|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6178 |
14.10.2024 |
AVVIŻ TA’ REKLUTAĠĠ PE/314/2024/S
DIRETTUR
(grupp ta’ funzjonijiet AD, grad 14)
DĠ 1 (Direttorat Ġenerali għall-Politika Ekonomika u Xjentifika) — Direttorat A (1)
(C/2024/6178)
1. Pożizzjoni vakanti
Il-President tal-Parlament Ewropew iddeċidiet li tniedi proċedura għall-pożizzjoni ta’ direttur (AD, grad 14) fi ħdan id-DĠ 1(id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Ekonomika u Xjentifika), fid-Direttorat A, skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”).
Din il-proċedura ta’ selezzjoni, li għandha l-iskop li tagħti lill-Awtorità tal-Ħatra għażla akbar ta’ kandidati, se tiżvolġi b’mod parallel mal-proċedura interna u dik interistituzzjonali ta’ reklutaġġ.
Ir-remunerazzjoni u l-kondizzjonijiet tal-impjieg huma stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal. Ir-reklutaġġ se jsir fil-grad AD 14. (3) Ma’ dan is-salarju bażiku, li huwa soġġett għat-taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni u eżenti mit-taxxa nazzjonali, jistgħu jiżdiedu ċerti allowances skont il-kondizzjonijiet previsti mir-Regolamenti tal-Persunal.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-kandidati għall-obbligu impost mir-Regolamenti tal-Persunal fuq il-membri l-ġodda kollha tal-persunal li jtemmu b’suċċess perjodu ta’ prova ta’ disa’ xhur u għall-fatt li din il-kariga hija soġġetta għar-Regolament dwar il-politika tal-mobbiltà adottat mill-Bureau tal-Parlament Ewropew fil-15 ta’ Jannar 2018.
Dan l-impjieg jirrikjedi disponibbiltà kif ukoll kuntatt frekwenti ma’ nies fil-Parlament u barra minnu, b’mod partikolari mal-Membri tal-Parlament Ewropew. Il-persuna reklutata bħala direttur se tkun mitluba twettaq missjonijiet frekwenti fil-postijiet tax-xogħol differenti tal-Parlament Ewropew u barra minnhom.
2. Post tax-xogħol
Brussell. Dan l-impjieg jaf jiġi trasferit lejn wieħed mill-postijiet tax-xogħol l-oħra tal-Parlament Ewropew.
3. Opportunitajiet indaqs
Il-Parlament Ewropew japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs u juri l-akbar interess għall-applikazzjonijiet kollha mingħajr ebda diskriminazzjoni, kemm jekk tkun ibbażata fuq il-ġeneru, l-etniċità, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew oħrajn, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, l-orjentament sesswali, l-istat ċivili jew is-sitwazzjoni tal-familja.
4. Deskrizzjoni tal-funzjonijiet
Bħala uffiċjal ta’ livell għoli, il-persuna reklutata bħala direttur, fid-dawl tal-linji gwida u d-deċiżjonijiet stabbiliti mill-awtorità parlamentari u mid-direttur ġenerali, tkun inkarigata minn dawn il-kompiti: (4)
|
— |
tiżgura l-funzjonament tajjeb ta’ dipartiment kbir tas-Segretarjat Ġenerali li jinkludi diversi unitajiet li jkopru l-oqsma ta’ kompetenza tad-direttorat, f’konformità mal-politiki tal-istituzzjoni, |
|
— |
tmexxi, tistimula, timmotiva u tikkoordina timijiet ta’ aġenti; taħdem biex isir l-aħjar użu mir-riżorsi tad-dipartiment filwaqt li tiżgura servizz ta’ kwalità għolja (organizzazzjoni, ġestjoni tar-riżorsi umani u baġitarji, innovazzjoni, eċċ.) fl-oqsma ta’ kompetenza tad-direttorat, |
|
— |
tippjana l-attivitajiet tad-direttorat (tfassil tal-objettivi u l-istrateġiji); tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti; tivvaluta s-servizzi pprovduti bl-iskop li tiggarantixxi l-kwalità tagħhom, |
