|
2.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 30/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/161
tat-23 ta' Ottubru 2017
li jistabbilixxi eżenzjoni de minimis għall-obbligu tal-ħatt l-art għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir fil-Baħar Mediterran
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu l-għan li jelimina progressivament l-iskartar tal-ħut fis-sajd kollu tal-Unjoni bl-introduzzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art għall-qabdiet ta' speċijiet li huma soġġetti għal-limiti ta' qbid jew għal daqsijiet minimi. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-obbligu tal-ħatt l-art għandu japplika għas-sajd ta' ħut pelaġiku żgħir mill-1 ta' Jannar 2015. Għas-sajd inkwistjoni, l-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art (“pjanijiet għall-iskartar”) fuq bażi temporanja permezz ta' att delegat u għal perjodu ta' mhux iżjed minn tliet snin. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1392/2014 (2) li jistabbilixxi pjan ta' rimi għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir fil-Baħar Mediterran. Dak il-pjan għall-iskartar japplika għal sajd ta' ħut pelaġiku żgħir bl-użu fis-sajd bix-xbieki tat-tkarkir u/jew bit-tartaruni tal-borża (sajd għall-inċova, għas-sardin, għall-kavalli u għas-sawrell). Sabiex jiġu evitati spejjeż sproporzjonati tal-qabdiet mhux mixtieqa, ir-Regolament jippermetti r-rimi ta' perċentwal żgħir ta' qabdiet ta' speċijiet li huma soġġetti għal daqsijiet minimi kif imsemmi fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 (3) (“l-eżenzjoni de minimis”). |
|
(4) |
Il-pjan għall-iskartar stabbilit mir-Regolament Delegat (UE) Nru 1392/2014 se jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017. Barra minn hekk, ma ġewx adottati miżuri bl-iskop li tiġi speċifikata l-eżenzjoni de minimis fi pjan multiannwali lil hinn mill-31 ta' Diċembru 2017. Biex jiġu evitati spejjeż sproporzjonati ta' ġestjoni ta' qabdiet mhux mixtieqa, huwa xieraq li tiġi stabbilita eżenzjoni de minimis skont l-Artikolu 15(7) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. L-eżenzjoni de minimis għandha tapplika fiż-Żoni tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran) koperti mill-pjan għall-iskartar attwali, li huma ż-Żoni 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11.1, 11.2, u 12 (il-Punent tal-Baħar Mediterran); 17 u 18 (il-Baħar Adrijatiku); u 15, 16, 19, 20, 22, 23 u 25 (ix-Xlokk tal-Baħar Mediterran). |
|
(5) |
L-eżenzjoni de minimis proposta ġiet analizzata mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) li ma tax kummenti dwar dan, minbarra l-fatt li, fil-każijiet fejn intalab li l-perċentwal de minimis jiżdied minn 3 % għal 5 %, dan tqies li ma kienx ġustifikabbli. Fid-dawl ta' dan kollu, huwa xieraq li tiġi stabbilita eżenzjoni de minimis skont il-livell perċentwali stabbilit fir-Regolament Delegat (UE) Nru 1392/2014 u f'livelli li ma jisbqux dawk permessi skont skont l-Artikolu 15(7) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(6) |
Billi l-pjan għall-iskartar stabbilit mir-Regolament Delegat (UE) Nru 1392/2014 se jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Jannar 2018. L-istess bħall-pjan għall-iskartar ta' qabel stabbilit mir-Regolament Delegat (UE) Nru 1392/2014, dan ir-Regolament de minimis għandu japplika għal perjodu ta' tliet snin, jiġifieri sal-31 ta' Diċembru 2020, kif mitlub minn gruppi reġjonali ta' Stati Membri. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u Kamp ta' Applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi eżenzjoni de minimis mill-obbligu tal-ħatt l-art għal speċijiet li huma soġġetti għal daqsijiet minimi ta' sajd ta' ħut pelaġiku żgħir bl-użu ta' xbieki pelaġiċi tat-tkarkir u/jew bit-tartaruni tal-borża fil-Baħar Mediterran (sajd għall-inċova, għas-sardin, għall-kavalli u għas-sawrell).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“speċijiet soġġetti għal daqs minimu” tfisser kull speċi elenkata fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006; |
|
(b) |
“il-Baħar Mediterran” tfisser l-ilmijiet marittimi tal-Mediterran fl-Ilvant tal-linja 5°36′ tal-Punent; |
|
(c) |
“subżona ġeografika tal-GFCM” tfisser subżona ġeografika tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (il-GFCM), kif iddefinita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4); |
|
(d) |
“il-Punent tal-Baħar Mediterran” tfisser is-Sottożoni Ġeografiċi 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11.1, 11.2 u 12 tal-GFCM; |
|
(e) |
“ix-Xlokk tal-Baħar Mediterran” tfisser is-Sottożoni Ġeografiċi 15, 16, 19, 20, 22, 23 u 25 tal-GFCM; |
|
(f) |
“il-Baħar Adrijatiku” tfisser is-subżoni ġeografiċi 17 u 18 tal-GFCM; |
|
(g) |
“in-Nofsinhar tal-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Joniku” tfisser is-Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM 18, 19 u 20; |
|
(h) |
“Il-Gżira ta' Malta u n-Nofsinhar ta' Sqallija” tfisser is-Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM 15 u 16; |
|
(i) |
“Il-Baħar Eġew u l-Gżira ta' Kreta” tfisser is-Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM 22 u 23. |
Artikolu 3
L-eżenzjoni de minimis
1. Fis-sajd ta' ħut pelaġiku żgħir bix-xbieki pelaġiċi tat-tkarkir u bit-tartaruni tal-borża stipulat fl-Annessi I, II u III, massimu ta' 5 % tal-qabdiet annwali totali ta' speċijiet li huma soġġetti għal daqsijiet minimi jista' jiġi skartat.
