<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTB.1000984901.case.xml"><NO.CASE>C-243/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0243</NO.CELEX><NO.SEQ>0020.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-9852</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-9878</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>27</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20101014">14.10.10</DATE> — KAWŻA C-243/09</LEFT><RIGHT>FUSS</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20101014">14 ta’ Ottubru 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-243/09,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Verwaltungsgericht Halle (il-Ġermanja), permezz tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20090325">25 ta’ Marzu 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20090703">3 ta’ Lulju 2009</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Günter Fuß</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Stadt Halle,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn J. N. Cunha Rodrigues, President tal-Awla, A. Arabadjiev, A. Rosas, U. Lõhmus, u A. Ó Caoimh (Relatur), Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-9853"?><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal G. Fuß, minn M. Geißler, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-iStadt Halle, minn M. Willecke, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn M. Lumma u C. Blaschke, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn C. Pesendorfer, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="I-9854"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn V. Kreuschitz u M. van Beek, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1)(b) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE>, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn G. Fuß u l-persuna li jimpjegah, l-iStadt Halle, dwar it-trasferiment furzat tiegħu lejn dipartiment li ma huwiex dak li fih kien jaħdem qabel bħala pompier.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9855"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-ewwel premessa tagħha, id-Direttiva 2003/88 tikkodifika, bl-għan li jkun hemm ċarezza, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE, tat-<DATE ISO="19931123">23 ta’ Novembru 1993</DATE>, dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 197) kif emendata bid-Direttiva 2000/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 27, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva 93/104<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>). Id-Direttivi 93/104 u 2000/34 kellhom jiġu trasposti mill-Istati Membri fid-dritt intern tagħhom sa l-iktar tard it-<DATE ISO="19961123">23 ta’ Novembru 1996</DATE> u l-<DATE ISO="20030801">1 ta’ Awwissu 2003</DATE> rispettivament.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/88, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Għan u skop<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tistabbilixxi ħtiġiet minimi tas-siġurtà u s-saħħa għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Diretiva tapplika għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-perjodi minimi ta’ serħan ta’ kull jum, serħan ta’ kull ġimgħa u leave annwali, għal waqfien u ħin tax-xogħol massimu ta’ kull ġimgħa; u</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-9856"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Ħin massimu ta’ xogħol matul ġimgħa<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, l-Artikolu 6 tal-istess direttiva jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li, skond il-ħtieġa tal-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-perjodu tal-ħin tax-xogħol ta’ kull ġimgħa jkun limitat permezz ta’ liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi jew bi ftehim kollettiv jew bi ftehim bejn iż-żewġ naħat ta’ l-industrija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-medja tal-ħin tax-xogħol għal kull perjodu ta’ sebat ijiem, inkluża s-sahra, ma tkunx teċċedi it-48 siegħa<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Disposizzjonijiet l-aktar favorevoli<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa d-dritt ta’ l-Istati Membri li japplikaw jew jintroduċu liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi aktar favorevoli għal-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà ta’ ħaddiema jew li jiffaċilitaw jew jippermettu l-applikazzjoni ta’ ftehim kollettiv jew ta’ ftehim oħrajn konklużi bejn iż-żewġ naħat ta’ l-industrija li huma aktar favorevoli għal-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-9857"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tad-Direttiva 2003/88, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Derogi<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>F’dak li jirrigwardja l-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema, l-Istati Membri jistgħu jagħtu deroga mill-Artikoli 3 sa 6, 8 u 16 meta, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi ta’ l-attività kkonċernata, it-tul tal-ħin tax-xogħol ma jkunx imkejjel u/jew predeterminat jew jista’ jkun determinat mill-ħaddiema nfushom, u partikolarment fil-każ ta’, […]</P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="017.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>B’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, derogi jistgħu jsiru mill-Artikoli 3, 4, 5, 8 u 16:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>fil-każ ta’ attivitajiet li jinvolvu l-ħtieġa ta’ servizz jew produzzjoni kontinwa, partikolarment:</TXT><P>[…]</P><?PAGE NO="I-9858"?><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>[…] servizzi ta’ […]protezzjoni tan-nar jew ċivili.