|
— |
tagħti pariri lid-Direttur Ġenerali, lis-Segretarju Ġenerali u lill-Membri tal-Parlament Ewropew fl-oqsma ta’ attività tad-direttorat, |
|
— |
tikkoopera mad-direttorati differenti tas-Segretarjat Ġenerali, tirrappreżenta lill-istituzzjoni u tinnegozja kuntratti jew ftehimiet fl-oqsma ta’ attività tad-direttorat, |
|
— |
tmexxi u twassal fi tmiemhom proġetti speċifiċi li jistgħu jinvolvu responsabilitajiet finanzjarji, |
|
— |
twettaq il-funzjoni ta’ uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega. |
5. Rekwiżiti ta’ eleġibbiltà
Din il-proċedura ta’ selezzjoni hija miftuħa għall-kandidati kollha li, sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet, ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
a) Rekwiżiti ġenerali
Skont l-Artikolu 28 tar-Regolamenti tal-Persunal, jeħtieġ b’mod partikolari li l-kandidati:
|
— |
ikunu ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (5), |
|
— |
igawdu mid-drittijiet ċivili tagħhom, |
|
— |
ikunu ssodisfaw kull obbligu impost fuqhom mil-liġijiet dwar is-servizz militari, |
|
— |
joffru l-garanziji ta’ moralità mitluba għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet previsti. |
b) Rekwiżiti speċifiċi
i)
|
— |
livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta’ studji universitarji ċċertifikati b’diploma rikonoxxuta uffiċjalment f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni, meta l-perjodu normali ta’ dawn l-istudji universitarji jkun ta’ erba’ snin jew aktar, jew |
|
— |
livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta’ studji universitarji ċċertifikati b’diploma rikonoxxuta uffiċjalment f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni flimkien ma’ esperjenza professjonali xierqa ta’ sena jew aktar (6) meta l-perjodu normali ta’ dawn l-istudji universitarji jkun ta’ tliet snin jew aktar. Id-diplomi, kemm jekk maħruġa fi Stat Membru tal-Unjoni jew f’pajjiż ieħor, iridu jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-Unjoni, bħall-ministeru għall-edukazzjoni ta’ Stat Membru. L-applikanti li jkollhom diplomi mogħtija minn stat mhux membru tal-UE (7) jridu jehmżu mal-applikazzjoni tagħhom ekwivalenza Ewropea tad-diplomi tagħhom. Għal aktar informazzjoni dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki miksuba f’pajjiż terz fi ħdan in-networks ENIC-NARIC, jekk jogħġbok żur https://www.enic-naric.net/. |
ii)
Esperjenza professjonali miksuba wara li jkunu nkisbu l-kwalifiki msemmija hawn fuq:
|
— |
tnax-il sena, eżerċitati mill-inqas parzjalment fl-oqsma ta’ kompetenza tad-direttorat u li jinkludu:
|
iii)
Il-pożizzjoni teżiġi għarfien komplut ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (8), kif ukoll għarfien sodisfaċenti ta’ mill-inqas lingwa waħda oħra minnhom.
Il-Kumitat Konsultattiv iqis ukoll l-għarfien ta’ lingwi uffiċjali oħrajn tal-Unjoni Ewropea.
6. Testijiet
Sabiex jgħin lill-Awtorità tal-Ħatra fl-għażla tagħha, il-Kumitat Konsultattiv għall-Ħatra ta’ Uffiċjali Għolja jistabbilixxi l-lista ta’ kandidati u jirrakkomanda lill-Bureau tal-Parlament Ewropew il-persuni li għandhom jiġu mistiedna għal intervista. Il-Bureau jiffinalizza l-lista ta’ dawn il-persuni, filwaqt li l-Kumitat jagħmel l-intervisti u jippreżenta r-rapport finali tiegħu lill-Bureau għad-deċiżjoni. F’dan il-qafas, il-Bureau jkun jista’ jipproċedi għas-smigħ tal-kandidati.
