15.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/98


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1220

tal-14 ta’ Lulju 2022

li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-format li fih il-fergħat ta’ ditti minn pajjiżi terzi u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 41(3) u (4) ta’ dik id-Direttiva

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 41(6) tagħha,

Billi:

(1)

Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jirċievu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jissorveljaw il-fergħat ta’ ditti minn pajjiżi terzi, u biex jiżguraw li tali informazzjoni tiġi pproċessata b’mod effiċjenti u rapidu. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 41(3) u (4) tad-Direttiva 2014/65/UE għalhekk jenħtieġ li tiġi sottomessa f’lingwa li hija komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.

(2)

L-Artikolu 39(2) tad-Direttiva 2014/65/UE jirrikjedi li l-fergħat ta’ ditti minn pajjiżi terzi li jixtiequ jipprovdu servizzi ta’ investiment jew li jwettqu attivitajiet ta’ investiment fit-territorju ta’ Stat Membru, jiksbu awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru. Dawn il-fergħat mhumiex permessi jipprovdu servizzi ta’ investiment jew iwettqu attivitajiet ta’ investiment fi Stati Membri oħra għajr l-Istat Membru fejn dawn il-fergħat ikunu rċevew l-awtorizzazzjoni tagħhom. Madankollu, il-Kummissjoni Ewropea tista’ tadotta deċiżjoni dwar l-ekwivalenza skont l-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li tiddikjara li l-arranġamenti legali u superviżorji ta’ dak il-pajjiż terz fir-rigward tad-ditti tal-investiment huma ekwivalenti għal dawk li japplikaw fl-Unjoni. F’każ bħal dan, il-fergħat awtorizzati tad-ditti tal-investiment li jaqgħu fl-ambitu ta’ tali deċiżjoni ta’ ekwivalenza jkomplu jiġu ssorveljati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti dawk il-fergħat, irrispettivament minn jekk jipprovdux servizzi transfruntieri jew iwettqux attivitajiet transfruntieri. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi żgurat li l-format għar-rappurtar tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 41(3) tad-Direttiva 2014/65/UE jkun adattat ukoll għar-rappurtar dwar tali servizzi u attivitajiet transfruntieri ta’ dawk il-fergħat.

(3)

Skont l-Artikolu 41(3) tad-Direttiva 2014/65/UE, il-fergħat ta’ ditti minn pajjiżi terzi li jkunu ġew awtorizzati skont l-Artikolu 41(1) ta’ dik id-Direttiva għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun ingħatat dik l-awtorizzazzjoni, fuq bażi annwali, l-informazzjoni stabbilita f’dak l-Artikolu 41(3). Sabiex jiġi armonizzat mhux biss il-format, iżda wkoll l-għażla taż-żmien tar-rappurtar, huwa meħtieġ li jiġi inkluż perjodu ta’ żmien meta dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti.

(4)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentati mill-ESMA lill-Kummissjoni.

(5)

L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-format tal-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata kull sena lill-awtoritajiet kompetenti minn fergħat ta’ ditti minn pajjiżi terzi

1.   Il-fergħa ta’ ditta minn pajjiż terz awtorizzata skont l-Artikolu 41(1) tad-Direttiva 2014/65/UE għandha tuża l-format stabbilit fl-Anness I biex tirrapporta l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 41(3) ta’ dik id-Direttiva. Madankollu, meta d-ditta minn pajjiż terz tkun soġġetta għal deċiżjoni ta’ ekwivalenza kif imsemmi fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-fergħa ta’ tali ditta minn pajjiż terz għandha tuża l-format stabbilit fl-Anness II għal dawk is-servizzi u l-attivitajiet li huma koperti minn tali deċiżjoni ta’ ekwivalenza.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppreżentata f’lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppreżentata sat-30 ta’ April ta’ kull sena u għandha tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja preċedenti. L-informazzjoni pprovduta għandha tkun preċiża mill-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel.

Artikolu 2

Il-format tal-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti

Għall-finijiet tal-Artikolu 41(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw l-oqsma li ġejjin mill-Anness I u II lill-ESMA:

1.

Perjodu tar-Rappurtar: 1a u 1b u, fejn applikabbli, 19a u 19b;

2.

Isem id-ditta minn pajjiż terz u l-fergħa: 2a u 2d u, fejn applikabbli, 20a u 20d;

3.

Servizzi ta’ investiment, attivitajiet ta’ investiment u servizzi anċillari pprovduti mill-fergħa: 3a, 3b, 3c, 3d, 3e, 3f, 3 g u 3h u, fejn applikabbli, 21a, 21b, 21c, 21d, 21e, 21f, 21 g u 21h;

4.

L-għadd ta’ klijenti u kontropartijiet u l-għadd ta’ persunal tal-fergħa: 4a, 4b, 4c, 4d u, fejn applikabbli, 22a, 22b u 22c;

5.

Il-fatturat u l-valur aggregat tal-assi tal-fergħa: 5a, 5b, 5c u, fejn applikabbli, 23a, 23b u 23c.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS I

Format għas-sottomissjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 41(3) u 41(4) tad-Direttiva 2014/65/UE (1)

#

Qasam

Suboqsma

1a

Perjodu tar-rapportar

Id-data tal-bidu tar-rapportar għas-sena kalendarja

(SSSS-XX-JJ)

1b

Id-data tat-tmiem tar-rapportar għas-sena kalendarja

(SSSS-XX-JJ)

2a

L-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tad-ditta minn pajjiż terz, inkluż id-dettalji tal-fergħa, tal-persuna inkarigata mis-sottomissjoni tal-informazzjoni, u tal-awtoritajiet tal-pajjiż terz responsabbli għas-superviżjoni tad-ditta minn pajjiż terz

Isem korporattiv sħiħ tal-fergħa u l-kodiċi tal-Identifikatur tal-Entità Ġuridika (LEI)

2b

L-indirizz tal-fergħa

(li għandu jiġi pprovdut f’każ ta’ kwalunkwe bidla fl-informazzjoni rrapportata qabel lill-awtorità kompetenti)

