|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2299 |
16.10.2026 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2299
tal-15 ta’ Ottubru 2026
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għad-difenokonażol f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1), il-punt (a) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-livelli massimi ta’ residwu (“MRLs”) għas-sustanza attiva difenokonażol ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
Fl-2024, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ressqet opinjoni motivata (2) dwar ir-rieżami tal-MRLs eżistenti għad-difenokonażol f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(3) |
L-Awtorità pproponiet definizzjoni ġdida tar-residwu għall-infurzar applikabbli għall-prodotti tal-annimali bħala “difenokonażol – alkoħol (CGA205375), espress bħala difenokonażol” abbażi tar-riżultati tal-metaboliżmu dwar ir-residwi tad-difenokonażol fil-bhejjem. |
|
(4) |
L-Awtorità rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għall-patata, għall-patata ħelwa, għall-brunġiel, għas-selq, għall-kardun u għall-krafes. Hija rrakkomandat ukoll li jinżammu l-MRLs eżistenti għall-escaroles, għall-bużbież u għar-rabarbru, li għalihom biżżejjed data ta’ appoġġ dwar prattiki agrikoli tajbin (“GAP”) tressqet u ġiet ivvalutata mill-Awtorità. Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, jixraq li l-MRLs għal dawk il-prodotti jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità. |
|
(5) |
L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għal dawn li ġejjin: “pomu”, “frott tal-għadma”, “għeneb”, frawli, tut, lampun (aħmar u isfar), żebbuġ tal-mejda, kaki, banana, għeruq tal-kassava/manjoka, jammijiet, ararut, pitravi, zunnarija, celeriac/krafes bl-għeruq, għerq tal-mustarda, artiċokks, zunnarija bajda, tursin tuberuż, ravanell, sassefrika, swedes, ġdur, tewm, basal, shallots, basal tar-rebbiegħa/basal aħdar u basal ta’ Wales, tadam, bżar ħelu, ħjar, ħjar tal-pikles, zukkini, bettieħ, qara’ aħmar, dulliegħ, brokkli, pastard, kaboċċi ta’ Brussell, kaboċċi kkapoċċati, kaboċċi Ċiniżi/pe-tsai, kales, kohlrabies, valerjanella/valerjanella tal-Italja, ħass, krexxuni u nebbieta u rimjiet oħra, krexxuni tal-art, aruka, mustarda ħamra, ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom speċijiet ta’ brassika), spinaċi, burdlieq, witloofs/indivja Belġjana, maxxita, kurrat selvaġġ, weraq tal-karfus, tursin, salvja, klin, timu, ħabaq u fjuri kommestibbli, weraq tar-rand, stregun, fażola (bl-imżiewed), fażola (bla mżiewed), piżelli (bl-imżiewed), piżelli (bla mżiewed), għads, spraġ, qaqoċċ, kurrat, fażola, għads, lupini/fażola tal-lupini, żerriegħa tal-kittien, żerriegħa tal-peprin, żerriegħa tal-ġirasol, żerriegħa tal-lift, żerriegħa tal-mustarda, żerriegħa tal-qoton, żerriegħa tal-għosfor, żerriegħa tal-fiddloqom, żerriegħa tal-camelina sativa, żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt, xgħir, qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn, qamħirrum, millieġ komuni, ħafur, ross, sorgu, infużjoni erbali mill-“fjuri”, mill-“weraq u mill-ħxejjex aromatiċi”, mill-“għerquq”, mill-“ħwawar taż-żerriegħa, sottogrupp ta’”, mill-“ħwawar tal-frott, sottogrupp ta’”, għud is-sus, żagħfran tal-Indja/kurkuma, pitravi taz-zokkor, għeruq taċ-ċikwejra, laħam tal-pollam, xaħam tal-pollam, fwied tal-pollam, kliewi tal-pollam, ġewwieni kommestibbli u bajd tal-pollam, xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet meħtieġa kunsiderazzjoni ulterjuri mill-maniġers tar-riskju. Madankollu, l-Awtorità kisbet MRLs sikuri għall-ħass, għall-kales, għall-escaroles, għall-witloofs u għall-krafes abbażi ta’ GAPs ta’ riżerva. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrieżaminaw il-GAPs ta’ dawn l-għelejjel biex jiżguraw is-sikurezza tal-konsumaturi. Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, jixraq li l-MRLs għal dawn il-prodotti kollha jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità. Filwaqt li dawn l-MRLs jitqiesu sikuri, dawn se jiġu rieżaminati filwaqt li titqies l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
