<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-458/09</NO.CASE><NO.CASE>T-171/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009TJ0458</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:145">EU:T:2012:145</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20120322">22.3.2012</DATE> — KAWŻI MAGĦQUDA T-458/09 U T-171/10</P><P>SLOVAK TELEKOM vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti ġenerali</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20120322">22 ta’ Marzu 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura amministrattiva</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tintalab informazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda T-458/09 u T-171/10,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Slovak Telekom a.s</HT>., stabbilita fi Bratislava (is-Slovakkja), inizjalment irrappreżentata minn M. Maier, L. Kjølbye u D. Geradin, sussegwentement minn Kjølbye, D. Geradin u G. Berrisch, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata, fil-Kawża T-458/09, minn F. Castillo de la Torre u K. Mojzesowicz u, fil-Kawża T-171/10, minn F. Castillo de la Torre, K. Mojzesowicz u J. Bourke, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talbiet għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 6840, tat-<DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 24(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Kawża COMP/39.523 — Slovak Telekom) u, min-naħa l-oħra, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 902, tat-<DATE ISO="20100208">8 ta’ Frar 2010</DATE>, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1/2003 (Kawża COMP/39.523 — Slovak Telekom).</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn L. Truchot, President, M. E. Martins Ribeiro (Relatur) u H. Kanninen, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: J. Weychert, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, Slovak Telecom a.s., hija kumpannjia kkostitwita fl-<DATE ISO="19990401">1 ta’ April 1999</DATE> fir-Repubblika Slovakka, li Deutsche Telekom AG għandha pussess tagħha ta’ 51 % filwaqt li l-Gven Slovakk għandu pussess ta’ 49 %. Hija tipprovdi b’mod partikolari servizzi ta’ telefonija nazzjonali u internazzjonali, servizzi Internet broadband u sensiela wiesgħa ta’ servizzi oħra ta’ telekomunikazzjoni li jinkludu netwerks ta’ data, servizzi b’valur miżjud u kiri ta’ linji.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Bejn it-13 u s-<DATE ISO="20090116">16 ta’ Jannar 2009</DATE>, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej wettqet spezzjoni fil-bini tar-rikorrenti, skont l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE>, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 (KE) u 82 (KE) tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>B’ittra tal-<DATE ISO="20090414">14 ta’ April 2009</DATE>, il-Kummissjoni informat lir-rikorrenti li, fit-<DATE ISO="20090408">8 ta’ April 2009</DATE>, hija ddeċidiet li tiftaħ fir-rigward tagħha proċedura għal ksur tal-Artikolu 82 KE fil-Kawża COMP/39.523. Il-Kummissjoni indikat f’dan ir-rigward li l-ftuħ ta’ din il-proċedura kien jikkonċerna l-eżistenza possibbli, min-naħa tar-rikorrenti u ta’ kumpanniji li hija kienet tikkontrolla, fir-Repubblika Slovakka, ta’ rifjut li tikkonkludi tranżazzjonijiet fir-rigward tal-aċċess separat għal-linja lokali bl-ingrossa u ta’ aċċess ieħor b’veloċità għolja bl-ingrossa, ta’ pressjoni possibbli fuq il-marġni fir-rigward ta’ aċċess separat għal-linji lokali bl-ingrossa u ta’ aċċess ieħor b’veloċità għolja bl-ingrossa, u ta’ prattiki ta’ esklużjoni u diskriminatorji oħra, bħal dawk tal-bejgħ fi gruppi varjati u bejgħ konness fir-rigward ta’ servizzi bl-ingrossa u bl-imnut ta’ aċċess b’veloċità għolja (premessa 1 tad-deċiżjoni kkontestata fil-Kawża T-458/09, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>deċiżjoni kkontestata I<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>; premessa 1 tad-deċiżjoni kkontestata fil-Kawża T-171/10, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>deċiżjoni kkontestata II<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20090417">17 ta’ April 2009</DATE>, il-Kummissjoni talbet informazzjoni lir-rikorrenti skont l-Artikolu 18(1) u (2) tar-Regolament Nru 1/2003 (premessa 2 tad-deċiżjoni kkontestata I, premessa 7 tad-deċiżjoni kkontestata II).</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>B’messaġġ elettroniku tal-<DATE ISO="20090604">4 ta’ Ġunju 2009</DATE>, ir-rikorrenti indikat lill-Kummissjoni li t-talba għal informazzjoni tas-<DATE ISO="20090417">17 ta’ April 2009</DATE> kienet tikkonċerna wkoll perijodu preċedenti għad-data ta’ adeżjoni tar-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea u li l-Kummissjoni ma kellhiex kompetenza sabiex tapplika l-Artikoli 81 KE u 82 KE għal allegat aġir li jikkostitwixxi ksur tar-rikorrenti qabel l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>. Hija għalhekk enfasizzat li l-Kummissjoni ma setgħetx tikkonstata ksur għal dan il-perijodu, lanqas li titlob b’mod sistematiku informazzjoni relatata ma’ dan il-perijodu. Ir-rikorrenti pproponiet li tkompli tipprovdi informazzjoni ġenerali dwar il-perijodu li ppreċeda l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>. Fir-rigward ta’ data u ta’ kalkoli iktar iddettaljati, hija ssuġġerixxiet li tillimita t-tweġibiet tagħha għal perijodu sussegwenti għal din id-data (premessa 3 tad-deċiżjoni kkontestata I, premessa 8 tad-deċiżjoni kkontestata II).</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>B’messaġġ elettroniku tal-<DATE ISO="20090605">5 ta’ Ġunju 2009</DATE>, il-Kummissjoni wieġbet lir-rikorrenti, li dan ma kienx każ li jiġi kkonstatat ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni għall-perijodu li ppreċeda l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, iżda pjuttost li tinkiseb informazzjoni fattwali konkreta, li parti minnha kienet tkopri wkoll dan il-perijodu. Il-Kummissjoni fil-fatt qieset li din l-informazzjoni kienet rilevanti biex tevalwa l-kompatibbiltà tal-aġir tar-rikorrenti mal-Artikolu 82 KE wara l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, b’għarfien sħiħ tal-fatti u tal-kuntest ekonomiku korrett tagħhom. Il-Kummissjoni għalhekk insistiet sabiex l-informazzjoni mitluba tiġi trażmessa lilha kollha kemm hi (premessa 4 tad-deċiżjoni kkontestata I; premessa 9 tad-deċiżjoni kkontestata II).</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>B’ittra mehmuża ma’ messaġġ elettroniku tal-<DATE ISO="20090611">11 ta’ Ġunju 2009</DATE>, ir-rikorrenti rrepetiet l-oġġezzjonijiet ifformulati fit-tieni messaġġ elettroniku tagħha tal-<DATE ISO="20090604">4 ta’ Ġunju 2009</DATE> u ppreċiżat li, fil-fehma tagħha, ma kienx suffiċjenti li l-informazzjoni tista’ tintuża sabiex l-aġir tagħha jiġi evalwat fil-kuntest ekonomiku tagħha. Hija madankollu kkomunikat lill-Kummissjoni l-informazzjoni mitluba minnha,<?PAGE NO="3"?> filwaqt li indikat li hija rriżervat id-dritt li topponi kull użu mill-Kummissjoni ta’ din l-informazzjoni fir-rigward tagħha, kif ukoll tad-dokumenti preċedenti għall-adeżjoni tar-Repubblika Slovakka mal-Unjoni, miġbura mill-Kummissjoni waqt l-ispezzjoni tax-xahar ta’ Jannar 2009 (premessa 5 tad-deċiżjoni kkontestata I, premessa 10 tad-deċiżjoni kkontestata II).</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fit-13 u l-<DATE ISO="20090714">14 ta’ Lulju 2009</DATE>, il-Kummissjoni wettqet spezzjoni ġdida.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>B’ittra tas-<DATE ISO="20090717">17 ta’ Lulju 2009</DATE>, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali lir-rikorrenti skont l-Artikolu 18(1) u (2) tar-Regolament Nru 1/2003, inkluża informazzjoni u dokumenti preċedenti għall-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE> (premessa 7 tad-deċiżjoni kkontestata I; premessa 11 tad-deċiżjoni kkontestata II).</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>B’ittra tal-<DATE ISO="20090814">14 ta’ Awwissu 2009</DATE>, ir-rikorrenti rrepetiet l-oġġezzjonijiet tagħha dwar il-provvista ta’ informazzjoni u dokumenti dwar il-perijodu li ppreċeda l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>. Hija indikat ukoll li hija kienet ipprovdiet volontarjament lill-Kummissjoni, sussegwentement għal talba għal informazzjoni tas-<DATE ISO="20040417">17 ta’ April 2004</DATE>, informazzjoni ġenerali dwar il-perijodu li ppreċeda l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE> sabiex jiġi kkjarifikat il-kuntest madwar l-informazzjoni kkomunikata lilha, iżda li hija ma kinitx ser tipprovdi informazzjoni u kalkoli iktar iddettaljati li jikkonċernaw dan il-perijodu. Ir-rikorrenti għalhekk indikat li hija kienet iddeċidiet li ma tikkomunikax lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-perijodu ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>preadeżjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> f’dak li jikkonċerna, minn naħa, il-mistoqsijiet 4a) u 4b) tat-talba għal informazzjoni tas-<DATE ISO="10090717">17 ta’ Lulju 1009</DATE>, dwar l-aggregazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>ATM<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> (Asynchronous Transfer Mode) u n-netwerk bażiku tagħha u, min-naħa l-oħra, il-mistoqsijiet 16 u 17 ta’ din it-talba għal informazzjoni. Hija madankollu rrilevat li d-deċiżjoni tagħha ma kinitx tikkonċerna ċerta informazzjoni tas-sena 2004 dwar il-profitt ta’ wħud mill-prodotti tagħha, mitluba fil-mistoqsija 12 tat-talba għal informazzjoni tas-<DATE ISO="20090717">17 ta’ Lulju 2009</DATE>, peress li ma kienx possibbli li l-informazzjoni kkonċernata tiġi maqsuma b’mod li jinftiehem (premessa 9 tad-deċiżjoni kkontestata I; premessa 11 tad-deċiżjoni kkontestata II).