjiżi membru tad-WTO li qed jiżviluppaw jew mill-Alġerija (20) sakemm is-sehem mill-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ dak il-prodott ma jaqbiżx it-3 %, dment li l-membri tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw tad-WTO b’anqas minn sehem tal-importazzjonijiet ta’ 3 %, flimkien, ma jirrappreżentawx aktar minn 9 % tal-importazzjonijiet totali tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat. |
|
(90) |
Sakemm ma jkunx stipulat speċifikament fl-Anness I, il-Kummissjoni ddeterminat li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw minn pajjiżi Membri tad-WTO u l-Alġerija li qed jiżviluppaw jissodisfaw ir-rekwiżiti biex jibbenefikaw mid-deroga msemmija hawn fuq. |
|
(91) |
Barra minn hekk, kif spjegat ukoll fit-Taqsima 4, abbażi tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni, huwa meħtieġ li l-importazzjonijiet mill-Ukrajna jiġu eżentati mill-applikazzjoni tal-miżura ta’ salvagwardja. L-Unjoni adottat ir-Regolament (UE) 2025/1153 (21) li jissospendi l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2015/478 sa fejn dawn jappartjenu għall-importazzjonijiet mill-Ukrajna. F’konformità ma’ dan ir-regolament, u f’konformità mar-rekwiżit tad-WTO tal-paralleliżmu, l-importazzjonijiet mill-Ukrajna ġew esklużi mill-ambitu ta’ din l-investigazzjoni ta’ salvagwardja (22). |
11. OBBLIGI LI JIRRIŻULTAW MINN ĊERTI FTEHIMIET BILATERALI BEJN L-UNJONI U PAJJIŻI TERZI
|
(92) |
Il-Kummissjoni żgurat li din il-miżura tkun kompatibbli mal-obbligi tal-Unjoni skont ftehimiet kummerċjali bilaterali jew reġjonali ma’ pajjiżi terzi. |
|
(93) |
Fir-rigward tal-importazzjonijiet min-Norveġja u mill-Iżlanda (ma hemm l-ebda importazzjoni mil-Liechtenstein), il-miżura tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 112 u 113 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-Ftehim ŻEE). B’mod partikolari, il-Kummissjoni aċċertat li diffikultajiet ekonomiċi serji ta’ natura settorjali jistgħu jippersistu fir-rigward tal-produtturi tal-ferroligi tal-Unjoni. |
|
(94) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet li d-dannu ekonomiku ddettaljat fit-Taqsima 7 huwa kkawżat lil produtturi speċifiċi tal-Unjoni ta’ ferroligi u li dawn il-produtturi jirrappreżentaw settur distint skont it-tifsira tal-Artikolu 112 tal-Ftehim ŻEE. Il-produtturi jinvolvu ruħhom fl-istess tip ta’ attivitajiet ekonomiċi jew f’tip simili, jiġifieri l-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Il-prodotti tal-produtturi tal-Unjoni huma destinati għall-istess tip ta’ industrija downstream, u kollha kemm huma jużaw kanali tal-bejgħ simili għall-prodott ikkonċernat (ara hawn fuq fit-Taqsima 2). Il-produzzjoni tal-ferroligi hija għalhekk attività li tista’ tiġi kkwalifikata bħala “settur”, b’tali mod li diffikultajiet serji għal dawn il-produtturi jistgħu jiġu kkwalifikati bħala “settorjali” fin-natura tagħhom. |
|
(95) |
It-tieni, abbażi tal-indikaturi ekonomiċi u finanzjarji speċifiċi għas-settur deskritti fit-Taqsima 7, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi tal-Unjoni ġarrbu dannu serju. L-istess indikaturi juru d-diffikultajiet ekonomiċi serji skont it-tifsira tal-Artikolu 112 tal-Ftehim ŻEE fl-aktar snin reċenti tal-perjodu kkonċernat, jiġifieri fl-2023 u fl-2024. Barra minn hekk, fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni eżaminat ukoll il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Istati tal-EFTA li huma partijiet għall-Ftehim ŻEE. Fl-2024, in-Norveġja u l-Iżlanda kienu jirrappreżentaw 47,4 % tal-importazzjonijiet totali tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni u kienu qed jesportaw lejn l-Unjoni bi prezzijiet madwar l-istess livell bħal dawk tal-produtturi tal-Unjoni u b’livell ogħla ta’ prezzijiet mill-importazzjonijiet minn oriġini oħra. Minkejja li dawn il-prezzijiet huma ogħla minn dawk tal-importazzjonijiet ta’ oriġini oħra, xorta waħda eżerċitaw pressjoni kompetittiva fuq il-produtturi tal-Unjoni li jbigħu madwar l-istess livell ta’ prezz u b’hekk soppressjoni tal-prezzijiet fuq dawn il-produtturi tal-Unjoni peress li ma setgħux jgħollu l-prezzijiet tagħhom għal livelli suffiċjenti biex ikopru l-kostijiet tagħhom. |
|
(96) |
It-tielet, il-kundizzjonijiet għad-diffikultajiet ekonomiċi serji li ilhom fis-seħħ għal perjodu twil ta’ sentejn u li ma hemm l-ebda indikazzjoni fid-direzzjoni ta’ titjib probabbli fil-futur qrib, il-kontinwazzjoni hija probabbli u għalhekk id-diffikultajiet ekonomiċi serji jistgħu jippersistu fis-sens tal-Artikolu 112 tal-Ftehim ŻEE. |
|
(97) |
Ir-raba’, il-Kummissjoni vvalutat liema tip ta’ miżura tkun strettament meħtieġa sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni u tikkawża l-inqas tfixkil għall-funzjonament tal-Ftehim ŻEE. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni eżaminat ukoll liema tip ta’ miżura tippermetti lill-produtturi tal-Unjoni jerġgħu jiksbu l-kompetittività u tippermettilhom jirkupraw mit-telf tagħhom. |
|
