|
14.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10514 – DASSAULT SYSTEMES INTERNATIONAL / SZSW / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 72/09)
1.
Fit-3 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Dassault Systemes International SAS (“DSI”, Franza), sussidjarja proprjetà kollha kemm hi ta’ Dassault Systèmes SE (Franza), li min-naħa tagħha hija kkontrollata mill-Groupe Industriel Marcel Dassault (Franza). |
|
— |
Beijing Shenzhou Aerospace Software Technology Co., Ltd (“SZSW”, iċ-Ċina), ikkontrollata miċ-China Aerospace Science and Technology Corporation (iċ-Ċina), li min-naħa tagħha hija kkontrollata mill-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. |
|
— |
l-Impriża Konġunta (il-Joint Venture, “JV”, iċ-Ċina). |
DSI u SZSW jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. il-kontroll bi sħab tal-JV maħluqa ġdida. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
DSI: l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ software għall-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott (product life-cycle management, “PLM”), li jippermetti d-disinn 3D, l-inġinerija, l-immudellar, is-simulazzjoni, il-ġestjoni tad-data u l-ġestjoni tal-proċessi. |
|
— |
SZSW: l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ software għal diversi applikazzjonijiet, inkluż is-settur tal-ajru u tal-ispazju, fiċ-Ċina biss. |
|
— |
il-JV: il-forniment ta’ prodotti u soluzzjonijiet ta’ software PLM fiċ-Ċina, inkluż l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet speċifiċi u l-forniment ta’ servizzi assoċjati fil-qasam ċivili. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10514 – DASSAULT SYSTEMES INTERNATIONAL / SZSW / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).