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni kkontestata I</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C (2009) 6840 dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1/2003 (Każ COMP/39.523 — Slovak Telekom).</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata I, il-Kummissjoni indikat li, skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1/2003, sabiex tagħmel id-doveri assenjati lilha minn dan ir-regolament, hija tista’, permezz ta’ talba sempliċi jew ta’ deċiżjoni, tirrikjedi lill-impriżi u lill-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi li jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja. Skont il-Kummissjoni, il-kompetenza tagħha sabiex titlob tali informazzjoni ma tistax tkun limitata għall-perijodu li fih hija awtorizzata tikkonstata ksur tal-Artikoli 81 KE u 82 KE (premessa 11 tad-deċiżjoni kkontestata I).</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni għalhekk qieset li, bħala amministratur diliġenti, hija għandha tissodisfa l-punti ta’ fatt kollha marbuta mal-kawża. Hija indikat li f’dan il-każ, dawn id-doveri kienu jikkonsistu f’li tevalwa, minbarra l-kuntest tal-bejgħ u tal-iżvilupp tas-servizzi broadband u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>triple play<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> ipprovduti bl-imnut u bl-ingrossa wara l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, il-kuntest tal-ippjanar, tal-preparazzjoni ta’ dawn is-servizzi, tal-investimenti relatati magħhom u mat-tqegħid fis-suq tagħhom, kif ukoll l-iżvilupp tagħhom sal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata I (b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna s-sena 2003 u l-ewwel erba’ xhur tas-sena 2004), indipendentement mill-fatt li wħud minn dawn l-avvenimenti seħħew qabel l-adeżjoni tar-Repubblika Slovakka mal-Unjoni. Il-Kummissjoni żiedet tgħid li, peress li hija setgħet tinkludi tali konstatazzjonijiet fattwali f’deċiżjoni li timponi multi, hija kienet kompetenti, abbażi tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1/2003, li titlob l-informazzjoni u dokumenti li kienu jippermettulha li twettaq l-imsemmija konstatazzjonijiet (premessa 12 tad-deċiżjoni kkontestata I).</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qieset, l-ewwel nett, li data preċedenti għall-2004 li tikkonċerna l-iżvilupp tas-swieq tat-telekomunikazzjonijiet u l-attivitajiet tar-rikorrenti f’dawn is-swieq kienet rilevanti għall-analiżi tal-aġir tar-rikorrenti wara l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, b’mod partikolari għall-finijiet tad-definizzjoni tas-swieq inkwistjoni u tad-determinazzjoni taż-żamma possibbli mir-rikorrenti ta’ pożizzjoni dominanti f’dawn is-swieq mill-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, peress li fir-rigward ta’ tali evalwazzjonijiet hija ma setgħetx tibbaża ruħha fuq ċifri statiċi u kellha tieħu inkunsiderazzjoni l-iżvilupp ekonomiku, b’mod partikolari matul il-perijodu preċedenti għall-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE> (premessa 13 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Kummissjoni indikat li l-aggregazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>ATM<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> u n-netwerk bażiku tar-rikorrenti (punti I u II tal-Anness I tad-deċiżjoni kkontestata I) kienu tqiegħdu fis-suq qabel l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE> u li, fid-data ta’ din id-deċiżjoni, hija kienet tużahom dejjem sabiex tipprovdi servizzi broadband bl-ingrossa u bl-imnut (premessa 14 tad-deċiżjoni kkontestata I).</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni rrilevat li d-dokumenti msemmija fil-mistoqsijiet 16 u 17 tal-Anness III tat-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni u msemmija fil-punti III u IV tal-Anness I tad-deċiżjoni kkontestata I kienu jikkonċernaw servizzi broadband bl-ingrossa u bl-imnut li kienu tqiegħdu fis-suq fl-2003 u li r-rikorrenti kienet kompliet tipprovdihom wara l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>. Hija ppreċiżat li l-informazzjoni inkwistjoni kienet tikkonċerna l-ippjanar ta’ dawn is-servizzi, it-tqegħid fis-suq tagħhom, l-investimenti relatati magħhom u l-iżvilupp tagħhom, il-pożizzjoni tagħhom fis-suq, ir-regolamentazzjoni tagħhom, il-prodotti kompetituri tagħhom kif ukoll ċirkustanzi rilevanti oħra. Il-Kummissjoni żiedet li dokumenti oħra kienu jikkonċernaw l-istrateġija tal-kumpannija fis-suq broadband, l-istrateġija regolamentarja, il-previżjonijiet u d-diskussjonijiet fuq is-sitwazzjoni tas-suq u r-reazzjonijiet tar-rikorrenti f’dan ir-rigward kif ukoll il-preparazzjoni tal-offerta ta’ riferiment għas-separazzjoni tal-linji lokali u l-kwistjonijiet regolamentari relatati magħha. Minħabba dan il-fatt, dawn id-dokumenti huma utli għall-investigazzjoni tal-Kummissjoni f’dan il-każ u neċessarji fis-sens tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1/2003, sabiex tevalwa l-kuntest ekonomiku u finanzjarju globali tat-tqegħid fis-suq u l-provvsta bl-imnut u bl-ingrossa ta’ servizzi ta’ aċċess broadband fit-territorju tar-Repubblika Slovakka kif ukoll il-kompatibbiltà tal-aġir tar-rikorrenti mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni (premessa 15 tad-deċiżjoni kkontestata I).</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Id-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata jinqara kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Artikolu 1</TI.ART><ALINEA><P>Slovak Telekom a.s. għandha tipprovdi, mhux iktar tard mit-<DATE ISO="20090922">22 ta’ Settembru 2009</DATE>, l-informazzjoni msemmija fl-Anness I ta’ din id-[d]eċiżjoni. L-Anness I jikkostitwixxi parti integrali minn din id-[d]eċiżjoni.</P></ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="002"><TI.ART>Artikolu 2</TI.ART><ALINEA>Fin-nuqqas ta’ Slovak Telekom li tipprovdi l-informazzjoni mitluba korrettament u kompleta fil-perijodu ppreċiżat fl-Artikolu 1, ser jiġu imposti fuqha pagamenti ta’ penalità ta’ 1 % tad-dħul mill-bejgħ tagħha ta’ kull ġurnata matul is-sena finanzjarja preċedenti, li tikkorrispondi għal EUR 28 114 [...], għal kull jum ta’ dewmien, ikkalkolata mid-data stabbilita f’din id-[d]eċiżjoni.</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="003"><TI.ART>Artikolu 3</TI.ART><ALINEA>Din id-[d]eċiżjoni hija indirizzata lil Slovak Telekom, a.s., li l-uffiċċju rreġistrat tagħha jinsab fi Karadžičova 10, 825 13 Bratislava, ir-Repubblika Slovakka, kif ukoll lill-impriżi kollha li hija tikkontrolla direttament jew indirettament, waħedha jew konġuntament.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20090922">22 ta’ Settembru 2009</DATE>, ir-rikorrenti kkomunikat lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha mitluba minnha.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni kkontestata II</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20100208">8 ta’ Frar 2010</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C (2010) 902 dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 24(1) tar-Regolament Nru 1/2003 (Każ COMP/39.523 — Slovak Telekom).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni, essenzjalment, fakkret diversi kunsiderazzjonijiet li diġà jidhru fid-deċiżjoni kkontestata I (premessi 2, 5 u 6 tad-deċiżjoni kkontestata II) (ara l-punti 12 u 13 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni indikat, l-ewwel nett, li r-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>rapport tip UNI<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> dwar is-sena 2003, mitlub fil-punt 1 tal-Anness I tad-deċiżjoni kkontestata II, kien fih data ta’ kontabbiltà dwar is-servizzi broad band ipprovduti bl-ingrossa u bl-imnut mir-rikorrenti, bħall-irċevuti, l-ispejjeż u l-profitt. Hija għalhekk qieset li dan id-dokument kien neċessarju sabiex tkun tista’ tevalwa l-profitt tas-servizzi broad band tar-rikorrenti matul il-perijodu kollu inkluż bejn it-tqegħid fis-suq tagħhom fis-sena 2003 u d-data tad-deċiżjoni kkontestata II (premessa 3 tad-deċiżjoni kkontestata II).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Kummissjoni indikat li l-informazzjoni u d-dokumenti li jikkonċernaw is-sena 2003, mitluba fil-punti 2 sa 4 tal-Anness I tad-deċiżjoni kkontestata II, dwar l-ispejjeż ta’ kisba ta’ klijenti ġodda u ta’ ċerti spejjeż f’kapital ta’ Slovak Telekom għall-provvista ta’ ċerti servizzi broadband kienu neċessarji għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-aġir allegatament abbużiv wara l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>. Hija fil-fatt qieset li l-infiq bħall-ispejjeż f’kapital u l-infiq ta’ funzjonament inkorsi matul sena finanzjarja setgħu jiġu ammortizzati fuq żmien itwal u li dan ikollu riperkussjonijiet fuq il-kalkolu tal-infiq u tal-profitt matul is-snin finanzjarji sussegwenti (premessa 3 tad-deċiżjoni kkontestata II).