|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
40 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta' Diċembru 2005
li temenda d-Deċiżjoni 2005/59/KE rigward iż-żoni fejn il-pjan għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi għandu jiġi implimentat fis-Slovakkja
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5632)
(It-test bis-Slovakk biss huwa awtentiku)
(2006/20/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta' l-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 (1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/59/KE tat-26 ta' Jannar 2005 li tapprova l-pjanijiet għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi u t-tilqim ta' emerġenza għal dawn il-ħnieżer fis-Slovakkja (2) ġiet adottata bħala waħda mill-miżuri fil-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer. |
|
(2) |
L-awtoritajiet Slovakki informaw lill-Kummissjoni dwar l-evoluzzjoni ta' dan l-aħħar tal-marda fil-ħnieżer selvaġġi. Din l-informazzjoni tindika li d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi inqered b'suċċess fit-territorji tad-Distrett Veterinarju u ta' l-Amministrazzjonijiet Alimentari ta' Trnava (li huwa magħmul mid-distretti ta' Trnava, Piešťany u Hlohovec) u Banská Bystrica (li huwa magħmul mid-distretti ta' Banská Bystrica u Brezno). Il-pjan ta' qerda approvat m'għandux għalfejn ikompli jiġi applikat f'dawn iż-żoni. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2005/59/KE għandha għalhekk tiġi emendata biex tirrifletti dan. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Parti 1 ta' l-Anness għad-Deċiżjoni 2005/59/KE jissostitwiha t-test fl-Anness għal din id- Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Slovakka.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Diċembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Direttiva kif emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.
(2) ĠU L 24, 27.1.2005, p. 46. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2005/226/KE (ĠU L 71, 17.3.2005, p. 72).
ANNESS
“1. Żoni fejn il-pjan ta' qerda għandu jkun implimentat
It-territorju tad-Distrett Veterinarju u l-Amministrazzjonijiet Alimentari (DVFA) ta' Trenčín (li huwa magħmul mid-distretti ta' Trenčín u Bánovce nad Bebravou), Prievidza (li huwa magħmul mid-distretti ta' Prievidza u Partizánske), Púchov (li huwa magħmul biss mid-distrett ta' Ilava), Žiar nad Hronom (li huwa magħmul mid-distretti ta' Žiar nad Hronom, Žarnovica u Banská Štiavnica), Zvolen (li huwa magħmul mid-distretti ta' Zvolen, Krupina u Detva), Lučenec (li huwa magħmul mid-distretti ta' Lučenec u Poltár) u Veľký Krtíš.”