L-intervisti jkunu bbażati fuq id-deskrizzjoni tal-funzjonijiet, kif imsemmija fil-punt 4 ta’ dan l-avviż, kif ukoll fuq il-kapaċitajiet li ġejjin:
|
— |
sens ta’ strateġija, |
|
— |
kapaċità maniġerjali, |
|
— |
kapaċità ta’ ppjanar bil-quddiem, |
|
— |
kapaċità ta’ reazzjoni għall-avvenimenti, |
|
— |
approċċ metikoluż, |
|
— |
kapaċità ta’ komunikazzjoni. |
7. Tressiq tal-applikazzjonijiet
Id-data li fiha jagħlqu l-applikazzjonijiet hija:
it-Tnejn, 28 ta’ Ottubru 2024, f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
Il-kandidati huma mitluba jibagħtu, permezz ta’ email biss, f’format pdf, ittra ta’ motivazzjoni (għall-attenzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, Avviż ta’ reklutaġġ numru PE/314/2024/S) u curriculum vitae fil-format tal-Europass (9), b’indikazzjoni tar-referenza tal-avviż (PE/314/2024/S) fis-suġġett tal-messaġġ, fl-indirizz li ġej:
PERS-EPSeniorManagement@ep.europa.eu
u jitqiesu bħala prova d-data u l-ħin tat-trażmissjoni tal-email.
Il-kandidati jeħtiġilhom jiżguraw li d-dokumenti skennjati jkunu jistgħu jinqraw.
Il-kandidati li jissejħu għal intervista għandhom jieħdu nota li jeħtiġilhom jipprovdu, sad-data tal-intervista, kopji jew fotokopji tad-dokumenti li jikkonfermaw l-istudji tagħhom, kif ukoll l-esperjenza professjonali tagħhom u l-attività li jeżerċitaw fil-preżent (10) . L-ebda wieħed minn dawn id-dokumenti ma jingħata lura lill-kandidati.
Id-data ta’ natura personali li l-kandidati jibagħtu fil-qafas ta’ din il-proċedura ta’ selezzjoni se tkun ipproċessata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), speċjalment f’dak li jirrigwarda l-kunfidenzjalità u s-sigurtà ta’ tali data.
(1) . L-ismijiet tad-direttorat ġenerali u tad-direttorat huma indikattivi biss, l-ismijiet definittivi tagħhom se jkunu s-suġġett ta’ deċiżjoni separata mill-awtorità kompetenti.
(2) Ara r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1) emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 (ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1) u l-aktar reċentement mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).
(3) Bħala uffiċjal, il-persuna reklutata tingħata grad skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal.
(4) Għall-kompiti prinċipali, ara l-Anness.
(5) L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma: il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja.
(6) Din is-sena ta’ esperjenza ma titqiesx għall-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali li jirreferi għaliha l-punt li jmiss.
(7) Il-kwalifiki/diplomi Brittaniċi miksuba sal-31 ta’ Diċembru 2020 jiġu aċċettati mingħajr rikonoxximent ieħor. Għad-diplomi miksuba wara din id-data, rikonoxximent NARIC huwa meħtieġ. Fil-prattika, dan ifisser li d-diplomi Brittaniċi mogħtija mill-1 ta’ Jannar 2021 iridu jkunu akkumpanjati minn ekwivalenza mogħtija minn awtorità kompetenti ta’ Stat li jkun membru tal-UE.
(8) Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma: il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan u l-Ungeriż.
(9) https://europa.eu/europass/.
(10) Dan ma japplikax għall-kandidati li jkunu fis-servizz tal-Parlament Ewropew fid-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet. Hija r-responsabbiltà tal-kandidati li jiżguraw li s-servizzi tal-Parlament ikollhom il-fajl komplut li jikkorrispondi għall-applikazzjoni tagħhom (fil-każ li xi dokumenti rilevanti jkunu neqsin fil-portal HRM (Streamline)).
(11) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295 du 21.11.2018, p. 39).