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kkunsidrat li kien xieraq li titlob l-informazzjoni inkwistjoni permezz ta’ deċiżjoni, fid-dawl b’mod partikolari tar-riskju ta’ dewmien fil-komunikazzjoni tagħha, għall-fatt li r-rikorrenti fil-passat kienet irrifjutat li tipprovdi informazzjoni dwar il-perijodu li ppreċeda l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE> u għar-rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata I pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-458/09 (ara punt 25 iktar ’il quddiem) (premessi 7 u 13 tad-deċiżjoni kkontestata II).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Id-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata II jinqara kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Artikolu 1</TI.ART><ALINEA>Slovak Telekom a.s. għandha tipprovdi, mhux iktar tard mit-<DATE ISO="20100223">23 ta’ Frar 2010</DATE>, l-informazzjoni msemmija fl-Anness I ta’ din id-[d]eċiżjoni. L-Anness I jikkostitwixxi parti integrali minn din id-[d]eċiżjoni.</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="002"><TI.ART>Artikolu 2</TI.ART><ALINEA>F’każ li Slovak Telekom tonqos milli tipprovdi l-informazzjoin mitluba korrettament u komplet fil-perijodu msemmi fl-Artikolu 1, hija ser tiġi imposta pagamenti ta’ penalità ta’ 1 % tad-dħul mill-bejgħ ta’ kull ġurnata matul is-sena finanzjarja preċedenti, li tikkorrispondi għal EUR 28 114 [...], għal kull jum ta’ dewmien, ikkalkolata mid-data stabbilita minn din id-[d]eċiżjoni.</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="003"><TI.ART>Artikolu 3</TI.ART><ALINEA>Din id-[d]eċiżjoni hija indirizzata lil Slovak Telekom, a.s., li l-uffiċċju rreġistrat tagħha jinsab fi Karadžičova 10, 825 13 Bratislava, ir-Repubblika Slovakka, kif ukoll lill-impriżi kollha li hija tikkontrolla direttament jew indirettament, waħedha jew konġuntament.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikorsi ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20091113">13 ta’ Novembru 2009</DATE> u l-<DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat dawn il-kawżi dwar, f’dak li jikkonċerna l-Kawża T-458/09, id-deċiżjoni kkontestata I, u, f’dak li jikkonċerna l-Kawża T-171/10, id-deċiżjoni kkontestata II.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn ir-rikorsi, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla rispettivament id-deċiżjoni kkontestata I u d-deċiżjoni kkontestata II;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’kull rikors, il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, talbet lill-Kummissjoni tipproduċi dokumenti. Il-Kummissjoni wieġbet fit-terminu mogħti.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Sussegwentement għal talba f’dan is-sens mir-rikorrenti, li l-Kummissjoni ma opponietx, il-Kawżi T-458/09 u T-171/10 ngħaqdu għall-finijiet tal-proċedura orali tas-sentenza, b’digriet tal-President tat-Tmien Awla tat-<DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tal-<DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Insostenn ta’ kull wieħed minn dawn ir-rikorsi, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1/2003. It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>prinċipju tal-ekwità tal-proċedura<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>. Fl-aħħar nett, it-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq żball ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ liġi fl-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1/2003</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1/2003. Skont ir-rikorrenti, peress li l-Kummissjoni ma kellhiex kompetenza sabiex tapplika l-Artikolu 82 KE u l-Artikolu 102 TFUE għal attivitajiet fit-territojru tar-Repubblika Slovakka qabel l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni, hija ma kinitx awtorizzata titlob, skont l-Artikolu 18(3) ta’ dan ir-regolament, informazzjoni li tikkonċerna l-perijodu preċedenti għal din l-adeżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tfakkar f’dan ir-rigward li peress illi l-Artikolu 82 KE u l-Artikolu 102 TFUE ma japplikawx għall-perijodu kopert mid-deċiżjonijiet ikkontestati, il-kompetenza tal-Kummissjoni hija limitata għall-abbużi mwettqa minn impriżi f’pożizzjoni dominanti fis-suq komuni jew f’parti sostanzjali minnu, sa fejn il-kummerċ bejn Stati Membri jista’ jiġi affettwat minn dan. Issa, f’dan il-każ, dawn il-kundizzjonijiet ma kinux ġew sodisfatti qabel l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>. Fil-fatt, qabel din id-data, is-suq Slovakk tat-telekomunikazzjonijiet ma kienx għamel parti mis-suq komuni u l-aġir tar-rikorrenti ma setax jeffettwa l-iskambji bejn Stati Membri. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma<?PAGE NO="7"?> tikkontestax dan fid-deċiżjonijiet ikkontestati I u II. Barra minn hekk, il-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Slovakka, min-naħa l-oħra (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="2" NO.OJ="359" DATE.PUB="1994">ĠU 1994, L 359, p. 2</REF.DOC.OJ>) ma għamilx l-Artikoli 81 KE u 82 KE u lanqas l-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE direttament applikabbli għar-Repubblika Slovakka qabel l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, l-obbligi u l-kompetenzi tal-Kummissjoni li jirriżultaw mir-Regolament Nru 1/2003, b’mod partikolari l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 24(1)(d) tiegħu huma ddeterminati u limitati mill-għan tal-investigazzjoni, jiġifieri l-implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, u għalhekk mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 81 KE u 82 KE, minn naħa, u l-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE, min-naħa l-oħra. F’dan ir-rigward, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>informazzjoni neċessarja<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> li jinsab fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1/2003 jeħtieġ rabta suffiċjenti bejn it-talba għal informazzjoni u l-ksur preżunt. Madankollu, f’dawn il-kawżi, ma teżisti ebda rabta bejn l-informazzjoni mitluba u l-ksur allegat, peress li ebda ksur ma jista’ jiġi kkonstatat qabel l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma hijiex awtorizzata sabiex tinvestiga skont l-Artikolu 82 KE u l-Artikolu TFUE u ma tistax tibbaża ruħha fuq informazzjoni li kienet ittrattat l-aġir tar-rikorrenti matul il-perijodu li ppreċeda l-adeżjoni tar-Repubblika Slovakka mal-Unjoni sabiex tiġi evalwata l-kompatibbiltà tal-prattiki tar-rikorrenti mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni wara din l-adeżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li, hekk kif il-Kummissjoni espressament indikat b’messaġġ elettroniku tal-<DATE ISO="20090605">5 ta’ Ġunju 2009</DATE> indirizzat lir-rikorrenti (ara l-punt 6 iktar ’il fuq), fil-premessa 4 tad-deċiżjoni kkontestata I u l-premessa 9 tad-deċiżjoni kkontestata II, u li rrepetiet fl-iskritturi tagħha u waqt is-seduta, id-deċiżjonijiet ikkontestati I u II għandhom bħala għan li tinkiseb informazzjoni fattwali konkreta, li parti minnha hija preċedenti għall-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, sabiex tinvestiga fuq l-eżistenza possibbli, wara din id-data, ta’ rifjut tar-rikorrenti u ta’ kumpanniji li hija tikkontrolla sabiex jikkonkludu tranżazzjonijiet, ta’ pressjoni possibbli tal-marġni u ta’ kull aġir ieħor possibbli ta’ esklużjoni fir-rigward ta’ servizzi ta’ aċċess separat għal-linji lokali bl-ingrossa, ta’ servizzi oħra ta’ aċċess broadband bl-ingrossa u ta’ servizzi ta’ aċċess broadband bl-imnut. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni indikat, li f’dan l-istadju ma kinitx kwistjoni li jiġi kkonstatat ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni għall-perijodu li ppreċeda l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 3(1)(g) KE, l-azzjoni tal-Komunità Ewropea tinkludi, taħt il-kundizzjonijiet u skont ir-ritmi previsti mit-trattat, sistema li tiggarantixxi li l-kompetizzjoni fis-suq intern ma tkunx distorta. Minbarra dan, sa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, l-Unjoni għandha tistabbilixxi suq intern. Dan tal-aħħar, skont il-Protokoll Nru 27 dwar is-suq intern u l-kompetizzjoni, anness mat-Trattati UE u FUE (<REF.DOC.OJ COLL="C" PAGE.FIRST="309" NO.OJ="083" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, C 83, p. 309</REF.DOC.OJ>), jinkludi sistema li tiggarantixxi li l-kompetizzjoni ma tkunx distorta.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>L-Artikoli 81 KE u 82 KE, kif ukoll l-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE, jappartjenu għan-numru tar-regoli tal-kompetizzjoni li, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 3(1)(b) TFUE, huma neċessarji għall-funzjonament ta’ dan is-suq intern.