|
17.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 193/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/795
tas-16 ta’ Ġunju 2020
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/809 b’appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ twassil tagħhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-11 ta’ Mejju 2017 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/809 (1), li tipprevedi perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ 36 xahar mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) ta’ dik id-Deċiżjoni, għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tagħha. |
|
(2) |
Dak il-ftehim ta’ finanzjament ġie konkluż mal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) għall-Affarijiet ta’ Diżarm (UNODA) fl-10 ta’ Awwissu 2017 u jiskadi fl-10 ta’ Awwissu 2020. |
|
(3) |
Fid-19 ta’ Marzu 2020, UNODA), li huwa responsabbli għall-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/809, talab estensjoni ta’ 12-il xahar tal-perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni. L-estensjoni mitluba tkun jippermetti lill-UNODA jkompli jagħti assistenza lill-Istati Membri tan-NU li jimplimentaw ir-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (“UNSCR 1540”), biex ikompli jikkontribwixxi għal rieżami komprensiv li għaddej, biex ikompli jagħti l-għajnuna lill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit mill-UNSCR 1540 sa tmiem il-mandat attwali tiegħu fil-25 ta’ April 2021, u biex itaffi t-telf li jirriżulta minn proġetti li jibqgħu mhux imwettqa minħabba l-pandemija tal-COVID-19. |
|
(4) |
Il-kontinwazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/809 ma għandha l-ebda implikazzjoni fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji sal-10 ta’ Awwissu 2021. |
|
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/809 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/809 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fl-10 ta’ Awwissu 2021.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/809 tal-11 ta’ Mejju 2017 b’appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ twassil tagħhom (ĠU L 121, 12.5.2017, p. 39).