(98) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li timponi miżura fil-forma ta’ kwoti tariffarji speċifiċi għal kull tip ta’ prodott u żieda tariffarja barra mill-kwota stabbilita b’referenza għad-differenza bejn il-limitu tal-prezz stabbilit u l-prezz tal-importazzjoni attwali kif spjegat fit-Taqsima 12 hawn taħt. Il-Kummissjoni ddeterminat li tali forma ta’ miżura tippermetti lill-industrija tal-Unjoni terġa’ tikseb is-sehem mis-suq u l-kompetittività tagħha u tippermetti l-kontinwazzjoni tal-importazzjonijiet mill-Istati tal-EFTA li huma partijiet għall-Ftehim ŻEE bl-inqas tfixkil possibbli. B’mod speċifiku, il-miżura ntgħażlet sabiex l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ terġa’ tikseb l-ishma mis-suq mingħajr ma ġġarrab telf u biex tapplika għal perjodu twil biżżejjed li jippermetti lill-industrija tal-Unjoni tirkupra mid-diffikultajiet ekonomiċi serji. L-ambitu tal-miżura ġie mmirat bir-reqqa abbażi ta’ kriterji oġġettivi, inklużi s-similarità tal-prodott, is-sostitwibbiltà, u l-grad ta’ tfixkil fis-suq, sabiex il-miżura tapplika għal prodott definit li l-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjoni tiegħu jkunu kkawżaw diffikultajiet ekonomiċi serji. Dan jiżgura l-proporzjonalità u l-konformità mal-Ftehim ŻEE li jirrikjedi li l-miżura tkun strettament meħtieġa fil-kamp ta’ applikazzjoni u fit-tul ta’ żmien. |
|
(99) |
Il-Kummissjoni timpenja ruħha li timmonitorja b’mod kontinwu l-funzjonament tal-miżuri ta’ salvagwardja u li tagħmel konsultazzjonijiet man-Norveġja u mal-Iżlanda kull tliet xhur bil-ħsieb li tiġi abolita l-miżura qabel id-data ta’ skadenza prevista, jew biex jiġi limitat l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom. Biex tinforma tali konsultazzjonijiet kif ukoll għal kunsiderazzjoni mill-Istati Membri dwar ix-xewqa li jiġu emendati t-tul ta’ żmien jew il-parametri tal-miżuri, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tas-sitwazzjoni fuq bażi regolari, u tqis rieżami tal-inqas fi tmiem kull sena tal-impożizzjoni tal-miżuri. F’kull każ, jenħtieġ li l-Kummissjoni tibda l-ewwel investigazzjoni tar-rieżami mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ tal-miżuri. |
|
(100) |
Fit-twettiq ta’ tali rieżamijiet, fost aspetti oħra, jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina jekk l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardja tirriżultax f’konsegwenzi negattivi għal ċerti utenti downstream, inkluż fi Stati Membri jew reġjuni speċifiċi fl-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta jekk il-produzzjoni mill-produtturi tal-Unjoni hijiex biżżejjed biex tforni l-prodotti kkonċernati f’volumi li ma jirriżultawx fi skarsezzi jew f’żieda mhux sostenibbli fil-prezzijiet, u tipproponi aġġustamenti xierqa għall-miżuri. |
|
(101) |
Fir-rigward ta’ ftehimiet kummerċjali reġjonali jew bilaterali oħra tal-Unjoni ma’ pajjiżi terzi, u kif stabbilit ulterjorment fit-Taqsima 12 hawn taħt, il-Kummissjoni ddeċidiet li timponi miżura fil-forma ta’ kwoti tariffarji speċifiċi għal kull tip ta’ prodott, flimkien ma’ żieda fit-tariffa applikabbli għall-importazzjonijiet barra mill-kwota. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-adozzjoni ta’ tali miżura tikkostitwixxi li tfixkel l-inqas il-kontinwazzjoni tal-kummerċ bilaterali mas-sħab kollha tal-kummerċ ħieles tal-Unjoni. |
|
(102) |
Barra minn hekk, fejn dawn il-ftehimiet reġjonali jew bilaterali ma jippermettux awtomatikament l-impożizzjoni ta’ miżura ta’ salvagwardja skont it-termini tal-Ftehim tad-WTO, l-Unjoni tiddependi fuq dispożizzjonijiet li jinsabu f’dawk il-ftehimiet li jippermettu miżura ta’ salvagwardja. Il-Kummissjoni żgurat li l-obbligu li tinforma kif xieraq lis-sħab tagħha fil-ftehim ta’ kummerċ ħieles jittieħed f’konformità mal-ftehim bilaterali applikabbli. |
|
(103) |
F’dan ir-rigward, huwa nnutat li minħabba l-ambitu u l-konklużjonijiet tal-investigazzjoni, hemm tfixkil serju fis-settur tal-ligi tal-azzar, u li għalhekk miżuri ta’ salvagwardja huma ġustifikati skont l-Artikolu 26 tal-Ftehim konkluż bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fl-1972 (23), l-Artikolu 26 tal-ftehim ta’ kummerċ ħieles mal-Gżejjer Faeroe (24), l-Artikolu 60 tal-Protokoll Addizzjonali ffirmat fit-23 ta’ Novembru 1970, anness mal-Ftehim li jistabbilixxi l-Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija (25), kif ukoll skont il-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni mal-Marokk (26) , it-Tuneżija (27), il-Ġordan (28), Iżrael (29) u l-Palestina (30) u l-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali ma’ San Marino (31) u l-Ftehim ta’ Kooperazzjoni mar-Repubblika Għarbija Sirjana (32). Għall-istess raġunijiet u li addizzjonalment l-importazzjonijiet bilaterali, bħala parti mill-importazzjonijiet kollha, ikkontribwew għad-disturbi serji fis-settur, bl-istess mod huma permessi miżuri ta’ salvagwardja skont l-Artikolu 15 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Kooperazzjoni attwalment fis-seħħ mal-Messiku (33). Fl-aħħar nett, l-importazzjonijiet mill-Maċedonja ta’ Fuq lejn l-Unjoni nstabu li żdiedu fil-perjodu taħt investigazzjoni u kkontribwew għad-dannu serju mġarrab mill-industrija tal-Unjoni tal-ferroligi. Dawn l-importazzjonijiet, għalhekk, jilħqu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jittieħdu miżuri ta’ salvagwardja skont l-Artikolu 37(1) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni konkluż bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, u l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (34). |
