<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-285/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0285</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:785">EU:C:2021:785</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20210930">30.9.2021</DATE> – Kawża C‑285/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv) vs</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20210930">30 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru°883/2004</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 65(2) u (5)</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Ħaddiem f’qgħad sħiħ</KEYWORD><KEYWORD>Benefiċċji tal-qgħad</KEYWORD><KEYWORD>Ħaddiem li jirrisjedi u jeżerċita attività bħala persuna impjegata fl-Istat Membru kompetenti</KEYWORD><KEYWORD>Trasferiment tar-residenza tiegħu fi Stat Membru ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Persuna li effettivament ma teżerċitax attività bħala persuna impjegata fl-Istat Membru kompetenti qabel ma tkun f’qgħad sħiħ</KEYWORD><KEYWORD>Persuna li waqfet mix-xogħol minħabba mard u li, fuq din il-bażi, tirċievi benefiċċji tal-mard imħallsa mill-Istat Membru kompetenti</KEYWORD><KEYWORD>Eżerċizzju ta’ attività bħala persuna impjegata</KEYWORD><KEYWORD>Sitwazzjonijiet legali paragunabbli</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑285/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Qorti tal-Appell tas-Sigurtà Soċjali u tas-Servizz Pubbliku, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200625">25 ta’ Ġunju 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid‑<DATE ISO="20200629">29 ta’ Ġunju 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">K</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv),</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn N. Wahl, President tal-Awla, F. Biltgen (Relatur) u L. S. Rossi, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għar-Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv), minn M. Mollee, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. K. Bulterman u C. S. Schillemans, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Vláčil u J. Pavliš, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Martin u F. van Schaik, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20120522">22 ta’ Mejju 2012</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="149" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 149, p. 4</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolament Nru 883/2004<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn K u r-Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituutwerknemersverzekeringen (Uwv) (il-Bord tal-Amministrazzjoni tal-Korp ta’ Ġestjoni tal-Assigurazzjonijiet għall-Ħaddiema Impjegati, il-Pajjiżi l-Baxxi) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Korp ta’ Ġestjoni tal-Assigurazzjonijiet għall-Ħaddiema Impjegati<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar ir-rifjut ta’ dan tal-aħħar li jħallsu benefiċċji tal-qgħad fi tmiem perijodu ta’ waqfien mix-xogħol fi Stat Membru ieħor għajr ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, li matul tiegħu huwa kien jirċievi mingħand dan l-Istat Membru ieħor benefiċċji tal-mard.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 4 u 45 tar-Regolament Nru 883/2004 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>(4)</NO.P><TXT>Huwa neċessarju li l-karatteristiċi speċjali ta’ leġislazzjoni nazzjonali dwar is-sigurtà soċjali jkunu rispettati u li tkun ippreparata biss sistema ta’ kordinazzjoni.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(45)</NO.P><TXT>Minħabba li l-objettiv ta’ l-azzjoni proposta, jiġifieri l-miżuri ta’ kordinazzjoni sabiex jiggarantixxu li d-dritt ta’ moviment liberu ta’ persuni jkun jista’ jiġi eżerċitat b’mod effettiv, ma jistax jintlaħaq kif suppost mill-Istati Membri u jista’ għaldaqstant, minħabba l-livell u l-effetti ta’ dik l-azzjoni, jintlaħaq aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan il-Regolament ma jaqbiżx dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 883/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>attività bħala persuna impjegata<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser kwalunkwe attività jew sitwazzjoni ekwivalenti meqjusa bħala attività għall-għanijiet tal-leġislazzjoni dwar is-sigurtà soċjali ta’ l-Istat Membru li fih teżisti din l-attività jew sitwazzjoni ekwivalenti;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>ħaddiema