L-Awtorità kkonkludiet ukoll li fir-rigward tal-MRLs għal dawn li ġejjin: cranberries, bajtar tax-xewk (frotta tal-kaktus), avokado, gwava, qamħirrum ħelu, karawett, te, kafeni, prodotti tal-annimali (ħnieżer, bovini, nagħaġ, żwiemel u annimali oħra tar-razzett) mit-tessuti (xaħam, muskoli, fwied u kliewi) u ħalib, li huma bbażati fuq il-livelli massimi ta’ residwu stabbiliti mill-Codex Alimentarius (“CXLs”), xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet meħtieġa kunsiderazzjoni ulterjuri mill-maniġers tar-riskju. Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, jixraq li l-MRLs għal dawn il-prodotti jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità. |
|
(7) |
L-Awtorità kkonkludiet ukoll fir-rigward tal-MRLs għall-ħwawar tal-qoxra tas-siġar, għall-ħwawar tal-blanzuni, għall-ħwawar ta’ qalb il-fjura u għall-ħwawar tal-aril, xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet meħtieġa kunsiderazzjoni ulterjuri mill-maniġers tar-riskju. Billi ma seta’ jiġi derivat l-ebda MRL u lanqas valur tal-valutazzjoni tar-riskju, jixraq li l-MRLs għal dawk il-prodotti jitbaxxew għal-limitu ta’ determinazzjoni (“LOD”) fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(8) |
L-Awtorità vvalutat is-CXLs eżistenti fl-opinjoni motivata tagħha. Meta kienet qed tistabbilixxi l-MRLs, il-Kummissjoni qieset dawk is-CXLs li huma meqjusa sikuri għall-konsumaturi fl-Unjoni. |
|
(9) |
Tressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 li titlob modifika tal-MRLs eżistenti għall-frott taċ-ċitru, għall-ġewż tas-siġar, għall-mango, għall-papaja, għall-piżelli niexfa u għall-fażola tas-sojja. L-Awtorità vvalutat l-informazzjoni sottomessa u kkonkludiet (3) li r-riskju għall-konsumaturi mhuwiex probabbli. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-lakuni fid-data identifikati fir-rieżami tal-MRLs skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma indirizzati għal dawn il-prodotti. Għalhekk jixraq li l-MRLs għal dawn il-prodotti jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità. |
|
(10) |
Rigward il-prodotti li fuqhom mhux awtorizzat li jintuża l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernat, u li ma jeżistux tolleranzi tal-importazzjoni jew CXLs għalihom, jixraq li l-MRLs jiġu stabbiliti fil-LOD speċifiku għall-prodott jew li jiġi applikat l-MRL prestabbilit, kif previst fl-Artikolu 18(1), il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħtieġa li jiġu adattati ċerti LODs. Dawk il-laboratorji kkonkludew li għal ċerti prodotti, l-iżviluppi tekniċi jippermettu li jiġu stabbiliti LODs aktar baxxi. |
|
(12) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u tqiesu l-kummenti tagħhom. |
|
(13) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(14) |
Sabiex ikun hemm lok għall-kummerċjalizzazzjoni, għall-ipproċessar u għall-konsum normali tal-prodotti, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għall-prodotti li jkunu ġew introdotti fis-suq fl-Unjoni qabel ma bdew japplikaw l-MRLs il-ġodda u li għalihom inżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur. |
|
(15) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs modifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw ruħhom għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b’dan ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għall-prodotti li ġew introdotti fis-suq fl-Unjoni qabel il-5 ta’ Mejju 2027.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-5 ta’ Mejju 2027.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1., ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/396/oj.
(2) EFSA 2024. Review of the existing maximum residue levels for difenoconazole according to Article 12 of Regulation (EC) No396/2005. EFSA Journal 2024;22:e8987, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8987.
(3) EFSA 2025. Setting of import tolerances for difenoconazole in various crops. EFSA Journal 2025; 23:e9472. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9472.
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness II, tiżdied il-kolonna li ġejja għad-difenokonażol: “Residwi ta’ pestiċidi u livelli massimi ta’ residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
fil-Parti A tal-Anness III, titħassar il-kolonna għad-difenokonażol. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/2299/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)