2c

Dettalji ta’ kuntatt tal-fergħa inkluż l-indirizz tal-posta elettronika, in-numru tat-telefown u d-dettalji tas-sit web

2d

L-isem ġuridiku sħiħ tad-ditta minn pajjiż terz u, fejn disponibbli, l-Identifikatur tal-Entità Ġuridika (LEI)

(li għandu jiġi pprovdut f’każ ta’ kwalunkwe bidla fl-informazzjoni rrapportata qabel lill-awtorità kompetenti)

2e

Indirizz irreġistrat tal-uffiċċju prinċipali tad-ditta minn pajjiż terz

(li għandu jiġi pprovdut f’każ ta’ kwalunkwe bidla fl-informazzjoni rrapportata qabel lill-awtorità kompetenti)

2f

Dettalji ta’ kuntatt tad-ditta minn pajjiż terz inkluż l-indirizz tal-posta elettronika, in-numru tat-telefown, u d-dettalji tas-sit web

2 g

Pajjiż tal-uffiċċju prinċipali tad-ditta minn pajjiż terz

(li għandu jiġi pprovdut f’każ ta’ kwalunkwe bidla fl-informazzjoni rrapportata qabel lill-awtorità kompetenti)

2h

L-isem, l-indirizz u l-pajjiż tal-awtorità responsabbli għas-superviżjoni tad-ditta minn pajjiż terz fil-pajjiż terz. Meta aktar minn awtorità waħda tkun responsabbli għas-superviżjoni tad-ditta minn pajjiż terz, għandhom jiġu pprovduti d-dettalji u l-oqsma rispettivi ta’ kompetenza għal kull awtorità.

(li għandu jiġi pprovdut f’każ ta’ kwalunkwe bidla fl-informazzjoni rrapportata qabel lill-awtorità kompetenti)

2i

L-isem sħiħ tal-persuna ta’ kuntatt

2j

L-indirizz tal-persuna ta’ kuntatt

2k

In-numru tat-telefown tal-persuna tal-kuntatt

2 l

L-indirizz tal-posta elettronika tal-persuna ta’ kuntatt

2 m

Il-funzjoni/titlu tal-persuna ta’ kuntatt

3a

Servizzi ta’ investiment, attivitajiet ta’ investiment u servizzi anċillari pprovduti mill-fergħa fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa, matul il-perjodu ta’ rapportar

Il-lista ta’ servizzi ta’ investiment, attivitajiet ta’ investiment u servizzi anċillari (kif speċifikat fit-Taqsimiet A u B tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE) ipprovduti mill-fergħa fl-Istat Membru fejn hija stabbilita

3b

Il-lista ta’ kategoriji ta’ strumenti finanzjarji (kif speċifikat fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE) li fir-rigward tagħhom twettqu tali servizzi u attivitajiet

3c

Fejn il-fergħa tipprovdi l-ġestjoni tal-portafoll, il-valur totali tal-assi mmaniġġjati għall-klijenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa fi tmiem il-perjodu tar-rapportar

3d

Fejn il-fergħa tipprovdi l-ġestjoni tal-portafoll, il-valur medju tal-assi mmaniġġjati għall-klijenti fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa matul il-perjodu ta’ rapportar

3e

Fejn il-fergħa tipprovdi konsulenza dwar l-investiment, il-valur totali tal-assi li fir-rigward tagħhom ikun ġie pprovdut parir dwar l-investiment lill-klijenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa fi tmiem il-perjodu tar-rapportar

3f

Fejn il-fergħa tipprovdi konsulenza dwar l-investiment, il-valur medju tal-assi li fir-rigward tagħhom ikun ġie pprovdut parir dwar l-investiment lill-klijenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa matul il-perjodu tar-rapportar

3 g

Fejn il-fergħa tipprovdi s-servizz anċillari ta’ salvagwardja u amministrazzjoni fuq strumenti finanzjarji f’isem il-klijenti jew tkun qed iżżomm fondi tal-klijenti, il-valur totali tal-assi (inkluż flus kontanti) miżmuma mill-fergħa għall-klijenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa fi tmiem il-perjodu tar-rapportar

3h

Fejn il-fergħa tipprovdi s-servizz anċillari ta’ salvagwardja u amministrazzjoni fuq strumenti finanzjarji f’isem il-klijenti jew tkun qed iżżomm fondi tal-klijenti, il-valur medju tal-assi (inkluż flus kontanti) miżmuma mill-fergħa għall-klijenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa matul il-perjodu tar-rapportar

4a

Għadd ta’ klijenti u kontropartijiet u l-għadd ta’ persunal tal-fergħa fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa, matul il-perjodu ta’ rapportar

L-għadd totali ta’ klijenti u kontropartijiet tal-fergħa fl-Istat Membru fejn hija stabbilita

4b

It-tqassim tal-għadd totali ta’ klijenti u kontropartijiet tal-fergħa fl-Istat Membru fejn hija stabbilita għal kull servizz ta’ investiment, attività ta’ investiment jew servizz anċillari pprovdut f’dak l-Istat Membru

4c

L-għadd ta’ klijenti mhux professjonali, klijenti professjonali u kontropartijiet eliġibbli (kif stipulat fid-Direttiva 2014/65/UE) li lilhom il-fergħa tkun qed tipprovdi servizzi ta’ investiment, attivitajiet ta’ investiment jew servizzi anċillari fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita.

4d

It-tqassim tal-għadd ta’ persunal tal-fergħa fl-Istat Membru fejn hija stabbilita għal kull servizz ta’ investiment, attività ta’ investiment jew servizz anċillari pprovdut fl-Istat Membru.

