<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑82/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014TJ0082</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:396">EU:T:2016:396</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>24</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>24</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20160707">7.7.2016</DATE> – KAWŻA T‑82/14</P><P>COPERNICUS-TRADEMARKS vs EUIPO – MAQUET (LUCEO)</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20160707">7 ta’ Lulju 2016</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Trade mark tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità</KEYWORD><KEYWORD>Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea LUCEO</KEYWORD><KEYWORD>Motiv assolut ta’ rifjut</KEYWORD><KEYWORD>Mala fide fil-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑82/14,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Copernicus-Trademarks Ltd</HT>, stabbilita f’Borehamwood (ir-Renju Unit), irrappreżentata minn F. Henkel, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)</HT>, irrappreżentat minn A. Schifko, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P>il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali, hija</P><P><HT TYPE="BOLD">Maquet GmbH</HT>, stabbilita f’Rastatt (il-Ġermanja), irrappreżentata minn N. Hebeis, avukat,</P></INTERVENERS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-<DATE ISO="20131125">25 ta’ Novembru 2013</DATE> (Każ R 2292/2012‑4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Copernicus-Trademarks u Maquet,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn G. Berardis, President, O. Czúcz (Relatur) u A. Popescu, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat ir-rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20140204">4 ta’ Frar 2014</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat ir-risposta tal-EUIPO, ippreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat ir-risposta tal-intervenjenti ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid-<DATE ISO="20140519">19 ta’ Mejju 2014</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat ir-replika ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>,</VISA><?PAGE NO="2"?><VISA>wara li rat il-kontroreplika tal-intervenjenti ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20141118">18 ta’ Novembru 2014</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat il-mistoqsijiet bil-miktub tal-Qorti Ġenerali lill-partijiet, it-tweġibiet ta’ dawn tal-aħħar u l-osservazzjonijiet tagħhom fuq it-tweġibiet tal-partijiet l-oħrajn,</VISA><VISA>wara li rat li l-partijiet ma ressqu l-ebda talba għal seduta fi żmien xahar min-notifika tal-għeluq tal-proċedura bil-miktub u wara li għaldaqstant iddeċidiet, fuq rapport tal-Imħallef Relatur u skont l-Artikolu 135a tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>, li taqta’ l-kawża mingħajr il-fażi orali tal-proċedura,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20090729">29 ta’ Lulju 2009</DATE>, l-intervenjenti, Maquet GmbH, ippreżentat applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea lill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 78, p. 1</REF.DOC.OJ>). It-trade mark li ntalbet ir-reġistrazzjoni tagħha hija s-sinjal verbali LUCEA LED, għall-prodotti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>lampi kirurġiċi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, li jaqgħu taħt il-klassi 10 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-<DATE ISO="19570615">15 ta’ Ġunju 1957</DATE>, kif rivedut u emendat. Din l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea ġiet ippubblikata fil-<HT TYPE="ITALIC">Bulettin tat-trade marks Komunitarji</HT> Nru 31/2009, tas-17 ta’ Awissu 2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE>, Copernicus EOOD (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Copernicus<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), irrappreżentata minn A., ippreżentat applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea lill-EUIPO, taħt ir-Regolament Nru 207/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>It-trade mark li ntalbet ir-reġistrazzjoni tagħha (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>trade mark kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) hija s-sinjal verbali LUCEO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-prodotti li ntalbet ir-reġistrazzjoni tagħhom jaqgħu taħt il-klassijiet 10, 12 u 28 u jikkorrispondu, għal kull waħda minn dawn il-klassijiet, għad-deskrizzjoni li ġejja:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>klassi 10: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Apparat u strumenti kirurġiċi, mediċi, dentali u veterinarji, riġlejn u dirgħajn, għajnejn u snien artifiċjali; oġġetti ortopediċi; materjali tal-ponti<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 12: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Vetturi kummerċjali, koperti mill-klassi 12; roti ta’ muturi, koperti mill-klassi 12; muturi koperti mill-klassi 12; roti b’mutur b’forza inqas minn 50cc; tratturi, koperti mill-klassi 12; karavani bil-mutur u karavani, koperti mill-klassi 12; vetturi tal-arja, koperti mill-klassi 12; vetturi spazjali, koperti mill-klassi 12; vetturi fuq binarji, koperti mill-klassi 12; vetturi segwiti, koperti mill-klassi 12; vetturi tal-ilma, koperti mill-klassi 12; inġenji li jitilgħu l-art mill-baħar, koperti mill-klassi 12; siġġijiet tar-roti għall-ġarr ta’ persuni invalidi; skuters għan-nies b’diżabilità; karretti tal-golf; prammijiet; parts għal vetturi bil-mutur, koperti mill-klassi 12, jiġifieri komponenti tal-istruttura ta’ barra għal vetturi; sistemi ta’ tagħmir; magni; partijiet tax-xàsis tal-vettura, b’mod partikolari partijiet tal-brejk; molol; stimers; stering; sospensjonijiet tar-roti; roti; tajers; għotjien għaċ-ċentru tar-roti; rimmijiet għal roti; sospensjonijiet tal-fusijiet; komponenti ta’ organi tat-trasmissjoni, jiġifieri ktajjen; kaxex tal-ingranaġġi; xaftijiet tat-trasmissjoni; aċċessorji<?PAGE NO="3"?