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tal-imsemmija direttiva jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Stat Membru għandu jkollu l-għażla li ma japplikax l-Artikolu 6, waqt li jirrispetta l-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa ta’ ħaddiema, u basta li hu jieħu l-miżuri meħtieġa ħalli jassigura li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li min jimpjega ma jkunx jeħtieġ li ħaddiem jaħdem aktar minn 48 siegħa matul perjodu ta’ sebat ijiem, ikkalkolati bħala medja għall-perjodu ta’ referenza li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 16(b), sakemm ma jkunx l-ewwel akkwista l-ftehim tal-ħaddiem ħalli jwettaq xogħol bħal dak;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-ebda ħaddiem ma jkun suġġett għal xi detriment minn min jimpjegah minħabba li hu ma jkunx lest li jagħti l-ftehim tiegħu għal twettieq ta’ xogħol bħal dak;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>min jimpjega iżomm rekords aġġornati tal-ħaddiema kollha li jwettqu xogħol bħal dak;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>li r-rekords jitqiegħdu għad-disposizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, li jistgħu, għal raġunijiet konnessi mas-sigurtà u/jew is-saħħa tal-ħaddiema, jipprojbixxu jew jirristrinġu l-possibbiltà li jkunu misbuqa s-sigħat massimi ta’ xogħol matul ġimgħa;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-9859"?><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>min jimpjega jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti fuq it-talba tagħhom b’informazzjoni dwar każi li fihom ftehim ikun seħħ ma ħaddiema ħalli jwettqu xogħol b’eċċess ta’48 siegħa matul perjodu ta’ sebat ijiem, ikkalkolati bħala medja għall-perjodu ta’ referenza kif hemm referenza għalih fl-Artikolu 16(b)<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 28 tagħha, id-Direttiva 2003/88 daħlet fis-seħħ fit-<DATE ISO="20040802">2 ta’ Awwissu 2004</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tal-liġi tal-Landes Sachsen-Anhalt, fuq il-ħinijiet tax-xogħol tal-uffiċjali li jaħdmu bħala pompiera fl-ibliet u fil-komuni (Verordnung über die Arbeitszeit der Beamtinnen und Beamten im feuerwehrtechnischen Dienst der Städte und Gemeinden des Landes Sachsen-Anhalt), tas-<DATE ISO="19981007">7 ta’ Ottubru 1998</DATE>, (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>ArbZVO-FW 1998<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), fis-seħħ sal-<DATE ISO="20071231">31 ta’ Diċembru 2007</DATE>, kien jistabbilixxi s-segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Il-ħin normali medju ta’ xogħol tal-uffiċjali impjegati f’xogħol bix-xift u li l-attività fil-ġimgħa titwettaq essenzjalment fi ħdan id-dipartiment ta’ emerġenza huwa ta’ 54 siegħa. […]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>B’effet mill-<DATE ISO="20080101">1 ta’ Jannar 2008</DATE>, l-ArbZVO-FW 1998 ġiet issostitwita bl-ArbZVO-FW tal-<DATE ISO="20070705">5 ta’ Lulju 2007</DATE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>ArbZVO-FW 2007<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-9860"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tal- ArbZVO-FW 2007 jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Il-ħin normali ta’ xogħol fil-ġimgħa tal-uffiċjali jammonta għal medja ta’ 48 siegħa kkalkolata fuq sena sħiħa, inkluża s-sahra<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-istess ArbZVO-FW 2007, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Ftehim individwali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprovdi s-segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għall-prinċipji ġenerali tas-sigurtà u tal-protezzjoni tas-saħħa, il-ħin ta’ xogħol bix-xift jista’ jaqbeż il-ħin medju normali fil-ġimgħa msemmi fl-Artikolu 2(1), jekk il-persuni kkonċernati jagħtu l-kunsens tagħhom u min jimpjega jipprovdi l-prova ta’ dan.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jiġi rrevokat b’avviż ta’ sitt xhur. Il-persuni kkonċernati għandhom jiġu informati bil-miktub<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 612a tal-Kodiċi Ċivili (Bürgerliches Gesetzbuch) jistabbilixxi li l-ftehim li min iħaddem jagħmel mal-ħaddiem jew il-miżuri li huwa jadotta fil-konfront tiegħu ma jistgħux jiżvantaġġjaw lil dan il-ħaddiem għar-raġuni li dan ikun eżerċita d-drittijiet tiegħu b’mod legali.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-9861"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>G. Fuß ilu impjegat mal-iStadt Halle mill-<DATE ISO="19820510">10 ta’ Mejju 1982</DATE>. Matul is-sena 1998 ġie nnominat uffiċjal fil-grad ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Oberbrandmeister<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> (Sotto uffiċjal), u ilu mill-<DATE ISO="20051215">15 ta’ Diċembru 2005</DATE> jokkupa l-kariga ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Hauptbrandmeister<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> (Uffiċjal ta’ Stazzjon).</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Sal-<DATE ISO="20070104">4 ta’ Jannar 2007</DATE>, G. Fuß kien jifforma parti mid-dipartiment ta’ intervent <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>protezzjoni kontra n-nar<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> tal-pompiera tal-iStadt Halle bħala sewwieq tal-vetturi. Huwa kien jaħdem medja ta’ 54 siegħa xogħol fil-ġimgħa.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Matul laqgħa tal-persunal organizzata fil-bidu tas-sena 2006, id-diretturi tal-iStadt Halle ħabbru lill-membri tad-dipartiment ta’ intervent li kien ser ikun hemm trasferimenti lejn iċ-ċentru ta’ kmand tal-intervent jekk kienet ser tintalab l-osservanza tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tal-ittra tat-<DATE ISO="20061213">13 ta’ Diċembru 2006</DATE>, G. Fuß, filwaqt li invoka d-digriet tal-<DATE ISO="20050714">14 ta’ Lulju 2005</DATE>, Personalrat der Feuerwehr Hamburg (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-52/04" PAGE.ECR="I-7111" YEAR="2005">C-52/04, Ġabra p. I-7111</REF.DOC.ECR>), talab li, fil-futur, il-ħin ta’ xogħol tiegħu fil-ġimgħa ma jaqbisx iktar il-limitu massimu medju ta’ 48 siegħa stabbilit fl-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88. Permezz ta’ din l-istess ittra, G. Fuß talab kumpens għas-sahra mwettqa illegalment matul il-perijodu bejn l-<DATE ISO="20040101">1 ta’ Jannar 2004</DATE> u l-<DATE ISO="20061231">31 ta’ Diċembru 2006</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tat-<DATE ISO="20061218">18 ta’ Diċembru 2006</DATE>, l-Istadt Halle stabbilixxiet pjan ta’ assenjazzjoni tal-persunal li permezz tiegħu pożizzjoni li għandha tiġi okkupata b’rotazzjoni, li saret vakanti fiċ-ċentru ta’ kmand tal-intervent tal-pompiera, kellha timtela mill-<DATE ISO="20070401">1 ta’ April 2007</DATE> sabiex ma jkun hemm l-ebda nuqqas kwalitattiv fl-organizzazzjoni tad-dipartiment.