5a

Il-fatturat u l-valur aggregat tal-assi tal-fergħa fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa, matul il-perjodu tar-rapportar

Il-fatturat iġġenerat mill-fergħa u l-valur aggregat tal-assi li jikkorrispondu għas-servizzi ta’ investiment, l-attivitajiet ta’ investiment u s-servizzi anċillari pprovduti fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa

5b

It-tqassim tal-fatturat tal-fergħa fl-Istat Membru fejn hija stabbilita għal kull servizz ta’ investiment, attività ta’ investiment u servizz anċillari pprovdut f’dak l-Istat Membru

5c

It-tqassim tal-fatturat tal-fergħa fl-Istat Membru fejn hija stabbilita għal kull kategorija ta’ klijent kif stabbilit fid-Direttiva 2014/65/UE

6

Meta l-fergħa tinnegozja f’isimha stess, informazzjoni dwar l-iskopertura tad-ditta minn pajjiż terz matul il-perjodu ta’ rapportar lil kontropartijiet fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa

L-iskopertura minima, medja u massima ta’ kull xahar għal kontropartijiet fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa

7

Fejn il-fergħa tissottoskrivi strumenti finanzjarji u/jew tqiegħed strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn sod, informazzjoni dwar il-valur tal-istrumenti finanzjarji li joriġinaw minn kontropartijiet fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa u hija sottoskritta jew imqiegħda fuq bażi ta’ impenn sod, matul il-perjodu tar-rapportar

Il-valur totali u l-għadd ta’ strumenti finanzjarji li joriġinaw minn kontropartijiet fl-Istat Membru fejn il-fergħa hija stabbilita u sottoskritta jew imqiegħda fuq bażi ta’ impenn sod mill-fergħa

8a

Kompożizzjoni tal-korp maniġerjali tad-ditta minn pajjiż terz

Il-lista tal-membri tal-korp maniġerjali tad-ditta minn pajjiż terz

8b

Għal kull membru tal-korp maniġerjali, l-isem sħiħ, il-pajjiż tad-domiċilju u d-dettalji ta’ kuntatt tal-membru

8c

Il-pożizzjoni li fiha jinħatar kull membru tal-korp maniġerjali

9a

Detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin għall-attivitajiet tal-fergħa

Il-lista ta’ detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin għall-attivitajiet tal-fergħa

9b

Għal kull detentur ta’ funzjoni ewlenija, l-isem sħiħ, il-pajjiż tad-domiċilju u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna

9c

Il-pożizzjoni li fiha jinħatar kull detentur tal-funzjoni ewlenija

9d

Il-linji ta’ rapportar bejn id-detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin u l-korp maniġerjali tad-ditta minn pajjiż terz

10

Informazzjoni dwar ilmenti riċevuti mill-fergħa jew mid-ditta minn pajjiż terz fir-rigward tal-attivitajiet tal-fergħa fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa u matul il-perjodu ta’ rapportar

L-għadd ta’ lmenti riċevuti mill-fergħa jew mid-ditta minn pajjiż terz fir-rigward tal-attivitajiet tal-fergħa fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita, flimkien ma’:

—

it-tqassim għall-ħames strumenti finanzjarji li jiġġeneraw l-ogħla għadd ta’ lmenti;

—

it-tqassim għall-ħames suġġetti l-aktar frekwenti tal-ilmenti;

—

l-għadd ta’ lmenti ttrattati matul il-perjodu ta’ rapportar

—

l-arranġamenti fis-seħħ biex l-ilmenti jiġu ttrattati b’mod diliġenti

11a

Deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-fergħa jew tad-ditta minn pajjiż terz fir-rigward tal-attivitajiet tal-fergħa fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa u matul il-perjodu ta’ rapportar

Deskrizzjoni tal-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-fergħa jew tad-ditta minn pajjiż terz użata fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa fir-rigward tal-attivitajiet tal-fergħa, inklużi dettalji dwar l-ambitu ġeografiku tagħha u l-kummerċjalizzazzjoni tfisser id-ditta użata minn pajjiż terz (bħal kwalunkwe aġent, roadshow, telefonati, siti web)

11b

Il-lista ta’ ismijiet kummerċjali użati mill-fergħa tad-ditta minn pajjiż terz fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa, flimkien ma’, għal kull isem kummerċjali:

—

il-kategoriji ta’ strumenti finanzjarji li fir-rigward tagħhom tintuża; kif ukoll

—

il-kategoriji ta’ klijenti li fir-rigward tagħhom tintuża

11c

Għal kwalunkwe aġent jew entità simili użata mill-fergħa tad-ditta minn pajjiż terz f’dak l-Istat Membru, l-isem tal-individwu jew l-entità flimkien mal-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt

11d

Il-lista tas-siti web użati mill-fergħa fl-Istat Membru fejn il-fergħa hi stabbilita, flimkien ma’, għal kull sit web, il-URL tiegħu

12a

Deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’ protezzjoni tal-investituri tad-ditta minn pajjiż terz disponibbli għall-klijenti tal-fergħa fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa, inklużi d-drittijiet ta’ dawk il-klijenti li jirriżultaw mill-iskema ta’ kumpens għall-investitur imsemmija fl-Artikolu 39(2), il-punt (f), tad-Direttiva 2014/65/UE

(għandha tiġi pprovduta f’każ ta’ kwalunkwe bidla fl-informazzjoni rrapportata qabel lill-awtorità kompetenti)

Informazzjoni u rapportar lill-klijenti

Deskrizzjoni tal-arranġamenti stabbiliti mid-ditta minn pajjiż terz fir-rigward tal-obbligi tagħha ta’ informazzjoni u rapportar lill-klijenti u miżuri ta’ implimentazzjoni għall-operazzjonijiet tal-fergħa fl-Istat Membru fejn hija stabbilita

12b

Il-lingwa/i li l-fergħa se tuża mal-klijenti tagħha fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa

12c

Idoneità u adegwatezza

Deskrizzjoni tal-arranġamenti tad-ditta minn pajjiż terz biex tiġi vvalutata l-idoneità jew l-adegwatezza, skont il-każ, meta l-fergħa tipprovdi servizzi lill-klijenti fl-Istat Membru fejn hija stabbilita

12d

L-aħjar eżekuzzjoni

Meta l-fergħa teżegwixxi ordnijiet għall-klijenti tagħha fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita, deskrizzjoni tal-arranġamenti stabbiliti biex jiġu eżegwiti l-ordnijiet tal-klijenti fuq it-termini l-aktar favorevoli għall-klijenti

