Official Journal L 024 , 31/01/1996 P. 0003 - 0004
Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 158/96 tat-30 ta’ Jannar 1996 li jemenda Regolament (KE) Nru 2670/81 li jippreskrivi regoli implimentattivi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ produzzjoni ta’ zokkor iżjed mill-kwota Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 tat-30 ta’ Ġunju 1981 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor [1], kif l-aħħar emendat b’Regolament (KE) Nru 1101/95 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 26(3) tiegħu, Filwaqt li l-Artikolu 26 ta’ Regolament (KEE) Nru 1785/81 jippreskrivi li zokkor Ċ, isoglucose Ċ u inulin syrup Ċ ma jistgħux jitqassmu fis-suq ġewwieni tal-Komunità u għandhom ikunu esportati fl-istat naturali qabel l-1 ta’ Jannar wara l-aħħar tas-sena ta’ suq in kwistjoni; filwaqt li l-istess Artikolu jippreskrivi wkoll li se tkun imħallsa levy fuq zokkor Ċ, isoglucose Ċ u inulin syrup Ċ li ma tkunx ingħatat prova ta’ l-esportazzjoni fl-istat naturali fil-perjodu meħtieġ f’data li għad trid tkun stabbilita; Filwaqt li l-organizzazzjoni komuni tas-suq taz-zokkor irregolat b’Regolament (KEE) Nru 1785/81 ġiet estiża għal inulin syrup li jaqa’ taħt kodiċi KN ex17026090 u 17029080; filwaqt li, għalhekk, l-iskema ta’ kwota ta’ produzzjoni li tipprovdi għaliha tapplika għal dak il-prodott; filwaqt li Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2670/81 [3], kif l-aħħar emendat b’Regolament (KEE) Nru 1754/93 [4], għandu jkun emendat ukoll bix-xieraq; Filwaqt li l-Ftehim dwar l-Agrikultura li jirriżulta mil-Laqgħa ta’ l-Urugwaj ta’ negozjati multilaterali tan-negozju wassal, b’mod partikolari, għat-tneħħija mill-1 ta’ Lulju 1995 tal-levies ta’ importazzjoni varjabbli li għalihom hemm provdut bl-organizazzjoni komuni tas-suq taz-zokkor; filwaqt li, għalhekk, il-ħlas tal-levy imsemmija fuq li għandha tkun intaxxata minn issa 'l quddiem għandha tkun stabbilita b’referenza għal ħlas ta’ importazzjoni għall-prodott in kwistjoni; Filwaqt li l-esperjenza uriet li jekk titpoġġa levy fuq ħlas ta’ rata bażi fil-każ ta’ esportazzjonijiet sostituti ta’ zokkor u isoglucose, din ma tistax tkun iġġustifikata; Waqt li dan ir-Regolament huwa bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għaz-zokkor, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Regolament (KEE) Nru 2670/81 hu bil-preżenti emendat kif segwit: 1. L-Artikolu 1(1) hu mibdul bis-segwenti: "1. Il-prodotti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 26(1) ta’ Regolament (KEE) Nru 1785/81 għandhom jitqiesu li jkunu ġew esportati jekk: (a) mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament, il-prova li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2 tkun għand l-aġenzija kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ produzzjoni jkun liema jkun l-Istat Membru ta’ esportazzjoni taz-zokkor Ċ, isoglucose Ċ jew inulin syrup Ċ; (b) id-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni in kwistjoni tkun aċċettata mill-Istati Membri ta’ esportazzjoni qabel l-1 ta’ Jannar wara l-aħħar tas-sena ta’ suq li matulha z-zokkor Ċ, isoglucose Ċ u inulin syrup Ċ ġew prodotti; (ċ) iz-zokkor Ċ, isoglucose Ċ u inulin syrup Ċ jew kwantità li tikkorrispondi fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(3) tkun ħarġet mit-territorju tad-dwana tal-Komunità mhux aktar tard minn 60 ġurnata wara l-1 ta’ Jannar li hemm referenza għalih f’punt (b); (d) il-prodott ikun ġie esportat mingħajr jew refunds jew levy bħala zokkor abjad jew zokkor mhux maħdum li kien ġie denaturalizzat jew bħala xiroppi miksuba qabel iz-zokkor f’forma solida u li jaqgħu taħt kodiċi KN 17026090 u 17029099, bħal isoglucose fl-istat naturali tiegħu jew inulin syrup fl-istat naturali tiegħu. Minbarra f’każijiet ta’ force majeure, jekk kwalunkwe mill-kondizzjonijiet li għalihom hemm provdut fl-ewwel sottoparagrafu ma jiġux sodisfatti, il-kwantità ta’ zokkor Ċ, isoglucose Ċ jew inulin syrup Ċ konċernati għandhom jitqiesu li ġew imqassma fis-suq ġewwieni. F’każijiet ta’ force majeure, l-aġenzija kompetenti ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ġie prodott iz-zokkor Ċ, isoglucose Ċ jew inulin syrup Ċ għandha tiddeċiedi dwar il-miżuri neċessarji fuq il-bażi taċ-ċirkostanza ddettata mill-parti konċernata. Fejn iz-zokkor Ċ, isoglucose Ċ jew inulin syrup Ċ hu esportat mit-territorju ta’ Stat Membru minbarra dak li fih kien ġie prodott, għandhom jittieħdu dawk il-miżuri wara li