12. KONKLUŻJONIJIET U ADOZZJONI TAL-MIŻURI
12.1. Adozzjoni ta’ miżura
|
(104) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi tal-ferroligi tal-Unjoni qed isofru dannu serju kkawżat minn żieda fl-importazzjonijiet fir-rigward tal-ferroligi u li huwa fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżura ta’ salvagwardja xierqa biex tevita żieda ulterjuri fl-importazzjonijiet u deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni. |
12.2. Forma u livell tal-miżura
12.2.1. TRQ għal kull tip ta’ prodott
|
(105) |
Għall-għażla tal-forma xierqa tal-miżura, il-Kummissjoni qieset l-elementi li ġejjin. L-ewwel nett, l-eżistenza ta’ dannu serju għall-produtturi tal-Unjoni. It-tieni, il-ħtieġa li l-produtturi tal-Unjoni jerġgħu jiksbu l-kompetittività, filwaqt li jżommu għażla xierqa ta’ sorsi ta’ provvista disponibbli fl-Unjoni, u effett ikkalibrat fuq l-importazzjonijiet u l-prezzijiet hija mixtieqa. |
|
(106) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni tqis li, kif imsemmi fil-premessa (87), TRQ speċifika għal kull tip ta’ prodott, flimkien ma’ dazju varjabbli barra mill-kwota hija l-aktar forma effettiva ta’ miżura biex jiġu bbilanċjati diversi interessi. |
|
(107) |
Skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament 2015/478, kwalunkwe kwota għandha, fil-prinċipju, tiġi stabbilita fil-livell medju tal-importazzjonijiet fuq il-medda tal-aħħar tliet snin rappreżentattivi. |
|
(108) |
Din id-dispożizzjoni, madankollu, tapplika għal restrizzjonijiet kwantitattivi, jiġifieri miżura fil-forma ta’ kwota. Kif ikkonfermat mill-ġurisprudenza rilevanti (35), TRQ mhijiex restrizzjoni kwantitattiva skont il-Ftehim tad-WTO dwar is-Salvagwardji, u għalhekk l-istabbiliment tal-livell ta’ TRQ mhuwiex marbut bl-imsemmi Artikolu. |
|
(109) |
Sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-produtturi tal-Unjoni u tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jirkupraw u jikkompetu mal-importazzjonijiet, il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ li l-livelli tal-kwota jiġu stabbiliti 25 % taħt il-livell medju tal-importazzjonijiet tal-2022, l-2023 u l-2024. |
|
(110) |
Din iċ-ċifra hija kkalkulata billi jiġi stabbilit sehem mis-suq sostenibbli (30-40 %) li jippermetti lill-industrija tal-Unjoni tirkupra mis-sitwazzjoni dannuża, filwaqt li jinżammu sorsi adegwati ta’ provvista għall-utenti downstream. |
12.2.2. Dazju varjabbli barra mill-kwota
|
(111) |
Id-dazju barra mill-kwota għandu jkun dazju varjabbli fil-forma ta’ żieda fit-tariffa b’referenza għad-differenza bejn il-limitu tal-prezz stabbilit u l-prezz attwali tal-importazzjoni. Jekk l-importazzjonijiet isiru fil-livell tal-limitu tal-prezz jew ’il fuq minnu, ma jkun pagabbli l-ebda dazju addizzjonali. Madankollu, jekk l-importazzjonijiet isiru bi prezz taħt il-limitu stabbilit, id-dazju jenħtieġ li jkun ugwali għad-differenza bejn il-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni u l-limitu tal-prezz stabbilit għal kull tip ta’ prodott. |
|
(112) |
Il-limitu tal-prezz huwa stabbilit b’referenza għal prezz mhux dannuż għall-importazzjonijiet tal-ferroligi. Wara investigazzjoni dettaljata, li kienet tinkludi analiżi komprensiva tad-dannu, analiżi tal-kawżalità, u valutazzjoni tal-interessi tal-Unjoni, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell tal-prezz mhux dannuż billi evalwat il-livelli attwali tal-prezzijiet tal-bejgħ għal kull tip ta’ prodott. Il-Kummissjoni ħadet bħala bażi l-kost tal-bejgħ domestiku lil klijenti mhux relatati għal kull tip ta’ prodott u żiedet magħha l-kostijiet tal-konformità, l-investimenti u profitt fil-mira. |
|
(113) |
Fir-rigward tal-kostijiet tal-konformità, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri biex tiżgura l-konformità mal-Iskema tal-Unjoni għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (“EU ETS”) li hija pedament tal-politika tal-Unjoni biex tikkonforma mal-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali. Tali kostijiet addizzjonali ġew ikkalkulati abbażi tal-prezz stmat tal-Kwoti tal-Unjoni li se jkollhom jinxtraw mill-industrija tal-Unjoni. Il-kostijiet addizzjonali qiesu wkoll il-kostijiet indiretti tas-CO2 li jirriżultaw minn żieda fil-prezzijiet tal-elettriku matul l-istess perjodu. |
|
(114) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni vvalutat l-investimenti, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&D) u l-innovazzjoni, kif ukoll il-livell ta’ profittabbiltà li huwa mistenni f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. |
