|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6885 |
12.11.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11784 — AURELIUS / WHAT’S COOKING SAVOURY)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/6885)
1.
Fil-5 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Aurelius Investment Lux One S.à r.l. (“Aurelius”, Luxembourg), |
|
— |
What’s Cooking Savoury Belgium NV (“What’s Cooking”, Belgium). |
Aurelius se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ What’s Cooking.
Il-konċentrazzjoni tintlaħaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Aurelius hija parti mill-Grupp Aurelius, attiv madwar id-dinja bħala kumpanija ta’ investiment ta’ ekwità privata u maniġer tal-assi li għandu diversi kumpaniji tal-portafoll attivi fl-industrija, il-kimika, il-bejgħ bl-imnut, is-servizzi tan-negozju, il-media u l-IT, u l-catering tal-linji tal-ajru, |
|
— |
What’s Cooking huwa prinċipalment attiv fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ laħam u pejsts ipproċessati, inklużi soluzzjonijiet ta’ tqattigħ u ppakkjar tas-servizzfil-Belġju, fin-Netherlands, fil-Ġermanja, fir-Renju Unit, fi Spanja, fi Franza, fil-Lussemburgu, u fir-Rumanija . |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11784 — AURELIUS / WHAT’S COOKING SAVOURY
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir- “Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6885/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)