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, tali regoli għandhom preċiżament l-għan li jiġi evitat li l-kompetizzjoni tiġi distorta bi ħsara għall-interess ġenerali, tal-impriżi individwali u tal-konsumaturi, u b’hekk, jikkontribwixxu sabiex jiġi żgurat il-benesseri fl-Unjoni (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20110217">17 ta’ Frar 2011</DATE>, TeliaSonerar, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-52/09" PAGE.ECR="I-527" YEAR="2011">C-52/09, Ġabra p. I-527</REF.DOC.ECR>, punt 22 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li r-Regolament Nru 1/2003, applikat skont l-Artikolu 83(1) KE, skont it-termini tal-Artikolu 83(2)(a) tiegħu, għandu bħala għan li jiżgura l-osservanza tal-projbizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 81 KE u 82 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, ir-Regolament Nru 1/2003 jagħti lill-Kummissjoni setgħa ta’ investigazzjoni u ta’ verifika wiesgħa meta jipprovdi, fl-Artikolu 18(1) tiegħu, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[s]abiex tagħmel id-doveri assenjati lilha min dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ talba sempliċi jew ta’ deċiżjoni, tirrikjedi<?PAGE NO="8"?> l-impriża u l-assoċjazzjoni ta’ l-impriża li tipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. Il-premessa 23 ta’ dan ir-regolament tippreċiża f’dan ir-rigward li l-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>għandha jkollha is-saħħa [fi ħdan l-Unjoni] li tirrekwiżixxi l-informazzjoni li tiġi mogħtija kif neċċessarju biex tiskopri [...] abbuż ta’ posizzjonijiet dominanti projbiti mil-Artikolu 82 [KE]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sabiex tinżamm l-effettività tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 1/2003, il-Kummissjoni għandha d-dritt li tobbliga lil impriża li tipprovdi l-informazzjoni neċessarja kollha li tirrigwarda fatti li hija jista’ jkollha għarfien dwarhom u li tikkomunikalha, skont il-bżonn, id-dokumenti relatati magħha li jinsabu fil-pussess tagħha, anki jekk dawn jistgħu jservu sabiex jistabbilixxu, fir-rigward tagħha jew kontra impriża oħra, l-eżistenza ta’ aġir antikompetittiv [(ara l-premessa 23 tar-Regolament Nru 1/2003; ara wkoll, b’analoġija, fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17, tas-6 ta’ Fra 1962, l-ewwel Regolament li jimplimenta l-Artikoli (81 KE) u (82 KE) tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 3), is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19891018">18 ta’ Ottubru 1989</DATE>, Orkem vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="374/87" PAGE.ECR="3283" YEAR="1989">374/87, Ġabra p. 3283</REF.DOC.ECR>, punti 34 u 35; tas-<DATE ISO="20040107">7 ta’ Jannar 2004</DATE>, Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-204/00 P+C-205/00 P+C-211/00 P+C-213/00 P+C-217/00 P+C-219/00 P" PAGE.ECR="I-123" YEAR="2004">C-204/00 P, C-205/00 P, C-211/00 P, C-213/00 P, C-217/00 P u C-219/00 P, Ġabra p. I-123</REF.DOC.ECR>, punt 61, u tad-<DATE ISO="20060629">29 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs SGL Carbon, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-301/04 P" PAGE.ECR="I-5915" YEAR="2006">C-301/04 P, Ġabra p. I-5915</REF.DOC.ECR>, punt 41; sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20100428">28 ta’ April 2010</DATE>, Amann &amp; Söhne u Cousin Filterie vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-446/05" PAGE.ECR="II-1255" YEAR="2010">T-446/05, Ġabra p. II-1255</REF.DOC.ECR>, punt 327].</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>informazzjoni neċessarja<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> għandu jiġi interpretat skont l-għanijiet li fid-dawl tagħhom is-setgħat investigattivi inkwistjoni ngħataw lill-Kummissjoni. Dan jiġi sodisfatt bir-rekwiżit ta’ korrelazzjoni bejn it-talba għal informazzjoni u l-ksur preżunt, peress li, f’dan l-istadju tal-proċedura, din it-talba tista’ tiġi leġittimament ikkunsidrata bħala li tippreżenta relazzjoni mal-ksur preżunt, fis-sens li l-Kummissjoni tista’ raġonevolment tippresupponi li d-dokument ser jgħinha sabiex tistabbilixxi l-eżistenza tal-ksur allegat (sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19941212">12 ta’ Diċembru 1994</DATE>, SEP vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-39/90" PAGE.ECR="II-1497" YEAR="1994">T-39/90, Ġabra p. II-1497</REF.DOC.ECR>, punt 29, ikkonfermata fl-istadju tal-appell permezz tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="19940519">19 ta’ Mejju 1994</DATE>, SEP vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-36/92 P" PAGE.ECR="I-1911" YEAR="1994">C-36/92 P, Ġabra p. I-1911</REF.DOC.ECR>, punt 21, u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs għas-sentenza tad-<DATE ISO="19940519">19 ta’ Mejju 1994</DATE>, SEP vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, Ġabra p. I-1914, punt 21).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Minbarra dan, mill-Kummissjoni tista’ tiġi mitluba biss il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni li tista’ tippermettilha li tivverifika l-preżunzjonijiet ta’ ksur li jiġġustifikaw l-iżvolġiment tal-investigazzjoni u li huma indikati fit-talba għal informazzjoni (sentenzi tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19911212">12 ta’ Diċembru 1991</DATE>, SEP vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 25, u tat-<DATE ISO="19950308">8 ta’ Marzu 1995</DATE>, Société Générale vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-34/93" PAGE.ECR="II-545" YEAR="1995">T-34/93, Ġabra p. II-545</REF.DOC.ECR>, punt 40). Barra minn hekk, fid-dawl tas-setgħa ta’ investigazzjoni u ta’ verifika wiesgħa tal-Kummissjoni, hija din li għandha tevalwa n-neċessità tal-informazzjoni li hija titlob mingħand l-impriżi kkonċernati (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġutsizzja tat-<DATE ISO="19820518">18 ta’ Mejju 1982</DATE>, AM &amp; S Europe vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="155/79" PAGE.ECR="1575" YEAR="1982">155/79, Ġabra p. 1575</REF.DOC.ECR>, punt 17; Orkem vs Il-Kummissjoni, punt 41 iktar ’il fuq, punt 15; tat-<DATE ISO="20021022">22 ta’ Ottubru 2002</DATE>, Roquette Frères, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-94/00" PAGE.ECR="I-9011" YEAR="2002">C-94/00, Ġabra p. I-9011</REF.DOC.ECR>, punt 78, u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20070308">8 ta’ Marzu 2007</DATE>, France Télécom vs Il-Kummissjoni, Ġabra p. II-573, punt 148).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Għandu fl-aħħar nett jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat, diversi drabi, fil-kuntest tal-applikazzjoni tar-Regolament Nru 17, li l-impriża li tkun qed tiġi investigata hija suġġetta għal obbligu ta’ kollaborazzjoni attiva, li jimplika li hija żżomm għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-elementi ta’ informazzjoni kollha relatati mas-suġġett tal-investigazzjoni (sentenzi Orkem vs Il-Kummissjoni, punt 41 iktar ’il fuq, punt 27, Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 41 iktar ’il fuq, punt 62, u Il-Kummissjoni vs SGL Carbon, punt 41 iktar ’il fuq, punt 40).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kliem tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1/2003, tal-għan tiegħu u skont il-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 41 sa 44 iktar ’il fuq, hemm lok li jiġi kkunsidrat li s-setgħat investigattivi li huma previsti minn din id-dispożizzjoni huma suġġetti biss għar-rekwiżit tan-neċessità tal-informazzjoni mitluba, evalwata mill-Kummissjoni, sabiex tivverifika l-preżunzjonijiet ta’ ksur li<?PAGE NO="9"?> jiġġustifikaw l-iżvolġiment tal-investigazzjoni, u b’mod partikolari, f’dan il-każ, li tiġi żvelata l-applikazzjoni abbużiva ta’ pożizzjoni dominanti pprojbita mill-Artikolu 82 KE u mill-Artikolu 102 TFUE. Għalhekk, kull interpretazzjoni tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1/2003 li twassal li tipprojbixxi lill-Kummissjoni, bħala prinċipju, li titlob lil impriża informazzjoni dwar perijodu li matulu r-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni ma kinux applikabbli għaliha, filwaqt li tali informazzjoni hija neċessarja sabiex jiġi żvelat ksur possibbli ta’ dawn ir-regoli mill-mument meta dawn ikunu applikabbli għaliha, jista’ jwassal sabiex din id-dispożizzjoni tiġi mċaħħda mill-effettività tagħha u jmur kontra l-obbligu tal-Kummissjoni li teżamina b’attenzjoni u imparzjalità l-elementi rilevanti kollha tal-każ ineżami (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="19911121">21 ta’ Novembru 1991</DATE>, Technische Universität München, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-269/90" PAGE.ECR="I-5469" YEAR="1991">C-269/90, Ġabra p. I-5469</REF.DOC.ECR>, punt 14; sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="19920124">24 ta’ Jannar 1992</DATE>, LaCinq vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-44/90" PAGE.ECR="II-1" YEAR="1992">T-44/90, Ġabra p. II-1</REF.DOC.ECR>, punt 86, u tat-<DATE ISO="20030930">30 ta’ Settembru 2003</DATE>, Atlantic Container Line <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-191/98+T-212/98+T-213/98+T-214/98" PAGE.ECR="II-3275" YEAR="2003">T-191/98, T-212/98 sa T-214/98, Ġabra p. II-3275</REF.DOC.ECR>, punt 404).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni hija barra minn hekk ibbażata fuq il-premessa żbaljata li informazzjoni dwar perijodu li matulu r-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni ma kinux applikabbli għal impriża ma tistax tippermetti li jiġi spjegat li avvenimenti kienu seħħew matul dan l-istess perijodu.