|
(115) |
Meta stabbiliet il-limitu tal-prezz, il-Kummissjoni qieset il-livell ta’ profittabbiltà li jista’ jkun mistenni f’kundizzjonijiet normali tas-suq u biex ikun kopert it-telf fit-tul, tiġi restawrata l-kapaċità ta’ investiment u jkun hemm konformità mal-obbligi regolatorji futuri. Il-marġni ta’ profitt nett għal dan it-tip ta’ industrija intensiva fil-kapital huwa ta’ madwar 12,45 % skont fatturi bħat-tip ta’ liga prodotta, il-kuntratti tal-enerġija, u l-effiċjenza tal-produzzjoni (36). |
12.2.3. Miżuri antidumping u antisussidji applikabbli
|
(116) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li kumulazzjoni ta’ miżuri anti-dumping/antisussidji b’salvagwardji tista’ twassal għal effett akbar milli mixtieq. |
|
(117) |
Il-Kummissjoni tfakkar li l-miżuri antidumping u ta’ dazju kumpensatorju ma jfittxux li jagħlqu s-suq tal-Unjoni iżda sempliċement jirrimedjaw prattiki ta’ kummerċ li jagħmlu dannu. Bħala tali, dawn il-miżuri għandhom fil-mira tagħhom sitwazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż ta’ dumping u sussidjar, għandhom kamp ta’ applikazzjoni u skop differenti mill-miżura ta’ salvagwardja imposta permezz ta’ dan ir-Regolament, u ma jeskludux lil xulxin. |
|
(118) |
Biex tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ “rimedji doppji”, kull meta tinqabeż il-kwota tariffarja, il-livell tad-dazji antidumping u kompensatorju eżistenti se jiġi sospiż jew jitnaqqas biex jiġi żgurat li l-effett kombinat ta’ dawn il-miżuri ma jaqbiżx l-ogħla livell tad-dazji ta’ salvagwardja jew tad-dazji antidumping/kompensatorji fis-seħħ. |
|
(119) |
Għall-fini ta’ tqabbil tal-limitu tal-prezz propost hawn fuq mad-dazji anti-dumping u kumpensatorji, il-Kummissjoni se tikkwantifikah bħala dazju ad valorem. |
|
(120) |
Dan jikkonċerna r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/909 (37) li jimponi dazju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ferrosiliċju. Id-dazju anti-dumping jenħtieġ li jkun applikabbli mill-ewwel tunnellata sakemm il-kwoti tariffarji għall-ferrosiliċju jiġu eżawriti u l-limitu tal-prezz speċifikat f’dan ir-regolament isir applikabbli għall-volumi barra mill-kwota. |
12.3. Amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji
|
(121) |
Abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet ta’ interess tal-Unjoni u sabiex jiġi żgurat l-aħjar użu tal-volumi tal-kwoti tariffarji, il-Kummissjoni qieset li dawn jenħtieġ li jiġu allokati minn naħa għal kwoti speċifiċi għall-pajjiż għal pajjiżi li jkollhom interess sostanzjali li jipprovdu t-tip ta’ prodott speċifiku kkonċernat u, min-naħa l-oħra, lill-oriġini l-oħra kollha. |
|
(122) |
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, huwa meqjus li l-pajjiżi b’sehem ta’ aktar minn 5 % tal-importazzjonijiet tul l-aħħar 3 snin għat-tip tal-prodott ikkonċernat għandhom interess sinifikanti fil-provvista. It-TRQ residwa (“il-kwota residwa”) ibbażata fuq il-medja tal-importazzjonijiet li jifdal matul l-aħħar tliet snin jenħtieġ li tiġi allokata lill-pajjiżi fornituri l-oħra kollha. Il-kwota residwa jenħtieġ li timtela abbażi tal-ordni kronoloġika tad-dati li fihom jiġu aċċettati d-dikjarazzjonijiet għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, kif previst fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (38). Dan il-metodu ta’ amministrazzjoni jeħtieġ kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. |
|
(123) |
L-eliġibilità ta’ oġġetti importati minn pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp biex ikunu esklużi mill-kwoti tariffarji jiddependi mill-oriġini tal-oġġetti. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu applikati l-kriterji għad-determinazzjoni tal-oriġini mhux preferenzjali bħalissa fis-seħħ fl-Unjoni. |
12.4. Tul ta’ żmien
|
(124) |
Il-Kummissjoni tqis li l-miżura jenħtieġ li tkun fis-seħħ għal perjodu ta’ tliet snin, li jiskadi fis-17 ta’ Novembru 2028. |
|
(125) |
Peress li t-tul ta’ żmien tal-miżuri huwa għal aktar minn sena, il-miżura trid tiġu liberalizzata progressivament f’intervalli regolari matul il-perjodu ta’ applikazzjoni. Il-Kummissjoni tqis li l-aktar mod xieraq biex tiġi liberalizzata l-miżura huwa li jiżdied il-livell tal-kwota bla dazju b’0,1 % wara kull sena. L-ewwel liberalizzazzjoni ser issir fit-18 ta’ Novembru 2026, bit-tieni liberalizzazzjoni ssir fit-18 ta’ Novembru 2027. |
13. KUNSIDERAZZJONIJIET FINALI
|
(126) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament 2024/2509, (39) meta ammont ikun irid jiġi rrimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(127) |
Meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ attwali, inkluża l-istruttura tal-industrija tal-Unjoni u l-kumplessità sostanzjali kemm tal-investigazzjoni kif ukoll tal-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni, kien meħtieġ eżami ekonomiku u ġuridiku komprensiv. Dawn l-elementi jikkostitwixxu raġunijiet eċċezzjonali u konvinċenti li jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta’ kunsiderazzjonijiet ta’ urġenza, u b’hekk id-dħul fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament effettiv tal-miżuri ta’ salvagwradja u biex ikun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2015/478 u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2015/755, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika r-Regolament ta’ Implimentazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mhux aktar tard mit-18 ta’ Novembru, u jenħtieġ li l-miżuri japplikaw immedjatament mal-pubblikazjoni tagħhom. |
|
(128) |
Il-miżura prevista f’dan ir-Regolament hija f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2015/478 u l-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) 2015/755 rispettivament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Soġġett għall-Artikolu 5, b’dan qed jinfetħu kwoti tariffarji speċifiċi b’rabta mal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ferroligi li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM (7202 11 , 7202 19 , 7202 21 , 7202 29 , 7202 30 , 7202 99 30 ) (l-Anness II) għal perjodu ta’ tliet snin.
2. Parti mill-kwoti tariffarji hija allokata lill-pajjiżi speċifikati fl-Anness III, parti oħra hija allokata lil pajjiżi oħra, u għall-perjodi speċifikati fl-Anness III.
3. Meta l-kwoti tariffarji rilevanti jiġu eżawriti jew meta l-importazzjonijiet tat-tipi ta’ prodotti ma jibbenefikawx mill-kwota tariffarja rilevanti, dazju varjabbli barra mill-kwota applikabbli għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1.1 għandu jkun id-differenza bejn il-limitu tal-prezz stabbilit elenkat fl-Anness II u l-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, jekk dan tal-aħħar ikun aktar baxx minn tal-ewwel. Ma għandu jinġabar l-ebda dazju meta l-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni jkun daqs jew ogħla mil-limitu tal-prezz stabbilit fl-Anness II.
4. Il-użu ta’ kull kwota trimestrali għandu jitwaqqaf fl-għoxrin jum ta’ xogħol tal-Kummissjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tliet xhur. Fl-aħħar ta’ kull trimestru, il-bilanċi mhux użati tal-kwoti tar-rata tariffarja ma għandhomx ikunu trasferiti għat-trimestru li jmiss. L-iżbilanċi mhux użati ma għandhomx jiġu ttrasferiti fi tmiem l-aħħar trimestru ta’ kull sena ta’ applikazzjoni tal-kwota tariffarja definittiva.
5. Id-dazji anti-dumping/kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness II għandhom ikunu applikabbli sakemm il-kwoti tariffarji pertinenti jinqabżu u l-miżura ta’ salvagwardja ssir applikabbli.
Artikolu 2
1. L-oriġini ta’ kwalunkwe prodott li għalih japplika dan ir-Regolament għandha tiġi ddeterminata f’konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Unjoni b’rabta mal-oriġini mhux preferenzjali.
2. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ rigward id-dazji doganali.
Artikolu 3
L-importazzjonijiet tat-tipi ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1.1, li jkunu diġà fi triqthom lejn l-Unjoni fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, li d-destinazzjoni tagħhom ta tkunx tista’ tinbidel, ma għandhomx ikunu soġġetti għal-limitu tal-prezz speċifikat fl-Annex II, u jistgħu jitqiegħdu f’ċirkolazzjoni libera.
Artikolu 4
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw flimkien biex jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Għall-prodott ikkonċernat, l-Anness I jispeċifika l-pajjiżi oriġinarji li qed jiżviluppaw li għandhom ikunu soġġetti għall-miżura stabbilita fl-Artikolu 1.
Artikolu 6
L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Kenja u l-Ukrajna ma għandhomx ikunu soġġetti għall-miżura stabbilita fl-Artikolu 1.
Artikolu 7
Waqt il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 1.1 il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tal-miżuri f’każ ta’ bidla fiċ-ċirkostanzi, bħal disponibbiltà insuffiċjenti ta’ ferroligi jew żidiet mhux sostenibbli fil-prezzijiet għal ċerti utenti downstream, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ tal-miżuri.
Artikolu 8
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) Ir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet, ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/478/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi, ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/755/2017-05-19.
(3) Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea – Att Finali – Dikjarazzjonijiet Konġunti – Dikjarazzjonijiet mill-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Komunità u l-Istati tal-EFTA – Arranġamenti – Minuti Miftiehma – Dikjarazzjonijiet minn Parti Kontraenti waħda jew aktar tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3–522, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1994/1/oj.
(4) Notifika tal-bidu ta’ investigazzjoni ta’ salvagwardja li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ elementi ta’ lligar ibbażati fuq il-manganiż u s-siliċju; C/2024/9248; ĠU C, C/2024/7541, 19.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7541/oj.