12e

Ir-regoli ta’ kif għandhom jiġu ttrattati l-ordnijiet tal-klijenti

Meta l-fergħa tittratta l-ordnijiet tal-klijenti, deskrizzjoni tal-arranġamenti stabbiliti mill-fergħa għall-eżekuzzjoni fil-pront, ġusta u rapida tal-ordnijiet tal-klijenti b’enfasi fuq l-operazzjonijiet tal-fergħa fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa

12f

Arranġamenti ta’ governanza tal-prodotti

Fejn id-ditta minn pajjiż terz timmanifattura u/jew tiddistribwixxi, permezz tal-fergħa tagħha, strumenti finanzjarji, deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’ governanza tal-prodotti stabbiliti mid-ditta minn pajjiż terz għall-operazzjonijiet tal-fergħa fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa

12 g

L-arranġamenti tad-ditta minn pajjiż terz għall-identifikazzjoni, il-prevenzjoni u l-immaniġġjar tal-kunflitti ta’ interess

Deskrizzjoni tal-miżuri stabbiliti mid-ditta minn pajjiż terz, li taġixxi permezz tal-fergħa tagħha, sabiex tidentifika u tipprevjeni jew timmaniġġja kunflitti ta’ interess li jirriżultaw matul il-forniment ta’ servizzi ta’ investiment u servizzi anċillari, inklużi dawk li jirriżultaw mill-politika ta’ remunerazzjoni tal-persuni involuti fil-forniment ta’ servizzi ta’ investiment, attivitajiet ta’ investiment u servizzi anċillari pprovduti fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa

12h

L-arranġamenti tad-ditta minn pajjiż terz biex tittratta l-ilmenti

Deskrizzjoni tal-proċedura stabbilita mid-ditta minn pajjiż terz li taġixxi permezz tal-fergħa tagħha, u li għandha tiġi segwita mill-klijenti tal-fergħa għat-tressiq ta’ lment

12i

Id-dipartiment responsabbli għat-trattament tal-ilmenti tal-klijenti tal-fergħa

12j

Il-klijenti tal-lingwa/i għandhom iressqu l-ilmenti tagħhom

12k

Il-qrati rilevanti (f’każ ta’ litigazzjoni) imsemmija fi kwalunkwe arranġament kuntrattwali bejn id-ditta minn pajjiż terz li taġixxi permezz tal-fergħa tagħha u l-klijenti tagħha fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa

12 l

L-entità/entitajiet ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim li għandhom il-kompetenza li jittrattaw it-tilwim li jinvolvi klijenti fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa u d-ditta tal-pajjiż terz

12 m

Is-sħubija ta’ ditta minn’ pajjiż terz fi skema ta’ kumpens għall-investituri

Id-deskrizzjoni tas-sħubija tad-ditta minn pajjiż terz fi skema ta’ kumpens għall-investitur inkluż jekk il-klijenti u l-kontropartijiet tal-fergħa humiex se jkunu eliġibbli għal tali skema, l-ambitu tagħha, deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u l-ammonti u l-istrumenti finanzjarji koperti mill-iskema

12n

L-arranġamenti tad-ditta minn pajjiż terz biex tipproteġi u timmaniġġja l-fondi u l-assi tal-klijenti

Id-deskrizzjoni ta’ kwalunkwe fond tal-klijent jew arranġament ta’ salvagwardja tal-assi tal-klijenti (b’mod partikolari, fejn l-istrumenti finanzjarji u l-fondi jinżammu minn kustodju, l-isem tal-kustodju, u l-kuntratti relatati) stabbiliti fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa

12o

Arranġamenti oħra

Id-deskrizzjoni ta’ kwalunkwe arranġament ieħor li d-ditta minn pajjiż terz tista’ tqis rilevanti għall-forniment ta’ servizzi u t-twettiq tal-attivitajiet tal-fergħa fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa b’mod onest, ġust u professjonali li jippromwovi l-interessi tal-klijenti

13a

Informazzjoni dwar l-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni tad-ditta minn pajjiż terz applikabbli għall-operazzjonijiet tal-fergħa

(għandha tiġi pprovduta f’każ ta’ kwalunkwe bidla fl-informazzjoni rrappurtata qabel lill-awtorità kompetenti)

Il-lista u d-deskrizzjoni tal-funzjonijiet esternalizzati (jew dawk maħsuba biex jiġu esternalizzati)

13b

Id-deskrizzjoni tar-riżorsi (b’mod partikolari, umani u tekniċi, u s-sistema ta’ kontroll intern) allokati għall-kontroll tal-funzjonijiet, is-servizzi jew l-attivitajiet esternalizzati sa fejn dawn ikunu relatati mal-operazzjonijiet tal-fergħa fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita

14

Informazzjoni dwar l-arranġamenti (inkluż arranġamenti tal-IT) stabbiliti mid-ditta minn pajjiż terz applikabbli għall-attivitajiet tal-fergħa għan-negozjar algoritmiku, għan-negozjar bi frekwenza għolja u għal aċċess elettroniku dirett

(għandha tiġi pprovduta f’każ ta’ kwalunkwe bidla fl-informazzjoni rrapportata qabel lill-awtorità kompetenti)

Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe arranġament u riżorsa (b’mod partikolari riżorsi umani u tal-IT) li d-ditta minn pajjiż terz setgħet daħħlet fis-seħħ u/jew allokat għall-attivitajiet tal-fergħa tagħha fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa għan-negozjar algoritmiku, in-negozjar bi frekwenza għolja u l-aċċess elettroniku dirett u għall-kontroll ta’ tali attivitajiet

15a

Informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-funzjoni għall-konformità (jew ekwivalenti)

Tibdil Regolatorju

Deskrizzjoni tal-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta’ bidliet u żviluppi materjali fir-rekwiżiti regolatorji matul il-perjodu ta’ rapportar li jħallu impatt fuq l-arranġamenti ta’ protezzjoni tal-investitur għall-attivitajiet tal-fergħa tad-ditta minn pajjiż terz