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9862"?><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20061221">21 ta’ Diċembru 2006</DATE>, G. Fuß instema’ mill-persuna li timpjegah dwar il-pjan ta’ dan tal-aħħar li jittrasferih għall-imsemmija pożizzjoni. Matul din l-intervista, G. Fuß indika li ried jibqa’ jaħdem fid-dipartiment ta’ intervent.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20070102">2 ta’ Jannar 2007</DATE>, l-iStadt Halle ittrasferixxiet lil G. Fuß, għal żmien limitat, jiġifieri mill-<DATE ISO="20070105">5 ta’ Jannar 2007</DATE> sal-<DATE ISO="20090331">31 ta’ Marzu 2009</DATE>, lejn iċ-ċentru ta’ kmand, peress li dan it-trasferiment kien meħtieġ għal raġunijiet ta’ organizzazzjoni tad-dipartiment (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>deċiżjoni tat-trasferiment<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>). Skont l-iStadt Halle, il-pożizzjoni inkwistjoni kienet teżiġi taħriġ fil-grad ta’ Uffiċjal ta’ Stazzjon, esperjenza ta’ bosta snin bħala sewwieq tal-vetturi u taħriġ bħala infermier tal-ewwel għajnuna. Barra minn hekk, dan it-trasferiment kien jippermetti lil G. Fuß, b’mod partikolari, li jaħdem filwaqt li josserva l-ħin massimu fil-ġimgħa ta’ 48 siegħa.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Minn mindu ġie ttrasferit, G. Fuß jaħdem 40 siegħa fil-ġimgħa u ma hemmx bżonn jaħdem xifts ta’ 24 siegħa. Barra minn hekk, fid-dawl tas-sigħat imnaqqsa ta’ xogħol diffiċli (iljieli, Ħdud u festi), huwa jirċievi allowance speċjali mnaqqsa skont ix-xogħol imwettaq f’dawn is-sigħat.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20070104">4 ta’ Jannar 2007</DATE>, G. Fuß ippreżenta lment amministrattiv lill-iStadt Halle kontra d-deċiżjoni tat-trasferiment billi essenzjalment sostna li ma xtaqx jaħdem taħt programm ieħor tal-organizzazzjoni tad-dipartiment.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20070123">23 ta’ Jannar 2007</DATE>, l-iStadt Halle ċaħdet l-ilment essenzjalment għaliex id-deċiżjoni dwar it-trasferiment kienet miżura ta’ natura personali, ibbażata fuq is-setgħa amministrattiva tal-awtorità ġerarkika li setgħet teżerċitaha b’mod diskrezzjonali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9863"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20070228">28 ta’ Frar 2007</DATE>, G. Fuß ressaq quddiem il-Verwaltungsgericht Halle rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tat-trasferiment u għar-reintegrazzjoni tiegħu fil-pożizzjoni li kien jokkupa qabel ma ttieħdet il-miżura li tikkonċernah. Huwa essenzjalment isostni li t-trasferiment tiegħu kien ġie deċiż biss għaliex kien talab tnaqqis fil-ħin tax-xogħol tiegħu skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88. Min-naħa l-oħra, l-iStadt Halle tqis li l-imsemmija deċiżjoni ma għandhiex bħala għan li tissanzjona lil G. Fuß, iżda tippermetti li tissodisfa t-talba ta’ dan tal-aħħar, intiża li tosserva ġimgħa xogħol bi 48 siegħa, mingħajr ma tbiddel prematurament u għalih biss il-pjan tad-dipartiment, bidla li kienet twassal għal problemi organizzattivi. Meta s-sistema tax-xifts tinbidel biex tkun konformi mad-Direttiva 2003/88, dan għandu jitwettaq b’mod uniformi għall-impjegati kollha tad-dipartiment.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, il-qorti nazzjonali tikkonstata l-konformità tad-deċiżjoni tat-trasferiment mad-dritt nazzjonali. Fil-fatt, minn naħa, G. Fuß kien ġie ttrasferit f’impjieg tal-istess grad u li jaqa’ taħt l-istess kategorija ta’ remunerazzjoni. Min-naħa l-oħra, it-trasferiment ta’ G. Fuß, anki jekk jiġi preżunt li dan ma jistax jiġi motivat minn raġunijiet relatati mal-organizzazzjoni tad-dipartiment, huwa bbażat fuq motiv rilevanti, jiġifieri r-rieda li jitwaqqaf il-ksur tal-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88 fir-rigward tal-persuna kkonċernata, mingħajr ma s-sistema tax-xifts jew il-ħin ta’ xogħol tal-pompiera l-oħra ma ġew mibdula jew saru konformi mal-imsemmi artikolu.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Madankollu, l-imsemmija qorti tistaqsi jekk id-deċiżjoni tat-trasferiment tiksirx l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9864"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Hija tosserva li, ċertament, fid-data tal-fatti tal-kawża, l-Artikolu 2(1) tal-ArbZVO-FW 1998 ma kienx intiż bħala dispożizzjoni li tidderoga mill-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88 fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tal-imsemmija direttiva, u li l-ebda dispożizzjoni oħra tad-dritt nazzjonali ma kienet tistabbilixxi l-possibbiltà li deroga bħal din tosserva l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti minn din l-aħħar dispożizzjoni, b’mod partikolari dik, stabbilita fl-imsemmi subparagrafu (b), li tipprovdi li l-ebda ħaddiem ma għandu jbati dannu għaliex ma jkunx irid jagħti l-kunsens tiegħu biex jaħdem iktar mill-ħin massimu medju ta’ 48 siegħa fil-ġimgħa. Madankollu, salv li jiġi aċċettat li d-drittijiet li jirriżultaw mid-Direttiva 2003/88 jistgħu jiġu evitati u li l-imsemmija direttiva ma tilħaqx l-għan tagħha, il-projbizzjoni milli jiġi kkawżat dannu lill-ħaddiema għandha tapplika <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> meta l-persuna li tħaddem, minkejja n-nuqqas ta’ dispożizzjoni espressa fid-dritt nazzjonali li tawtorizzaha tagħmel hekk, timponi fuq ħaddiem ħin ta’ xogħol li jaqbeż il-limitu massimu stabbilit fl-imsemmi Artikolu 6(b), u li dan il-ħaddiem jitlob l-osservanza ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Madankollu, skont il-qorti tar-rinviju, il-kwistjoni li tqum hija jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>detriment [dannu]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> li jinsab fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1)(b) tad-Direttiva 2003/88 għandux jiġi interpretat b’mod suġġettiv jew oġġettiv. Mill-perspettiva suġġettiva, għandu jiġi kkonstatat