bejn il-fruntieri<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser kwalunkwe persuna li twettaq attività bħala impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru u li toqgħod fi Stat Membru ieħor fejn din il-persuna tirritorna, bħala regola, kuljum jew ta’ l-anqas darba fil-ġimgħa;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>j)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>residenza<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser il-post fejn persuna għandha r-residenza abitwali tagħha;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>q)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>istituzzjoni kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>l-istituzzjoni li l-persuna konċernat jkun assigurat magħha meta ssir l-applikazzjoni għal benefiċċju;</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>l-istituzzjoni li minnha l-persuna konċernata hija jew tkun intitolata għal benefiċċji jekk hija jew membru jew membri tal-familja tagħha jkollha jew ikollhom ir-residenza fl-Istat Membru fejn tinstab l-istituzzjoni;</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>l-istituzzjoni indikata mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru konċernat;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>s)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Stat Membru kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser l-Istat Membru fejn tinstab l-istituzzjoni kompetenti;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Persuni koperti<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Dan ir-Regolament għandhu japplika għal ċittadini ta’ Stat Membru, persuni mingħajr Stat u refuġjati li għandhom ir-residenza tagħhom fi Stat Membru li huma jew li kienu suġġetti għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru jew ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, kif ukoll għall-membri tal-familji tagħhom u għas-superstiti tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>It-titolu II tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Determinazzjoni ta’ liema leġislazzjoni tapplika<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jinkludi l-Artikoli 11 sa 16 tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 883/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Regoli ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Għall-għanijiet ta’ dan it-Titolu, persuni li qegħdin jirċievu benefiċċji fi flus minħabba jew bħala konsegwenza ta’ l-attività tagħhom bħala persuni impjegati jew bħala persuni impjegati għal rashom, għandhom jitqiesu bħallikieku qegħdin iwettqu din l-attività. Dan ma japplikax għal pensjonijiet marbuta ma’ l-invalidità, pensjonijiet ta’ l-età, pensjonijiet tas-superstiti jew għal pensjonijiet marbutin ma inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew ma’ mard marbut max-xogħol jew għal benefiċċji fi flus marbutin ma’ mard li jkopru trattament għal perjodu mhux determinat.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>It-Titolu III ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Disposizzjonijiet speċjali dwar id-diversi kategoriji ta’ benefiċċji<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jipprovdi, fil-Kapitolu 6 tiegħu, li jinkludi l-Artikoli 61 sa 65a tal-imsemmi regolament, ir-regoli marbuta mal-benefiċċji tal-qgħad.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 65 tar-Regolament Nru 883/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Persuni li ma għandhomx xogħol li kienu residenti fi Stat Membru li mhux l-Istat kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jipprovdi, fil-paragrafi 2 u 5:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="065.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>Persuna li ma għandha l-ebda impjieg u li, matul l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, kienet residenti fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti u li tibqa’ residenti f’dak l-Istat Membru jew tmur lura lejn dak l-Istat Membru, għandha tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizzi ta’ impjieg fl-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 64, persuna li ma għandha l-ebda impjieg tista, bħala pass supplimentari, tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizzi ta’ impjieg ta’ l-Istat Membru fejn hija wettqet l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha.</ALINEA><ALINEA>Persuna li ma għandhiex impjieg, minbarra persuna li taħdem bejn il-fruntieri, li ma tmurx lura lejn l-Istat Membru ta’ residenza tagħha, għandha tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizzi ta' impjieg fl-Istat Membru fejn l-aħħar li kienet suġġetta għal-leġislazzjoni tiegħu.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="065.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Il-persuna li ma għandhiex impjieg imsemmija fl-ewwel u fit-tieni sentenza tal-paragrafu 2 għandha tirċievi benefiċċji skond il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha bħallikieku kienet suġġetta għal dik il-leġislazzjoni matul l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha. Dawn il-benefiċċji għandhom jingħataw mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Madankollu, ħaddiem, minbarra ħaddiem li jaħdem bejn il-fruntieri, li rċieva benefiċċji bl-ispejjeż għall-istituzzjoni kompetenti ta’ l-Istat Membru li l-aħħar li kien suġġett għal-leġislazzjoni tiegħu, għandu malli jmur lura lejn l-Istat Membru fejn għandu r-residenza tiegħu, l-ewwel jirċievi benefiċċji skond l-Artikolu 64. Il-benefiċċji skond (a) għandhom ikunu sospiżi matul il-perjodu li fih jirċievi benefiċċji taħt il-leġislazzjoni li l-aħħar li kien suġġett tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali telaq mit-Turkija sabiex jistabbilixxi ruħu fil-Pajjiżi l-Baxxi matul is-sena 1979 u hemmhekk ħadem għal diversi persuni li jimpjegaw sas-sena 2015.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Mis-sena 2005, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali għex mal-familja tiegħu fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20150501">1 ta’ Mejju 2015</DATE>, huwa ġie rreklutat minn persuna li timpjega fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20150824">24 ta’ Awwissu 2015</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali twaqqaf mix-xogħol minħabba mard u, minn dik id-data, ma eżerċitax effettivament l-attività tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Għall-ewwel, huwa kompla jirċievi s-salarju tiegħu qabel ma bbenefika, mill‑<DATE ISO="20151014">14 ta’ Ottubru 2015</DATE>, minn benefiċċju tal-mard fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20160202">2 ta’ Frar 2016</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali mar joqgħod għand ħuh fil-Pajjiżi l-Baxxi u talab it-tħassir tiegħu mir-reġistru tal-popolazzjoni fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20160215">15 ta’ Frar 2016</DATE>, il-persuna li timpjegah fil-Ġermanja temmet il-kuntratt ta’ xogħol tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20160216">16 ta’ Frar 2016</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ġie operat fi sptar fil-Ġermanja, fejn għex sad‑<DATE ISO="20160219">19 ta’ Frar 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20160304">4 ta’ Marzu 2016</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali rreġistra fir-reġistru tal-popolazzjoni fil-Pajjiżi l-Baxxi, fl-indirizz ta’ ħuh.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20160315">15 ta’ Marzu 2016</DATE>, daħal fis-seħħ ix-xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol bejn ir-rikorrent fil-kawża prinċipali u l-persuna li timpjegah fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20160404">4 ta’ April 2016</DATE>, il-korp Ġermaniż kompetenti qies li r-rikorrent fil-kawża prinċipali kien kapaċi jwettaq xogħol mill-ġdid adattat għall-istat ta’ saħħa tiegħu u, għaldaqstant, waqaf iħallaslu benefiċċju tal-mard.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20160422">22 ta’ April 2016</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ressaq quddiem il-Korp ta’ Ġestjoni tal-Assigurazzjonijiet għall-Ħaddiema Impjegati talba għal benefiċċju tal-qgħad, b’effett mill‑<DATE ISO="20160404">4 ta’ April 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20160707">7 ta’ Lulju 2016</DATE>, il-Korp ta’ Ġestjoni tal-Assigurazzjonijiet għall-Ħaddiema Impjegati ddikjara li ma għandux ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedi dwar id-dritt tar-rikorrent fil-kawża prinċipali għall-benefiċċji tal-qgħad.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ressaq ilment kontra din id-deċiżjoni, li ġie miċħud permezz ta’ deċiżjoni tal-Korp ta’ Ġestjoni tal-Assigurazzjonijiet għall-Ħaddiema Impjegati tal‑<DATE ISO="20160914">14 ta’ Settembru 2016</DATE>. Dan tal-aħħar tenna l-pożizzjoni tiegħu li huwa ma huwiex awtorizzat jiddeċiedi dwar it-talba għal benefiċċju tal-qgħad tal-persuna kkonċernata. Fil-fehma tiegħu, l-Istat Membru kompetenti f’dan ir-rigward huwa r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, bħala l-aħħar Stat ta’ impjieg, peress li, sal‑<DATE ISO="20150824">24 ta’ Awwissu 2015</DATE>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali kien effettivament jeżerċita attività bħala persuna impjegata fil-Ġermanja u ma kienx ħaddiem fruntalier.