<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-299/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0299</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:783">EU:C:2021:783</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20210930">30.9.2021</DATE> – Kawża C‑299/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Icade Promotion</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20210930">30 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 392</KEYWORD><KEYWORD>Skema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Trasferiment ta’ proprjetajiet immobbli u ta’ artijiet għall-iżvilupp mixtrija bil-għan li jinbiegħu mill-ġdid</KEYWORD><KEYWORD>Persuna taxxabbli li ma kellhiex id-dritt għal tnaqqis meta akkwistat il-proprjetajiet immobbli</KEYWORD><KEYWORD>Bejgħ mill-ġdid suġġett għall-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>artijiet għall-iżvilupp<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑299/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Franza), b’deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200625">25 ta’ Ġunju 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20200706">6 ta’ Lulju 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Icade Promotion SAS</HT>, li kienet Icade Promotion Logement SAS,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministeru għall-Azzjoni u għall-Kontijiet Pubbliċi,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.‑C. Bonichot, President tal-Awla, R. Silva de Lapuerta (Relatriċi), Viċi Presidenta tal-Qorti tal-Ġustizzja, L. Bay Larsen, C. Toader u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: A. Rantos,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Icade Promotion SAS, li kienet Icade Promotion Logement SAS, minn P. Tournès u A. Abadie, avocats,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn E. de Moustier u É. Toutain, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Dintilhac u A. Armenia, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20210520">20 ta’ Mejju 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 392 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Icade Promotion SAS, li kienet Icade Promotion Logement SAS, u l-Ministeru għall-Azzjoni u għall-Kontijiet Pubbliċi (Franza) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>amministrazzjoni fiskali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) rigward ir-rifjut ta’ din l-amministrazzjoni msemmija l-aħħar li tħallas lura it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), imħallsa minn din il-kumpannija, relatata ma’ bejgħ ta’ artijiet għall-iżvilupp lil individwi matul is-snin 2007 u 2008.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva tal-VAT</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva tal-VAT jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>It-transazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għall-VAT:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ merkanzija magħmula bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> għandha tfisser kull persuna li, b’mod indipendenti, twettaq fi kwalunkwe post kwalunkwe attività ekonomika, ikun x’ikun l-iskop jew ir-riżultati ta’ dik l-attività.</ALINEA><ALINEA>Kwalunkwe attività ta’ produtturi, kummerċjanti jew persuni li jagħtu servizzi, inklużi attivitajiet fil-minjieri u fl-agrikoltura u attivitajiet fil-professjonijiet, għandhom jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>. L-isfruttament ta’ proprjetà tanġibbli jew intanġibbli għal skopijiet ta’ dħul minnha fuq bażi kontinwa għandha b’mod partikolari titqies bħala attività ekonomika.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw bħala persuna taxxabbli lil kull min iwettaq transazzjoni, fuq bażi okkażjonali, li jkollha x’taqsam ma’ l-attivitajiet imsemmija fit–tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(1) u partikolarment waħda mit-transazzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il–provvista [it-trasferiment], qabel l-ewwel okkupazzjoni, ta’ bini jew parti minn bini u ta’ l-art li fuqha jinstab il-bini;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ art għall-bini.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a), <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>bini<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> għandha tfisser kull struttura fissa ma’ jew fl-art.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kriterju msemmi fil-paragrafu 1(a) għal bdil ta’ bini u jistgħu jistabbilixxu t-tifsira ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>l-art li fuqha jinstab il-bini<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu japplikaw kriterji oħra barra dak ta’ l-ewwel okkupazzjoni, bħalma huwa l-perijodu ta’ żmien bejn id-data tat-tlestija tal-bini u d-data ta’ l-ewwel provvista, jew il-perijodu bejn id-data ta’ l-ewwel okkupazzjoni u d-data tal-provvista sussegwenti, sakemm dawk il-perijodi ma jaqbżux il-ħames snin u s-sentejn.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet tal-paragrafu 1(b), <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>art għall-bini [art għall-iżvilupp]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> għandha tfisser kull art mhux żviluppata jew art żviluppata meqjusa bħala tali mill-Istati Membri.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 73 tal-istess direttiva</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Fir-rigward tal-provvista ta’ merkanzija jew servizzi, minbarra kif imsemmi fl-Artikoli 74 sa 77, l-ammont taxxabbli għandu jinkludi dak kollu li jikkostitwixxi ħlas miksub jew li għandu jinkiseb mill-fornitur, għall-provvista, mill-konsumatur jew parti terza, inklużi s-sussidji marbuta direttament mal-prezz tal-provvista.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 135 tad-Direttiva dwar il-VAT jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="135.