> għall-vetturi bil-mutur, koperti mill-klassi 12, jiġifieri ganċijiet għall-irmonk; xtillieri għas-saqaf tal-karozza, xtillieri ta’ bagalji għat-trasport fil-vetturi, sedili tat-tfal, għata ta’ tarpolini; ktajjen għall-borra<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 28: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Oġġetti tal-ġinnastika u tal-isport; ġugarelli<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Copernicus invokat prijorità għat-trade mark kontenzjuża, li kienet ibbażata fuq l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Awstrijaka LUCEO Nru 1533/2009, ippreżentata fl-Österreichische Patentamt (Uffiċċju tal-privattivi Awstrijak) fis-<DATE ISO="20090316">16 ta’ Marzu 2009</DATE> għall-istess prodotti bħal dawk imsemmija fil-punt 4.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20091112">12 ta’ Novembru 2009</DATE>, Capella EOOD, li kienet saret proprjetarju tal-applikazzjoni għat-trade mark kontenzjuża fil-<DATE ISO="20091021">21 ta’ Ottubru 2009</DATE> u li kienet irrappreżentata minn A., ressqet oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea LUCEA LED, skont l-Artikolu 41 tar-Regolament Nru 207/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-oppożizzjoni kienet ibbażata fuq l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża. Minkejja li d-data tal-preżentata ta’ din l-applikazzjoni kienet qabel dik tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea LUCEA LED, Capella pprevalixxiet ruħha mill-preċedenza tagħha billi invokat il-prijorità imsemmija fil-punt 5 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża ġiet ippubblikata fil-<HT TYPE="ITALIC">Bulettin tat-trade marks Komunitarji</HT> Nru 39/2010, tal-<DATE ISO="20100301">1 ta’ Marzu 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>It-trade mark kontenzjuża ġiet irreġistrata fis-<DATE ISO="20101026">26 ta’ Ottubru 2010</DATE>, taħt in-numru 8554974. Bħala data ta’ prijorità ta’ din it-trade mark, tniżżlet dik tas-<DATE ISO="20090316">16 ta’ Marzu 2009</DATE> fir-reġistru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20110503">3 ta’ Mejju 2011</DATE>, l-intervenjenti ppreżentat quddiem l-EUIPO talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark kontenzjuża għall-prodotti u għas-servizzi kollha li kienet ġiet irreġistrata għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Ir-raġunijiet għal invalidità invokati insostenn ta’ din it-talba kienu dawk imsemmija fl-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. Skont l-intervenjenti, fil-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark, Copernicus kellha <HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20110906">6 ta’ Settembru 2011</DATE>, Verus EOOD, u fis-27 ta’ Awissu 2012, ir-rikorrenti, Copernicus-Trademarks Ltd, irrappreżentati minn A., tniżżlu fir-reġistru tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea bħala proprjetarji tat-trade mark kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20121214">14 ta’ Diċembru 2012</DATE>, id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni ddikkjarat l-invalidità tat-trade mark kontenzjuża għar-raġuni li Copernicus kellha <HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> fil-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl-istess ġurnata, ir-rikorrenti, irrappreżentata minn A., appellat quddiem l-EUIPO, skont l-Artikoli 58 sa 64 tar-Regolament Nru 207/2009, mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20131113">13 ta’ Novembru 2013</DATE>, Ivo-Kermartin GmbH, ukoll irrappreżentata minn A., tniżżlet fir-reġistru tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea bħala l-proprjetarju ġdid tat-trade mark kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20131125">25 ta’ Novembru 2013</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), li ntbagħtet lir-rikorrenti, ir-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO ċaħad l-appell. Huwa kkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li Copernicus kellha <HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> fl-applikazzjoni għat-trade mark kontenzjuża. F’dan ir-rigward, il-Bord tal-Appell ibbaża ruħu b’mod partikoli fuq il-fatt li<?PAGE NO="4"?> Copernicus kienet applikat għar-reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża biss sabiex tkun tista’ topponi għall-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea LUCEA LED u sabiex tieħu vantaġġi ekonomiċi minn dan.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark kontenzjuża;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat lura l-każ quddiem il-Bord tal-Appell;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-EUIPO u l-intervenjenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tar-rikors</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fil-mument tal-preżentata tar-rikors, ma kinitx għadha r-rikorrenti, iżda Ivo-Kermartin, li kienet il-proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża (ara l-punt 15 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, ir-rikorrenti ssottomettiet dokument, bħala Anness K.17 tar-replika, li minnu jirriżulta li Ivo-Kermartin tatha l-mandat sabiex tkompli din il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali fl-interess ta’ din u fl-interess tagħha stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jitfakkar li l-qorti tal-Unjoni Ewropea tista’ tevalwa, skont iċ-ċirkustanzi ta’ kull każ, jekk amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja tiġġustifikax li rikors jiġi miċħud fuq il-mertu mingħajr ma tiddeċiedi minn qabel dwar l-ammissibbiltà tiegħu (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020226">26 ta’ Frar 2002</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kunsill vs Boehringer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑23/00 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:118">EU:C:2002:118</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, il-Qorti Ġenerali tqis li, għal finijiet ta’ ekonomija tal-proċedura, għandha l-ewwel tiġi eżaminata l-fondatezza tar-rikors għal annullament, mingħajr ma tingħata deċiżjoni minn qabel dwar l-ammissibbiltà tiegħu, peress li r-rikors huwa, fi kwalunkwe każ, u għar-raġunijiet esposti iktar ’il quddiem, infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-fondatezza tar-rikors</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li l-ewwel wieħed minnhom huwa bbażat fuq ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009, it-tieni wieħed fuq ksur tal-Artikolu 76 tal-imsemmi regolament, u t-tielet wieħed fuq ksur tal-Artikolu 52(1)(b) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tal-argumenti mressqa fil-qafas ta’ dawn it-tliet