|
3.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 41/21 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10973 — VODAFONE GROUP / ALTICE LUXEMBOURG / FIBRECO)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 41/08)
1.
Fil-25 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Vodafone Group Plc (“Vodafone”, ir-Renju Unit) |
|
— |
Altice Luxembourg S.A. (“Altice”, il-Lussemburgu), finalment ikkontrollata minn Patrick Drahi |
Vodafone u Altice se jistabbilixxu u jħaddmu impriża bi sħab (joint venture, JV) (“FibreCo”, il-Ġermanja) li fiha se jakkwistaw kontroll bi sħab fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Vodafone hija l-kumpanija azzjonista ta’ grupp involut primarjament fit-tħaddim ta’ networks tat-telekomunikazzjonijiet bil-mobile u l-forniment ta’ servizzi tat-telekomunikazzjonijiet bil-mobile, bħal servizzi tal-vuċi tal-mobile, tal-messaġġi u tad-data f’10 Stati Membri fl-Unjoni Ewropea, inkluża l-Ġermanja; |
|
— |
Altice hija grupp konverġenti multinazzjonali li jispeċjalizza fit-telekomunikazzjonijiet, il-kontenut, il-media, id-divertiment u r-reklamar u l-konnessjoni tal-klijenti permezz tan-network tal-fibra ottika u l-broadband tal-mobile; |
|
— |
FiberCo se tkun attiva fil-Ġermanja (i) fl-introduzzjoni u t-tħaddim tan-networks tat-telekomunikazzjonijiet bil-fibra ottika (primarjament iffukati fuq l-istess żona ġeografika (jiġifieri prinċipalment urbana) bħan-network attwali tal-coax cable ta’ Vodafone), u (ii) fl-offerta ta’ aċċess bl-ingrossa fuq bażi ta’ aċċess miftuħ u mhux diskriminatorja bbażata fuq tali networks tal-fibra. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10973 — VODAFONE GROUP / ALTICE LUXEMBOURG / FIBRECO
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).