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(j)</NO.P><TXT>il-provvista [it-trasferiment] ta’ bini jew partijiet minnu, u ta’ l-art li fuqha hija tinsab, ħlief il-provvista msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 12(1);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(k)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ art li ma nbnietx ħlief il-provvista ta’ art tal-bini [art għall-iżvilupp] kif imsemmi fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 12(1);</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 137(1) ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>L-Istati Membri jistgħu iħallu lil persuni taxxabbli dritt ta’ għażla għat-tassazzjoni fir-rigward tat-transazzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-provvista [it-trasferiment] ta’ bini jew partijiet minnu, u ta’ l-art li fuqha jinsab il-bini, ħlief il-provvista msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 12(1);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ art li ma nbnietx ħlief il-provvista ta’ art għall-bini [art għall-iżvilupp] msemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 12(1);</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Taħt it-Titolu XIII tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Derogi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, il-Kapitolu 1, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Derogi li japplikaw sa l-adozzjoni ta’ arranġamenti definittivi<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jinkludi l-Artikolu 392, li jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, fir-rigward tal-provvista [trasferiment] ta’ bini u art tal-bini [art għall-iżvilupp] mixtrija għall-iskop ta’ bejgħ mill-ġdid minn persuna taxxabbli li għaliha l-VAT fuq ix-xiri ma setgħetx titnaqqas, l-ammont taxxabbli għandu jkun id-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ u l-prezz tax-xiri.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal‑<DATE ISO="20110315">15 ta’ Marzu 2011</DATE> li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="077" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 77, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1042/2013 tas‑<DATE ISO="20131007">7 ta’ Ottubru 2013</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="284" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 284, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), jipprovdi, fl-Artikolu 13b tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Għall-applikazzjoni tad-Direttiva [tal-VAT], dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>proprjetà immobbli<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/>:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>kwalunkwe binja jew struttura mwaħħla b’mod permanenti mal-art jew ġo fiha, fuq jew taħt il-livell tal-baħar, li ma tistax tiġi żmuntata jew imċaqilqa faċilment;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 31a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="031.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Is-servizzi marbutin ma’ proprjetà immobbli, kif imsemmi fl-Artikolu 47 tad-Direttiva [tal-VAT], għandhom jinkludu biss dawk is-servizzi li jkollhom biżżejjed konnessjoni diretta ma’ dik il-proprjetà. Is-servizzi għandhom jitqiesu bħala li jkollhom biżżejjed konnessjoni diretta ma’ proprjetà immobbli fil-każijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fejn ikunu dderivati minn proprjetà immobbli u dik il-proprjetà tkun tifforma element kostitwenti tas-servizz u tkun ċentrali u essenzjali għas-servizzi pprovduti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fejn dawn jingħataw lil proprjetà immobbli, jew ikunu maħsubin għaliha, u jkollhom bħala objettiv tagħhom bdil legali jew fiżiku ta’ dik il-proprjetà.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="031.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-paragrafu 1 għandu jkopri, b’mod partikolari, dawn li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>il-bini ta’ strutturi permanenti fuq l-art kif ukoll ix-xogħol ta’ bini u ta’ twaqqigħ li jsir fuq strutturi permanenti bħal sistemi tal-katusi għall-gass, għall-ilma, għad-dranaġġ u oħrajn bħalhom;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Franċiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 257 tal-code général des impôts (il-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxi), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali, kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Huma wkoll suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud:</P><P>[…]</P><P>6° Bla ħsara għall-paragrafu 7:</P><P>a) It-tranżazzjonijiet li jirrigwardaw proprjetajiet immobbli […] u li d-dħul minnhom għandu jiġi inkluż fl-ammonti taxxabbli tat-taxxa fuq id-dħul bħala profitti industrijali u kummerċjali;</P><P>[…]</P><P>7° It-tranżazzjonijiet li jikkontribwixxu għall-produzzjoni jew għat-trasferiment ta’ proprjetajiet immobbli.</P><P>Dawn it-tranżazzjonijiet huma taxxabbli anki meta jkunu ta’ natura ċivili.</P><P>1. Huma previsti b’mod partikolari:</P><P>a) Il-bejgħ […] ta’ artijiet għall-iżvilupp […];</P><?PAGE NO="6"?><P>Huma previsti b’mod partikolari mill-ewwel subparagrafu l-artijiet li għalihom, f’terminu ta’ erba’ snin mid-data tal-att li fih tirriżulta t-tranżazzjoni, l-akkwirent […] jikseb il-permess ta’ kostruzzjoni jew il-permess ta’ żvilupp jew jibda x-xogħlijiet neċessarji sabiex jibni proprjetà immobbli jew grupp ta’ proprjetajiet immobbli jew sabiex jibni bini ġdid fuq bini eżistenti.</P><P>Dawn id-dispożizzjonijiet ma humiex applikabbli għall-artijiet akkwistati minn persuni fiżiċi bil-għan li jinbnew proprjetajiet immobbli intiżi minn dawn il-persuni għal użu ta’ abitazzjoni.