ANNESS
DĠ 1 (Direttorat Ġenerali għall-Politika Ekonomika u Xjentifika) (1)
Direttorat A
Dmirijiet prinċipali
|
— |
Jiżgura d-direzzjoni, il-koordinament u t-tmexxija tal-unitajiet u tas-servizzi tad-Direttorat, kif ukoll il-ġestjoni tal-persunal u l-organizzazzjoni ġenerali tad-Direttorat; |
|
— |
Jagħti pariri lill-Membri tal-Parlament fl-oqsma u fl-attivitajiet tagħhom bħala membri tal-Kumitati Parlamentari tad-Direttorat, u b’mod partikolari lill-Presidenti u lir-Rapporteurs, fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom; |
|
— |
Jipprovdi lill-kumitati parlamentari għarfien espert ta’ livell għoli, analiżijiet aġġornati u ħidma ta’ riċerka indipendenti fl-oqsma koperti mid-Direttorat; |
|
— |
Jiżgura l-ġestjoni ta’ proġetti fl-oqsma ta’ attività tal-unitajiet u tas-servizzi tad-Direttorat; |
|
— |
Jirrappreżenta l-istituzzjoni f’diversi kumitati interni u f’ambiti interistituzzjonali; |
|
— |
Jeżerċita l-funzjoni ta’ uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega. |
Unitajiet marbuta mad-Direttorat:
DIPARTIMENT TEMATIKU
|
— |
Jipprovdi assistenza lill-korpi parlamentari u lis-segretarjati tal-kumitati parlamentari tad-Direttorat (studji u noti interni u esterni, workshops, noti għall-uffiċċji privati tal-President u tas-Segretarju Ġenerali) ; |
|
— |
Jagħmel l-għarfien espert estern disponibbli għall-kumitati parlamentari (identifikazzjoni tal-ħtiġijiet, sejħiet għall-offerti, evalwazzjoni); Jiżviluppa skambji ma’ esperti esterni, istituti ta’ riċerka u universitajiet; |
|
— |
Jiżviluppa relazzjonijiet mad-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari u t-tixrid tal-ħidma tad-Dipartiment Tematiku; |
|
— |
Jiżgura l-aġġornament tal-iskedi tad-data teknika. |
SEGRETARJAT TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET EKONOMIĊI U MONETARJI
|
— |
Iħejji dokumenti ta’ ħidma/abbozzi ta’ rapporti (proċeduri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi), jiżgura l-monitoraġġ ta’ atti delegati, ta’ implimentazzjoni u ta’ komitoloġija; |
|
— |
Jiżgura t-tmexxija tas-segretarjat tal-kumitat (organizzazzjoni ta’ laqgħat, laqgħat tal-koordinaturi, programmazzjoni, minuti, eċċ.), inkluż billi jħejji negozjati interistituzzjonali (trilogi) u jassisti lit-tim tan-negozjati tal-Parlament; |
|
— |
Jassisti lill-Membri tal-Parlament Ewropew, b’kontributi bil-miktub u orali, fil-qadi ta’ dmirijiethom bħala President, Viċi President, rapporteur u rapporteur għal opinjoni; |
|
— |
Jorganizza seduti ta’ smigħ pubbliċi, delegazzjonijiet parlamentari, missjonijiet ta’ gruppi ta’ ħidma lil hinn mill-postijiet tax-xogħol, eċċ.; |
|
— |
Jorganizza u jimmaniġġja r-relazzjonijiet fil-qasam tas-servizzi finanzjarji: mal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni, kif ukoll mat-tliet awtoritajiet superviżorji Ewropej: l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA), l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS); |
|
— |
Jimmaniġġja l-kuntatt mal-Bank Ċentrali Ewropew u korpi ekonomiċi/monetarji oħra u jorganizza djalogi monetarji; |
|
— |
Jimmaniġġja l-kuntatt mal-Kunsill, mal-Kummissjoni, mal-KETU, mal-partijiet interessati u mas-soċjetà ċivili. |
SEGRETARJAT TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR
|
— |
Jagħti appoġġ f’waqtu u ta’ kwalità għolja lill-membri tal-Kumitat fil-funzjonijiet leġiżlattivi, baġitarji/ta’ kwittanza, mhux leġiżlattivi u ta’ skrutinju tagħhom, f’konformità mal-objettivi tal-Parlament li jsaħħaħ is-setgħat tiegħu ta’ inizjattiva leġiżlattiva u skrutinju demokratiku; |