(5) Notifika tal-bidu ta’ investigazzjoni ta’ salvagwardja li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ elementi ta’ lligar ibbażati fuq il-manganiż u s-siliċju; C/2025/6211; ĠU C, C/2025/5015, 16.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5015/oj.
(6) L-Anness 1 tat-talba - “Interchangeability between different product-types”, numru ta’ reġistrazzjoni ta’ Sherlock: ted25.002049.
(7) Ferroglobe PLC - product overview.
(8) Ir-Regolament (UE) 2025/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2025 li jissospendi ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2015/478 fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ prodotti Ukreni fl-Unjoni, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1153/oj.
(9) Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u r-repubblika tal-Kenja, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2024/1648/oj.
(10) WoodMackenzie, talba ta’ Euroalliages, l-Anness 5.
(12) Miżura antidumping tal-Messiku fl-2023 kontra l-Indja b’rabta mal-ferromanganiż, Miżura antidumping tal-Messiku tal-2016 kontra l-Indja b’rabta mal-ferrosilikomanganiż, Miżura antidumping tal-Korea t’Isfel fl-2023 kontra l-Indja b’rabta mal-ferrosilikomanganiż, Miżura antidumping tal-Eġittu fl-2020 kontra l-Indja b’rabta mal-ferrosiliċju, Miżura antidumping tar-Russja fl-2023 kontra l-Georgia dwar il-ferrosilikomanganiż.
(13) Reġistru Federali tal-Istati Uniti 90 FR 14075, 90 FR 14077, 90 FR 14105, 90 FR 14108, 90 FR 14112, 90 FR 14114.
(14) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2522 tat-23 ta’ Settembru 2024 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2522/oj.
(15) WTO doc. WT/Let/1220.
(16) CRU Prices - BULK FERROALLOYS - Methodology and Definitions Guide.
(17) CRU (Commodities Research Unit) index: Is-CRU tippubblika l-indiċijiet tal-parametri referenzjarji għal diversi komoditajiet, inklużi l-ferroligi, li jintużaw biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet tal-kuntratti u l-valwazzjoni tas-suq. CRU Group: Home - CRU Group; l-Anness 17 tal-applikazzjoni.
(18) Rapport Annwali ta’ Eurofer 2020, https://www.eurofer.eu/publications/archive/annual-report-2020 u l-World Steel Statistical Yearbook 2024, https://worldsteel.org/media/publications/.
(19) Informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni, pprovduta minn Euroalliages, it-30 ta’ Ġunju 2025.
(20) 2005/690/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Alġerina Demokratika u tal-Poplu, min-naħa l-oħra, ĠU L 265, 10.10.2005, p. 1–1 ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/690/oj.
(21) Ir-Regolament (UE) 2025/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2025 li jissospendi ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2015/478 fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ prodotti Ukreni fl-Unjoni, ĠU L, 2025/1153, 5.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1153/oj.
(22) Il-miżura preżenti tagħti wkoll lil dawk li mhumiex membri tad-WTO t-trattament mogħti lill-membri tad-WTO.
(23) L-Artikolu 26 tal-Ftehim konkluż bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fl-1972, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1972/2840/oj.
(24) L-Artikolu 26 tal-ftehim ta’ kummerċ ħieles mal-Gżejjer Faeroe, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1997/126/2021-09-01.
(25) L-Artikolu 60 tal-Protokoll Addizzjonali ffirmat fit-23 ta’ Novembru 1970, Ftehim li jisabbilixxi l-Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/1972/2760(1)/oj.
(26) L-Artikolu 25 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2000/204/oj.
(27) L-Artikolu 25 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1998/238/2025-01-22.
(28) L-Artikolu 24 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2002/357(1)/2021-09-01.
(29) L-Artikolu 23 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Istat ta’ Iżrael, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2000/384/2013-07-01.
(30) L-Artikolu 21 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1997/430/2021-09-01.
(31) L-Artikolu 12 tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u Unjoni Doganali ma’ San Marino, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2002/245/2008-02-01.
(32) L-Artikolu 32 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Għarbija Sirjana, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1978/2216/1994-03-01.
(33) L-Artikolu 15 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Kooperazzjoni attwalment fis-seħħ mal-Messiku, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/415/2021-01-01.
(34) L-Artikolu 37 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni konkluż bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2004/239(2)/2021-09-09.
(35) Rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO, US- Line Pipe, WT/DS202, para. 235.
(36) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1811 tal-14 ta’ Ottubru 2021 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ kalċju-siliċju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU L 366, 15.10.2021, p. 17-61, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1811/oj.
(37) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/909 tat-30 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ferrosiliċju li joriġinaw mir-Russja u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036, ĠU L 208, 1.7.2020, pp. 2–42, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/909/oj.
(38) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2447/oj.
(39) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni) (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024), ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.