15b

Sejbiet

L-għadd ta’ kontrolli mwettqa fuq il-post u esternalizzati u sommarju tas-sejbiet ewlenin tal-funzjoni għall-konformità fuq l-operazzjonijiet tad-ditta minn pajjiż terz sa fejn dawn ikunu rilevanti għall-operazzjonijiet tal-fergħa

15c

Azzjonijiet meħuda jew li għandhom jittieħdu (inkluż wara lmenti jew devjazzjoni mir-rakkomandazzjonijiet tal-funzjoni ta’ konformità indirizzati lill-maniġment superjuri) biex jiġu indirizzati nuqqasijiet jew riskji identifikati ta’ fallimenti mid-ditta minn pajjiż terz sa fejn dawn ikunu relatati mal-operazzjonijiet tal-fergħa

15d

Oħrajn

Kwalunkwe informazzjoni oħra li l-fergħa tista’ ssib rilevanti li ssemmi

16a

Informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-funzjoni tal-awditjar intern (jew ekwivalenti)

Sejbiet

Sommarju tas-sejbiet ewlenin tal-funzjoni tal-awditjar intern dwar l-operazzjonijiet tad-ditta minn pajjiż terz sa fejn dawn ikunu rilevanti għall-operazzjonijiet tal-fergħa

16b

Azzjonijiet meħuda jew li għandhom jittieħdu globalment (inklużi l-iskeda ta’ żmien u l-unitajiet organizzazzjonali tad-ditta minn pajjiż terz involuta) biex jindirizzaw fallimenti identifikati jew riskji ta’ fallimenti mid-ditta minn pajjiż terz sa fejn dawn ikunu relatati mal-operazzjonijiet tal-fergħa

17a

Informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji (jew ekwivalenti) u l-politika tal-immaniġġjar tar-riskji tad-ditta minn pajjiż terz

Politika tal-immaniġġjar tar-riskji

Sommarju tal-politika tal-immaniġġjar tar-riskji tad-ditta minn pajjiż terz sa fejn din tkun relatata mal-operazzjonijiet tal-fergħa u l-arranġamenti applikati mill-fergħa għas-servizzi u l-attivitajiet imwettqa mill-fergħa

(li għandu jiġi pprovdut f’każ ta’ kwalunkwe bidla fl-informazzjoni rrapportata qabel lill-awtorità kompetenti)

17b

Sejbiet

Sommarju tas-sejbiet ewlenin tal-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji fuq l-operazzjonijiet tad-ditta minn pajjiż terz globalment u l-azzjonijiet meħuda jew li għandhom jittieħdu biex jiġu indirizzati dawk is-sejbiet

18

Kwalunkwe informazzjoni oħra li l-fergħa ta’ ditta minn pajjiż terz tista’ ssib rilevanti biex tikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita.


(1)  Kwalunkwe informazzjoni fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi transfruntieri minn fergħat ta’ ditti minn pajjiżi terzi hija koperta mill-Anness II.


ANNESS II

Il-format għas-sottomissjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 41(3) u 41(4) tad-Direttiva 2014/65/UE f’każ li l-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni dwar l-ekwivalenza kif imsemmi fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014

Minbarra l-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, id-ditti minn pajjiżi terzi li jipprovdu wkoll servizzi u attivitajiet ta’ investiment fl-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 47(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 permezz tar-reġim ta’ ekwivalenza ta’ pajjiż terz (jekk effettivament rikonoxxuti bħala tali skont l-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, għandhom jinkludu wkoll l-oqsma li ġejjin fir-rapport tagħhom lill-awtorità kompetenti, kif meħtieġ skont l-Artikolu 41(3) tad-Direttiva 2014/65/UE:

#

Qasam

Suboqsma

19 a

Perjodu ta’ rapportar

Id-data tal-bidu tar-rapportar għas-sena kalendarja

(SSSS-XX-JJ)

19b

Id-data tat-tmiem tar-rapportar għas-sena kalendarja

(SSSS-XX-JJ)

20a

L-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tad-ditta minn pajjiż terz, inkluż d-dettalji tal-fergħa, tal-persuna inkarigata mis-sottomissjoni tal-informazzjoni, tal-awtoritajiet tal-pajjiż terz responsabbli għas-superviżjoni tad-ditta minn pajjiż terz

Isem korporattiv sħiħ tal-fergħa u kodiċi tal-Identifikatur tal-Entità Ġuridika (LEI) fejn disponibbli

20b

L-indirizz tal-fergħa

(li għandu jiġi pprovdut f’każ ta’ kwalunkwe bidla fl-informazzjoni rrapportata qabel lill-awtorità kompetenti)

20c

Dettalji ta’ kuntatt tal-fergħa inkluż l-indirizz tal-posta elettronika, in-numru tat-telefown u d-dettalji tas-sit web

20d

L-isem legali sħiħ tad-ditta minn pajjiż terz u l-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI) fejn disponibbli

(li għandu jiġi pprovdut f’każ ta’ kwalunkwe bidla fl-informazzjoni rrapportata qabel lill-awtorità kompetenti)

20e

Indirizz irreġistrat tal-uffiċċju prinċipali tad-ditta minn pajjiż terz

(li għandu jiġi pprovdut f’każ ta’ kwalunkwe bidla fl-informazzjoni rrapportata qabel lill-awtorità kompetenti)

20f

Dettalji ta’ kuntatt tad-ditta minn pajjiż terz inkluż l-indirizz tal-posta elettronika, in-numru tat-telefown, u d-dettalji tas-sit web

20 g

Pajjiż tal-uffiċċju prinċipali tad-ditta minn pajjiż terz

(li għandu jiġi pprovdut f’każ ta’ kwalunkwe bidla fl-informazzjoni rrapportata qabel lill-awtorità kompetenti)

20h

L-isem, l-indirizz u l-pajjiż tal-awtorità responsabbli għas-superviżjoni tad-ditta minn pajjiż terz fil-pajjiż terz. Meta aktar minn awtorità waħda tkun responsabbli għas-superviżjoni tad-ditta minn pajjiż terz, għandhom jiġu pprovduti d-dettalji u l-oqsma rispettivi ta’ kompetenza għal kull awtorità.