dannu għad-detriment ta’ G. Fuß meta dan tal-aħħar ipperċepixxa l-bidla fl-assenzjazzjoni bħala sanzjoni. Min-naħa l-oħra, mill-perspettiva oġġettiva, G. Fuß ma jkun sofra l-ebda dannu għaliex l-assenjazzjoni ġdida tiegħu hija inqas perikoluża mill-pożizzjoni li kien jokkupa qabel u kienet ser tiġi offruta lilu l-possibbiltà li jikseb kwalifiki professjonali supplimentari. Ċertament, G. Fuß kien ser iġarrab telf ta’ remunerazzjoni minħabba t-tnaqqis fl-allowance speċjali tiegħu għal xogħol imwettaq f’ħinijiet diffiċli. Madankollu, dan it-tnaqqis huwa ġġustifikat mill-fatt li huwa ser jaħdem inqas sigħat diffiċli u ser jiġi kkumpensat b’żieda fil-ħin liberu. Barra minn hekk, il-fatt li t-trasferiment huwa għal żmien limitat ma għandu l-ebda effett għaliex, skont l-ArbZVO-FW 2007, kif kienet fis-seħħ mill-<DATE ISO="20080101">1 ta’ Jannar 2008</DATE>, G. Fuß seta’ jinżamm f’pożizzjoni li ma taqax taħt id-dipartiment ta’ intervent jekk huwa ma jaċċettax li jaħdem iktar mil-limitu ta’ 48 siegħa fil-ġimgħa.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9865"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgericht Halle ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>1)</NO.P><TXT>Id-detriment [iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>dannu<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/>] imsemmi fl-[ewwel subparagrafu] tal-Artikolu 22(1)(b) tad-Direttiva [2003/88/KE] għandu jiġi interpretat b’mod oġġettiv jew suġġettiv?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Hemm dannu fis-sens tal-[ewwel subparagrafu] tal-Artikolu 22(1)(b) tad-Direttiva [2003/88/KE] meta uffiċjal ta’ dipartiment ta’ intervent, minħabba t-talba tiegħu sabiex iżomm il-ħin massimu tax-xogħol, jiġi ttrasferit kontra r-rieda tiegħu għal pożizzjoni oħra li essenzjalment tinvolvi xogħol klerikali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Salarju inqas għandu jiġi kkunsidrat bħala dannu fis-sens tal-[ewwel subparagrafu] tal-Artikolu 22(1)(b) tad-Direttiva [2003/88/KE], meta t-trasferiment jirriżulta fi tnaqqis tas-sigħat ta’ xogħol diffiċli (iljieli, Ħdud u festi) u, għaldaqstant, tnaqqis fil-ħlas iktar għal kundizzjonijiet diffiċli ta’ xogħol li jikkorrispondi għal dawn is-sigħat ta’ xogħol?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermativ għat-tieni domanda jew għat-tielet domanda, dannu li jirriżulta minn trasferiment jista’ jiġi kkumpensat permezz ta’ vantaġġi oħra marbuta ma’ pożizzjoni ġdida, bħal ħin tax-xogħol inqas jew iktar taħriġ?<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-9866"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>detriment [dannu]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> li jinsab fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1)(b) tad-Direttiva 2003/88 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-persuna li timpjega fis-settur pubbliku jipproċedi bit-trasferiment furzat ta’ ħaddiem impjegat bħala pompier fid-dipartiment ta’ intervent, għar-raġuni li huwa jkun talab li fl-imsemmi dipartiment ta’ intervent jiġi osservat il-ħin medju massimu ta’ xogħol fil-ġimgħa stabbilit fl-Artikolu 6(b) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-għan tad-Direttiva 2003/88 huwa li tistabbilixxi rekwiżiti minimi maħsuba sabiex itejbu l-kundizzjonijiet ta’ għixien u ta’ xogħol tal-ħaddiema permezz tal-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar, b’mod partikolari, il-ħinijiet ta’ xogħol. Din l-armonizzazzjoni fuq il-livell tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol hija intiża li tiggarantixxi protezzjoni aħjar għas-sigurtà u għas-saħħa tal-ħaddiema, billi tiżgura li dawn jibbenefikaw minn perijodi minimi ta’ mistrieħ — b’mod partikolari ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa — kif ukoll minn perijodi ta’ pawża xierqa, u billi tipprovdi limitu massimu fuq il-ħin medju ta’ xogħol fil-ġimgħa (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20041005">5 ta’ Ottubru 2004</DATE>, Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-397/01+C-398/01+C-399/01+C-400/01+C-401/01+C-402/01+C-403/01" PAGE.ECR="I-8835" YEAR="2004">C-397/01 sa C-403/01, Ġabra p. I-8835</REF.DOC.ECR>, punt 76; tal-<DATE ISO="20051201">1 ta’ Diċembru 2005</DATE>, Dellas <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-14/04" PAGE.ECR="I-10253" YEAR="2005">C-14/04, Ġabra p. I-10253</REF.DOC.ECR>, punti 40 u 41, kif ukoll tas-<DATE ISO="20060907">7 ta’ Settembru 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-484/04" PAGE.ECR="I-7471" YEAR="2006">C-484/04, Ġabra p. I-7471</REF.DOC.ECR>, punti 35 u 36).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>B’hekk, l-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88 jobbliga lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jiżguraw li, skont il-ħtieġa tal-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema, il-medja tal-ħin tax-xogħol għal kull perijodu ta’ sebat ijiem, inkluża s-sahra, ma taqbisx it-48 siegħa. Dan il-limitu massimu fir-rigward tal-ħin medju ta’ xogħol fil-ġimgħa jikkostitwixxi regola tad-dritt soċjali tal-Unjoni Ewropea<?PAGE NO="I-9867"?> ta’ importanza partikolari li minnha għandu jibbenefika kull ħaddiem bħala rekwiżit minimu maħsub li tiġi żgurata l-protezzjoni ta’ saħħtu u s-sigurtà tiegħu (ara s-sentenzi ċċitata iktar ’il fuq, Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 100; Dellas <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 49, kif ukoll Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit, punt 38).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fis-sistema stabbilita mid-Direttiva 2003/88, għalkemm l-Artikolu 15 tal-imsemmija direttiva jippermetti b’mod ġenerali l-applikazzjoni jew l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali iktar favorevoli għall-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema, huma biss uħud mid-dispożizzjonijiet tagħha elenkati b’mod eżawrjenti li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ derogi stabbiliti mill-Istati Membri jew mill-imsieħba soċjali. Barra minn hekk, l-implementazzjoni ta’ dawn id-derogi hija suġġetta għal kundizzjonijiet stretti sabiex tiġi żgurata protezzjoni effikaċi tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema (ara s-sentenza Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punti 77 u 96).