</P><P>[…]</P><P>b) Il-bejgħ ta’ proprjetajiet immobbli […]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 268 tal-code général des impôts (il-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxi), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>F’dak li jirrigwarda t-tranżazzjonijiet previsti fil-paragrafu 6° tal-Artikolu 257, l-ammont taxxabbli tat-taxxa fuq il-valur miżjud għandu jkun ikkostitwit mid-differenza bejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Minn naħa, il-prezz iddikjarat u l-piżijiet li jiżdiedu miegħu, jew il-valur fis-suq tal-oġġett jekk dan ikun ogħla mill-prezz miżjud bil-piżijiet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, […]</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>[…] is-somom li ċ-ċedent ikun ħallas, taħt kwalunkwe titolu, għall-akkwist tal-oġġett;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 231(1) tal-Anness II tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxi, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Il-persuni indikati fil-[paragrafu 6] tal-Artikolu 257 tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxi ma jistgħux inaqqsu t-taxxa li kienet ta’ piż fuq il-prezz tal-akkwist jew tal-kostruzzjoni tal-proprjetajiet immobbli […]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Icade Promotion, li teżerċita attività ta’ żviluppatur, akkwistat artijiet mhux żviluppati mingħand persuni mhux suġġetti għall-VAT (individwi jew awtoritajiet lokali). Għalhekk dawn l-akkwisti ma ġewx suġġetti għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Inizjalment, wara li qasmet dawn l-artijiet f’lottijiet u wettqet xogħlijiet ta’ installazzjoni ta’ networks li jservu dawn il-lottijiet, bħat-toroq, in-networks ta’ ilma tajjeb għax-xorb, tal-elettriku, tal-gass, tad-dranaġġ jew tat-telekomunikazzjonijiet, Icade Promotion biegħet l-imsemmija lottijiet konnessi b’dan il-mod lil persuni fiżiċi, bħala artijiet għall-iżvilupp, bil-għan li jinbnew proprjetajiet immobbli intiżi għal użu ta’ abitazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Sussegwentement, Icade Promotion issuġġettat dawn it-trasferimenti mwettqa matul il-perijodu mill‑<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE> sal‑<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE>, għall-iskema tal-VAT fuq il-marġni abbażi tad-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 257(6) u fl-Artikolu 268 tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxi (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Imbagħad, Icade Promotion talbet, mingħand l-amministrazzjoni fiskali, il-ħlas lura tal-VAT fuq il-marġni, imħallsa fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">2826814</FT> għas-sena 2007 u ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">2369881</FT> għas-sena 2008. Din il-kumpannija sostniet li t-tranżazzjonijiet inkwistjoni ma setgħux ikunu suġġetti għall-VAT immobiljari abbażi tal-Artikolu 257(7) tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxi, sa fejn dawn kienu jikkonsistu fit-trasferiment ta’ artijiet għall-iżvilupp lil individwi bil-għan li jinbnew proprjetajiet immobbli għal użu ta’ abitazzjoni, u li lanqas ma kienu jaqgħu taħt l-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni prevista mid-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 257(6) u 268 tal-istess kodiċi, b’tali mod li ebda VAT ma kellha titħallas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Peress li t-talba tagħha ġiet miċħuda mill-amministrazzjoni fiskali, ir-rikorrenti ppreżentat rikors kontra din iċ-ċaħda quddiem it-tribunal administratif de Montreuil (il-Qorti Amministrattiva ta’ Montreuil, Franza), li ċaħdet dan ir-rikors permezz ta’ sentenza tas‑<DATE ISO="20120427">27 ta’ April 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Icade Promotion appellat minn dik is-sentenza quddiem il-cour administrative d’appel de Versailles (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Versailles, Franza), li ċaħdet dan l-appell b’sentenza tat‑<DATE ISO="20140718">18 ta’ Lulju 2014</DATE>, minħabba l-inammissibbiltà tal-imsemmija talba amministrattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20161228">28 ta’ Diċembru 2016</DATE>, il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Franza), fuq appell ippreżentat minn Icade Promotion, annulla parzjalment is-sentenza tal-cour administrative d’appel de Versailles (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Versailles) u bagħat lura l-kawża quddiem din tal-aħħar li, permezz tat-tieni sentenza tagħha tad‑<DATE ISO="20171019">19 ta’ Ottubru 2017</DATE>, ċaħdet fuq il-mertu l-appell ippreżentat minn din il-kumpannija kontra s-sentenza tat-tribunal administratif de Montreuil (il-Qorti Amministrattiva ta’ Montreuil) tas‑<DATE ISO="20120427">27 ta’ April 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Icade Promotion imbagħad ippreżentat appell ta’ kassazzjoni quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Sabiex tikkontesta l-issuġġettar tal-bejgħ inkwistjoni fil-kawża prinċipali għall-VAT fuq il-marġni, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 257(6) u tal-Artikolu 268 tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxi, Icade Promotion issostni li l-applikazzjoni għal dan il-bejgħ tal-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni kienet, minn żewġ aspetti, inkompatibbli mal-Artikolu 392 tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, skont ir-rikorrenti, l-Artikolu 392 tad-Direttiva tal-VAT jawtorizza lill-Istati Membri jissuġġettaw it-trasferimenti ta’ artijiet għall-iżvilupp għal skema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni biss meta l-persuna taxxabbli li twettaq tali trasferimenti tkun sostniet il-VAT meta akkwistat l-artijiet, filwaqt li tkun imċaħħda mid-dritt li twettaq tnaqqis ta’ din il-VAT. F’dan ir-rigward, Icade Promotion tibbaża ruħha, b’mod partikolari, fuq il-verżjoni bil-lingwa Ingliża tal-Artikolu 392 tad-Direttiva tal-VAT li tipprevedi b’mod espliċitu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>in-nuqqas ta’ possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fuq ix-xiri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, skont Icade Promotion, l-Artikolu 392 tad-Direttiva tal-VAT jawtorizza lill-Istati Membri jissuġġettaw it-trasferimenti ta’ artijiet għall-iżvilupp għal skema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni biss meta l-persuna taxxabbli li twettaq tali trasferimenti tillimita ruħha li tixtri u tbigħ mill-ġdid dawn l-artijiet fl-istat attwali tagħhom. Għaldaqstant, din id-dispożizzjoni ma tapplikax għat-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ ta’ artijiet għall-iżvilupp li, wara l-akkwist tagħhom, kienu s-suġġett ta’ konverżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, sabiex tingħata risposta għal dawn l-argumenti, il-cour administrative d’appel de Versailles (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Versailles) iddeċidiet li l-assenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>dritt għal tnaqqis<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> meta sar l-akkwist prevista fl-Artikolu 392 tad-Direttiva tal-VAT tkopri il-każijiet li fihom l-akkwist ma kienx suġġett għall-VAT. Barra minn hekk, skont<?PAGE NO="8"?