(li għandu jiġi pprovdut f’każ ta’ kwalunkwe bidla fl-informazzjoni rrapportata qabel lill-awtorità kompetenti)

20i

Isem sħiħ tal-persuna ta’ kuntatt

20j

Indirizz tal-persuna ta’ kuntatt

20k

In-numru tat-telefown tal-persuna tal-kuntatt

20 l

Indirizz tal-posta elettronika tal-Persuna ta’ Kuntatt

20 m

Il-funzjoni/titlu tal-persuna ta’ kuntatt

21a

Servizzi ta’ investiment, attivitajiet ta’ investiment u servizzi anċillari pprovduti mill-fergħa f’kull Stat Membru għajr dak fejn hija stabbilita, matul il-perjodu tar-rapportar

Il-lista ta’ servizzi ta’ investiment, attivitajiet ta’ investiment u servizzi anċillari (kif speċifikat fit-Taqsimiet A u B tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE) ipprovduti lil kontropartijiet eliġibbli u klijenti professjonali skont it-tifsira tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE, f’kull Stat Membru għajr dak fejn hija stabbilita l-fergħa

21b

Il-lista ta’ kategoriji ta’ strumenti finanzjarji (kif speċifikat fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE) li fir-rigward tagħhom twettqu tali servizzi u attivitajiet

21c

Għal kull Stat Membru għajr dak fejn hija stabbilita l-fergħa u li fih il-fergħa tipprovdi l-ġestjoni tal-portafoll, il-valur totali tal-assi mmaniġġjati għall-klijenti fl-Istat Membru fi tmiem il-perjodu tar-rapportar

21d

Għal kull Stat Membru għajr dak fejn hija stabbilita l-fergħa u li fih il-fergħa tipprovdi l-ġestjoni tal-portafoll, il-valur medju tal-assi mmaniġġjati għall-klijenti fl-Istat Membru matul il-perjodu tar-rapportar

21e

Għal kull Stat Membru għajr dak fejn hija stabbilita l-fergħa u li fih il-fergħa tipprovdi konsulenza dwar l-investiment, il-valur totali tal-assi li fir-rigward tagħhom ġie pprovdut dak is-servizz lill-klijenti fl-Istat Membru fi tmiem il-perjodu tar-rapportar

21f

Għal kull Stat Membru għajr dak fejn hija stabbilita l-fergħa u li fih il-fergħa tipprovdi konsulenza dwar l-investiment, il-valur medju tal-assi li fir-rigward tagħhom ġie pprovdut dak is-servizz lill-klijenti fl-Istat Membru matul il-perjodu tar-rapportar

21 g

Għal kull Stat Membru għajr dak fejn hija stabbilita l-fergħa u li fih il-fergħa tipprovdi s-servizz anċillari ta’ salvagwardja u amministrazzjoni fuq strumenti finanzjarji f’isem il-klijenti jew qed iżżomm fondi tal-klijenti, il-valur totali tal-assi (inklużi flus kontanti) miżmuma mill-fergħa għall-klijenti fl-Istat Membru fi tmiem il-perjodu tar-rappurtar

21h

Għal kull Stat Membru għajr dak fejn hija stabbilita l-fergħa u li fih il-fergħa tipprovdi s-servizz anċillari ta’ salvagwardja u amministrazzjoni fuq strumenti finanzjarji f’isem il-klijenti jew qed iżżomm fondi tal-klijenti, il-valur medju tal-assi (inklużi flus kontanti) miżmuma mill-fergħa għall-klijenti fl-Istat Membru matul il-perjodu ta’ rapportar

22a

L-għadd ta’ klijenti u kontropartijiet tal-fergħa fi Stati Membri għajr dak fejn il-fergħa hija stabbilita u globalment, matul il-perjodu tar-rapportar

L-għadd totali ta’ klijenti u kontropartijiet tal-fergħa fl-Unjoni Ewropea (eskluż l-Istat Membru fejn hija stabbilita).

22b

L-għadd totali ta’ klijenti u kontropartijiet tad-ditta minn pajjiż terz globalment

22c

Għal kull Stat Membru għajr l-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa u li fih il-fergħa tkun ipprovdiet xi servizzi ta’ investiment, attivitajiet ta’ investiment jew servizzi anċillari, in-numru totali ta’ klijenti u kontropartijiet tal-fergħa f’dak l-Istat Membru l-ieħor, flimkien ma’:

—

it-tqassim ta’ dan l-għadd għal kull servizz ta’ investiment, attività ta’ investiment jew servizz anċillari pprovdut f’kull Stat Membru; kif ukoll

—

it-tqassim għal kull kategorija ta’ klijent kif stabbilit fid-Direttiva 2014/65/UE

23a

Il-fatturat u l-valur aggregat tal-assi tal-fergħa fi Stati Membri għajr dak fejn hija stabbilita l-fergħa u tad-ditta minn pajjiż terz globalment, matul il-perjodu tar-rapportar

Il-fatturat tal-fergħa fl-Unjoni (mhux inkluż l-Istat Membru fejn hija stabbilita) u l-valur aggregat tal-assi li jikkorrispondi għas-servizzi u l-attivitajiet ipprovduti mid-ditta minn pajjiż terz fl-Unjoni (mhux inkluż l-Istat Membru fejn hija stabbilita)

23b

Il-fatturat globali tad-ditta minn pajjiż terz

23c

Għal kull Stat Membru għajr dak fejn tkun stabbilita l-fergħa u li fih il-fergħa tkun ipprovdiet xi servizzi ta’ investiment, attivitajiet ta’ investiment jew servizzi anċillari, il-fatturat u l-valur aggregat tal-assi li jikkorrispondu għal dawn is-servizzi ta’ investiment, attivitajiet ta’ investiment u servizzi anċillari, flimkien ma’:

—

id-diżaggregazzjoni għal kull servizz ta’ investiment, attività ta’ investiment jew servizzi anċillari pprovduti fl-Istat Membru; kif ukoll