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>B’hekk, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2003/38, li huwa s-suġġett tad-domandi preliminari, joffri lill-Istati Membri l-possibbiltà li ma japplikawx l-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva, sakemm huma josservaw il-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema u jissodisfaw ċertu numru ta’ kundizzjonijiet kumulattivi stabbiliti f’din id-dispożizzjoni, b’mod partikolari dik, stabbilita fl-imsemmija subparagrafu (b), li tipprovdi li għandhom jittieħdu l-miżuri sabiex jiżguraw li l-ebda ħaddiem ma jista’ jġarrab dannu dovut għall-fatt li huwa ma jkunx dispost li jagħti l-kunsens tiegħu li jaħdem tul ta’ ħin medju fil-ġimgħa li jeċċedi l-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 6(b) ta’ din l-istess direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’din il-kawża, huwa madankollu paċifiku li la r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkonstatat fil-punt 85 tas-sentenza tad-<DATE ISO="20030909">9 ta’ Settembru 2003</DATE>, Jaeger (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-151/02" PAGE.ECR="I-8389" YEAR="2003">C-151/02, Ġabra p. I-8389</REF.DOC.ECR>) u fil-punt 98 tas-sentenza<?PAGE NO="I-9868"?> Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, u lanqas il-Landes Sachsen-Anhalt, skont kif stabbilit mill-qorti li quddiemha tressqet il-kawża prinċipali fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, u kkonfermat fil-kuntest tal-proċedura preżenti kemm mill-Gvern Ġermaniż kif ukoll mill-iStadt Halle fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, ma kienu, fid-data tal-fatti tal-kawża prinċipali, użaw din il-possibbiltà ta’ deroga, billi d-dispożizzjonijiet fis-seħħ tad-dritt nazzjonali f’dik id-data ma kienu jinkludu l-ebda miżura skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2003/88 jew miżura intiza li tittrasponi din id-dispożizzjoni. Mistoqsija fuq dan il-punt mill-Qorti tal-Ġustizzja b’mistoqsija bil-miktub, l-iStadt Halle reġgħet sostniet dan il-fatt, filwaqt li G. Fuβ u l-Gvern Awstrijak ukoll ħadu pożizzjoni simili.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>L-iktar l-iktar, f’dan ir-rigward il-qorti tar-rinviju tirrileva li din il-possibbiltà ta’ deroga stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1)(b) tad-Direttiva 2003/88 intużat sussegwentement mil-Landes Sachsen-Anhalt fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni adottata sussegwentement sabiex l-imsemmija direttiva tiġi trasposta speċifikament fir-rigward tal-pompiera impjegati mill-ibliet u mill-komuni ta’ dan il-Land. Madankollu, din il-leġiżlazzjoni daħlet fis-seħħ biss fl-<DATE ISO="20080101">1 ta’ Jannar 2008</DATE>, jiġifieri wara d-data tad-deċiżjoni tat-trasferiment.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, fin-nuqqas ta’ miżuri nazzjonali li jimplementaw il-possibbiltà ta’ deroga mogħtija lill-Istati Membri mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/88, din id-dispożizzjoni hija nieqsa minn kull rilevanza sabiex tiġi deċiża l-kawża prinċipali u li, għalhekk, huwa biss l-Artikolu 6(b) ta’ din id-direttiva, inkwantu jistabbilixxi l-prinċipju li l-Istati Membri għandhom josservaw ir-rekwiżit li l-ħin medju massimu ta’ xogħol ikun ta’ 48 siegħa għal kull perijodu ta’ sebat ijiem, li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita mill-Artikolu 267 TFUE, huwa<?PAGE NO="I-9869"?> l-kompitu ta’ din tal-aħħar li tagħti lill-qorti nazzjonali risposta utli li tippermettilha taqta’ l-kawża li jkollha quddiemha. F’dan id-dawl, huwa obbligu, jekk ikun il-każ, tal-Qorti tal-Ġustizzja li tifformula mill-ġdid id-domandi li jkunu ġew sottomessi lilha. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-missjoni li tinterpreta d-dispożizzjonijiet kollha tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li l-qrati nazzjonali għandhom bżonn sabiex jiddeċiedu l-kawżi li jkollhom quddiemhom, anki jekk dawn id-dispożizzjonijiet ma jkunux espressament imsemmija fid-domandi li jsirulha minn dawn il-qrati (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20070308">8 ta’ Marzu 2007</DATE>, Campina, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-45/06" PAGE.ECR="I-2089" YEAR="2007">C-45/06, Ġabra p. I-2089</REF.DOC.ECR>, punti 30 u 31; tas-<DATE ISO="20080626">26 ta’ Ġunju 2008</DATE>, Wiedemann u Funk, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-329/06+C-343/06" PAGE.ECR="I-4635" YEAR="2008">C-329/06 u C-343/06, Ġabra p. I-4635</REF.DOC.ECR>, punt 45, kif ukoll tat-<DATE ISO="20100902">2 ta’ Settembru 2010</DATE>, Kirin Amgen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-66/09" PAGE.ECR="I-7943" YEAR="2010">C-66/09, Ġabra p. I-7943</REF.DOC.ECR>, punt 27).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Konsegwentement anki jekk, formalment, il-qorti tar-rinviju llimitat id-domandi tagħha għall-interpretazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1)(b) tad-Direttiva 2003/88, tali ċirkustanza ma tipprekludix lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdilha l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li jistgħu jkunu utli għad-deċiżjoni tal-kawża li għandha quddiemha, kemm jekk din il-qorti tkun irreferiet għalihom fid-domandi tagħha kif ukoll jekk ma tkunx għamlet dan. F’dan ir-rigward, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddeduċi mill-elementi kollha prodotti mill-qorti tar-rinviju, u b’mod partikolari mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju, l-elementi tal-imsemmi dritt li jeħtieġu interpretazzjoni fid-dawl tas-suġġett tal-kawża (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20100112">12 ta’ Jannar 2010</DATE>, Wolf, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-229/08" PAGE.ECR="I-1" YEAR="2010">C-229/08, Ġabra p. I-1</REF.DOC.ECR>, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F’din il-kawża, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-qorti li quddiemha tressqet il-kawża prinċipali tqis li, peress li l-kundizzjoni dwar in-nuqqas ta’ dannu kkawżat lill-ħaddiem, stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1)(b) tad-Direttiva 2003/88, tapplika meta l-persuna li timpjega ma tkunx kisbet, meta jeżistu miżuri fid-dritt nazzjonali li jimplementaw din id-dispożizzjoni, il-kunsens tal-ħaddiem sabiex jidderoga mill-Artikolu 6(b), din il-kundizzjoni għandha tapplika <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> meta, bħal fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, min iħaddem jimponi, minkejja n-nuqqas ta’<?PAGE NO="I-9870"?