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Issa, l-ewwel nett, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà affermat f’dan ir-rigward, fil-każ tal-investigazzjonijiet deċiżi skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 17, li saru ma’ impriżi Spanjoli ftit wara l-adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja mal-Komunità, li ebda regola ma kienet tillimita l-kompetenza ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni għall-uniku aġir li kien seħħ wara l-adeżjoni (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="19891017">17 ta’ Ottubru 1989</DATE>, Dow Chemical Ibérica <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="97/87+98/87+99/87" PAGE.ECR="3165" YEAR="1989">97/87 sa 99/87, Ġabra p. 3165</REF.DOC.ECR>, punt 63).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Sussegwentement, hekk kif affermat il-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha tat-<DATE ISO="20060530">30 ta’ Mejju 2006</DATE>, Bank Austria Creditanstalt vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-198/03" PAGE.ECR="II-1429" YEAR="2006">T-198/03, Ġabra p. II-1429</REF.DOC.ECR>, punt 89), dwar każ ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 83 KE, l-inklużjoni, f’deċiżjoni li timponi multi, ta’ konstatazzjonijiet fattwali rigward akkordju ma tistax tiġi suġġetta għall-kundizzjoni li l-Kummissjoni tkun kompetenti biex tikkonstata ksur ta’ liġi relatat miegħu jew mal-kundizzjoni li tkun effettivament ikkonstatat dan il-ksur. Fil-fatt, huwa leġittimu, għall-Kummissjoni, li tiddeskrivi, f’deċiżjoni li tikkonstata ksur u li timponi sanzjoni, il-kuntest fattwali u storiku li jagħmel parti minnu l-aġir imputat (ara wkoll il-premessa 11 tad-deċiżjoni kkontestata I u l-premessa 5 tad-deċiżjoni kkontestata II).</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ma tistax f’dan ir-rigward tallega li s-sentenza Bank Austria Creditanstalt vs Il-Kummissjoni, punt 48 iktar ’il fuq, hija irrilevanti f’dan il-każ peress li, f’din il-kawża, il-qorti tal-Unjoni ma tatx deċiżjoni dwar il-kompetenzi tal-Kummissjoni fil-qasam ta’ stabbiliment tal-fatti fiċ-ċirkustanzi fejn ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni ma japplikawx u li ngħatat deċiżjoni biss dwar id-dritt għall-Kummissjoni li tippubblika ċerta informazzjoni dwar il-perijodu li jippreċedi l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija mal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, ir-rikorrenti f’din il-kawża kienet espressament sostniet li l-pubblikazzjoni tal-partijiet tad-deċiżjoni li timponi l-multi li huma relatati mal-perijodu li ppreċeda l-adeżjoni tar-Repubblka tal-Awstrija mal-Unjoni kienet illegali għar-raġuni, b’mod partikolari, li l-Kummissjoni ma kinitx kompetenti biex tiddeċiedi dwar ksur li hija kienet wettqet fl-Awstrija matul dan il-perijodu. Min-naħa l-oħra, minn din is-sentenza jirriżulta li l-Qorti Ġenerali effettivament qieset mhux biss li l-inklużjoni, fid-deċiżjoni li timponi l-multi, ta’ konstatazzjonijiet fattwali li kienu jirrigwardaw akkordju ma tistax tiġi suġġetta għall-kundizzjoni li l-Kummissjoni tkun kompetenti biex tikkonstata ksur relatat miegħu jew għall-kundizzjoni li hija tkun effettivament ikkonstatat tali ksur, iżda, ukoll, li dan japplika wkoll għall-pubblikazzjoni ta’ tali konstatazzjonijiet, peress li din setgħet tkun utli biex il-pubbliku kkonċernat ikun jista’ jifhem sew ir-raġunijiet ta’ din id-deċiżjoni (sentenza Bank Austria Creditanstalt vs Il-Kummissjoni, punt 48 iktar ’il fuq, punti 81 u 89).</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi enfasizzat li l-qorti tal-Unjoni rrikonoxxiet in-neċessità għall-Kummissjoni, fil-kuntest ta’ kawżi li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE, li titlob informazzjoni dwar perijodu preċedenti għall-perijodu li fih seħħ il-ksur għall-finijiet li jiġi ppreċiżat il-kuntest li fih aġir seħħ matul dan l-aħħar perijodu. Għalhekk, fis-sentenza tagħha tal-<DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE>, Raiffeisen Zentralbank Österreich <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-259/02+T-260/02+T-261/02+T-262/02+T-263/02+T-264/02+T-271/02" PAGE.ECR="II-5169" YEAR="2006">T-259/02 sa T-264/02 u T-271/02, Ġabra p. II-5169</REF.DOC.ECR>, punt 150), il-Qorti Ġenerali enfasizzat il-leġittimità tad-deskrizzjoni mill-Kummissjoni, f’deċiżjoni li imponiet multi, tal-kuntest iktar wiesa’ li fih seħħ l-aġir li jikkostitwixxi ksur. Iċ-ċirkustanza, sostnuta mir-rikorrenti, li l-impriżi kkonċernati, f’din il-kawża, ma kinux ikkontestaw l-eżattezza tal-konstatazzjonijiet konkreti li jinsabu fid-deċiżjoni kkonċernata għar-raġuni li huma ma kinux ibbażati fuq provi li jirriżultaw mill-perijodu inkwistjoni (sentenza Raiffeisen Zentralbank Österreich <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 151) hija irrilevanti f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, fis-sentenza tagħha tat-<DATE ISO="20080708">8 ta’ Lulju 2008</DATE>, Lafarge vs Il-Kummissjoni (T-54/03, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 428), il-Qorti Ġenerali qieset ukoll li nota preċedenti għall-perijodu li fih seħħ il-ksur setgħet tittieħed inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>sabiex tinbena immaġni globali tal-kuntatti bejn il-kompetituri u [setgħet] għalhekk tikkorrobora l-interpretazzjoni tal-provi l-oħra li skont dawn l-impriżi kompetituri inkwistjoni, f’dan il-każ, kellhom kuntatti bejniethom fuq iż-żieda fil-prezzijiet<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, hemm lok li jiġu miċħuda l-argumenti fejn skont dawn, bħala prinċipju, il-Kummissjoni ma tistax tibbaża ruħha fuq informazzjoni li ttrattat l-aġir tar-rikorrenti preċedenti għall-adeżjoni tar-Repubblika Slovakka mal-Unjoni sabiex tevalwa l-kompatibbiltà tal-prattiki tagħha, sussegwenti għal din l-adeżjoni, mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tafferma barra minn hekk li ebda aġir preċedenti għall-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE> ma jista’ jkun rilevanti sabiex jiġi evalwat jekk hija kisritx l-Artikolu 82 KE jew l-Artikolu 102 TFUE wara l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>. Hija fil-fatt issostni li peress li ma teżisti ebda rabta bejn il-kriterju legali tal-ksur inkwistjoni u l-informazzjoni mitluba, l-Artikolu 82 KE u l-Artikolu 102 TFUE ma humiex applikabbli għall-fatti kkonċernati mill-investigazzjoni tal-Kummissjoni qabel l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Tali argument għandu jiġi miċħud. Fil-fatt, l-ewwel nett, hemm lok li jiġi kkunsidrat li informazzjoni jew dokumenti dwar l-iżvolġiment tas-swieq inkwistjoni u l-impriżi attivi f’dawn is-swieq jistgħu jippermettu lill-Kummissjoni, indipendentement mill-preċedenza tagħhom meta pparagunati mal-perijodu li fih seħħ il-ksur preżunt, li tistabbilixxi s-swieq inkwistjoni jew li tiddetermina jekk l-impriża kkonċernata żżommx pożizzjoni dominanti f’dawn is-swieq (premessa 13 tad-deċiżjoni kkontestata I).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-abbużi allegati mill-Kummissjoni sabiex tiġġustifika l-ftuħ tal-proċedura ta’ ksur (ara l-punt 3 iktar ’il fuq), għandu wkoll jiġi enfasizzat li ċerta informazzjoni dwar l-ispejjeż preċedenti għall-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE> setgħu jirriżultaw neċessarji sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza possibbli ta’ effett ta’ diviżjoni, hekk kif ġie ammess mir-rikorrenti waqt is-seduta. Għalhekk, jista’ jkun li ċerti spejjeż ta’ investiment għandhom ikunu s-suġġett ta’ ammortizzazzjoni fuq perijodu li ma jikkoinċidix neċessarjament mal-perijodu li fih seħħ il-ksur (ara l-premessa 3 tad-deċiżjoni kkontestata II). Dan jirriżulta barra minn hekk mill-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni dwar l-abbużi minn pożizzjoni dominanti, invokata mir-rikorrenti [ara l-premessi 76 u 77 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-<DATE ISO="20030716">16 ta’ Lulju 2003</DATE> dwar proċedura skont l-Artikolu 82 KE (COMP/38.233 — Wanadoo Interactive); ara wkoll, b’mod partikolari, il-premessi 328, 474 sa 489 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20070704">4 ta’ Lulju 2007</DATE> dwar proċedura skont l-Artikolu 82 KE (COMP/38.784 — Wanadoo España vsTelefónica)]. F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi miċħud l-argument tar-rikorrenti, ifformulat fil-Kawża T-171/10, li skont dan l-informazzjoni speċifika mitluba mill-Kummissjoni għandha tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>strettament<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> neċessarja f’dan il-każ għall-applikazzjoni tal-kriterju tal-pressjoni tal-marġnijiet. Fil-fatt, hekk kif issostni l-Kummissjoni, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1/2003 ssuġġerita mir-rikorrenti timponi fuq il-Kummissjoni, qabel kull talba għal informazzjoni, li tkun taf il-kontenut tad-dokumenti mitluba kif ukoll l-importanza tagħhom fir-rigward tal-finijiet tal-investigazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’ċerti każijiet, l-informazzjoni disponibbli dwar l-ispejjeż ma tkunx speċifika għal perijodu li ma jkunx relatat mal-ksur [ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 64 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-<DATE ISO="20030716">16 ta’ Lulju 2003</DATE> dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 82 KE (COMP/38.233 — Wanadoo Interactive)]. Tali ipoteżi tibqa’ espressament irrikonoxxuta mir-rikorrenti, fejn din indikat lill-Kummissjoni, b’messaġġ elettroniku tal-<DATE ISO="20090814">14 ta’ Awwissu 2009</DATE>, li hija kienet iddeċidiet li tikkomunikalha ċerta informazzjoni għas-sena 2004, preċedenti għall-adeżjoni tar-Repubblika Slovakka mal-Unjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>peress li ma kienx possibbli li l-informazzjoni kkonċernata tiġi maqsuma b’mod li jinftiehem<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> (ara l-punt 10 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, hekk kif irrilevat ġustament il-Kummissjoni, dokumenti li jirreferu għal deċiżjonijiet meħuda mir-rikorrenti jew ftehim konklużi minnha qabel l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, iżda implementati wara l-adeżjoni tar-Repubblika Slovakka mal-Unjoni, jistgħu wkoll jiġu kkunsidrati bħala neċessarji mill-Kummissjoni sabiex tkun tista’ tistabbilixxi l-fatti sussegwenti għal din l-adeżjoni u tinterpretahom korrettament.