motivi, li jikkoinċidu, parzjalment, fil-mertu, ir-rikorrenti hija intiza li tikkontesta d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li Copernicus kellha <HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> meta hija ppreżentat l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża. Dawn l-argumenti huma diretti kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha relatati ma’ din l-applikazzjoni, kellu jitqies li Copernicus kellha <HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT>. Ir-rikorrenti ressqet ukoll argumenti intiżi li jikkontestaw il-fondatezza tal-konstatazzjonijiet tal-Bord tal-Appell dwar l-eżistenza ta’ tali ċirkustanzi kif ukoll argumenti bbażati fuq il-fatt li l-intervenjenti hija nnifisha kellha <HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> u li l-Bord tal-Appell naqas milli jieħu dan il-fatt inkunsiderazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-mertu tal-motivi mressqa mir-rikorrenti, wara li jitfakkru d-dispożizzjonijiet u l-ġurisprudenza rilevanti, għandhom jiġu eżaminati l-argumenti tagħha intiżi li jinvalidaw il-konstatazzjonijiet tal-Bord tal-Appell dwar iċ-ċirkustanzi relatati mal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża, imbagħad dawk li jirrigwardaw id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> ta’ Copernicus u, fl-aħħar, dawk ibbażati fuq il-fatt li l-Bord tal-Appell ma ħax biżżejjed inkunsiderazzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> tal-intervenjenti.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-dispożizzjonijiet u l-ġurisprudenza rilevanti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Is-sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq il-prinċipju ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>l-ewwel applikant<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, imniżżel fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 207/2009. Skont dan il-prinċipju, sinjal jista’ biss jiġi rreġistrat bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea sa fejn trade mark preċedenti ma tkunx tostakolah [ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>SA.PAR. vs UASI – Salini Costruttori (GRUPPO SALINI)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑321/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:372">EU:T:2013:372</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Madankollu, l-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju hija kkwalifikata, b’mod partikolari, bl-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, li skontu l-invalidità ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddikjarata, fuq talba ppreżentata quddiem l-EUIPO jew fuq kontrotalba f’azzjoni kontra l-vjolazzjoni, meta l-applikant kellu <HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> meta ppreżenta l-applikazzjoni għat-trade mark (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>GRUPPO SALINI</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑321/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:372">EU:T:2013:372</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ mora [<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT>] imsemmi fl-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 jirrelata mal-motivazzjoni suġġettiva tal-persuna li tippreżenta applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark, jiġifieri intenzjoni diżonesta jew motiv ħażin ieħor. Huwa jimplika aġir li jmur lil hinn mill-prinċipji aċċettati ta’ mġiba etika jew prattiki onesti fil-kummerċ jew negozju [ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120214">14 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Peeters Landbouwmachines vs UASI – Fors MW (BIGAB)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑33/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:77">EU:T:2012:77</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Chocoladefakbriken Lindt &amp; Sprüngli</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑529/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:148">EU:C:2009:148</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Sabiex jiġi evalwat jekk applikant għandux <HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT>, għandu b’mod partikolari jiġi eżaminat jekk huwa għandux l-intenzjoni li juża t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-funzjoni essenzjali ta’ trade mark hija li tiggarantixxi lill-konsumatur jew lill-utent finali l-identità tal-oriġini tal-prodott jew tas-servizz inkwistjoni, billi permezz tagħha jkun jista’ jiddistingwi mingħajr il-possibbiltà ta’ konfużjoni dan il-prodott jew servizz minn dawk ta’ oriġini differenti (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090611">11 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Chocoladefabriken Lindt &amp; Sprüngli</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑529/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:361">EU:C:2009:361</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>L-intenzjoni li titwaqqaf il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott tista’, f’ċerti ċirkustanzi, tikkaratterizza l-<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> tal-applikant. Dan huwa partikolarment il-każ meta jirriżulta, sussegwentement, li dan tal-aħħar ikun irreġistra sinjal bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea mingħajr l-intenzjoni li jużaha, unikament sabiex jipprekludi d-dħul fis-suq ta’ terz [sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090611">11 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Chocoladefabriken Lindt &amp; Sprüngli</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑529/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:361">EU:C:2009:361</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140508">8 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Simca Europe vs UASI – PSA Peugeot Citroën (Simca)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑327/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:240">EU:T:2014:240</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>].