> dispożizzjonijiet fid-dritt nazzjonali li jawtorizzawh jagħmel dan, tali deroga u l-ħaddiem ikkonċernat jopponi dan billi jitlob li l-imsemmi Artikolu 6(b) jiġi osservat.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Għalhekk il-qorti tar-rinviju tissuġġerixxi li fil-każ li l-ħaddiem ikkonċernat ma jkun ġarrab l-ebda dannu dovut għall-fatt li ma kienx ta l-kunsens tiegħu sabiex jaħdem sigħat li jaqbżu l-limitu tat-48 siegħa xogħol stabbilit fl-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88 bħala ħin medju massimu ta’ xogħol fil-ġimgħa, allura, ma jkunx hemm ksur ta’ din id-direttiva meta l-persuna li timpjegah, abbażi tad-dritt nazzjonali, tkun tista’ tiddeċiedi li tittrasferixxih kontra r-rieda tiegħu f’dipartiment ieħor li, min-naħa tiegħu, josserva l-limitu stabbilit f’din id-dispożizzjoni, sa fejn tali trasferiment itemm il-ksur tagħha fir-rigward ta’ dan il-ħaddiem.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, hemm bżonn li d-domandi magħmula jiġu riformulati fis-sens li, permezz tagħhom, din il-qorti essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-persuna li timpjega fis-settur pubbliku jipproċedi bit-trasferiment furzat lejn dipartiment ieħor ta’ ħaddiem impjegat bħala pompier fid-dipartiment ta’ intervent, għar-raġuni li huwa jkun talab li dan l-aħħar dipartiment josserva l-ħin medju massimu ta’ xogħol fil-ġimgħa stabbilit mill-imsemmija dispożizzjoni, fil-każ fejn dan il-ħaddiem ma jkun jġarrab l-ebda dannu dovut għal tali trasferiment.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-punt 61 tad-digriet Personalrat der Feuerwehr Hamburg, iċċitat iktar ’il fuq, l-attivitajiet eżerċitati mill-forzi ta’ intervent tas-servizz pubbliku tal-pompiera — salv il-każ fejn iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali jkunu daqstant gravi u kbar li l-għan intiż li jiżgura l-funzjonament tajjeb tas-servizzi indispensabbli għall-protezzjoni tal-interessi pubbliċi jkollu provviżorjament jipprevali fuq l-għan intiż li jiggarantixxi s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema li jaħdmu mal-iskwadri ta’ intervent u ta’ għajnuna, ċirkustanzi li ma humiex inkwistjoni fil-kawża prinċipali — jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/88 b’mod li, bħala regola, l-Artikolu 6(b) tal-imsemmija direttiva<?PAGE NO="I-9871"?> jipprekludi li jinqabeż il-limitu ta’ 48 siegħa stabbilit bħala ħin massimu ta’ xogħol fil-ġimgħa, liema attivitajiet jinkludu s-servizzi ta’ emerġenza.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, huwa paċifiku li l-leġiżlazzjoni tal-Landes Sachsen-Anhalt applikabbli meta seħħew il-fatti tal-kawża prinċipali kienet timponi fuq il-pompiera, bħal G. Fuß, impjegati mad-dipartiment ta’ intervent tal-ibliet u tal-komuni ta’ dan il-Land, ħin ta’ xogħol li kien jeċċedi l-limitu massimu ta’ xogħol fil-ġimgħa stabbilit fl-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, sabiex tingħata risposta għad-domandi tal-qorti tar-rinviju, għandu, minn naħa, jiġi eżaminat jekk, kif l-imsemmija qorti tissuġġerixxi, il-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ ksur tal-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88 hijiex suġġetta għall-kundizzjoni li l-ħaddiem ikkonċernat ikun ġarrab dannu u, min-naħa l-oħra, li jiġi ddeterminat liema huma l-konsegwenzi għall-qrati nazzjonali li jirriżultaw mill-ksur eventwali ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fir-rigward tal-kwistjoni tar-rilevanza tal-eżistenza ta’ dannu mġarrab mill-ħaddiem ikkonċernat sabiex jiġi kkonstatat ksur tal-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88, għandu jitfakkar li, kif diġà jirriżulta mill-punt 33 tas-sentenza preżenti, din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi regola tad-dritt soċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ importanza partikolari, li timponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jistabbilixxu limitu ta’ 48 siegħa bħala ħin medju massimu ta’ xogħol fil-ġimgħa, limitu massimu li jinkludi s-sahra, kif espressament ippreċiżat fl-imsemmi dispożizzjoni, u li minnha, fin-nuqqas tal-implementazzjoni fid-dritt nazzjonali tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) ta’ din id-direttiva, ma tista’ ssir ebda deroga fir-rigward ta’ attivitajiet bħal dawk tal-pompiera inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9872"?><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif diġà ntqal fil-punt 34 tas-sentenza preżenti, huma biss ċerti dispożizzjonijiet espliċitament imsemmija fid-Direttiva 2003/88 li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ derogi adottati mill-Istati Membri jew l-imsieħba soċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Issa, minn naħa, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/88 jissemma biss fl-Artikolu 17(1) tagħha filwaqt li huwa paċifiku li din l-aħħar dispożizzjoni tikkonċerna attivitajiet li ma għandhom l-ebda relazzjoni ma’ dawk imwettqa mill-pompiera. Mill-banda l-oħra, il-paragrafu (3)(ċ)(iii) tal-Artikolu 17 jirreferi għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>attivitajiet li jinvolvu l-ħtieġa ta’ servizz jew produzzjoni kontinwa<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> li fosthom wieħed isib, b’mod partikolari, is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>servizzi tal-protezzjoni tan-nar<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, iżda din id-dispożizzjoni tipprovdi għall-possibbiltà ta’ deroga minn artikoli oħra, u mhux mill-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva (ara, b’analoġija, is-sentenza Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 97).