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ppreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem ir-rechtbank Overijssel (il-Qorti Distrettwali ta’ Overijssel, il-Pajjiżi l-Baxxi), li ċaħditu bħala infondat. Din il-qorti qieset li l-Korp ta’ Ġestjoni tal-Assigurazzjonijiet għall-Ħaddiema Impjegati kien ġustament iddikjara li r-rikorrent fil-kawża prinċipali ma kienx ħaddiem fruntalier u ma kellux dritt għal benefiċċju tal-qgħad fil-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 65 tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju, adita b’appell mis-sentenza tar-rechtbank Overijssel (il-Qorti Distrettwali ta’ Overijssel), tirrileva li l-partijiet ma jaqblux fuq il-kwistjoni dwar jekk ir-rikorrent fil-kawża prinċipali jistax jitlob benefiċċju tal-qgħad fil-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 65(2) u (5) tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Hija tenfasizza, f’dan ir-rigward, li r-rikorrent fil-kawża prinċipali kien jirrisjedi u jaħdem fil-Ġermanja u li, mill‑<DATE ISO="20151014">14 ta’ Ottubru 2015</DATE>, huwa kien waqaf mix-xogħol u kien jirċievi benefiċċji tal-mard fil-Ġermanja, u dan sal‑<DATE ISO="20160404">4 ta’ April 2016</DATE>, data li minnha huwa sab ruħu f’qgħad sħiħ. Peress li r-rikorrent fil-kawża prinċipali ttrasferixxa r-residenza tiegħu fil-Pajjiżi l-Baxxi fit‑<DATE ISO="20160202">2 ta’ Frar 2016</DATE>, b’effett minn din id-data, huwa kien jirrisjedi fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru kompetenti, fis-sens tal-Artikolu 1(q) u (s) tar-Regolament Nru 883/2004, jiġifieri fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, il-kawża prinċipali tqajjem il-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 65(2) u (5) tar-Regolament Nru 883/2004 japplikax għal sitwazzjoni li fiha, qabel ma kienet f’qgħad sħiħ, il-persuna kkonċernata ma kinitx effettivament teżerċita attività bħala persuna impjegata fl-Istat Membru kompetenti, iżda kienet waqfet mix-xogħol minħabba mard u kienet tirċievi, fuq din il-bażi, benefiċċju tal-mard imħallas minn dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li tali sitwazzjoni għandha titqies bħala sitwazzjoni ġuridika paragunabbli mal-eżerċizzju ta’ attività bħala persuna impjegata u li, għaldaqstant, għandha tingħata risposta affermattiva għal din id-domanda. Hija tirrileva, f’dan ir-rigward, li l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 883/2004, li jagħmel parti mit-Titolu II ta’ dan ir-regolament, jassimila l-benefiċċju tal-mard mal-eżerċizzju ta’ attività bħala persuna impjegata u tqis li din l-assimilazzjoni għandha tiġi applikata għall-finijiet tal-Artikolu 65(2) u (5) tal-imsemmi regolament. Hija timmotiva r-raġunament tagħha bil-fatt li interpretazzjoni loġika u koerenti tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>twettiq ta’ attività bħala persuna impjegata<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> teżiġi li dan il-kunċett jiġi interpretat bl-istess mod fid-dispożizzjonijiet tat-titoli differenti tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju ssostni li l-ġurisprudenza stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-Artikolu 71(1)(b)(ii) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal‑<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE> dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97 tat‑<DATE ISO="19961202">2 ta’ Diċembru 1996</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Regolament Nru 1408/71<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>), li ppreċeda l-Artikolu 65 tar-Regolament Nru 883/2004 (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940127">27 ta’ Jannar 1994</DATE>, <NAME.CASE>Maitland Toosey</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑287/92</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:27">EU:C:1994:27</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950629">29 ta’ Ġunju 1995</DATE>, <NAME.CASE>van Gestel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑454/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:205">EU:C:1995:205</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), hija rilevanti għall-każ ineżami.