Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tat-12 ta’ Frar 2010, sa fejn din tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess mitlub għar-reġistri pubbliċi tal-assistenti ta’ ex membri tal-Parlament Ewropew.
Dispożittiv
1) Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2010 hija annullata sa fejn tirrifjuta li tagħti lil K. Egan u M. Hackett l-aċċess mitlub għar-reġistri pubbliċi tal-assistenti ta’ ex membri tal-Parlament Ewropew.
2) Il-Parlament huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn K. Egan u M. Hackett kif ukoll jirrimborsa s-somom imħallsa bil-quddiem mill-fondi tal-Qorti Ġenerali bħala għajnuna legali lil K. Egan.
3) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.