</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kif diġà jirriżulta mill-punti 35 u 36 tas-sentenza preżenti, huwa paċifiku li la r-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lanqas il-Landes Sachsen-Anhalt ma użaw il-possibbiltà tad-deroga stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2003/88, li toffri lill-Istati Membri l-possibbiltà li ma japplikawx l-Artikolu 6 tagħha, sakemm ċerti kundizzjonijiet kumulattivi jiġu sodisfatti (ara, b’analoġija, is-sentenza Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 98).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, sabiex tiġi ggarantita l-effettività sħiħa tad-Direttiva 2003/88, huwa importanti li l-Istati Membri ma jħallux li jinqabeż il-ħin massimu ta’ xogħol fil-ġimgħa kif stabbilit fl-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88 (sentenza Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 118).</TXT></NP><?PAGE NO="I-9873"?><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-Istati Membri ma jistgħux jiddeterminaw unilateralment il-portata tal-imsemmija dispożizzjonijiet billi jissuġġettaw għal xi kundizzjoni jew restrizzjoni, tkun liema tkun, l-applikazzjoni tad-dritt tal-ħaddiema li t-tul ta’ ħin massimu ta’ xogħol fil-ġimgħa ma jaqbiżx it-48 siegħa (sentenza Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 99).</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Għalhekk, il-fatt li jinqabeż il-ħin medju massimu ta’ xogħol fil-ġimgħa stabbilit fl-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88 jikkostitwixxi, fih innifsu, ksur ta’ din id-dispożizzjoni, mingħajr il-ħtieġa li tintwera, barra minn hekk, l-eżistenza ta’ dannu speċifiku. Fin-nuqqas ta’ miżura fid-dritt nazzjonali li timplementa l-possibbiltà ta’ deroga stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tal-istess direttiva, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>[dannu]<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> li jinsab f’din id-dispożizzjoni huwa, għalhekk, nieqes minn kull rilevanza għall-interpretazzjoni u għall-applikazzjoni tal-imsemmi Artikolu 6(b).</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fil-verità, kif jirriżulta mill-punt 32 tas-sentenza preżenti, peress li d-Direttiva 2003/88 għandha l-għan li tiggarantixxi s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema permezz ta’ mistrieħ li jkun suffiċjenti, il-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea qies li l-fatt li jinqabeż il-ħin medju massimu ta’ xogħol fil-ġimgħa stabbilit fl-imsemmi Artikolu 6(b), inkwantu jippriva lill-ħaddiem minn tali mistrieħ, jikkawżalu, sempliċiment minħabba dan il-fatt, dannu għaliex jaffettwalu saħħtu u s-sigurtà tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Isegwi minn dan li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi, fir-rigward ta’ ħaddiem impjegat bħala pompier f’dipartiment ta’ intervent, ħin ta’ xogħol li jaqbeż il-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88, tikkostitwixxi ksur ta’ din id-dispożizzjoni, mingħajr, barra minn hekk, il-ħtieġa li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dannu speċifiku mġarrab minn dan il-ħaddiem.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9874"?><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-konsegwenzi li jirriżultaw għall-qrati nazzjonali minn tali ksur tal-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88, għandu jitfakkar li minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fil-każijiet kollha fejn dispożizzjonijiet ta’ direttiva jidhru li jkunu, mill-perspettiva tal-kontenut tagħhom, mingħajr kundizzjoni u preċiżi biżżejjed, huma jistgħu jiġu invokati minn individwi kontra l-Istat, ukoll fil-kwalità tiegħu ta’ persuna li timpjega, b’mod partikolari meta huwa jkun naqas milli jittrasponi fil-ħin din id-direttiva fid-dritt nazzjonali jew meta jkun ittrasponiha b’mod inkorrett (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19860226">26 ta’ Frar 1986</DATE>, Marshall, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="152/84" PAGE.ECR="723" YEAR="1986">152/84, Ġabra p. 723</REF.DOC.ECR>, punti 46 u 49, kif ukoll tat-<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE>, Angelidaki <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-378/07+C-379/07+C-380/07" PAGE.ECR="I-3071" YEAR="2009">C-378/07 sa C-380/07, Ġabra p. I-3071</REF.DOC.ECR>, punti 193 u 194).</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Issa, l-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88 jissodisfa dawn il-kriterji peress li, fi kliem li mhumiex ekwivoki, jimponi fuq l-Istati Membri obbligu ta’ riżultat preċiż u ma jinkludi l-ebda kundizzjoni dwar l-applikazzjoni tar-regola li huwa jistabbilixxi, li tikkonsisti fl-iffissar ta’ limitu massimu ta’ 48 siegħa, inkluża s-sahra, fir-rigward tal-ħin medju ta’ xogħol fil-ġimgħa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 104).</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minkejja li d-Direttiva 2003/88 tippermetti li l-Istati Membri, fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tagħha, jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tagħha, din iċ-ċirkustanza ma taffettwax in-natura preċiża u mingħajr kundizzjoni tal-Artikolu 6(b). Fil-fatt, il-possibbiltà għall-Istati Membri li ma japplikawx l-Artikolu 6 hija suġġetta għall-osservanza tal-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-imsemmi l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1), b’mod li huwa possibbli li tiġi ddeterminata l-protezzjoni minima li għandha tiġi pprovduta f’kull każ (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 105).</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88 jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex ikollu effett dirett (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 106).</TXT></NP><?PAGE NO="I-9875"?