</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>L-intenzjoni tal-applikant fil-mument rilevanti hija element suġġettiv li għandu jiġi evalwat billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti kollha tal-każ ineżami u li kienu jeżistu fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal bħal trade mark tal-Unjoni Ewropea. Normalment din il-motivazzjoni tkun stabbilita b’riferiment għal kriterji oġġettivi, fosthom, b’mod partikolari, jekk il-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tagħmilx sens kummerċjalment (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090611">11 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Chocoladefabriken Lindt &amp; Sprüngli</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑529/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:361">EU:C:2009:361</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-analiżi komprensiva magħmula skont l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll l-oriġini tas-sinjal ikkontestat u l-użu tiegħu minn meta ġie kkreat, jekk il-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea tagħmilx sens kummerċjalment, kif ukoll il-kronoloġija tal-avvenimenti li kkaratterizzaw l-imsemmija preżentata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120214">14 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>BIGAB</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑33/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:77">EU:T:2012:77</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Huwa l-applikant li biħsiebu jibbaża ruħu fuq dan il-motiv għal invalidità assoluta li għandu jipprova ċ-ċirkustanzi li jwasslu għall-konklużjoni li l-proprjetarju ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea kellu <HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> meta ppreżenta l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ din tal-aħħar (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>GRUPPO SALINI</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑321/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:372">EU:T:2013:372</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u ta’ din il-ġurisprudenza li għandhom jiġu eżaminati l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-argumenti li jirrigwardaw il-konstatazzjonijiet tal-Bord tal-Appell dwar iċ-ċirkustanzi relatati mal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell ikkonstata li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża kienet parti minn strateġija ta’ preżentata abbużiva ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks, intiżi li jinvokaw il-prijorità għal applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea billi jevadu t-terminu ta’ riflessjoni ta’ sitt xhur previst mill-Artikolu 29(1) tar-Regolament Nru 207/2009 u l-perijodu ta’ konċessjoni ta’ ħames snin previst mill-Artikolu 51(1)(a) ta’ dan ir-regolament. L-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża ġiet ippreżentata biss sabiex tkun tista’ tagħmel oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea LUCEA LED ippreżentata mill-intervenjenti u sabiex tieħu vantaġġi ekonomiċi minn din l-oppożizzjoni. L-istrateġija ta’ preżentata ta’ applikazzjonijiet li tidħol fiha l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża kienet nieqsa mit-trasparenza għal terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tqis li dawn il-konstatazzjonijiet huma vvizzjati bi żbalji.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Fuq il-konstatazzjoni li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża kienet parti minn strateġija ta’ preżentata abbużiva ta’ applikazzjonijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Bħalma ġie espost fil-punt 35 iktar ’il fuq, l-ewwel ċirkustanza li l-Bord tal-Appell ħa inkunsiderazzjoni hija l-fatt li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża kienet parti minn strateġija ta’ preżentata ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks intiża li tinvoka l-prijorità għal applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea billi tevadi t-terminu ta’ riflessjoni ta’ sitt xhur kif ukoll il-perijodu ta’ konċessjoni ta’ ħames snin u li tagħti lil A., rappreżentant tar-rikorrenti, pożizzjoni li minnha jkun jista’ jopponi applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks ippreżentati minn terzi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-Bord tal-Appell stabbilixxa l-eżistenza ta’ tali strateġija b’mod partikolari fil-punti 20, 25, 31, 32, 35 u 41 tad-deċiżjoni kkontestata. Fil-punt 20 tad-deċiżjoni kkontestata, huwa rrileva li Copernicus kienet kumpannija b’rabtiet ma’ A. u li, sabiex jiġi evalwat jekk hija aġixxietx b’<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT>, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni mhux l-aġir tagħha biss, iżda wkoll dak ta’ A. kif ukoll dak tal-kumpanniji kollha marbuta ma’ dan tal-aħħar. Skont il-Bord tal-Appell, permezz ta’ dawn il-kumpanniji, A. kien isegwi strateġija ta’ preżentata ta’ applikazzjonijiet li tinvolvi numru kbir ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni, b’2 392 applikazzjoni għal trade mark Ġermaniża u madwar 750 applikazzjoni għal trade mark Awstrijaka jistgħu jiġu attribwiti lilu, li fosthom waħda, barra minn hekk, ġiet irreġistrata f’kull pajjiż (punt 25 tad-deċiżjoni kkontestata). B’mod partikolari fil-punti 25, 35 u 41 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell irrileva li dawn l-applikazzjonijiet kollha kienu ġew ippreżentati bl-għan uniku li sussegwentement tintalab prijorità għal applikazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea. L-istrateġija ta’ A. tikkonsisti f’li tinbagħat sekwenza kbira ta’ applikazzjonijiet għal trade marks nazzjonali, mingħajr ma jitħallsu drittijiet fuq l-applikazzjoni. Meta terz japplika għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark identika jew simili, A. japplika għalhekk għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea u jinvoka l-prijorità għaliha, billi jibbaża ruħu fuq l-aħħar element tas-sekwenza tal-applikazzjonijiet għal trade marks nazzjonali. Sussegwentement, huwa jopponi għall-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-terz billi jibbaża ruħu fuq din l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni. Fil-punti 31 u 32 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell qies li, peress li din is-sitwazzjoni qamet quddiemu biss f’każijiet li fihom kien involut A., huwa ma jaġixxix b’kumbinazzjoni, iżda b’riżultat tal-istrateġija ta’ preżentata ta’ applikazzjonijiet segwita minn A.