—

it-tqassim għal kull kategorija ta’ klijent kif stabbilit fid-Direttiva 2014/65/UE

24a

Meta l-fergħa tinnegozja f’isimha stess, informazzjoni dwar l-iskopertura tad-ditta minn pajjiż terz għal kontropartijiet fl-Unjoni (mhux inkluż l-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa), matul il-perjodu tar-rapportar

Għal kull Stat Membru għajr dak fejn hija stabbilita l-fergħa u li fih il-fergħa tinnegozja f’isimha stess, l-iskopertura minima, medja u massima ta’ kull xahar għall-kontropartijiet f’dak l-Istat Membru

24b

L-iskopertura minima, medja u massima ta’ kull xahar għal kontropartijiet fl-Unjoni (mhux inkluż l-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa)

25a

Fejn il-fergħa tissottoskrivi strumenti finanzjarji u/jew tqiegħed strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn sod, informazzjoni dwar il-valur tal-istrumenti finanzjarji li joriġinaw minn kontropartijiet fl-Unjoni (għajr fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa) u hija sottoskritta jew imqiegħda fuq bażi ta’ impenn sod matul il-perjodu tar-rapportar

Għal kull Stat Membru għajr dak fejn tkun stabbilita l-fergħa u li fih il-fergħa tipprovdi s-sottoskrizzjoni ta’ strumenti finanzjarji u/jew it-tqegħid ta’ strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn sod, il-valur totali tal-istrumenti finanzjarji li joriġinaw minn kontropartijiet fl-Istat Membru u sottoskritti jew imqiegħda fuq bażi ta’ impenn sod mill-fergħa

25b

Il-valur totali tal-istrumenti finanzjarji li joriġinaw minn kontropartijiet fl-Unjoni (għajr fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa) u sottoskritti jew imqiegħda fuq bażi ta’ impenn sod mill-fergħa

26

Informazzjoni dwar ilmenti riċevuti mill-fergħa u/jew mid-ditta minn pajjiż terz fir-rigward tal-attivitajiet tal-fergħa fl-Unjoni (għajr fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa), matul il-perjodu tar-rapportar

L-għadd ta’ lmenti riċevuti mill-fergħa u/jew mid-ditta minn pajjiż terz fir-rigward tal-attivitajiet tal-fergħa fi Stati Membri għajr dak fejn tkun stabbilita l-fergħa, flimkien ma’:

—

it-tqassim għal kull Stat Membru;

—

it-tqassim għall-ħames strumenti finanzjarji li jiġġeneraw l-ogħla għadd ta’ lmenti;

—

it-tqassim għall-ħames suġġetti l-aktar frekwenti tal-ilmenti;

—

l-għadd ta’ lmenti ttrattati fil-perjodu tar-rapportar

—

l-arranġamenti fis-seħħ biex l-ilmenti jiġu ttrattati b’mod diliġenti

27 a

Deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-fergħa jew tad-ditta minn pajjiż terz fir-rigward tal-attivitajiet tal-fergħa fl-Unjoni (għajr fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa), matul il-perjodu tar-rapportar

Deskrizzjoni tal-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni tad-ditta minn pajjiż terz użata fl-Unjoni (għajr fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa) fir-rigward tal-attivitajiet tal-fergħa, inklużi d-dettalji dwar l-ambitu ġeografiku tagħha u dwar il-mezzi ta’ kummerċjalizzazzjoni li d-ditta minn pajjiż terz użat (bħal kwalunkwe aġent, roadshow, telefonata, sit web)

27b

Il-lista ta’ ismijiet kummerċjali użati mid-ditta minn pajjiż terz fl-Unjoni (għajr fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa), flimkien ma’, għal kull isem kummerċjali:

—

il-lista ta’ Stati Membri li fihom tintuża;

—

il-kategoriji ta’ strumenti finanzjarji li fir-rigward tagħhom tintuża; kif ukoll

—

il-kategoriji ta’ klijenti li fir-rigward tagħhom tintuża

27c

Għal kwalunkwe aġent jew entità simili użata mid-ditta minn pajjiż terz fl-Unjoni (għajr fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa) l-isem tal-individwu jew tal-entità flimkien mal-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt

27d

Il-lista tas-siti web użati mid-ditta minn pajjiż terz fl-Unjoni (għajr fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa), flimkien ma’, għal kull sit web, il-URL tagħha

28a

Deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’ protezzjoni tal-investituri tad-ditta minn pajjiż terz disponibbli għall-klijenti tal-fergħa fl-Unjoni (għajr fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa), inklużi d-drittijiet ta’ dawk il-klijenti li jirriżultaw mill-iskema ta’ kumpens għall-investitur imsemmija fl-Artikolu 39(2), il-punt (f) tad-Direttiva 2014/65/UE

(għandha tiġi pprovduta f’każ ta’ kwalunkwe bidla fl-informazzjoni rrapportata qabel lill-awtorità kompetenti)

Informazzjoni u rapportar lill-klijenti

Id-deskrizzjoni tal-arranġamenti tad-ditta minn pajjiż terz sabiex jiġi żgurat li tikkonforma mal-obbligi tagħha ta’ informazzjoni u rapportar lill-klijenti skont l-Artikoli 24 u 25 tad-Direttiva 2014/65/UE u l-miżuri ta’ implimentazzjoni għall-operazzjonijiet tal-fergħa fl-Unjoni (għajr fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa)

28b

Il-lingwa/i li l-fergħa se tuża mal-klijenti tagħha fl-Unjoni (għajr fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa)

28c

Idoneità u adegwatezza

Id-deskrizzjoni tal-arranġamenti tad-ditta minn pajjiż terz biex jiġi żgurat li tikkonforma mal-obbligi tagħha li tivvaluta l-idoneità jew l-adegwatezza, skont il-każ, meta l-fergħa tipprovdi servizzi lill-klijenti fl-Unjoni (għajr fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa)

28d

L-aħjar eżekuzzjoni

Meta l-fergħa teżegwixxi ordnijiet għall-klijenti tagħha fl-Unjoni (għajr fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa), id-deskrizzjoni tal-arranġamenti biex jiġi żgurat li teżegwixxi l-ordnijiet tal-klijenti bl-aktar termini favorevoli għall-klijenti

28e

Ir-regoli ta’ kif għandhom jiġu ttrattati l-ordnijiet tal-klijenti

Id-deskrizzjoni tal-arranġamenti tad-ditta minn pajjiż terz li jipprevedu l-eżekuzzjoni fil-pront, ġusta u rapida tal-ordnijiet tal-klijenti b’enfasi fuq l-operazzjonijiet tal-fergħa fl-Unjoni (għajr fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa)

28f

Arranġamenti ta’ governanza tal-prodotti

Meta d-ditta minn pajjiż terz timmanifattura u/jew tiddistribwixxi strumenti finanzjarji fl-Unjoni (għajr fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa), deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’ governanza tal-prodotti stabbiliti mid-ditta minn pajjiż terz għall-operazzjonijiet tagħha fl-Unjoni.