><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Konsegwentement, peress li, fid-data meta seħħew il-fatti tal-kawża prinċipali, it-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 93/104 kien skada u l-Landes Sachsen-Anhalt ma kinitx, f’dik id-data, ittrasponietha fid-dritt nazzjonali tagħha fir-rigward tal-pompiera impjegati f’dipartiment ta’ intervent, ħaddiem bħal G. Fuß, impjegat mal-iStadt Halle f’dan id-dipartiment, jista’ jinvoka direttament id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88 kontra din il-persuna pubblika li timpjegah sabiex jiġi rrispettat id-dritt għal ħin medju ta’ xogħol fil-ġimgħa li ma jaqbisx it-48 siegħa ggarantiti minn din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li, peress li l-imsemmija dispożizzjoni għandha effett dirett, l-awtoritajiet kollha tal-Istati Membri għandhom josservawha, jiġifieri mhux biss il-qrati nazzjonali, iżda wkoll kull korp amministrattiv, inklużi l-awtoritajiet deċentralizzati, bħalma huma l-Länder, l-ibliet jew il-komuni, u dawn l-awtoritajiet huma marbuta li japplikawha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="19890622">22 Ġunju 1989</DATE>, Costanzo, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="103/88" PAGE.ECR="1839" YEAR="1989">103/88, Ġabra p. 1839</REF.DOC.ECR>, punti 30 sa 33).</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, l-iStadt Halle tqis li t-trasferiment furzat ta’ G. Fuß, wara li dan kien talab lil min jimpjegah sabiex josserva l-ħin ta’ xogħol massimu fil-ġimgħa stabbilit fl-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88, f’dipartiment ieħor fejn dan il-limitu huwa osservat huwa ta’ tali natura li jiżgura l-applikazzjoni sħiħa ta’ din id-direttiva fir-rigward ta’ G. Fuß, għaliex dan it-trasferiment itemm il-ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea mwettaq fil-konfront tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-qrati nazzjonali u l-korpi amministrattivi huma obbligati japplikaw id-dritt tal-Unjoni Ewropea b’mod sħiħ u jipproteġu d-drittijiet li dan jikkonferixxi fuq l-individwi, billi jitħallew jekk hemm bżonn inapplikati d-dispożizzjonijiet kollha tad-dritt nazzjonali li jiksru d-dritt tal-Unjoni Ewropea (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Costanzo, iċċitata iktar ’il fuq, punt 33, u tal-<DATE ISO="20070111">11 ta’ Jannar 2007</DATE>, ITC, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-208/05" PAGE.ECR="I-181" YEAR="2007">C-208/05, Ġabra p. I-181</REF.DOC.ECR>, punti 68 u 69 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="I-9876"?><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa importanti li l-effettività tad-drittijiet mogħtija direttament lill-ħaddiema permezz tal-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88 tiġi żgurata b’mod sħiħ fis-sistema legali nazzjonali (ara s-sentenza Dellas <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 53).</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li trasferiment furzat, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu bħala effett li jneżża’ lid-dritt mogħti mill-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88 minn kull sinjifikat, dritt irrikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja, fid-digriet Personalrat der Feuewehr Hamburg, iċċitat iktar ’il fuq, għal pompier, bħal G. Fuß, impjegat f’dipartiment ta’ intervent, ta’ ħin massimu ta’ xogħol fil-ġimgħa ta’ 48 siegħa għal dan l-impjieg, u għalhekk, din il-miżura teqred l-effettività ta’ din id-dispożizzjoni fir-rigward ta’ dan il-ħaddiem. Għalhekk, huwa ċar li l-imsemmija miżura ma tiżgura la l-applikazzjoni sħiħa tal-imsemmi Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88 u lanqas il-protezzjoni tad-drittijiet li din id-dispożizzjoni tagħti lill-ħaddiema fl-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif il-Kummissjoni ġustament sostniet, id-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, iggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) TUE, għandu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>l-istess valur ġuridiku bħat-Trattati<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, ser jiġi sostanzjalment milqut jekk min jimpjega, b’reazzjoni għal ilment jew għal azzjoni ġudizzjarja mressqa minn ħaddiem sabiex jiżgura l-osservanza tad-dispożizzjonijiet ta’ direttiva intiża li tipproteġi s-saħħa u s-sigurtà tiegħu, ikun jista’ jadotta miżura bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, il-biża’ ta’ miżura ta’ ritaljazzjoni simili li kontriha ma hemm l-ebda rimedju ġudizzjarju tista’ tiddiswadi lill-ħaddiema, li jqisu lilhom infushom leżi minn miżura meħuda minn min jimpjeghom, milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom permezz ta’ rimedji ġudizzjarji u, għalhekk, hija tali li tikkomprometti b’mod gravi l-kisba tal-għan tad-direttiva (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<DATE ISO="19980922">22 ta’ Settembru 1998</DATE>, Coote, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-185/97" PAGE.ECR="I-5199" YEAR="1998">C-185/97, Ġabra p. I-5199</REF.DOC.ECR>, punti 24 u 27).</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Għalhekk ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni<?PAGE NO="I-9877"?> nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-persuna li timpjega fis-settur pubbliku li jipproċedi bit-trasferiment furzat lejn dipartiment ieħor ta’ ħaddiem impjegat bħala pompier f’dipartiment ta’ intervent, għar-raġuni li huwa jkun talab li l-ħin medju massimu ta’ xogħol fil-ġimgħa stabbilit fl-imsemmija dispożizzjoni jiġi osservat fid-dipartiment imsemmi l-aħħar. Il-fatt li dan il-ħaddiem ma jkun jġarrab, minħabba dan it-trasferiment, l-ebda dannu speċifiku għajr dak li jirriżulta mill-ksur tal-imsemmi Artikolu 6(b), huwa, f’dan ir-rigward, irrilevanti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE>, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-persuna li timpjega fis-settur pubbliku li jipproċedi bit-trasferiment furzat lejn dipartiment ieħor ta’ ħaddiem impjegat bħala pompier f’dipartiment ta’ intevent, għar-raġuni li huwa jkun talab li l-ħin medju massimu ta’ xogħol fil-ġimgħa stabbilit fl-imsemmija dispożizzjoni jiġi osservat fid-dipartiment imsemmi l-aħħar. Il-fatt li dan il-ħaddiem ma jkun jġarrab, minħabba dan it-trasferiment, l-ebda dannu<?PAGE NO="I-9878"?> speċifiku għajr dak li jirriżulta mill-ksur tal-imsemmi Artikolu 6(b), huwa, f’dan ir-rigward, irrilevanti.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>