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Għalhekk, elementi intiżi sabiex juru intenzjoni possibbli ta’ tneħħija tal-kompetituri jistgħu jirriżultaw rilevanti fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE, għall-finijiet tal-investigazzjoni tal-kwistjoni (ara, f’dan is-sens, fir-rigward ta’ deċiżjoni li tordna spezzjoni, is-sentenza France Télécom vs Il-Kummissjoni, punt 43 iktar ’il fuq, punt 150; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19910703">3 ta’ Lulju 1991</DATE>, AKZO vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-62/86" PAGE.ECR="I-3359" YEAR="1991">C-62/86, Ġabra p. I-3359</REF.DOC.ECR>, punti 71 u 72, u TeliaSonera, punt 38 iktar ’il fuq, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>It-tielet nett, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, il-Kummissjoni tista’ permezz ta’ deċiżjoni timponi multi fuq l-impriżi meta, jew intenzjonalment jew b’negliġenza, jiksru l-Artikolu 82 KE. Issa, ġie deċiż li, sabiex tiġi evalwata l-gravità tal-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni imputabbli lil impriża, sabiex jiġi stabbilit ammont ta’ multa li jkun proporzjonali għaliha, il-Kummissjoni setgħet tieħu inkunsiderazzjoni l-gravità partikolari ta’ ksur li jagħmel parti minn strateġija intenzjonata u koerenti intiża, permezz ta’ prattiki eliminatorji differenti fir-rigward tal-kompetituri, li tinżamm artifiċjalment jew tissaħħaħ il-pożizzjoni dominanti tal-impriża fis-swieq fejn il-kompetizzjoni kienet diġà limitata (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="19941006">6 ta’ Ottubru 1994</DATE>, Tetra Pak vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-83/91" PAGE.ECR="II-755" YEAR="1994">T-83/91, Ġabra p. II-755</REF.DOC.ECR>, punt 241, u tal-<DATE ISO="20100625">25 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Imperial Chemical Industries vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-66/01" PAGE.ECR="II-2631" YEAR="2010">T-66/01, Ġabra p. II-2631</REF.DOC.ECR>, punt 372 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Isegwi li informazzjoni u dokumenti, anki preċedenti għall-perijodu li fih seħħ il-ksur, bħal uħud mill-preżentazzjonijiet interni tar-rikorrenti msemmija fil-punt IV tal-Anness I tad-deċiżjoni kkontestata I, u li r-rilevanza tagħhom hija kkontestata mir-rikorrenti, li jistgħu jistabbilixxu l-eżistenza ta’ strateġija ta’ esklużjoni tar-rikorrenti jistgħu jgħinu lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-gravità tal-ksur possibbli u, għaldaqstant, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala neċessarji sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq id-doveri li ġew assenjati lilha mir-Regolament Nru 1/2003, fis-sens tal-Artikolu 18(1) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, il-fatt li l-kunċett ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti għandu kontenut oġġettiv u ma jimplikax l-intenzjoni li ssir ħsara ma jwassalx għall-kunsiderazzjoni li l-intenzjoni li wieħed jirrikorri għal prattiki li ma jaqgħux fil-parametri tal-kompetizzjoni fuq il-merti hija f’kull każ irrilevanti, peress li din tista’ dejjem tittieħed inkunsiderazzjoni insostenn ta’ konklużjoni li l-impriża kkonċernata wettqet abbuż minn pożizzjoni dominanti, anki jekk tali konklużjoni għandha qabelxejn tkun ibbażata fuq il-konstatazzjoni oġġettiva ta’ implementazzjoni materjali tal-aġir abbużiv. Għalhekk il-Kummissjoni għandha d-dritt li teżamina d-dokumentazzjoni interna tal-impriżi kkonċernati, peress li din tista’ turi li l-esklużjoni tal-kompetizzjoni kienet maħsuba jew, bil-kontra, tissuġġerixxi spjegazzjoni differenti mill-prattiki eżaminati.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-iżviluppi li jidhru iktar ’il fuq, u mingħajr ma hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar l-argumenti tal-Kummissjoni, imqajma fil-Kawża T-458/09, ibbażati fuq l-użu mir-rikorrenti ta’ elementi ta’ informazzjoni preċedenti għall-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, ir-rikorrenti ma tistax tallega li<?PAGE NO="12"?> informazzjoni u dokumenti preċedenti għal din id-data huma irrilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni mill-Kummissjoni ta’ rifjut possibbli ta’ provvista, ta’ eventwali pressjoni tal-marġni jew ta’ kull aġir possibbli ieħor ta’ esklużjoni (ara l-premessi 1 tad-deċiżjonijiet ikkontestati I u II), minħabba l-fatt li l-konstatazzjoni ta’ tali ksur tista’ tkun ibbażata biss fuq informazzjoni oġġettiva u sussegwenti għall-ksur.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, ir-rikorrenti fl-aħħar nett sostniet li ma kinitx teżisti rabta oġġettiva bejn l-informazzjoni kollha mitluba u l-ksur allegat, li jiġġustifika, sussidjarjament, annullament parzjali tad-deċiżjonijiet ikkontestati, peress li dawn kienu jikkonċernaw, tal-inqas parzjalment, ċerta informazzjoni li ma tippreżentax rabta oġġettiva mal-ksur allegat. Madankollu, mingħajr ma hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà ta’ tali talba, ikkontestata mill-Kummissjoni, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li ma hija bl-ebda mod sostnuta mir-rikorrenti, b’riżultat li għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-</HT><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>prinċipju tal-ekwità tal-proċedura<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li, billi adottat id-deċiżjonijiet ikkontestati I u II, il-Kummissjoni kisret il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>prinċipju tal-ekwità tal-proċedura<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> li huwa stabbilit mill-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="C" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="303" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, C 303, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>). Essenzjalment, skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni ma tapplikax l-attenzjoni, is-serjetà u d-diliġenza meħtieġa fl-investigazzjoni tagħha jekk l-analiżi tagħha ta’ aġir sussegwenti għall-adeżjoni tar-Repubblika Slovakka mal-Unjoni tkun mittiefsa minn informazzjoni preċedenti għal din l-adeżjoni, meta l-aġir preċedenti għall-adeżjoni inkwistjoni jkun perfettament legali mill-perspettiva tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. Fid-dawl ta’ dak li ntqal, il-Qorti Ġenerali tikkunsidra li r-rikorrenti għandha tiġi kkunsidrata, fil-kuntest tat-tieni motiv tagħha, bħala li tibbaża ruħha fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-premessa 37 tar-Regolament Nru 1/2003 tippreċiża li dan <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>jirrispetta id-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji magħrufin b’mod partikolari mil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>għandu jiġi interpretat u applikat b’rispett ghal dawk id-drittijiet u il-prinċipji<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. Minbarra dan, sa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Karta, skont l-Artikolu 6(1) TUE, għandu jkollha l-istess valur legali bħat-Trattati.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>L-Artikolu 41 tal-Karta, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Id-dritt għal amministrazzjoni tajba<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> jipprovdi, fl-Artikolu 41(1) tiegħu, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>[k]ull persuna għandha d-dritt li dak kollu li jirrigwardaha jiġi ttrattat b’mod imparzjali u ġust u fi żmien raġonevoli mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-qorti tal-Unjoni dwar il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, fil-każijiet fejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom setgħa diskrezzjonali, l-osservanza tal-garanziji mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni fil-proċeduri amministrattivi għandha importanza iktar fundamentali. Fost dawn il-garanziji hemm, b’mod partikolari, l-obbligu tal-istituzzjoni li teżamina, b’attenzjoni u imparzjalità, l-elementi rilevanti kollha tal-każ inkwistjoni (sentenza Technische Universität München, punt 45 iktar ’il fuq, punt 14; sentenzi La Cinq vs Il-Kummissjoni, punt 45 iktar ’il fuq, punt 86, u Atlantic Container Line <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 45 iktar ’il fuq, punt 404).