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>B’mod partikolari fil-punti 27 sa 29, 33, 35, 36 u 43 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell espona r-raġunijiet li għalihom huwa jqis li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża kienet taqa’ f’din l-istrateġija ta’ preżentata abbużiva ta’ applikazzjonijiet. Għalhekk, fil-punti 27 sa 29 tad-deċiżjoni kkontestata, huwa rrileva li, sa mill-2003, is-sinjal LUCEO kien is-suġġett ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni bħala trade mark nazzjonali kemm fl-Awstrija kif ukoll fil-Ġermanja u li, mill-2005, l-applikazzjonijiet bdew isiru kull sitt xhur, skont is-sistema <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>f’Marzu fl-Awstrija, f’Settembru fil-Ġermanja<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>. Dan ir-ritmu ta’ sitt xhur jikkorrispondi speċifikament mat-terminu ta’ riflessjoni ta’ sitt xhur sabiex tiġi invokata l-prijorità. Sussegwentement dawn it-talbiet ġew annullati minħabba n-nuqqas ta’ ħlas tad-dritt fuq l-applikazzjoni. B’mod partikolari fil-punt 33 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell ikkonstata li kien biss wara li l-intervenjenti applikat għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea LUCEA LED li Copernicus kienet applikat għar-reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża u kienet invokat il-prijorità għal din tal-aħħar billi ibbażat ruħha fuq l-aħħar element tas-sekwenza ta’ applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade marks nazzjonali LUCEO, jiġifieri fuq l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Awstrijaka ppreżentata fis-<DATE ISO="20090316">16 ta’ Marzu 2009</DATE>. Minn dan il-Bord tal-Appell iddeduċa li l-għan imfittex minn A. fis-sekwenza tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni differenti tat-trade marks nazzjonali LUCEO kien li jkun jista’ jinvoka l-prijorità għat-trade mark kontenzjuża snin wara li jkun ippreżenta l-ewwel applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal LUCEO bħala trade mark nazzjonali, minkejja li l-Artikolu 29 tar-Regolament Nru 207/2009 kien jipprevedi biss terminu ta’ riflessjoni ta’ sitt xhur. Fil-punti 36 u 43 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell irrileva li A. nnifsu kien indika li ma riedx juża t-trade mark LUCEO personalment u ma setax jindika l-isem tal-klijenti li kienu esprimew l-interess tagħhom għaliha. Fil-punti 35, 36 u 43 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell qies li l-argument li t-trade mark LUCEO kienet ġiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>żviluppata<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> permezz ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks nazzjonali kien jikkostitwixxi biss argument falz. F’dan ir-rigward, minn naħa, huwa espona li aġir li jikkonsisti fil-preżentata b’mod rrepetut ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks nazzjonali mingħajr l-intenzjoni li jitħallsu d-drittijiet fuq l-applikazzjoni jew li jwasslu għal reġistrazzjoni ma setax jitqies bħala l-iżvilupp ta’ trade mark, mhux iktar mill-fatt li jiġu emendati ftit il-klassijiet ma’ kull applikazzjoni ġdida. Min-naħa l-oħra, huwa qies li, wara l-preżentata ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni għal sinjal diġà <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, f’dan il-każ LUCEO, id-deċiżjoni li jiġi rreġistrat bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea ma kinitx teħtieġ snin ta’ riflessjoni. Il-Bord tal-Appell iddeduċa minn dan li l-uniku għan tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża kien li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>titħaffef<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea LUCEA LED, ippreżentata mill-intervenjenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tqis li dawn il-kunsiderazzjonijiet tal-Bord tal-Appell huma żbaljati. F’dan il-kuntest, hija ressqet xi argumenti intiżi li jikkontestaw, minn naħa, id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell dwar l-eżistenza ta’ strateġija ta’ preżentata abbużiva ta’ applikazzjonijiet segwita minn A. u, min-naħa l-oħra, dik li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża kienet parti minn din l-istrateġija.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><P>Fuq l-eżistenza ta’ strateġija ta’ preżentata abbużiva ta’ applikazzjonijiet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell dwar l-eżistenza ta’ strateġija ta’ preżentata abbużiva ta’ applikazzjonijiet ta’ A., kif deskritta fil-punt 38 iktar ’il fuq. F’dan il-kuntest, minn naħa, hija tqis li, kuntrarjament għall-konstatazzjonijiet tal-Bord tal-Appell, A. isegwi mudell kummerċjali leġittimu, jiġifieri dak ta’ aġenzija ta’ trade marks. Min-naħa l-oħra, hija tqis li d-deduzzjonijiet li għamel il-Bord tal-Appell mill-eżistenza ta’ każijiet oħrajn quddiemu li fihom kien implikat A. huma vvizzjati bi żbalji.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="7"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-argumenti bbażati fuq in-natura leġittima tal-mudell kummerċjali segwit minn A.</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tqis li l-Bord tal-Appell ma kellux jikkonkludi min-numru ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks nazzjonali li jistgħu jiġu attribwiti lil A. li dawn kienu ġew ippreżentati bl-għan wieħed li sussegwentement ikun jista’ jinvoka l-prijorità għal applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea. Kuntrarjament, in-numru għoli ta’ dawn l-applikazzjonijiet huwa konsegwenza diretta tal-attività leġittima tiegħu bħala aġenzija ta’ trade marks, li tikkonsisti fil-ħolqien ta’ portafoll ta’ trade marks intiżi li jinbiegħu lil terzi, fatt li l-Bord tal-Appell ma ħax biżżejjed inkunsiderazzjoni. L-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks nazzjonali jagħmlu parti minn proċess ta’ żvilupp ta’ trade marks.