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Hija tfakkar li, skont din il-ġurisprudenza, l-uniku element rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 71(1)(b)(ii) tar-Regolament Nru 1408/71 huwa l-fatt li l-persuna kkonċernata tirrisjedi fi Stat Membru differenti minn dak li kienet suġġetta għal-leġiżlazzjoni tiegħu matul l-aħħar impjieg tagħha. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li din id-dispożizzjoni tapplika għal persuna li r-relazzjoni ta’ xogħol tagħha tinżamm abbażi ta’ leave u li għalhekk effettivament ma teżerċitax l-attività tagħha (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880922">22 ta’ Settembru 1988</DATE>, <NAME.CASE>Bergemann</NAME.CASE>, <NO.CASE>236/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:443">EU:C:1988:443</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Minn dan il-qorti tar-rinviju tiddeduċi li l-Artikolu 65 tar-Regolament Nru 883/2004 jirrigwarda mhux biss l-eżerċizzju effettiv tal-aħħar attività bħala persuna impjegata, iżda wkoll sitwazzjoni li fiha l-persuna kkonċernata effettivament ma<?PAGE NO="7"?> teżerċitax attività. Barra minn hekk, din il-qorti tqis li r-raġunijiet li għalihom il-persuna kkonċernata ttrasferixxiet ir-residenza tagħha fi Stat Membru għajr l-Istat Membru kompetenti ma humiex rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ssostni li din l-interpretazzjoni ma tistax tiġi kkontestata mill-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 71(1)(b)(ii) tar-Regolament Nru 1408/71 għandu jiġi interpretat strettament sabiex, fost l-oħrajn, jiġu evitati l-abbużi (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19770217">17 ta’ Frar 1977</DATE>, <NAME.CASE>Di Paolo</NAME.CASE>, <NO.CASE>76/76</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1977:32">EU:C:1977:32</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, din tkun konformi mal-għan imfittex minn din id-dispożizzjoni, li huwa li jiġi żgurat lill-ħaddiem migrant il-benefiċċju tal-qgħad taħt il-kundizzjonijiet l-iktar favorevoli (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880922">22 ta’ Settembru 1988</DATE>, <NAME.CASE>Bergemann</NAME.CASE>, <NO.CASE>236/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:443">EU:C:1988:443</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950629">29 ta’ Ġunju 1995</DATE>, <NAME.CASE>van Gestel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑454/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:205">EU:C:1995:205</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, ir-rabta mal-Istat Membru ta’ residenza toffri, bħala prinċipju, l-aħjar possibbiltajiet lill-persuna kkonċernata li tintegra ruħha mill-ġdid professjonalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Peress li qieset li l-kawża li tressqet quddiemha tqajjem kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu riżolti mingħajr dubji raġonevoli, is-Centrale Raad van Beroep (il-Qorti tal-Appell tas-Sigurtà Soċjali u tas-Servizz Pubbliku, il-Pajjiżi l-Baxxi) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 65(2) u (5) tar-Regolament [...] Nru 883/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna f’qgħad sħiħ, li tkun ittrasferiet ir-residenza tagħha lejn Stat Membru ieħor meta hija kienet qed tirċievi benefiċċju fis-sens tal-Artikolu 11(2) [ta’ dan ir-Regolament] mill-Istat Membru kompetenti u/jew qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol tagħha, għandha dritt għal benefiċċju tal-qgħad taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn hija residenti?</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Ir-raġunijiet, pereżempju raġunijiet ta’ familja, li għalihom din il-persuna f’qgħad ittrasferixxiet ir-residenza tagħha lejn Stat Membru differenti mill-Istat Membru kompetenti huma rilevanti f’dan ir-rigward?