jkunu ntlaqgħu l-opinjonijiet, fejn ikun xieraq, ta’ awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru." 2. L-Artikolu 2 hu emendat kif segwit: (a) l-ewwel sottoparagrafu ta’ paragrafu 1 hu mibdul bis-segwenti: "1. Il-prova li l-kondizzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(1) ġew sodisfatti mill-manifattur konċernat għandha tiddaħħal għand l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ġie prodott iz-zokkor Ċ, isoglucose Ċ jew inulin syrup Ċ qabel l-1 ta’ April wara l-aħħar tas-sena ta’ suq li fih ikun ġie prodott."; (b) punt (ċ) ta’ l-ewwel sottoparagrafu ta’ paragrafu 2 hu mibdul bis-segwenti: "(ċ) dikjarazzjoni mill manifattur li turi li z-zokkor Ċ, isoglucose Ċ jew inulin syrup Ċ ġie magħmul minnu." (ċ) it-tieni sottoparagrafu ta’ paragrafu 2 hu mibdul bis-segwenti: "Għall-għan ta’ esportazzjoni l-manifattur in kwistjoni jista’, iżda, jissostitwixxi zokkor Ċ b’zokkor abjad ieħor fl-istat naturali tiegħu li jaqa’ taħt kodiċi KN 1701, jew isoglucose Ċ b’isoglucose ieħor bl-istess kontenut ta’ fructose, prodott minn manifattur ieħor stabbilit fit-territorju ta’ l-istess Stat Membru." (d) paragrafu 3 hu mibdul bis-segwenti: "3. Fejn iz-zokkor Ċ, isoglucose Ċ jew inulin syrup Ċ prodott minn manifattur ikun maħżun, bil-ħsieb li jkun esportat, f’fossa, maħżen jew tank f’post barra mill-fabbrika tal-manifattur, fl-Istat Membru ta’ produzzjoni jew fi Stat Membri ieħor, li fih hemm maħżuna zokkor jew isoglucose jew inulin syrups ieħor minn manifatturi oħra jew mill-manifattur in kwistjoni, mingħajr ma jkun jista’ jagħmel distinzjoni fiżika bejniethom, iz-zokkor, isoglucose jew inulin syrups maħżuna hekk għandhom ikunu mqiegħda taħt kontroll amministrattiv li jipprovdi garanziji ekwivalenti għal dawk ta’ kontroll ta’ dwana sa l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 1(1)(b) u miżmuma taħt il-kontroll tad-dwana sa mill-mument ta’ l-aċċettazzjoni msemmija. F’dan il-każ, kwantità ta’ zokkor, isoglucose jew inulin syrups prodotta fil-Komunità li tikkorrispondi għall-kwantità ta’ zokkor Ċ, isoglucose Ċ jew inulin syrup Ċ in kwistjoni, sabiex jinżammu fl-istess fossa, maħżen jew tank sal-mument ta’ meta jinħarġu mill-ħżin, għandhom jitħallew li jkunu esportati f’sostituzzjoni għal dak iz-zokkor Ċ, isoglucose Ċ jew inulin syrup Ċ barra t-territorju tad-dwana tal-Komunità. Filwaqt li zokkor Ċ abjad ta’ kodiċi KN 17019910 jkun ippreparat bil-ħsieb li jkun esportat f’pakketti diretti li jkollhom kontenut ta’ prodott nett li ma jaqbiżx kilogramm wieħed u jkun magħluq f’pakkett li jkun fih prodotti oħra ta’ l-ikel li għandhom ikunu esportati f’isem l-impriża li pproduċiet iz-zokkor Ċ minn organizazzjoni karitattiva rikonoxxuta, din tista' tkun ikkonsidrata sostituzzjoni taħt it-tifsira ta’ paragrafu 2." 3. L-Artikolu 3 hu emendat kif segwit: (a) paragrafu 1 hu mibdul bis-segwenti: "1. L-Istat Membru konċernat għandu jintaxxa fuq kwantitajiet li, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(1), ġew imqassma fis-suq ġewwieni, levy għal zokkor Ċ għal kull 100 kilogramm ta’ zokkor abjad jew zokkor mhux maħdum kif ikun xieraq, għal isoglucose Ċ għal kull 100 kilogramm ta’ materja niexfa, u għal inulin syrup Ċ għal kull 100 kilogramm ta’ materja niexfa f’ekwivalenti għal zokkor jew isoglucose, ugwali għas-somma ta’: - l-ogħla ħlasijiet ta’ importazzjoni applikabbli għall-prodott konċernat matul il-perjodu li jinkludi fih is-sena ta’ suq li matulha iz-zokkor Ċ, isoglucose Ċ jew inulin syrup Ċ jkun ġie prodott u s-sitt xhur ta’ wara dik is-sena ta’ suq u - ECU 1,21." (b) paragrafu 4 hu mibdul bis-segwenti: "4. Fil-każ ta’ kwantitajiet ta’ zokkor Ċ, isoglucose Ċ jew inulin syrup Ċ li qabel ma kienu esportati ġew meqruda jew li tkun saritilhom ħsara mingħajr possibbiltà li jkunu rkuprati, f’ċirkostanzi rikonoxxuti mill-aġenzija ta’ intervent ta’ l-Istat Membru konċernat bħala każ ta’ force majeure, l-ammont relevanti li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 ma għandux ikun intaxxat." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata ta’ wara li jkun ippublikat fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fit-totalita tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 30 ta’ Jannar 1996. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 177, ta’ l-1.7.1981, pġ. 4. [2] ĠU L 110, tas-17.5.1995, pġ. 1. [3] ĠU L 262, tas-16.9.1981, pġ. 14. [4] ĠU L 161, tat-2.7.1993, pġ. 45. --------------------------------------------------