> din il-qorti, il-fatt li dan l-artikolu jsemmi t-trasferimenti ta’ artijiet għall-iżvilupp <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>mixtrija għall-iskop ta’ bejgħ mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> la għandu l-għan u lanqas l-effett li jeskludi x-xiri ta’ artijiet mhux mibnija segwit minn bejgħ mill-ġdid bħala artijiet għall-iżvilupp.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 392 tad-[Direttiva tal-VAT] għandu jiġi interpretat fis-sens li jirriżerva l-applikazzjoni tal-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ proprjetajiet immobbli li l-akkwist tagħhom kien suġġett [għall-VAT] mingħajr ma l-persuna taxxabbli li tbiegħhom mill-ġdid kellha d-dritt li tnaqqas din it-taxxa? Jew jippermetti li din l-iskema tiġi applikata għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ proprjetajiet immobbli li l-akkwist tagħhom ma kienx suġġett għal din it-taxxa, għar-raġuni li dan l-akkwist ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha jew inkella għar-raġuni li, minkejja li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, dan huwa eżenti minnha?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 392 tad-[Direttiva tal-VAT] għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi l-applikazzjoni tal-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ artijiet għall-iżvilupp fiż-żewġ każijiet segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>meta dawn l-artijiet, akkwistati mhux mibnija, isiru, bejn il-mument tal-akkwist tagħhom u dak tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom mill-persuna taxxabbli, artijiet għall-iżvilupp;</P></ITEM><ITEM><P>meta dawn l-artijiet ikunu is-suġġett, bejn il-mument tal-akkwist tagħhom u dak tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom mill-persuna taxxabbli, ta’ bidliet fil-karatteristiċi tagħhom bħad-diviżjoni tagħhom f’lottijiet jew it-twettiq ta’ xogħolijiet li jippermettu li jiġu konnessi ma’ varji networks (toroq, ilma, elettriku, gass, dranaġġ, telekomunikazzjonijiet)?<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 392 tad-Direttiva tal-VAT għandux jiġi interpretat fis-sens li jillimita l-applikazzjoni tal-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ proprjetajiet immobbli li l-akkwist tagħhom kien suġġett għall-VAT mingħajr ma l-persuna taxxabbli li tbigħhom mill-ġdid kellha d-dritt li twettaq it-tnaqqis ta’ din it-taxxa fl-okkażjoni ta’ dan l-akkwist jew fis-sens li jippermetti l-applikazzjoni ta’ din l-iskema wkoll għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ proprjetajiet immobbli li l-akkwist tagħhom ma kienx suġġett għall-imsemmija taxxa, jew għaliex dan l-akkwist ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taxxa, jew għaliex, minkejja li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, jinsab eżenti minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Qabelxejn għandu jiġi rrilevat li hemm differenzi bejn il-verżjonijiet lingwistiċi tal-Artikolu 392 tad-Direttiva tal-VAT. Fil-fatt, il-verżjoni bil-lingwa Franċiża ta’ din id-dispożizzjoni tirreferi biss għall-assenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>dritt għal tnaqqis<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> mingħajr ma tispeċifika jekk din l-assenza hijiex sempliċement dovuta għall-fatt li t-tranżazzjoni inizjali ma kinitx suġġetta għall-VAT jew li kienet hekk suġġetta mingħajr madankollu ma sussegwentement tagħti dritt għal tnaqqis. Min-naħa l-oħra, il-verżjoni bil-lingwa Ingliża tal-imsemmija dispożizzjoni tirreferi għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>VAT<?PAGE NO="9"?> fuq ix-xiri<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> filwaqt li tispeċifika li din <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>ma setgħetx titnaqqas<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>the VAT on the purchase was not deductible<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>), u b’hekk tagħti x’tifhem li t-trasferiment ta’ tali artijiet għandu, bħala prinċipju, ikun suġġett għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fil-każ ta’ diverġenza bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi ta’ test tal-Unjoni Ewropea, id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-istruttura ġenerali u tal-iskop tal-leġiżlazzjoni li din id-dispożizzjoni tagħmel parti minnha (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201008">8 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>United Biscuits (Pensions Trustees) u United Biscuits Pension Investments</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑235/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:801">EU:C:2020:801</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat ukoll li l-iskema ta’ tassazzjoni prevista fl-Artikolu 392 tad-Direttiva tal-VAT tikkostitwixxi deroga mis-sistema ġenerali tad-Direttiva tal-VAT u għandha, għaldaqstant, tiġi interpretata b’mod strett. Madankollu, dan ma jfissirx li l-kliem użat sabiex tiġi ddefinita din l-iskema derogatorja għandu jiġi interpretat b’mod li jneħħilha l-effetti tagħha. Fil-fatt, l-interpretazzjoni ta’ dan il-kliem għandha tkun konformi mal-għanijiet segwiti permezz tal-imsemmija skema u għandha tosserva r-rekwiżiti ta’ newtralità fiskali (ara, b’analoġija, tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181129">29 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Mensing</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑264/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:968">EU:C:2018:968</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar, fir-rigward tal-istruttura ġenerali tad-Direttiva tal-VAT, li, skont il-prinċipju fundamentali inerenti fis-sistema tal-VAT, din it-taxxa tapplika għal kull tranżazzjoni ta’ produzzjoni jew ta’ distribuzzjoni, wara t-tnaqqis magħmul tal-VAT li tkun ġiet imposta direttament fuq l-ispiża tad-diversi elementi li