|
— |
Jagħti appoġġ ta’ livell għoli, kemm fi ħdan il-Kumitat kif ukoll matul in-negozjati interistituzzjonali, għall-fajls leġiżlattivi ta’ prijorità kollha li mistennija jiġu ffinalizzati matul l-għaxar leġiżlatura; |
|
— |
Jgħin lill-Membri eletti ġodda jistabbilixxu prijoritajiet ċari u fl-ippjanar strateġiku għal-leġiżlatura li jmiss; |
|
— |
Jorganizza l-laqgħa kostitwenti tal-Kumitat; Jiżgura li l-attivitajiet tiegħu, il-laqgħat tal-koordinaturi, il-missjonijiet/delegazzjonijiet ad hoc, is-seduti ta’ smigħ pubbliċi u l-iskambji ta’ fehmiet iseħħu mingħajr xkiel; |
|
— |
Isaħħaħ id-djalogu mal-bqija tal-amministrazzjoni tal-Parlament u ma’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mal-gruppi rilevanti kollha (gruppi ta’ interess, is-soċjetà ċivili, eċċ.); |
|
— |
Jippromwovi l-viżibbiltà tal-ħidma tal-Kumitat permezz tal-paġna web u l-bulletin. |
UNITÀ TAL-KONTROLL TAL-GOVERNANZA EKONOMIKA U TAL-UEM
|
— |
Timmonitorja l-iżvilupp ta’ proċeduri u strumenti ta’ governanza ekonomika, b’mod partikolari fil-kuntest tas-Semestru Ewropew kif ukoll l-istabbiliment u l-iżvilupp tal-unjoni bankarja (MSU, SRMR, SRF); Timmonitorja l-iżviluppi fis-sistema bankarja, is-swieq finanzjarji u s-superviżjoni Ewropea, u tabbozza briefings għall-Membri; Tappoġġja l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) billi tipprovdi servizzi ta’ għarfien espert; |
|
— |
Timmaniġġja s-sejħiet għall-offerti u n-negozjati għal studji minn esperti esterni fl-oqsma tal-governanza ekonomika, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-unjoni bankarja u l-unjoni monetarja; Timmonitorja l-kwalità xjentifika tal-istudji u l-organizzazzjoni ta’ laqgħat preparatorji; |
|
— |
Tħejji, f’kooperazzjoni ma’ unitajiet oħra tal-Parlament, laqgħat mal-parlamenti nazzjonali fil-kuntest tas-Semestru Ewropew; Tiżgura l-għoti ta’ taħriġ u l-parteċipazzjoni f’seminars u konferenzi interni u esterni; |
|
— |
Tabbozza u taġġorna regolarment l- “iskedi tad-data teknika dwar l-Unjoni Ewropea”. |
SEGRETARJAT TAS-SOTTOKUMITAT GĦALL-KWISTJONIJIET FISKALI
|
— |
Iħejji dokumenti ta’ ħidma/abbozzi ta’ rapporti (proċeduri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi), inkluża t-tħejjija ta’ negozjati interistituzzjonali (trilogi) u l-assistenza lit-tim tan-negozjati tal-Parlament; |
|
— |
Jipprovdi s-segretarjat tas-sottokumitat (l-organizzazzjoni tal-laqgħat, tal-laqgħat tal-koordinaturi, skedar, tħejjija ta’ minuti, eċċ.); |
|
— |
Jorganizza seduti ta’ smigħ pubbliċi, delegazzjonijiet parlamentari, missjonijiet ta’ gruppi ta’ ħidma lil hinn mill-postijiet tax-xogħol, eċċ.; |
|
— |
Jassisti lill-Membri tal-Parlament Ewropew, b’kontributi bil-miktub u orali, fil-qadi ta’ dmirijiethom bħala President, Viċi President, rapporteur u rapporteur għal opinjoni; |
|
— |
Jorganizza skambji ta’ fehmiet dwar il-politika fiskali mal-parlamenti nazzjonali; |
|
— |
Jorganizza konferenza interparlamentari dwar it-tassazzjoni; |
|
— |
Jimmaniġġja l-kuntatt mal-Kunsill, mal-Kummissjoni, mal-KES, mal-Qorti tal-Awdituri, mal-partijiet interessati u mas-soċjetà ċivili; |
|
— |
Jiżgura komunikazzjoni interna u esterna tas-sottokumitat (permezz tas-sit web, eCommittee, bulletin, eċċ.). |
(1) L-isem tad-Direttorat Ġenerali huwa biss indikattiv, l-isem definittiv tiegħu u l-ismijiet tad-Direttorati se jkunu s-suġġett ta’ deċiżjoni separata tal-awtorità kompetenti.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6178/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)