ANNESS I
I.1 — Lista ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw, membri tad-WTO u l-Alġerija
l-Afganistan, l-Albanija, l-Alġerija, l-Angola, Antigua u Barbuda, l-Arġentina, l-Armenja, il-Bahrain, il-Bangladesh, Barbados, il-Belize, il-Benin, il-Bolivja, il-Botswana, il-Brażil, il-Brunei Darussalam, il-Burkina Faso, il-Burundi, Cabo Verde, il-Kambodja, il-Kamerun, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, iċ-Chad, il-Ċilì, iċ-Ċina, il-Kolombja, il-Kongo, il-Costa Rica, il-Kosta tal-Avorju, Kuba, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Djibouti, Dominica, ir-Repubblika Dominicana, l-Ekwador, l-Eġittu, El Salvador, l-Eswatini, Fiġi, il-Gabon, il-Gambja, il-Georgia, il-Ghana, Grenada, il-Gwatemala, il-Guinea, il-Guinea-Bissau, il-Guyana, il-Haiti, il-Honduras, Hong Kong, l-Indja, l-Indoneżja, il-Ġamajka, il-Ġordan, il-Każakistan, il-Kenja, il-Kuwajt, ir-Repubblika Kirgiża, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Laos, il-Lesoto, il-Liberja, il-Macao, Madagascar, il-Malawi, il-Malażja, il-Maldivi, il-Mali, il-Mauritania, Mauritius, il-Messiku, il-Moldova, il-Mongolja, il-Montenegro, il-Marokk, il-Mozambique, il-Myanmar, in-Namibja, in-Nepal, in-Nikaragwa, in-Niġer, in-Niġerja, il-Maċedonja ta’ Fuq, l-Oman, il-Pakistan, il-Panama, Papua New Guinea, il-Paragwaj, il-Perù, il-Filippini, il-Qatar, ir-Rwanda, Saint Kitts u Nevis, Saint Lucia, Saint Vincent u l-Grenadini, Samoa, l-Arabja Sawdija, is-Senegal, is-Seychelles, Sierra Leone, il-Gżejjer Solomon, l-Afrika t’Isfel, is-Sri Lanka, is-Suriname, it-Taġikistan, it-Tanzanija, it-Tajlandja, l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Togo, Tonga, Trinidad u Tobago, it-Tuneżija, it-Turkija, l-Uganda, l-Ukrajna, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Urugwaj, Vanuatu, il-Venezwela, il-Vjetnam, il-Jemen, iż-Żambja, iż-Żimbabwe.
I.2 Lista ta’ tipi ta’ prodotti li joriġinaw f’pajjiżi li qed jiżviluppaw li għalihom japplikaw il-miżuri definittivi
|
Lista ta’ tipi ta’ prodotti li joriġinaw f’pajjiżi li qed jiżvilupp li għalihom japplikaw il-miżuri definittivi |
||||
|
Pajjiż / Grupp ta’ prodotti |
Ferromanganiż |
Ferrosiliċju |
Ferrosilikomanjeżju |
Ferrosilikomanganiż |
|
Il-Brażil |
|
X |
X |
|
|
Iċ-Ċina |
|
X |
X |
|
|
Il-Georgia |
|
X |
|
X |
|
L-Indja |
X |
X |
X |
X |
|
Il-Malażja |
X |
X |
|
|
|
L-Afrika t’Isfel |
X |
X |
|
X |
|
It-Tajlandja |
|
X |
X |
|
|
Iż-Żambja |
|
X |
|
X |
|
Il-pajjiżi l-oħra kollha li qed jiżviluppaw |
|
X |
|
|
ANNESS II
Limitu tal-prezz applikabbli għaż-żieda fit-tariffa
|
Numru tal-Prodott |
Tip ta’ Prodott |
Kodiċijiet SA/NM |
Limitu tal-prezz (EUR/tunnellata) |
|
1 |
Ferromanganiż |
7202 11 , 7202 19 |
1 316 |
|
2 |
Ferrosiliċju |
7202 21 , 7202 29 |
2 408 |
|
3 |
Ferrosilikomanganiż |
7202 30 |
1 392 |
|
4 |
Ferrosilikomanjeżju |
7202 99 30 |
3 647 |
ANNESS III
Volumi tal-kwoti tar-rati tariffarji
|
Tip ta’ Prodott |
Kodiċijiet SA u NM |
Allokazzjoni skont il-pajjiż (Meta Applikabbli) |
Sena 1 |
Sena 2 |
Sena 3 |
Limitu tal-prezz |
Numri tal-ordni |
|||||||||
|
Mit-18.11.2025 to 17.2.2026 |
Mit-18.2.2026 sas-17.5.2026 |
From 18.5.2026 sas-17.8.2026 |
Mit-18.8.2026 sas-17.11.2026 |
Mit-18.11.2026 sas-17.2.2027 |
Mit-18.2.2027 sas-17.5.2027 |
Mit-18.5.2027 sas-17.8.2027 |
Mit-18.8.2027 sas-17.11.2027 |
Mit-18.11.2027 sas-17.2.2028 |
Mit-18.2.2028 sas-17.5.2028 |
Mit-18.5.2028 sas-17.8.2028 |
Mit-18.8.2028 sas-17.11.2028 |
|||||
|
Volum tal-kwota tariffarja (tunnellati netti) |
Volum tal-kwota tariffarja (tunnellati netti) |
Volum tal-kwota tariffarja (tunnellati netti) |
||||||||||||||
|
Ferromanganiż |
7202 11 , 7202 19 |
In-Norveġja |
28 972,70 |
28 027,93 |
