15.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 143/2011

tat-2 ta’ Diċembru 2011

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/155/UE tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar il-pubblikazzjoni u l-ġestjoni tad-dokument ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 37dd (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/713/UE) tal-Anness XIII mal-Ftehim:

“37de.

32011 D 0155: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/155/UE tat-9 ta’ Marzu 2011 dwar il-pubblikazzjoni u l-ġestjoni tad-dokument ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 63, 10.3.2011, p. 22).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2011/155/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 341, 22.12.2011, p. 85.

(2)   ĠU L 63, 10.3.2011, p. 22.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.