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jitfakkar li l-Artikolu 65(2) tar-Regolament Nru 883/2004 jipprovdi li l-persuna f’qgħad sħiħ li, matul l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, kienet residenti fi Stat Membru għajr l-Istat Membru kompetenti u li tibqa’ residenti f’dak l-Istat Membru jew tirritorna f’dan l-Istat Membru, tqiegħed lilha nnifisha disponibbli għas-servizzi ta’ impjieg fl-Istat Membru ta’ residenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>L-Artikolu 65(5)(a) tal-imsemmi regolament jippreċiża li l-ħaddiem imsemmi fl-ewwel u fit-tieni sentenza tal-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu għandu jirċievi benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza, bħallikieku kien suġġett għal dik il-leġiżlazzjoni matul l-aħħar attività tiegħu bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha. Dawn il-benefiċċji għandhom jingħataw mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-ewwel domanda għandha tinftiehem bħala li hija intiża, essenzjalment, sabiex isir magħruf jekk l-Artikolu 65(2) u (5) tar-Regolament Nru 883/2004 għandux jiġi interpretat fis-sens li japplika għal sitwazzjoni li fiha, qabel ma kienet<?PAGE NO="8"?> f’qgħad sħiħ, il-persuna kkonċernata kienet tirrisjedi fi Stat Membru għajr l-Istat Membru kompetenti u ma kinitx effettivament teżerċita attività bħala persuna impjegata, iżda kienet waqfet mix-xogħol minħabba mard u kienet tirċievi, fuq din il-bażi, benefiċċji tal-mard mingħand l-Istat Membru kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, għandu jiġi ddeterminat jekk it-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>matul l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, li jinsabu fl-Artikolu 65(2) u (5) tar-Regolament Nru 883/2004, jirrigwardawx esklużivament l-eżerċizzju effettiv, mill-persuna kkonċernata, ta’ attività bħala persuna impjegata fl-Istat Membru kompetenti jew jekk jirreferux ukoll għal sitwazzjoni li fiha din il-persuna ma teżerċitax effettivament attività bħala persuna impjegata, iżda tirċievi benefiċċji tal-mard imħallsa minn dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, kuntrarjament għal dak li jsostnu l-qorti tar-rinviju kif ukoll il-Gvern Ċek u dak Pollakk, l-Artikolu 65(2) u (5) tar-Regolament Nru 883/2004, li jinsab fit-Titolu III ta’ dan ir-regolament, ma jistax jiġi interpretat fid-dawl tal-Artikolu 11(2) tal-imsemmi regolament, peress li mill-formulazzjoni ta’ din l-aħħar dispożizzjoni, iċċitata fil-punt 7 ta’ din is-sentenza, jirriżulta b’mod espress li din tapplika għall-finijiet tat-Titolu II tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>It-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>matul l-aħħar attività bħala persuna impjegata<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, li jinsabu fl-Artikolu 65(2) u (5) tar-Regolament Nru 883/2004, għandhom, kuntrarjament, jiġu interpretati fid-dawl tal-Artikolu 1(a) ta’ dan ir-regolament. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni tiddefinixxi, għall-finijiet tal-imsemmi regolament, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>‘attività bħala persuna impjegata’ bħala “attività jew sitwazzjoni ekwivalenti meqjusa bħala attività għall-għanijiet tal-leġislazzjoni dwar is-sigurtà soċjali ta’ l-Istat Membru li fih teżisti din l-attività jew sitwazzjoni ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li sitwazzjoni li fiha l-persuna kkonċernata ma teżerċitax effettivament attività bħala persuna impjegata fl-Istat Membru kompetenti, iżda tkun waqfet mix-xogħol minħabba mard u tirċievi, fuq din il-bażi, benefiċċji tal-mard mogħtija minn dan l-Istat Membru, tista’ titqies li hija sitwazzjoni legali paragunabbli għal dik li tinsab fiha persuna li teżerċita attività bħala persuna impjegata u, għaldaqstant, taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 65(2) u (5) tar-Regolament Nru 883/2004, jekk, skont id-dritt nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru, l-intitolament ta’ tali benefiċċji huwa assimilat għall-eżerċizzju ta’ attività bħala persuna impjegata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 65(2) u (5) tar-Regolament Nru 883/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal sitwazzjoni li fiha, qabel ma kienet f’qgħad sħiħ, il-persuna kkonċernata kienet tirrisjedi fi Stat Membru għajr l-Istat Membru kompetenti u ma kinitx effettivament teżerċita attività bħala persuna impjegata, iżda kienet waqfet mix-xogħol minħabba mard u kienet tirċievi, fuq din il-bażi, benefiċċji tal-mard imħallsa mill-Istat Membru kompetenti, bil-kundizzjoni, madankollu, li skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru kompetenti, l-intitolament għal tali benefiċċji jkun assimilat għall-eżerċizzju ta’ attività bħala persuna impjegata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 65(2) u (5) tar-Regolament Nru 883/2004 għandux jiġi interpretat fis-sens li r-raġunijiet, b’mod partikolari ta’ natura familjari, li għalihom il-persuna kkonċernata ttrasferixxiet ir-residenza tagħha fi Stat Membru