Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
– Fil-Kawża T‑396/05, talba għal annnullament ibbażata fuq l-Artikolu 230 KE, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ rkupru tas-somom imħallsa bil-quddiem fil-kuntest tal-kuntratt tagħha mar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li toġġezzjona għall-kumpens għad-djun;
–
fil-Kawża T‑397/05, talba għar-responsabbiltà kuntrattwali bbażata fuq l-Artikolu 238 KE, intiża għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tas-somma rimanenti tas-sussidju previst fl-istess kuntratt.
Dispożittiv
1) Fil-Kawża T‑296/05, ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli, peress li huwa indirizzat kontra n-Nota ta’ Debitu Nru 3240705638 u d-deċiżjoni ta’ rkupru li tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tat-30 ta’ Awwissu 2005.
2) Fil-Kawża T‑396/05, ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tinsab fl-ittra tagħha tal-5 ta’ Ottubru 2005, li timponi fuq Architecture, microclimat, énergies douces – Europe et Sud SARL (ArchiMEDES) tpaċija tad-djun reċiproċi tagħhom.
3) Fil-Kawża T‑397/05, ir-rikors huwa miċħud.
4) Fil-Kawża T‑397/05, ArchiMEDES hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni s-somma ta’ EUR 148 256.86, miżjuda bl-interessi moratorji bir-rata legali ffissata skont il-liġi Franċiża u sakemm jitħallas id-dejn kollu, mingħajr ma din ir-rata titla’ iktar minn 5.5 % fis-sena.
5) Fil-Kawża T‑396/05, ArchiMEDES hija kkundannata tbati, barra l-ispejjeż tagħha, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni, inklużi dawk tal-proċedura għall-miżuri provviżorji fil-Kawża T‑396/05 R.
6) Fil-Kawża T‑397/05, ArchiMEDES hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedura għal miżuri provviżorji fil-Kawża T‑397/05 R.