jikkostitwixxu l-prezz (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>X</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑651/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:346">EU:C:2013:346</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat ukoll li d-Direttiva tal-VAT tistabbilixxi distinzjoni ċara bejn, minn naħa, it-trasferimenti ta’ artijiet għall-iżvilupp, li huma suġġetti għall-VAT u, min-naħa l-oħra, it-trasferimenti ta’ artijiet mhux mibnija, li huma eżenti minn din it-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12(3) tad-Direttiva tal-VAT, jitqiesu li huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>artijiet għall-iżvilupp<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, għall-finijiet tal-punt (1)(b) ta’ dan l-artikolu, l-artijiet, mhux żviluppati jew żviluppati, iddefiniti bħala tali mill-Istati Membri. Dawn tal-aħħar, meta jiddefinixxu l-artijiet li għandhom jitqiesu li huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>artijiet għall-iżvilupp<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, huma obbligati josservaw l-għan imfittex mill-Artikolu 135(1)(k) ta’ din id-direttiva, li jfittex li jeżenta mill-VAT biss it-trasferimenti ta’ artijiet mhux mibnija li ma humiex intiżi sabiex fuqhom jitla’ bini (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130117">17 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Woningstichting Maasdriel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑543/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:20">EU:C:2013:20</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat li, fid-dawl tal-Artikolu 135(1)(k), moqri flimkien mal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva tal-VAT, kull trasferiment ta’ artijiet għall-iżvilupp imwettaq bi ħlas minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali għandu, bħala prinċipju, ikun suġġett għall-VAT, jew skont jew is-sistema tad-dritt komuni tal-Artikolu 73 tad-Direttiva tal-VAT, li jipprevedi li l-VAT hija kkalkolata abbażi tal-korrispettiv tal-kunsinna ta’ oġġetti jew tal-provvista ta’ servizzi, jiġifieri l-prezz tal-bejgħ, jew, b’deroga għall-Istati Membri li jkunu pprevedew din il-possibbiltà, skont l-iskema ta’ tassazzjoni skont l-Artikolu 392 ta’ din id-direttiva, li bis-saħħa tagħha l-valur taxxabli huwa magħmul mid-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ u l-prezz tax-xiri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-għan imfittex mid-Direttiva tal-VAT, għandu jitfakkar li din għandha b’mod partikolari l-għan li tiggarantixxi l-prinċipju ta’ newtralità fiskali li jipprekludi, minn naħa, li kunsinni ta’ oġġetti simili, li jkunu jinsabu f’kompetizzjoni bejniethom, jiġu ttrattati b’mod<?PAGE NO="10"?> differenti mill-perspettiva tal-VAT kif ukoll, min-naħa l-oħra, li l-operaturi ekonomiċi li jwettqu l-istess tranżazzjonijiet jiġu ttrattati b’mod differenti fil-qasam tal-ġbir tal-VAT (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130117">17 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Woningstichting Maasdriel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑543/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:20">EU:C:2013:20</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>L-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni għandha l-għan li tiggarantixxi dan il-prinċipju sa fejn din l-iskema hija intiża sabiex tikkumpensa għal residwu ta’ VAT li ma tistax titnaqqas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-Proposta għas-Sitt Direttiva tal-Kunsill fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (COM(73) 950 final) jirriżulta li valur taxxabbli mnaqqas jista’ jiġi applikat fil-każ fejn oġġett, li jkun diġà ġie suġġett għall-VAT b’mod definittiv (pereżempju, proprjetà immobbli ta’ abitazzjoni, bħala oġġett <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>ikkonsmat<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> minħabba l-ewwel okkupazzjoni tagħha), sussegwentement jiddaħħal mill-ġdid fiċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>ċirkwit kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> u jkun, għaldaqstant, suġġett mill-ġdid għall-VAT. L-imsemmi memorandum ta’ spjegazzjoni jgħid li, f’dan il-każ, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni din il-kummerċjalizzazzjoni ġdida tal-proprjetà immobbli li tkun twassal għal piż fiskali wisq oneruż fuq il-kummerċ tal-proprjetà immobbli, kien neċessarju t-tbegħid mit-tassazzjoni skont il-prinċipji ġenerali u li tiġi prevista […] il-possibbiltà għall-Istati Membri li jiddeterminaw l-bażi tal-[VAT] permezz ta’ tnaqqis <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>bażi minn bażi<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="2019" ID="QE0039"/><QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-fatt, tassazzjoni tal-prezz ta’ bejgħ totali fi tmiem l-ewwel konsum finali jkollha bħala konsegwenza, fl-assenza tal-possibbiltà ta’ tnaqqis, l-inklużjoni fil-bażi taxxabbli mhux biss ta’ prezz diġà suġġett għall-VAT definittiva, iżda wkoll l-ammont ta’ din il-VAT. Dan iwassal sabiex il-piż definittiv tal-VAT għaċ-ċirkwit ekonomiku kollu jkun jiddependi b’mod partikolari min-numru ta’ istanzi ta’ konsum finali suċċessivi u mill-prezzijiet imħallsa f’dak iż-żmien. Min-naħa l-oħra, l-issuġġettar għall-VAT fuq il-marġni jippermetti li jitnaqqas dan ir-residwu ta’ VAT u li tiġi stabbilita mill-ġdid in-newtralità fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>B’dan il-mod, l-applikazzjoni ta’ din l-iskema ta’ tassazzjoni għat-tranżazzjonijiet imwettqa wara l-ewwel konsum finali tippermetti li jiġi ggarantit li l-piż fuq it-tieni konsum finali jiġi ddeterminat fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk fuq l-ewwel konsum. Dan huwa element li jiżgura l-funzjonament tajjeb tal-VAT meta tapplika għal oġġetti li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ diversi istanzi ta’ konsum finali li jinterrompu l-katina ta’ tnaqqis.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għandu jissemma li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddikjarat ruħha dwar skema analoga għal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri l-iskema tal-marġni ta’ profitt fil-qasam tal-oġġetti użati. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li t-tassazzjoni, fuq il-prezz globali tagħha, tal-kunsinna ta’ oġġett użat minn persuna taxxabbli‑bejjiegħ mill-ġdid, meta l-prezz li bih in-negozjant taxxabbli akkwista dan l-oġġett jinkludi ammont ta’ VAT tal-input li jkun tħallas minn persuna li taqa’ taħt waħda mill-kategoriji identifikati fl-Artikolu 314(a) sa (d) tad-Direttiva tal-VAT, u li la din il-persuna u lanqas il-persuna taxxabbli‑bejjiegħ mill-ġdid ma kienu f’pożizzjoni li jnaqqsu, twassal għal taxxa doppja (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Auto Nikolovi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑203/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:118">EU:C:2011:118</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi enfasizzat li l-akkwisti ta’ artijiet għall-iżvilupp minn persuna taxxabbli bil-għan tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom ma humiex neċessarjament suġġetti għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, interpretazzjoni tal-Artikolu 392 tad-Direttiva tal-VAT biss fis-sens li huwa jirriżerva l-applikazzjoni tal-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni biss għat-trasferimenti ta’ artijiet għall-iżvilupp li l-akkwist tagħhom ġie suġġett għall-VAT, mingħajr ma l-persuna taxxabbli li<?PAGE NO="11"?> tbigħhom mill-ġdid kellha d-dritt li tnaqqas din it-taxxa, u li jeskludi, għalhekk, l-applikazzjoni ta’ din l-iskema meta dan l-akkwist ma ġiex suġġett għall-VAT, fil-każ ta’ reintegrazzjoni ta’ dawn l-artijiet fi proċess ekonomiku bil-għan li jkun is-suġġett tat-tieni konsum), dan iwassal sabiex trasferimenti ta’ proprjetajiet simili, li għalhekk ikunu f’kompetizzjoni bejniethom, kif ukoll l-operaturi ekonomiċi, li jwettquhom, jiġu ttrattati b’mod differenti mill-perspettiva tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, minbarra l-ipoteżi msemmija fil-punt preċedenti, l-interpretazzjoni kuntestwali u teleoloġika esposta fil-punti 36 sa 42 ta’ din is-sentenza ma tippermettix li tiġi ġġustifikata l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni derogatorja prevista fl-Artikolu 392 tad-Direttiva tal-VAT għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ artijiet li l-akkwist tagħhom ma ġiex suġġett għal din it-taxxa. Dan huwa l-każ tal-akkwist ta’ art għall-iżvilupp meta l-bejjiegħ inizjali tagħha jkun individwu li sempliċement jamministra l-patrimonju privat tiegħu, mingħajr ma dan it-trasferiment isir fil-kuntest tat-twettiq ta’ kwalunkwe attività ekonomika, jew tal-akkwist ta’ art mhux mibnija li hija, skont l-Artikolu 135(1)(k) tad-Direttiva tal-VAT, kompletament eżenti mill-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan l-aħħar każ, kif l-Avukat Ġenerali osserva fil-punt 77 tal-konklużjonijiet tiegħu, ma jkun hemm ebda riskju ta’ taxxa doppja fil-każ ta’ bejgħ mill-ġdid ta’ tali artijiet, anki fl-ipoteżi fejn dawn sadanittant ikunu saru <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> bħala artijiet għall-iżvilupp. Bl-istess mod, minħabba li huma eżenti mill-VAT, l-artijiet mhux mibnija ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>(istanzi ta’) konsum finali<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fis-sens tad-Direttiva tal-VAT, b’tali mod li ma tqumx il-kwistjoni tad-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>dħul mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> tagħhom fiċ-ċirkwit kummerċjali. Għaldaqstant, f’dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet, l-ipoteżi ta’ VAT <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>li tibqa’ inkluża<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> f’tali oġġetti minħabba eventwali tassazzjoni preċedenti ma hijiex rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 392 tad-Direttiva tal-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li l-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni tiġi applikata għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ artijiet għall-iżvilupp kemm meta l-akkwist tagħhom ġie suġġett għall-VAT, mingħajr ma l-persuna taxxabbli li tbigħhom kellha d-dritt li tnaqqas din it-taxxa, kif ukoll meta l-akkwist tagħhom ma ġiex suġġett għall-VAT filwaqt li l-prezz li bih il-persuna taxxabbli‑bejjiegħ mill-ġdid akkwistat dawn il-proprjetajiet jinkludi ammont ta’ VAT tal-input li tħallas mill-bejjiegħ inizjali. Madankollu, barra minn din l-ipoteżi, din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ artijiet għall-iżvilupp li l-akkwist inizjali tagħhom ma ġiex suġġett għall-VAT, jew minħabba li jinsab barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, jew minħabba li huwa eżenti minnha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 392 tad-Direttiva tal-VAT għandux jiġi interpretat fis-sens li jeskludi l-applikazzjoni tal-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni għat-tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ artijiet għall-iżvilupp meta dawn l-artijiet akkwistati mhux mibnija jkunu saru, bejn il-mument tal-akkwist tagħhom u dak tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom mill-persuna taxxabbli, artijiet għall-iżvilupp u meta dawn l-artijiet kienu s-suġġett, bejn il-mument tal-akkwist tagħhom u dak tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom mill-persuna taxxabbli, ta’ bidliet fil-karatteristiċi tagħhom bħad-diviżjoni tagħhom f’lottijiet jew it-twettiq ta’ xogħlijiet li jippermettu l-installazzjoni ta’ networks li jservu l-imsemmija artijiet, bħal, b’mod partikolari, networks tal-gass jew tal-elettriku.