għajr l-Istat Membru kompetenti humiex rilevanti għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li mill-formulazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni, kif riprodotta fil-punti 33 u 34 ta’ din is-sentenza, ma jirriżultax li r-raġunijiet għat-trasferiment tar-residenza tal-persuna kkonċernata għandhom xi rilevanza f’dan ir-rigward. Fil-fatt, għandu jitfakkar li, skont il-premessi 4 u 45 tar-Regolament Nru 883/2004, l-għan tiegħu huwa li jikkoordina s-sistemi tas-sigurtà soċjali fis-seħħ fl-Istati Membri sabiex jiġi żgurat l-eżerċizzju effettiv tal-moviment liberu tal-persuni. Dan ir-regolament immodernizza u ssemplifika r-regoli inklużi fir-Regolament Nru 1408/71, filwaqt li żamm l-istess għan ta’ dan tal-aħħar (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180321">21 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Klein Schiphorst</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑551/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:200">EU:C:2018:200</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita fil-kuntest tal-Artikolu 71 tar-Regolament Nru 1408/71, li fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, tista’ tiġi trasposta fil-kuntest tal-Artikolu 65 tar-Regolament Nru 883/2004 peress li din id-dispożizzjoni ssostitwixxiet l-imsemmi Artikolu 71, jirriżulta li dan huwa intiż li joħloq għall-persuni qiegħda residenti fi Stat Membru għajr l-Istat Membru kompetenti l-kundizzjonijiet l-iktar favorevoli għat-tfittxija ta’ impjieg ġdid (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880922">22 ta’ Settembru 1988</DATE>, <NAME.CASE>Bergemann</NAME.CASE>, <NO.CASE>236/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:443">EU:C:1988:443</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920708">8 ta’ Lulju 1992</DATE>, <NAME.CASE>Knoch</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑102/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:303">EU:C:1992:303</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19950629">29 ta’ Ġunju 1995</DATE>, <NAME.CASE>van Gestel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑454/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:205">EU:C:1995:205</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Li kieku, għalhekk, l-Artikolu 65(2) u (5) tar-Regolament Nru 883/2004 kellu jiġi interpretat fis-sens li japplika biss għall-persuni li jkunu ttrasferixxew ir-residenza tagħhom għal ċerti raġunijiet, bħal raġunijiet familjari, dan ikollu l-effett li jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni u, għalhekk, li jirrendi iktar diffiċli għall-persuni kkonċernati t-tfittxija ta’ impjieg fl-Istat Membru ta’ residenza, fejn huma preżunti li jibbenefikaw mill-kundizzjonijiet l-iktar favorevoli għat-tfittxija ta’ impjieg ġdid, dan iktar u iktar għaliex tali trasferiment huwa ġeneralment ibbażat fuq diversi raġunijiet. Għaldaqstant, tali interpretazzjoni tmur kontra l-għan imfittex mill-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 65(2) u (5) tar-Regolament Nru 883/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-raġunijiet, b’mod partikolari ta’ natura familjari, li għalihom il-persuna kkonċernata ttrasferixxiet ir-residenza tagħha fi Stat Membru għajr l-Istat Membru kompetenti, ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 65(2) u (5) tar-Regolament Nru 883/2004 (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20120522">22 ta’ Mejju 2012</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal sitwazzjoni li fiha, qabel ma kienet f’qgħad sħiħ, il-persuna kkonċernata kienet tirrisjedi fi Stat Membru għajr l-Istat Membru kompetenti u ma kinitx effettivament teżerċita attività bħala persuna impjegata, iżda kienet waqfet mix-xogħol minħabba mard u kienet tirċievi, fuq din il-bażi, benefiċċji tal-mard imħallsa mill-Istat Membru kompetenti, bil-kundizzjoni, madankollu, li skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru kompetenti, l-intitolament għal tali benefiċċji jkun assimilat għall-eżerċizzju ta’ attività bħala persuna impjegata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 65(2) u (5) tar-Regolament Nru 883/2004, kif emendat mir-Regolament Nru 465/2012, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-raġunijiet, b’mod partikolari ta’ natura familjari, li għalihom il-persuna kkonċernata ttrasferixxiet ir-residenza tagħha fi Stat Membru għajr l-Istat Membru kompetenti, ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>