|
31.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/22 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8871 — RWE/E.ON Assets)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 38/09)
1.
Fit-22 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
RWE AG (“RWE”, il-Ġermanja), |
|
— |
Ċerti assi tal-ġenerazzjoni ta’ E.ON SE (“Assi ta’ E.ON”, il-Ġermanja). L-Assi ta’ E.ON jinkludu l-entitajiet u l-ishma fl-entitajiet li ġejjin: E.ON Climate & Renewables GmbH (il-Ġermanja), Amrum Offshore West GmbH (il-Ġermanja), E.ON Climate & Renewables UK Limited (ir-Renju Unit), E.ON Climate & Renewables North America, LLC (l-Istati Uniti tal-Amerika), E.ON Wind Sweden AB (l-Isvezja), E.ON Climate & Renewables Italia S.r.l (l-Italja). Barra minn hekk, RWE se takkwista madwar 60 % f’Rampon NewCo (ir-Renju Unit), u b’hekk se takkwista sehem indirett ta’ madwar 30 % f’Rampon Offshore Wind Limited (ir-Renju Unit). Flimkien ma’ dawn l-assi rinnovabbli, RWE se takkwista wkoll mill-interessi ta’ E.ON f’assi nukleari, li jinkludu 12,5 % interess minoritarju f’Kernkraftwerke Lippe-Ems GmbH (il-Ġermanja), interess minoritarju ta’ 25 % f’Kernkraftwerk Gundddingen GmbH u 25 % sehem ta’ sjieda konġunta tal-fjuwil nukleari u l-iskart kif ukoll il-proprjetà immobbli relatata mal-impjant tal-enerġija nukleari Gundmremmingen. |
RWE takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-Assi ta’ E.ON.
Il-konċentrazzjoni hija parti minn tpartit kumpless ta’ assi bejn RWE u E.ON. F’każ separat (il-Każ M.8870), E.ON se tinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-akkwist propost ta’ kontroll uniku fuq id-distribuzzjoni tal-enerġija u n-negozju tal-enerġija bl-imnut ta’ Innogy kif ukoll xi assi tal-produzzjoni. Innogy bħalissa hija kkontrollata minn RWE u RWE se żżomm parti kbira tal-assi tal-ġenerazzjoni ta’ Innogy. Bħala kunsiderazzjoni parzjali għall-akkwist ta’ Innogy minn E.ON, RWE se tikseb ukoll madwar 16,7 % tal-ishma f’E.ON.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ assi u ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
RWE hija kumpanija tal-enerġija attiva tul il-katina tal-provvista kollha, inklużi l-ġenerazzjoni, il-provvista bl-ingrossa, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, il-provvista bl-imnut u l-attivitajiet relatati mal-enerġija (bħall-meters, l-elettromobbiltà, eċċ.). RWE u s-sussidjarji tagħha, inkluża Innogy, huma attivi f’bosta pajjiżi Ewropej, inklużi ċ-Ċekja, il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u r-Renju Unit. |
|
— |
L-Assi ta’ E.ON ikopru essenzjalment in-negozju kollu ta’ bħalissa tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli ta’ E.ON u l-ishma minoritarji li bħalissa huma f’idejn E.ON fl-impjanti tal-enerġija nukleari ta’ Gundremmingen C u Emsland li huma mħaddma minn RWE. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.8871 — RWE/Assi ta’ E.ON
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).