|
3.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/13 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta’ Lulju 2009
li temenda d-deċiżjoni 2007/679/KE li tistabbilixxi l-ammonti netti li jirriżultaw mill-modulazzjoni fakultattiva fir-Renju Unit għas-snin 2007-2012
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 5027)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2009/519/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 tas-27 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi regoli għal modulazzjoni volontarja ta’ pagamenti diretti previsti fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 (1), b’mod partikulari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/679/KE (2) li tistabbilixxi l-ammonti netti li jirriżultaw fil-modulazzjoni fakultattiva fir-Renju Unit għas-snin 2007-2012 abbażi tar-rati annwali tal-modulazzjoni fakultattiva li japplikaw f’livell reġjonali u kull sena. |
|
(2) |
L-ewwel Artikolu(5) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007 jistipula li r-rati stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (3), imnaqqsa b’ħames punti perċentwali, għandhom jiġu mnaqqsa mir-rati ta’ modulazzjoni fakultattiva applikata mill-Istati membri. Għaldaqstant, l-ammonti netti li jirriżultaw mill-modulazzjoni fakultattiva għandhom jitnaqqsu. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2007/679/KE għandha għalhekk tiġi emendata, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/679/KE għandu jinbidel bit-test li hemm fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-sena tal-baġit 2010.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 325.
ANNESS
“ANNESS
Ammonti netti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni fakultattiva fir-Renju Unit
|
EUR Miljuni |
|||
|
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
|
397,0 |
374,9 |
347,3 |
313,9 ” |