12006E112

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU VII - Politika Ekonomika u Monetarja - Kapitolu 3 - Disposizzjonijiet Istituzzjonali . - Artikolu 112

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0090 - 0091
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0078 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0224 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0038 - Consolidated version


Artikolu 112

1. Il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE għandu jkollu fih il-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE u l-Gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali.

2. a) Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun kompost minn President, Viċi President u erba’ membri oħra.

b) Il-President, il-Viċi-President u l-membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv għandhom jinħatru minn fost persuni ta’ statura rikonoxxuta u esperjenza professjonali fi kwistjonijiet monetarji jew bankarji bi ftehim komuni tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri fil-livell ta' Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, wara li jkun ikkonsulta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE.

Il-mandat tagħhom għandu ikun ta' tmien snin u ma jistax jiġi mġedded.

Huma biss il-persuni li jkollhom ċittadinanza ta' l-Istati Membi li jistgħu jkunu membri tal-Bord Eżekuttiv.

--------------------------------------------------