28 972,70 |
28 972,70 |
29 001,67 |
28 055,96 |
29 001,67 |
29 001,67 |
28 951,35 |
28 321,98 |
28 951,35 |
28 951,35 |
ara l-Anness II |
09.8810 |
|
L-Indja |
17 625,79 |
17 051,04 |
17 625,79 |
17 625,79 |
17 643,42 |
17 068,09 |
17 643,42 |
17 643,42 |
17 612,81 |
17 229,92 |
17 612,81 |
17 612,81 |
ara l-Anness II |
09.8815 |
||
|
L-Afrika t’Isfel |
8 272,87 |
8 003,10 |
8 272,87 |
8 272,87 |
8 281,14 |
8 011,10 |
8 281,14 |
8 281,14 |
8 266,77 |
8 087,06 |
8 266,77 |
8 266,77 |
ara l-Anness II |
09.8818 |
||
|
Il-Malażja |
6 765,92 |
6 545,29 |
6 765,92 |
6 765,92 |
6 772,68 |
6 551,83 |
6 772,68 |
6 772,68 |
6 760,93 |
6 613,95 |
6 760,93 |
6 760,93 |
ara l-Anness II |
09.8819 |
||
|
Korea, Ir-Repubblika ta’ |
4 832,82 |
4 675,23 |
4 832,82 |
4 832,82 |
4 837,65 |
4 679,90 |
4 837,65 |
4 837,65 |
4 829,26 |
4 724,28 |
4 829,26 |
4 829,26 |
ara l-Anness II |
09.8820 |
||
|
Pajjiżi oħrajn |
5 557,54 |
5 376,31 |
5 557,54 |
5 557,54 |
5 563,09 |
5 381,69 |
5 563,09 |
5 563,09 |
5 553,44 |
5 432,71 |
5 553,44 |
5 553,44 |
ara l-Anness II |
09.8665 |
||
|
Ferrosiliċju |
7202 21 , 7202 29 |
In-Norveġja |
35 136,16 |
33 990,41 |
35 136,16 |
35 136,16 |
35 171,30 |
34 024,41 |
35 171,30 |
35 171,30 |
35 110,27 |
34 347,01 |
35 110,27 |
35 110,27 |
ara l-Anness II |
09.8840 |
|
L-Iżlanda |
13 373,32 |
12 937,24 |
13 373,32 |
13 373,32 |
13 386,70 |
12 950,18 |
13 386,70 |
13 386,70 |
13 363,47 |
13 072,96 |
13 363,47 |
13 363,47 |
ara l-Anness II |
09.8845 |
||
|
Il-Każakistan |
8 090,25 |
7 826,44 |
8 090,25 |
8 090,25 |
8 098,34 |
7 834,27 |
8 098,34 |
8 098,34 |
8 084,29 |
7 908,55 |
8 084,29 |
8 084,29 |
ara l-Anness II |
09.8854 |
||
|
Il-Brażil |
6 316,02 |
6 110,06 |
6 316,02 |
6 316,02 |
6 322,34 |
6 116,17 |
6 322,34 |
6 322,34 |
6 311,37 |
6 174,16 |
6 311,37 |
6 311,37 |
ara l-Anness II |
09.8898 |
||
|
Pajjiżi oħrajn |
24 984,27 |
24 169,56 |
24 984,27 |
24 984,27 |
25 009,25 |
24 193,73 |
25 009,25 |
25 009,25 |
24 965,86 |
24 423,13 |
24 965,86 |
24 965,86 |
ara l-Anness II |
09.8666 |
||
|
Ferrosilikomanjeżju |
7202 99 30 |
Iċ-Ċina |
468,90 |
453,61 |
468,90 |
468,90 |
469,37 |
454,07 |
469,37 |
469,37 |
468,56 |
458,37 |
468,56 |
468,56 |
ara l-Anness II |
09.8860 |
|
Il-Brażil |
99,81 |
96,55 |
99,81 |
99,81 |
99,91 |
96,65 |
99,91 |
99,91 |
99,73 |
97,56 |
99,73 |
99,73 |
Ara l-Anness II |
09.8701 |
||
|
L-Indja |
78,90 |
76,33 |
78,90 |
78,90 |
78,98 |
76,40 |
78,98 |
78,98 |
78,84 |
77,13 |
78,84 |
78,84 |
ara l-Anness II |
09.8702 |
||
|
It-Tajlandja |
76,83 |
74,32 |
76,83 |
76,83 |
76,91 |
74,40 |
76,91 |
76,91 |
76,77 |
75,10 |
76,77 |
76,77 |
ara l-Anness II |
09.8703 |
||
|
Pajjiżi oħrajn |
18,89 |
18,28 |
18,89 |
18,89 |
18,91 |
18,30 |
18,91 |
18,91 |
18,88 |
18,47 |
18,88 |
18,88 |
ara l-Anness II |
09.8663 |
||
|
Ferrosilikomanganiż |
7202 30 |
In-Norveġja |
37 067,71 |
35 858,98 |
37 067,71 |
37 067,71 |
37 104,78 |
35 894,84 |
37 104,78 |
37 104,78 |
37 040,40 |
36 235,18 |
37 040,40 |
37 040,40 |
ara l-Anness II |
09.8888 |
|
L-Indja |
31 958,61 |
30 916,48 |
31 958,61 |
31 958,61 |
31 990,57 |
30 947,40 |
31 990,57 |
31 990,57 |
31 935,07 |
31 240,83 |
31 935,07 |
31 935,07 |
ara l-Anness II |
09.8704 |
||
|
Iż-Żambja |
7 882,49 |
7 625,45 |
7 882,49 |
7 882,49 |
7 890,37 |
7 633,08 |
7 890,37 |
7 890,37 |
7 876,68 |
7 705,45 |
7 876,68 |
7 876,68 |
ara l-Anness II |
09.8890 |
||
|
Pajjiżi oħrajn |
18 955,56 |
18 337,44 |
18 955,56 |
18 955,56 |
18 974,51 |
18 355,78 |
18 974,51 |
18 974,51 |
18 941,59 |
18 529,82 |
18 941,59 |
18 941,59 |
ara l-Anness II |
09.8664 |
||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2351/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)