2. Fis-sajd ta' ħut pelaġiku żgħir bit-tartaruni tal-borża stipulat fl-Annessi IV, V u VI, massimu ta' 3 % tal-qabdiet annwali totali ta' kwalunkwe speċi soġġetta għad-daqsijiet minimi jista' jiġi skartat.
3. B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għandhom japplikaw il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2018.
Għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1392/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan ta' rimi għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir fil-Baħar Mediterran (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 21).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).
ANNESS I
Sajd ta' ħut pelaġiku żgħir fil-Punent tal-Baħar Mediterran
|
Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM |
Kodiċi tal-irkaptu |
Irkaptu tas-sajd |
Speċijiet fil-mira |
|
1, 2, 5, 6, 7,8, 9, 10, 11.1, 11.2 u 12 |
OTM, PTM |
xbieki pelaġiċi tat-tkarkir |
Inċova, sardin, kavalli u sawrell |
|
1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11.1, 11. 2 u 12 |
PS |
tartarun tal-borża |
Inċova, sardin, kavalli u sawrell |
ANNESS II
Sajd ta' ħut pelaġiku żgħir fix-Xlokk tal-Baħar Mediterran
|
Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM |
Kodiċi tal-irkaptu |
Irkaptu tas-sajd |
Speċijiet fil-mira |
|
15, 16, 19, 20, 22 23 u 25 |
OTM, PTM |
xbieki pelaġiċi tat-tkarkir |
Inċova, sardin, kavalli u sawrell |
|
25 |
PS |
tartarun tal-borża |
Inċova, sardin, kavalli u sawrell |
ANNESS III
Sajd ta' ħut pelaġiku żgħir fil-Baħar Adrijatiku
|
Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM |
Kodiċi tal-irkaptu |
Irkaptu tas-sajd |
Speċijiet fil-mira |
|
17 u 18 |
OTM, PTM |
xbieki pelaġiċi tat-tkarkir |
Inċova, sardin, kavalli u sawrell |
|
17 |
PS |
tartarun tal-borża |
Inċova, sardin, kavalli u sawrell |
ANNESS IV
Sajd ta' pelaġiku żgħir fil-Gżira ta' Malta u n-Nofsinhar ta' Sqallija
|
Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM |
Kodiċi tal-irkaptu |
Irkaptu tas-sajd |
Speċijiet fil-mira |
|
15 u 16 |
PS |
tartarun tal-borża |
Inċova, sardin, kavalli u sawrell |
ANNESS V
Sajd ta' ħut pelaġiku żgħir fil-Baħar Eġew u l-Gżira ta' Kreta
|
Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM |
Kodiċi tal-irkaptu |
Irkaptu tas-sajd |
Speċijiet fil-mira |
|
22 u 23 |
PS |
tartarun tal-borża |
Inċova, sardin, kavalli u sawrell |
ANNESS VI
Sajd ta' ħut pelaġiku żgħir fin-Nofsinhar tal-Adrijatiku u l-Baħar Jonju
|
Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM |
Kodiċi tal-irkaptu |
Irkaptu tas-sajd |
Speċijiet fil-mira |
|
18, 19 u 20 |
PS |
tartarun tal-borża |
Inċova, sardin, kavalli u sawrell |