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, il-kwistjoni dwar l-artijiet akkwistati mhux mibnija, għandu jiġi rrilevat, kif jirriżulta mill-punt 31 ta’ din is-sentenza, li, fir-rigward ta’ deroga mill-prinċipju ġenerali tad-Direttiva tal-VAT fis-sens li l-VAT għandha fil-prinċipju tinġabar fuq il-prezz ipprattikat bejn il-partijiet, hemm lok li l-Artikolu 392 ta’ din id-direttiva jiġi interpretat b’mod strett, mingħajr madankollu ma titneħħa s-sustanza ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li, skont l-Artikolu 12(3) tad-Direttiva tal-VAT, huma kkunsidrati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>artijiet għall-iżvilupp<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> l-artijiet, mhux żviluppati jew żviluppati, iddefiniti bħala tali mill-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Madankollu, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 34 ta’ din is-sentenza, id-Direttiva tal-VAT tillimita l-marġni ta’ diskrezzjoni ta’ dawn tal-aħħar fir-rigward tal-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>artijiet għall-iżvilupp<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom josservaw l-għan imfittex mill-Artikolu 135(1)(k) ta’ din id-direttiva, li jfittex li jeżenta mill-VAT biss it-trasferimenti ta’ artijiet mhux mibnija li ma humiex intiżi sabiex fuqhom jitla’ bini.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>artijiet għall-iżvilupp<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> hija limitat ukoll mill-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>bini<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, iddefinit b’mod wiesa’ ħafna mil-leġiżlatur tal-Unjoni fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva tal-VAT bħala li jinkludi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>kull struttura fissa ma’ jew fl-art<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Minn dawn id-dispożizzjonijiet kollha jirriżulta li, fid-dawl tal-fatt li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>art għall-iżvilupp<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> jinkludi l-artijiet kemm mhux żviluppati kif ukoll żviluppati, il-kriterju determinanti għall-finijiet tad-distinzjoni bejn art għall-iżvilupp u art mhux mibnija huwa dak dwar jekk, fil-mument tat-tranżazzjoni, l-art inkwistjoni hijiex intiża sabiex fuqha jitla’ bini.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Issa, mill-Artikolu 392 tad-Direttiva tal-VAT jirriżulta li l-iskema derogatorja tat-tassazzjoni fuq il-marġni tapplika biss għall-artijiet għall-iżvilupp li, iddefiniti bħala tali mill-Istati Membri bħala artijiet intiżi sabiex fuqhom jitla’ bini, jinxtraw bil-għan tal-bejgħ mill-ġdid. Min-naħa l-oħra, il-bejgħ mill-ġdid ta’ artijiet akkwistati mhux mibnija, minħabba li ma humiex intiżi sabiex fuqhom jitla’ bini u huma, bħala prinċipju, eżenti mill-VAT, għandu jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat ukoll li, sabiex tiġi ggarantita l-osservanza tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, huwa neċessarju li l-artijiet kollha mhux mibnija intiżi sabiex fuqhom jitla’ bini u, għaldaqstant, intiżi għall-bini, ikunu koperti mid-definizzjoni nazzjonali tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>artijiet għall-iżvilupp<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130117">17 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Woningstichting Maasdriel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑543/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:20">EU:C:2013:20</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina, billi tieħu inkunsiderazzjoni d-definizzjonijiet leġiżlattivi nazzjonali u ċ-ċirkustanzi kollha li fihom seħħew it-tranżazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jekk l-artijiet akkwistati minn Icade Promotion jaqgħux taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>art għall-iżvilupp<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> jew jekk, għall-kuntrarju, humiex artijiet mhux mibnija li, peress li huma eżenti mill-VAT, ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 392 tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni, fit-tieni lok, dwar jekk dan l-artikolu jeskludix l-applikazzjoni tal-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni għal trasferiment ta’ artijiet għall-iżvilupp meta dawn l-artijiet kienu s-suġġett, bejn il-mument tal-akkwist tagħhom u dak tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom mill-persuna taxxabbli, ta’ bidliet fil-karatteristiċi tagħhom bħalma huma d-diviżjoni tagħhom f’lottijiet jew<?PAGE NO="13"?> it-twettiq ta’ xogħlijiet li jippermettu li jiġu konnessi ma’ diversi networks, għandu jiġi osservat li huwa ċertament minnu li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011 jikklassifika bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>proprjetà immobbli<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> kull <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>binja<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> jew kull <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>struttura mwaħħla b’mod permanenti mal-art jew ġo fiha, fuq jew taħt il-livell tal-baħar, li ma tistax tiġi żmuntata jew imċaqilqa faċilment<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> bħall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>bini ta’ strutturi permanenti fuq l-art kif ukoll ix-xogħol ta’ bini u ta’ twaqqigħ li jsir fuq strutturi permanenti bħal sistemi tal-katusi għall-gass, għall-ilma, għad-dranaġġ u oħrajn bħalhom<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Madankollu, il-fatt li tali żviluppi jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>proprjetà immobbli<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>, fis-sens tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011, ma jaffettwax il-klassifikazzjoni ta’ art żviluppata b’dan il-mod bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>art għall-iżvilupp<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>. Fil-fatt, l-Artikolu 12(3) tad-Direttiva tal-VAT jipprevedi b’mod ċar li anki l-artijiet żviluppati jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>artijiet għall-iżvilupp<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> sa fejn huma ddefiniti bħala tali mill-Istati Membri. Fi kliem ieħor, l-iżvilupp tal-artijiet, bħall-konnessjoni man-networks tal-elettriku, tal-gass, tal-ilma, eċċ., ma jistax ikollu bħala konsegwenza l-bidla fil-klassifikazzjoni ġuridika tagħhom bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>bini<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>, bħala kostruzzjoni stabbilita fl-art permezz, b’mod partikolari, ta’ pedamenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva tal-VAT jiddefinixxi bini b’mod wiesa’ ħafna bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>kull struttura fissa ma’ jew fl-art<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, jibqa’ l-fatt li din id-dispożizzjoni tirreferi għall-Artikolu 12(1)(a) ta’ din id-direttiva, li jirreferi għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>provvista, qabel l-ewwel okkupazzjoni, ta’ bini jew parti minn bini<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>. Għalhekk, ma jistax jiġi konkluż li sempliċi xogħlijiet ta’ konnessjoni man-networks jistgħu jiġu inklużi fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>bini<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għalkemm jirriżulta, essenzjalment, mill-punti 32 u 33 tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171116">16 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Kozuba Premium Selection</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑308/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:869">EU:C:2017:869</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li binja li kienet is-suġġett ta’ trasformazzjoni jew ta’ xogħlijiet ta’ modernizzazzjoni għandha tiġi suġġetta għas-sistema tad-dritt komuni tal-VAT ladarba dawn it-tranżazzjonijiet ikunu ġġeneraw valur miżjud, bħall-kostruzzjoni inizjali tagħha, din il-ġurisprudenza ma tistax madankollu tiġi applikata b’analoġija għall-kawża prinċipali. Fil-fatt, fil-kawża li tat lok għal dik is-sentenza, il-kwistjoni dwar jekk ix-xogħlijiet ta’ modernizzazzjoni inkwistjoni ġġenerawx valur miżjud kienet determinanti għall-issuġġettar jew le tat-trasferiment tal-bini inkwistjoni għall-VAT. Min-naħa l-oħra, fil-kawża prinċipali, ma huwiex l-issuġġettar tat-trasferiment tal-artijiet għall-VAT li huwa inkwistjoni, iżda l-applikabbiltà ta’ dispożizzjoni derogatorja li tipprevedi sistema ta’ tassazzjoni mnaqqsa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Issa, għalkemm l-Artikolu 392 tad-Direttiva tal-VAT jirreferi għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>provvista [trasferiment] ta’ bini u art tal-bini [art għall-iżvilupp] mixtrija għall-iskop ta’ bejgħ mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>, ma jistax jiġi konkluż li dawn it-termini jipprojbixxu li l-artijiet ikunu ġew ittrasformati mill-persuna taxxabbli‑bejjiegħ mill-ġdid, sakemm ikunu jistgħu jiġu kklassifikati bħala artijiet għall-iżvilupp waqt il-bejgħ mill-ġdid tagħhom. Fil-fatt, tali konklużjoni la tirriżulta mill-intenzjonijiet tal-leġiżlatur tal-Unjoni fir-rigward ta’ din id-dispożizzjoni, u lanqas mill-interpretazzjoni kuntestwali ta’ din.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ladarba art mhux żviluppata titqies li hija art għall-iżvilupp, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, il-konverżjoni magħmula sabiex din issir art żviluppata, li għaldaqstant tibqa’ intiża sabiex tiġi żviluppata, hija irrilevanti għall-klassifikazzjoni tagħha bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>art għall-iżvilupp<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> sakemm dan l-iżvilupp ma jistax jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>bini<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 392 tad-Direttiva tal-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi l-applikazzjoni tal-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ artijiet għall-iżvilupp meta dawn<?PAGE NO="14"?> l-artijiet akkwistati mhux mibnija jkunu saru, bejn il-mument tal-akkwist tagħhom u dak tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom mill-persuna taxxabbli, artijiet għall-iżvilupp, iżda ma jeskludix l-applikazzjoni ta’ din l-iskema għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ artijiet għall-iżvilupp meta dawn l-artijiet kienu s-suġġett, bejn il-mument tal-akkwist tagħhom u dak tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom mill-persuna taxxabbli, ta’ bidliet fil-karatteristiċi tagħhom bħad-diviżjoni tagħhom f’lottijiet jew it-twettiq ta’ xogħlijiet ta’ żvilupp li jippermettu l-installazzjoni ta’ networks li jservu l-imsemmija artijiet, bħal, b’mod partikolari, networks tal-gass jew tal-elettriku.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 392 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li l-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni tiġi applikata għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ artijiet għall-iżvilupp kemm meta l-akkwist tagħhom ġie suġġett għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), mingħajr ma l-persuna taxxabbli li tbigħhom kellha d-dritt li tnaqqas din it-taxxa, kif ukoll meta l-akkwist tagħhom ma ġiex suġġett għall-VAT filwaqt li l-prezz li bih il-persuna taxxabbli bejjiegħ mill-ġdid akkwistat dawn il-proprjetajiet jinkludi ammont ta’ VAT tal-input li tħallas mill-bejjiegħ inizjali. Madankollu, barra minn din l-ipoteżi, din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ artijiet għall-iżvilupp li l-akkwist inizjali tagħhom ma ġiex suġġett għall-VAT, jew minħabba li jinsab barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, jew minħabba li huwa eżenti minnha.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 392 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi l-applikazzjoni tal-iskema ta’ tassazzjoni fuq il-marġni għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ artijiet għall-iżvilupp meta dawn l-artijiet akkwistati mhux mibnija jkunu saru, bejn il-mument tal-akkwist tagħhom u dak tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom mill-persuna taxxabbli, artijiet għall-iżvilupp, iżda ma jeskludix l-applikazzjoni ta’ din l-iskema għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ artijiet għall-iżvilupp meta dawn l-artijiet kienu s-suġġett, bejn il-mument tal-akkwist tagħhom u dak tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom mill-persuna taxxabbli, ta’ bidliet fil-karatteristiċi tagħhom bħad-diviżjoni tagħhom f’lottijiet jew it-twettiq ta’ xogħlijiet ta’ żvilupp li jippermettu l-installazzjoni ta’ networks li jservu l-imsemmija artijiet, bħal, b’mod partikolari, networks tal-gass jew tal-elettriku.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>