</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-preċiżazzjonijiet li għandu jiġi stabbilit jekk, meta adottat id-deċiżjonijiet ikkontestati, il-Kummissjoni kisritx il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li ma huwiex ammissibbli li, sabiex jiġi pprovat ksur tal-Artikolu 82 KE wara l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, il-Kummissjoni tipprova tikseb informazzjoni dwar l-aġir tagħha fis-suq f’mument meta hija ma kinitx obbligata li tosserva din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Tali argument għandu jiġi miċħud. Fil-fatt, huwa b’mod partikolari minħabba l-obbligu tal-Kummissjoni li teżamina, b’attenzjoni u imparzjalità, l-elementi rilevanti kollha tal-każ ineżami, li hija għandha tipprepara deċiżjoni bid-diliġenza kollha meħtieġa u li tieħu d-deċiżjoni tagħha abbażi tal-informazzjoni kollha li jista’ jkollha effett fuqha. Il-Kummissjoni għandha, f’dan ir-rigward, is-setgħa li titlob lill-impriżi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>l-informazzjoni kollha neċessarja<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Issa, hekk kif jirriżulta mill-iżviluppi li jidhru fil-kuntest tal-ewwel motiv, informazzjoni u dokumenti, anki preċedenti għall-adeżjoni tar-Repubblika Slovakka mal-Unjoni u għall-perijodu li fih seħħ il-ksur, jistgħu jirriżultaw neċessarji sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq id-doveri li huma assenjati lilha mir-Regolament Nru 1/2003 b’mod imparzjali u ekwu.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li l-investigazzjoni u l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni huma distorti fir-rigward tagħha. Hija fil-fatt issostni li d-dokumenti li hija għandha l-obbligu li tipproduċi skont id-deċiżjoni kkontestata I jistgħu jinfluwenzaw il-perċezzjoni li jkollha l-Kummissjoni rigward l-aġir tagħha wara l-adeżjoni tar-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea. Madankollu, fid-dawl tal-iżviluppi li jidhru fil-punti 41 sa 62 iktar ’il fuq, dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat. F’kull każ, tali argument għandu wkoll jiġi miċħud, peress illi huwa bbażat fuq premessa purament ipotetika. Fil-fatt, id-deċiżjonijiet ikkontestati I u II ma għandhomx bħala għan li janalizzaw l-aġir tar-rikorrenti wara l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, it-tieni motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ proporzjonalità</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress illi, fid-deċiżjonijiet ikkontestati I u II, hija kienet talbitha informazzjoni u dokumenti dwar il-perijodu preċedenti għall-adeżjoni tar-Repubblika Slovakka mal-Unjoni li ma humiex neċessarji għall-evalwazzjoni tal-ksur allegat tad-dritt tal-kompetizzjoni. Għandu jittieħed inkunsiderazzjoni f’dan ir-rigward il-prinċipju fundamentali tal-invjolabbiltà tal-isfera privata, li jeħtieġ li l-Kummissjoni ma teżerċitax is-setgħat investigattivi tagħha lil hinn minn dak li huwa neċessarju. Minbarra dan, mingħajr ma tifformula espressament raġuni bbażata fuq il-ksur tal-Artikolu 253 KE, f’dak li jikkonċerna d-deċiżjoni kkontestata I, u l-Artikolu 296 TFUE, f’dak li jikkonċerna d-deċiżjoni kkontestata II, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma tispjegax b’mod plawsibbli għaliex l-informazzjoni mitluba hija neċessarja għall-evalwazzjoni tal-aġir abbużiv allegat wara l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tirrileva wkoll li l-Kummissjoni diġà kisbet informazzjoni li tkopri iktar minn ħames snin mill-adeżjoni ta’ dan l-Istat Membru mal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, sa fejn ir-rikorrenti kellha effettivament l-intenzjoni li tifformula motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 253 KE u l-Artikolu 296 TFUE, dan għandu jiġi miċħud. Fil-fatt, l-istess kif il-Qorti tal-Ġutsizzja ddeċidiet fis-sentenza tagħha tas-<DATE ISO="19800626">26 ta’ Ġunju 1980</DATE>, National Panasonic vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="136/79" PAGE.ECR="2033" YEAR="1980">136/79, Ġabra p. 2033</REF.DOC.ECR>, punt 25), rigward l-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 17, u kif il-Qorti Ġenerali ddeċidiet fis-sentenza tagħha Société Générale vs Il-Kummissjoni, punt 43 iktar ’il fuq (punt 62) rigward l-Artikolu 11(3) tal-istess regolament, l-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 1/2003 jiddefinixxi l-elementi essenzjali ta’ motivazzjoni ta’ deċiżjoni li tintalab informazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Għalhekk, din id-dispożizzjoni tipprovdi li l-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>ħa ssemmi il-bażi legali u ir-raġuni għat-talba, tispeċifika liema informazzjoni hi rikjesta u twaħħal limitu ta’ ħin li fih l-informazzjoni għandha tiġi provduta<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>. Din id-dispożizzjoni tippreċiża barra minn hekk li l-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>tindika ukoll il-pieni previsti mil-Artikolu 23<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>tindika jew timponi il-pieni previsti mil-Artikolu 24<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>[h]i ħa tindika ukoll id-dritt ta’ reviżjoni tad-deċiżjoni mil-Qorti tal-Ġustizzja<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ma għandhiex obbligu li tikkomunika lid-destinatarju ta’ tali deċiżjoni l-informazzjoni<?PAGE NO="14"?> kollha li hija għandha rigward il-ksur preżunt, lanqas li tagħmel klassifikazzjoni legali sostanzjali ta’ dan il-ksur, iżda hija għandha tindika b’mod ċar il-preżunzjonijiet li hija għandha l-intenzjoni li tivverifika (sentenza Société Générale vs Il-Kummissjoni, punt 43 iktar ’il fuq, punt 62).</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>F’dan il-każ, minbarra li, minn naħa, il-premessi 20 u 21 u d-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata I u, min-naħa l-oħra, il-premessi 17 u 18 u d-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata II jirreferu espressament għas-sanzjonijiet u għad-dritt ta’ reviżjoni msemmi fil-punt 77 iktar ’il fuq, hemm lok li jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni, fil-premessi 12 sa 15 tad-deċiżjoni kkontestata I (ara l-punti 13 sa 16 iktar ’il fuq) u l-premessa 3 tad-deċiżjoni kkontestata II (ara l-punti 21 u 22 iktar ’il fuq), immotivat suffiċjentement fid-dritt ir-raġunijiet li għalihom l-informazzjoni u d-dokumenti mitluba fl-anness tad-deċiżjonijiet ikkontestati I u II kienu neċessarji għall-investigazzjoni tagħha dwar il-ksur allegat.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-Kummissjoni espressament indikat, minn naħa, fil-premessa 14 tad-deċiżjoni kkontestata I, ir-raġunijiet li għalihom hija qieset li t-talbiet għal informazzjoni li jidhru fil-punti I u II tal-Anness I tad-deċiżjoni kkontestata I kienu neċessarji u, min-naħa l-oħra, fil-premessa 15 tad-deċiżjoni kkontestata I, ir-raġunijiet tat-talba tagħha għal produzzjoni tad-dokumenti msemmija fil-punti III u IV ta’ dan l-anness (ara l-punti 15 u 16 iktar ’il fuq). Il-Kummissjoni ġġustifikat ukoll, fil-premessa 3 tad-deċiżjoni kkontestata II, in-neċessità tar-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>rapport tip UCN<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> u informazzjoni u dokumenti dwar l-ispejjeż ta’ kisba ta’ klijenti ġodda u dwar ċerti spejjeż fil-kapital ta’ Slovak Telekom għall-provvista ta’ ċerti servizzi broadband (ara l-punti 21 u 22 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, jekk ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjonijiet ikkontestati I u II jiksru l-prinċipju ta’ proporzjonalità, tali motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Għandu, l-ewwel nett, jitfakkar li t-talbiet għal informazzjoni indirizzati mill-Kummissjoni lil impriża għandhom josservaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità u li l-obbligu impost fuq impriża li tipprovdi informazzjoni ma għandux jiirrappreżenta għaliha oneru sproporzjonat meta pparagunat man-neċessitajiet tal-investigazzjoni (ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="19911212">12 ta’ Diċembru 1991</DATE>, SEP vs Il-Kummissjoni, punt 42 iktar ’il fuq, punti 51 u 52, u Atlantic Container Line <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 45 iktar ’il fuq, punt 418 u l-ġurisprudenza ċċitata). Minbarra dan, skont il-ġurisprudenza, ir-rekwiżit ta’ protezzjoni kontra interventi arbitrarji jew sproporzjonati tas-setgħa pubblika fl-isfera ta’ attività privata ta’ kull persuna, indipendentement minn jekk din hijiex fiżika jew ġuridika, huwa rrikonoxxut bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="19890921">21 ta’ Settembru 1989</DATE>, Hoechst vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="46/87+227/88" PAGE.ECR="2859" YEAR="1989">46/87 u 227/88, Ġabra p. 2859</REF.DOC.ECR>, punt 19, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni talbitha informazzjoni u dokumenti dwar il-perijodu li ppreċeda l-adeżjoni tar-Repubblika Slovakka mal-Unjoni meta tali informazzjoni u dokumenti ma humiex neċessarji u ma jistax jiġi maħsub li huma neċessarji għall-evalwazzjoni tal-ksur allegat. F’dan ir-rigward, hija ssostni li l-Kummissjoni diġà kisbet informazzjoni li tkopri iktar minn ħames snin mill-adeżjoni ta’ dan l-Istat Membru mal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kienet ġegħlitha, taħt piena ta’ pagamenti ta’ penalità, li tinvesti riżorsi umani sinjifikattivi u li tipprovdi bosta informazzjonni mhux pubblika li ma hijiex marbuta mal-perijodu ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 82 KE u tal-Artikolu 102 TFUE. Tali konstatazzjoni hija msaħħa mill-eżami tan-natura tal-allegazzjonijiet speċifiċi fformulati kontra r-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti, fil-Kawża T-458/09, ma pprovdiet ebda preċiżazzjoni dwar ir-raġunijiet li għalihom l-obbligu li ġie impost fuqha li tipprovdi bosta informazzjoni mhux pubblika jew li tinvesti f’riżorsi umani sinjifikattivi f’dan ir-rigward kienu rrappreżentaw għaliha oneru sproporzjonat meta pparagunat man-neċessitajiet tal-investigazzjoni. Fil-Kawża T-171/10, hija sostniet li l-fatt li l-informazzjoni mitluba ma kinitx tirrigwarda l-perijodu ta’ investigazzjoni, ma tistax tintuża sabiex jiġi kkonstatat abbuż matul il-perijodu li għalih hija tirreferi u ma tirrappreżentax kundizzjoni <HT TYPE="ITALIC">sine qua non</HT> tal-konstatazzjoni ta’ ksur allegatament imwettaq wara l-adeżjoni tar-Repubblika Slovakka mal-Unjoni, iħalli x’jifhem li d-deċiżjoni kkontestata II tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Madankollu, peress illi l-ilmenti msemmija fil-punti 82 u 83 iktar ’il fuq jitħalltu ma’ dawk li ġew miċħuda fil-kuntest tal-ewwel motiv u peress illi r-rikorrenti ma tifformula ebda spjegazzjoni oħra rigward in-natura sproporzjonata tal-oneru li ġie impost fuqha, ma jistax jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>F’kull każ, hekk kif sostniet il-Kummissjoni fil-kontrorepliki tagħha, hija effettivament illimitat l-oneru impost fuq ir-rikorrenti. Għalhekk, fid-deċiżjoni kkontestata I, il-Kummissjoni kienet talbet biss lir-rikorrenti li tipprovdilha l-preżentazzjonijiet u dokumenti oħra li hija qieset neċessarji, sussegwentement għal analiżi preċedenti tal-minuti tal-kumitat ta’ direzzjoni tar-rikorrenti. Fid-deċiżjoni kkontestata II, hija llimitat it-talbiet tagħha għal ċerti dokumenti, b’mod partikolari wara intervista mar-rikorrenti dwar it-tipi ta’ rapporti finanzjarji u ta’ kontabbiltà u mal-informazzjoni li r-rikorrenti kellha. Fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti, ifformulat waqt is-seduta, li l-Kummissjoni kienet indirizzatilha, kif ukoll lill-kumpannija parent tagħha, sbatax-il talba għal informazzjoni, uħud fosthom kienu jikkonċeraw l-aġġornament ta’ informazzjoni eżistenti, il-Kummissjoni indikat, mingħajr ma ġiet ikkontestata mir-rikorrenti, li dawn it-talbiet kienu sussegwenti għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati. Peress illi l-legalità ta’ att tal-Unjoni għandha tiġi evalwata skont il-punti ta’ fatt u ta’ liġi eżistenti fid-data li fiha ġie adottat l-att, l-argument tar-rikorrenti għandu jiġi miċħud bħala ineffettiv (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="19790207">7 ta’ Frar 1979</DATE>, France vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="15/76+16/76" PAGE.ECR="321" YEAR="1979">15/76 u 16/76, Ġabra p. 321</REF.DOC.ECR>, punt 7; tas-<DATE ISO="20110517">17 ta’ Mejju 2011</DATE>, IECC vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-449/98 P" PAGE.ECR="I-3875" YEAR="2011">C-449/98 P, Ġabra p. I-3875</REF.DOC.ECR>, punt 87, u tal-<DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE>, Gualtieri vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-485/08 P" PAGE.ECR="I-3009" YEAR="2010">C-485/08 P, Ġabra p. I-3009</REF.DOC.ECR>, punt 26).</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità meta talbet lir-rikorrenti tikkomunikalha informazzjoni li tkopri approssivament il-perijodu li jippreċedi b’sena u nofs l-adeżjoni tar-Repubblika Slovakka mal-Unjoni, li juri li l-informazzjoni mitluba ma kellhiex rabta suffiċjenti mal-ksur allegat.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Madankollu, tali lment huwa intiż ukoll, essenzjalment, sabiex juri li l-informazzjoni mitluba ma kinitx neċessarja fis-sens tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Issa, tali lment għandu jiġi miċħud fil-kuntest tal-ewwel motiv. F’kull każ, fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata I, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma tikkontestax l-affermazzjonijiet li jinsabu fil-premessa 14 tagħha li, minn naħa, l-aggregazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>ATM<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> u n-netwerk bażiku tar-rikorrenti (punti I u II tal-Anness I tad-deċiżjoni kkontestata I) kienu tqiegħdu fis-suq qabel l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE> u, min-naħa l-oħra, fid-data tad-deċiżjoni kkontestata I, din użathom dejjem sabiex tipprovdi servizzi broadband bl-ingrossa u bl-imnut. Bl-istess mod, ir-rikorrenti ma tikkontestax l-affermazzjonijiet li jidhru fil-premessa 15 tad-deċiżjoni kkontestata I li d-dokumenti msemmija fil-punti III u IV tal-Anness I ta’ din id-deċiżjoni, minn naħa, jikkonċernaw servizzi broadband bl-ingrossa u bl-imnut li tqiegħdu fis-suq fl-2003 u li r-rikorrenti kompliet tipprovdi wara 1-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE> u, min-naħa l-oħra, huma b’mod partikolari relatati mal-ippjanar ta’ dawn is-servizzi, it-tqegħid fis-suq tagħhom, l-investimenti relatati magħhom u l-iżvilupp tagħhom. Issa, il-Kummissjoni setgħet ġustament tikkunsidra li tali informazzjoni, anki dik relatata approssivament mal-perijodu li jippreċedi b’sena u nofs l-adeżjoni tar-Repubblika Slovakka mal-Unjoni, kienet neċessarja. L-istess japplika, fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata II, u għar-raġunijiet diġà esposti fil-punt 55 iktar ’il fuq, tat-talbiet għal informazzjoni dwar id-dħul, l-ispejjeż (li għandhom, skont il-każ, jiġu ammortizzati) u l-profitt tar-rikorrenti (ara l-punti 21 u 22 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, ir-rikorrenti ma wrietx li l-prinċipju ta’ proporzjonalità nkiser mill-fatt li d-dokumenti u l-informazzjoni mitluba jkopru approssivament il-perijodu li jippreċedi b’sena u nofs l-adeżjoni tar-Repubblika Slovakka mal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>It-tielet nett, ir-rikorrenti, fil-Kawża T-171/10, takkuża lill-Kummissjoni li ma indirizzatilhiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>talba sempliċi għall-informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. Madankollu, il-Kummissjoni tista’, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1/2003, titlob informazzjoni lil impriża <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>permezz ta’ talba sempliċi jew ta’ deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> , mingħajr<?PAGE NO="16"?> ma din id-dispożizzjoni tissuġġetta l-adozzjoni ta’ deċiżjoni għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>talba sempliċi<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> preċedenti. Sussegwentement, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkunsidrata bħala li kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità mill-fatt biss li adottat id-deċiżjoni kkontestata II mingħajr ma indirizzat din it-talba minn qabel lir-rikorrenti. Barra minn hekk, għandu jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni ma kisritx il-prinċipju ta’ proporzjonalità meta talbet informazzjoni lir-rikorrenti fid-deċiżjoni kkontestata II mingħajr ma indirizzatilha tali talba preliminari, fid-dawl taċ-ċirkustanzi msemmija fil-premessi 7 u 13 tad-deċiżjoni kkontestata, u b’mod partikolari tar-riskju ta’ dewmien fil-komunikazzjoni tagħhom, minħabba l-fatt li r-rikorrenti kienet fil-passat irrifjutat li tipprovdi informazzjoni dwar il-perijodu li ppreċeda l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE> u tar-rikors għal annullament dwar id-deċiżjoni kkontestata I (ara l-punt 23 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Isegwi li t-tielet motiv għandu jiġi miċħud, kif ukoll ir-rikors fl-intier tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura il-parti li titlef għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li r-rikorrenti fil-Kawżi T-458/09 u T-171/10 tilfet, hemm lok li tiġi ordnata tbati l-ispejjeż, f’kull waħda minn dawn il-kawżi, skont it-talbiet tal-Kummissjoni f’dan is-sens.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikorsi huma miċħuda.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Slovak Telekom a.s. hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Truchot</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Martins Ribeiro</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kanninen</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20120322">22 ta’ Marzu 2012</DATE>.</P><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>