28 g

L-arranġamenti tad-ditta minn pajjiż terz għall-identifikazzjoni, il-prevenzjoni u l-immaniġġjar tal-kunflitti ta’ interess

Id-deskrizzjoni tal-miżuri li ditta minn pajjiż terz tkun daħħlet fis-seħħ biex tidentifika u tipprevjeni jew timmaniġġja kunflitti ta’ interess li jinqalgħu matul il-forniment ta’ servizzi ta’ investiment u servizzi anċillari, inklużi dawk li jirriżultaw mill-politika ta’ remunerazzjoni tal-persuni involuti fil-forniment ta’ servizzi ta’ investiment, attivitajiet ta’ investiment u servizzi anċillari pprovduti fl-Unjoni (għajr fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa)

28h

L-arranġamenti tad-ditta minn pajjiż terz biex tittratta l-ilmenti

Deskrizzjoni tal-proċedura li l-klijenti tad-ditta minn pajjiż terz fl-Unjoni (għajr fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa) jeħtieġ li jsegwu biex iressqu lment

28j

Id-dipartiment responsabbli għat-trattament tal-ilmenti tal-klijenti tal-fergħa

28k

Il-klijenti tal-lingwa/i għandhom iressqu l-ilmenti tagħhom

28 l

Il-qrati rilevanti (f’każ ta’ litigazzjoni) imsemmija fi kwalunkwe arranġament kuntrattwali bejn id-ditta minn pajjiż terz u l-klijenti tagħha fl-Unjoni (għajr fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa)

28 m

L-entità/entitajiet ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim kompetenti biex jittrattaw tilwim transfruntier li jinvolvi klijenti fl-Unjoni (għajr fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa)

28n

Is-sħubija ta’ ditta minn’ pajjiż terz fi skema ta’ kumpens għall-investituri

Id-deskrizzjoni tas-sħubija tad-ditta minn pajjiż terz fi skema ta’ kumpens għall-investitur inkluż jekk il-klijenti u l-kontropartijiet tal-fergħa fl-Unjoni (għajr fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa) humiex se jkunu eliġibbli għal tali skema, l-ambitu tagħha, deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u l-ammonti u l-istrumenti finanzjarji koperti mill-iskema

28o

L-arranġamenti tad-ditta minn pajjiż terz biex tipproteġi u timmaniġġja l-fondi u l-assi tal-klijenti

Id-deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’ salvagwardja għal kwalunkwe fond tal-klijent jew assi tal-klijent fl-Unjoni (għajr fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa) (b’mod partikolari, fejn l-istrumenti finanzjarji u l-fondi jinżammu minn kustodju, l-isem tal-kustodju, u l-kuntratti relatati)

28p

Arranġamenti oħra

Id-deskrizzjoni ta’ kwalunkwe arranġament ieħor li d-ditta minn pajjiż terz tista’ tqis rilevanti għall-forniment ta’ servizzi u t-twettiq tal-attivitajiet tal-fergħa fl-Unjoni (għajr fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa) b’mod onest, ġust u professjonali li jippromwovi l-interessi tal-klijenti

29a

Informazzjoni dwar l-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni tad-ditta minn pajjiż terz applikabbli għall-operazzjonijiet tal-fergħa

(għandha tiġi pprovduta f’każ ta’ kwalunkwe bidla fl-informazzjoni rrapportata qabel lill-awtorità kompetenti)

Il-lista u d-deskrizzjoni tal-funzjonijiet esternalizzati (jew dawk maħsuba biex jiġu esternalizzati) għall-forniment tas-servizzi ta’ investiment tal-fergħa u t-twettiq tal-attivitajiet tagħha fl-Unjoni (għajr fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa)

29b

Id-deskrizzjoni tar-riżorsi (b’mod partikolari, umani u tekniċi, u s-sistema ta’ kontroll intern) allokati għall-kontroll tal-funzjonijiet, is-servizzi jew l-attivitajiet esternalizzati sa fejn dawn ikunu relatati mal-operazzjonijiet tal-fergħa fl-Unjoni (għajr fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa)

30

Informazzjoni dwar l-arranġamenti (inkluż arranġamenti tal-IT) stabbiliti mid-ditta minn pajjiż terz applikabbli għall-attivitajiet tal-fergħa għan-negozjar algoritmiku, għan-negozjar bi frekwenza għolja u għal aċċess elettroniku dirett

(għandha tiġi pprovduta f’każ ta’ kwalunkwe bidla fl-informazzjoni rrapportata qabel lill-awtorità kompetenti)

Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe arranġament u riżorsa (b’mod partikolari riżorsi umani u tal-IT) li d-ditta minn pajjiż terz setgħet daħħlet fis-seħħ u/jew allokat għall-attivitajiet tal-fergħa tagħha fl-Unjoni (għajr fl-Istat Membru fejn hija stabbilita l-fergħa) għan-negozjar algoritmiku, in-negozjar bi frekwenza għolja u l-aċċess elettroniku dirett u għall-kontroll ta’ tali attivitajiet

31

Kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa mill-awtorità kompetenti meħtieġa li tippermetti monitoraġġ komprensiv tal-attivitajiet tal-fergħa fl-Unjoni