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>L-EUIPO u l-intervenjenti jikkontestaw dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrenti ma tressaqx argumenti intiżi li jinnegaw il-kunsiderazzjoni tal-Bord tal-Appell li, sabiex jiġi evalwat jekk Copernicus aġixxietx b’<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT>, kellu jittieħed inkunsiderazzjoni mhux biss l-aġir tagħha stess, iżda wkoll dak ta’ A. kif ukoll tal-kumpanniji kollha marbuta miegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi kkonstatat li, fil-punt 34 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell iddeċieda li xejn ma kien jipprekludi li impriża teżerċita attività bħala aġenzija ta’ trade marks u għalhekk li, fil-qafas ta’ tali attività, hija tippreżenta applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni għal trade marks li hija ma xtaqitx tuża hija nnifisha, iżda tbigħ lil terzi. Madankollu, il-Bord tal-Appell qies li l-attività ta’ A. ma setgħetx tiġi assimilata ma’ tali attività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jiġi miċħud l-argument tar-rikorrenti bbażat fuq il-fatt li s-sekwenza ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks nazzjonali hija parti minn sforz intiż li jiżviluppa t-trade marks, li jista’ leġittimament isir minn aġenzija ta’ trade marks.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, ċertament, xejn ma jipprekludi li l-proprjetarju ta’ trade mark validament irreġistrata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>jiżviluppaha<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> bi trade mark li tiġi warajha, billi jemendaha f’dak li jirrigwarda s-sinjal, il-lista ta’ prodotti u ta’ servizzi kkonċernati jew bil-firxa ġeografika tal-protezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Madankollu, bħalma jirriżulta mill-konstatazzjonijiet tal-Bord tal-Appell, A. għamel sekwenza ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks nazzjonali, li ġew ippreżentati kull sitt xhur, li jalternaw bejn il-Ġermanja u l-Awstrija, eżatt qabel jiskadi t-terminu ta’ riflessjoni ta’ sitt xhur sabiex tintalab il-prijorità għal trade mark tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament Nru 207/2009. Dawn l-applikazzjonijiet ġew suċċessivament annullati minħabba n-nuqqas ta’ ħlas tad-drittijiet fuq l-applikazzjoni u għalhekk ma ġewx eżaminati mill-uffiċċji tat-trade marks nazzjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Tali aġir ma jistax jitqies bħala aġir kummerċjali leġittimu, iżda għandu jitqies bħala kuntrarju għall-għanijiet tar-Regolament Nru 207/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Bħalma espona korrettament il-Bord tal-Appell, l-Artikolu 29(1) tar-Regolament Nru 207/2009 jipprevedi li l-applikant ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark nazzjonali għandu terminu ta’ riflessjoni ta’ sitt xhur sabiex jiddeċiedi jekk huwa jridx jippreżenta wkoll applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea għall-istess trade mark u għal prodotti jew servizzi identiċi għal dawk li għalihom ġiet ippreżentata din it-trade mark jew inklużi f’dawn tal-aħħar. Min-naħa tiegħu, l-Artikolu 51(1)(a) tal-imsemmi regolament jipprevedi li d-drittijiet tal-proprjetarju ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu ddikjarati bħala revokati, fuq talba ppreżentata quddiem l-EUIPO jew abbażi ta’ kontrotalba fi proċedimenti ta’ vjolazzjoni, jekk, għal perijodu kontinwu ta’ ħames snin, ma jkunx sar użu ġenwin tat-trade mark fl-Unjoni fir-rigward tal-prodotti jew servizzi li għalihom hija tkun irreġistrata, u ma jkunx hemm raġunijiet siewja għal dan in-nuqqas ta’ użu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li s-sekwenza ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks nazzjonali għall-istess sinjal għal prodotti jew servizzi li jaqgħu taħt klassifikazzjonijiet li huma mill-inqas parzjalment identiċi huwa intiż li jpoġġi lil A. f’pożizzjoni li minnha jkun jista’ jopponi. Fil-fatt, meta terz jippreżenta applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea identika jew simili, A. jitlob ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea, jinvoka l-prijorità għaliha billi jibbaża ruħu fuq l-aħħar element tas-sekwenza ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks nazzjonali u jagħmel oppożizzjoni billi jibbaża ruħu fuq l-imsemmija applikazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea. Is-sekwenza ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks nazzjonali hija intiża għalhekk li tagħtih pożizzjoni li minnha jkun jista’ jopponi għal perijodu li jeċċedi t-tul tat-terminu ta’ riflessjoni ta’ sitt xhur previst mill-Artikolu 29(1) tar-Regolament Nru 207/2009 u anki dak tal-perijodu ta’ konċessjoni ta’ ħames snin previst mill-Artikolu 51(1)(a) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li mhux biss l-istrateġija ta’ preżentata ta’ applikazzjonijiet użata minn A. ma hijiex konformi mal-għanijiet imfittxija mir-Regolament Nru 207/2009, iżda li din ixxaqleb lejn il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>abbuż ta’ liġi<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, li huwa kkaratterizzat mill-fatti li, l-ewwel nett, minkejja osservanza formali tal-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-għan imfittex minnu ma huwiex milħuq u, it-tieni nett, teżisti volontà li jinkiseb benefiċċju li jirriżulta mill-imsemmija leġiżlazzjoni billi jinħolqu b’mod artifiċjali l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jinkiseb (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20001214">14 ta’ Diċembru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Emsland-Stärke</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑110/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:695">EU:C:2000:695</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050721">21 ta’ Lulju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Eichsfelder Schlachtbetrieb</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑515/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:491">EU:C:2005:491</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, sa fejn ir-rikorrenti targumenta li hija tbiegħ it-trade marks li hija għandha fil-portafoll tagħha lil terzi, għandu jitfakkar li, fil-punti 36 u 43 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell ikkonstata li l-eżistenza ta’ terzi interessati fl-applikazzjonijiet għal trade marks nazzjonali ppreżentati minn din tal-aħħar ma setgħetx tiġi pprovata u li r-rikorrenti ma ressqet ebda argument li jista’ jxejjen din il-kunsiderazzjoni. Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi rrilevat li, jekk l-għan ta’ A. kien biss li jestendi l-portafoll tiegħu ta’ trade marks tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali, huwa seta’ jillimita ruħu li jirreġistra tali trade marks, minflok ma’ jagħmel is-sekwenza ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks nazzzjonali, li ma kinux eżaminati u li kienu annullati suċċessivament minħabba l-fatt li huwa ma ħallasx id-dritt fuq l-applikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi konkluż li l-Bord tal-Appell ġustament qies li l-passi meħuda minn A. u mill-kumpanniji marbuta miegħu ma setgħux jiġu assimilati ma’ attività li aġenzija ta’ trade marks tista’ teżerċita leġittimament, iżda kienu intiżi sabiex jagħtuh pożizzjoni li minnha jkun jista’ jopponi għal perijodu li jeċċedi t-terminu ta’ riflessjoni ta’ sitt xhur previst mill-Artikolu 29(1) tar-Regolament Nru 207/2009 u l-perijodu ta’ konċessjoni ta’ ħames snin previst mill-Artikolu 51(1)(a) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Ebda argument imressaq mir-rikorrenti ma jista’ jippreġudika din il-konklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi miċħud l-argument tar-rikorrenti bbażat fuq il-fatt li, fil-verità, in-numru ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ma kienx jikkorrispondi man-numru ta’ trade marks differenti li għalihom saret l-applikazzjoni, li huwa ħafna inqas. Dan l-argument pjuttost jikkonferma l-konklużjonijiet tal-Bord tal-Appell. Fil-fatt, sabiex jeżerċita attività leġittima ta’ aġenzija ta’ trade mark, ma huwiex meħtieġ li jsir numru kbir ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni għall-istess trade mark, bħalma għamel A.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti targumenta li parti kbira mit-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>trade marks żviluppati<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> effettivament ġew irreġistrati. Kuntrarjament għall-argumenti tal-intervenjenti, A. u l-kumpanniji marbuta miegħu ma kellhomx biss 90, iżda 200 trade mark tal-Unjoni Ewropea rreġistrati. A. kontinwament fittex, sakemm kien possibbli mill-perspettiva ġuridika u ekonomika, li jirreġistra b’mod sħiħ it-trade marks kollha li jkun żviluppa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, fir-rigward tal-argument ibbażat fuq il-fatt li A. fittex li jirreġistra t-trade marks kollha li żviluppa, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li, skont il-konstatazzjonijiet tal-Bord tal-Appell, parti kbira tal-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni li jistgħu jiġu attribwiti lilu ma ġewx eżaminati u ma rnexxewx, minħabba l-fatt li d-drittijiet fuq l-applikazzjoni ma tħallsux u, min-naħa l-oħra, li r-rikorrenti ma kkontestatx dawn il-konstatazzjonijiet fid-dettall.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-fatt li ċertu numru ta’ trade marks ġew finalment irreġistrati f’isem A. jew f’isem kumpanniji marbuta miegħu lanqas ma jxejjen il-kunsiderazzjonijiet tal-Bord tal-Appell. Fil-fatt, l-istrateġija ta’ preżentata abbużiva ta’ applikazzjonijiet żvelata minnu timplika li, fil-mument meta huwa jiddeċiedi li juża l-pożizzjoni tiegħu li minnha jkun jista’ jopponi, huwa jitlob ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea, billi jitlob il-prijorità abbażi tal-aħħar element tas-sekwenza ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>It-tielet nett, fir-rigward tan-numru eżatt ta’ trade marks li setgħu jiġu attribwiti lil A. jew lil kumpanniji marbuta miegħu, għandu jiġi rrilevat li l-kunsiderazzjonijiet tal-Bord tal-Appell huma bbażati fuq paragun tan-numru kbir tal-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni, minn naħa, u t-trade marks irreġistrati, min-naħa l-oħra. Issa, anki jekk jiġi aċċettat li 200 trade mark ġew irreġistrati, bħalma targumenta r-rikorrenti, id-differenza bejn in-numru ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks nazzjonali, jiġifieri iktar minn <FT TYPE="NUMBER">3000</FT>, u dak tat-trade marks li finalment ġew irreġistrati, tibqa’ kunsiderevoli. Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma ssottomettiet ebda prova li tistabbilixxi li, fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, 200 trade mark irreġistrati setgħu jiġu attribwiti lil A.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Għalhekk, dawn l-argumenti għandhom ukoll jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, l-argument tar-rikorrenti li, parzjalment, l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks ma jkunux tkomplew minħabba l-fatt li s-suq ma jiżviluppax bil-mod mistenni ġeneralment, jew għaliex ikun jidher li l-isem magħżul ma kienx xieraq għall-prodotti u għas-servizzi inkwistjoni, lanqas ma huwa ta’ natura li juri żball ta’ evalwazzjoni li jaffettwa l-kunsiderazzjonijiet tal-Bord tal-Appell. Dan japplika wkoll għall-argument ibbażat fuq il-fatt li huwa diffiċli li wieħed isib sinjal verbali f’ċerti setturi li ma jidħolx f’kunflitt ma’ drittijiet preċedenti. Fil-fatt, dawn l-argumenti ma jistgħux jiġġustifikaw is-sekwenza ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks nazzjonali għall-istess sinjal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Għalhekk, l-argumenti kollha tar-rikorrenti bbażati fuq il-fatt li n-numru kbir ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks Ġermaniżi u Awstrijaki li jistgħu jiġu attribwiti lil A. jistgħu jiġu ġġustifikati minħabba l-mudell kummerċjali leġittimu li huwa jsegwi, għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="7"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq il-każijiet l-oħrajn li jikkonċernaw lil A. u meħuda inkunsiderazzjoni mill-Bord tal-Appell</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti targumenta li d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li s-sitwazzjoni quddiemha f’dan il-każ (punti 38 u 39 iktar ’il fuq) ma seħħitx b’kumbinazzjoni, hija żbaljata. L-ewwel nett, fil-ħames każijiet kollha msemmija mill-Bord tal-Appell, A. kien jaf bil-preżentata ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea minn terz biss wara li huwa stess ippreżenta l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea. Sussegwentement, il-Bord tal-Appell semma tliet każijiet oħrajn li fihom A. kien ibbaża l-oppożizzjoni fuq trade mark li kienet diġà ġiet irreġistrata fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni lit-terzi. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ dawn it-tliet każijiet turi li A. ma stenniex il-preżentata ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark identika jew simili minn terz qabel japplika huwa stess għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea u jinvoka l-prijorità għal din it-trade mark billi jibbaża ruħu fuq applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark nazzjonali. Barra minn hekk, in-numru ta’ każijiet imsemmija mill-Bord tal-Appell huwa limitat meta mqabbel man-numru ta’ applikazzjonijiet għal trade marks ippreżentati sa mill-bidu tas-sena 2001 u meta mqabbel man-numru ta’ iktar minn 200 trade mark tal-Unjoni Ewropea rreġistrati. Barra minn hekk, il-ħames proċeduri msemmija mill-Bord tal-Appell kienu eċċezzjonijiet u seħħew b’kumbinazzjoni. Fl-aħħar, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009, il-Bord tal-Appell kellu jisma’ lir-rikorrenti f’dan ir-rigward qabel jadotta d-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>L-EUIPO u l-intervenjenti jikkontestaw dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi eżaminat l-ilment ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009, id-deċiżjonijiet tal-EUIPO għandhom ikunu bbażati biss fuq raġunijiet li fuqhom il-partijiet kellhom il-possibbiltà li jieħdu pożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Issa, fir-rigward tat-tliet każijiet relatati mat-trade marks VORTEX, ROCKY u FORERUNNER li l-Bord tal-Appell semma fil-punti 31 u 32 tad-deċiżjoni kkontestata, għandu jiġi kkonstatat li, fit-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tiegħu tat-<DATE ISO="20110502">2 ta’ Mejju 2011</DATE>, l-intervenjenti argumentat li A. kien involut f’kunflitti ta’ trade marks u li huwa kien invoka sistematikament il-prijorità għal applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks tal-Unjoni Ewropea billi bbaża ruħu fuq applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks nazzjonali. F’dan il-kuntest, fl-Annessi 4ċ u 6 tal-imsemmija talba, huwa għamel riferiment għal numru kbir ta’ sinjali li din il-prattika tikkonċerna, fosthom is-sinjali VORTEX, ROCKY u FORERUNNER. Fir-rigward ta’ dawn it-trade marks, ir-rikorrenti u l-predeċessuri tagħha għalhekk kellhom l-opportunità li jagħtu l-opinjoni tagħhom matul il-proċedimenti quddiem l-EUIPO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Sa fejn ir-rikorrenti targumenta li, li kieku hija kienet taf li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell kien se jieħu inkunsiderazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet għal trade marks bħala indizji li jindikaw il-<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> ta’ Copernicus, hija kienet tesprimi ruħha f’dan ir-rigward, huwa biżżejjed jitfakkar li d-dritt għal smigħ fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 jestendi għall-punti ta’ fatt u ta’ liġi li jikkostitwixxu l-bażi tal-att ta’ deċiżjoni, iżda mhux għall-pożizzjoni finali li l-amministrazzjoni tkun biħsiebha tadotta [ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060907">7 ta’ Settembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>L &amp; D vs UASI – Sämann (Aire Limpio)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑168/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:245">EU:T:2006:245</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0116">116</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>]. Għaldaqstant, dan l-argument għandu wkoll jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi eżaminat l-argument tar-rikorrenti, ibbażat fuq il-fatt li s-sitwazzjoni f’din il-kawża u fit-tliet każijiet dwar it-trade marks VORTEX, ROCKY u FORERUNNER seħħet b’kumbinazzjoni, peress li A. ma kellux konoxxenza tal-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni tat-terzi fil-mument tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, ċertament, skont l-Artikolu 29 tar-Regolament Nru 207/2009, l-applikant għal trade mark nazzjonali jista’, waqt terminu ta’ riflessjoni ta’ sitt xhur mid-data tal-preżentata tagħha, jinvoka l-prijorità għal applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea. Teoretikament, huwa għalhekk possibbli li, matul dan it-terminu ta’ riflessjoni, terz japplika għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal identiku jew simili għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea u, min-naħa tiegħu, mingħajr ma jkollu konoxxenza ta’din l-applikazzjoni, l-applikant għar-reġistrazzjoni tat-trade mark nazzjonali jiddeċiedi wkoll li japplika għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea u li jinvoka l-prijorità għaliha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Madankollu, bħalma ġie espost fil-punti 42 sa 63 iktar ’il fuq, fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, il-Bord tal-Appell seta’ jqis ġustament li s-sekwenza tal-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni tat-trade marks nazzjonali magħmula minn A. kellha l-għan li tagħtih pożizzjoni li huwa kien juża sabiex jopponi applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni minn terzi. F’dawn iċ-ċirkustanzi, u fid-dawl tal-fatt li din is-sitwazzjoni seħħet biss f’każijiet li fihom kien involut A., il-Bord tal-Appell ġustament qies li din ma seħħitx b’kumbinazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>L-ebda argument imressaq mir-rikorrenti ma jista’ jikkontesta din il-konklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-rikorrenti targumenta li, kuntrarjament għall-konstatazzjonijiet tal-Bord tal-Appell, f’ċerti każijiet, A. bbaża l-oppożizzjoni tiegħu fuq trademarks tal-Unjoni Ewropea diġà rreġistrati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Dan l-argument għandu jiġi miċħud f’dak li jirrigwarda l-każijiet relatati mat-trade marks VORTEX, ROCKY u FORERUNNER li l-Bord tal-Appell semma fid-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, f’dawn il-każijiet, l-oppożizzjoni kienet fondata fuq applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks posterjuri, iżda li jinvokaw il-prijorità abbażi ta’ applikazzjoni għal trade mark preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Għalhekk, fil-każ dwar it-trade mark ROCKY (R 2147/2010‑4) u fil-każ dwar it-trade mark VORTEX (R 512/2011‑4), l-oppożizzjoni kienet ibbażata fuq applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea posterjuri, iżda l-prijorità ġiet invokata abbażi ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni preċedenti ta’ trade marks Ġermaniżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-każ dwar it-trade mark FORERUNNER (R 2000/2010‑4), għandu jiġi rrilevat li, f’dan il-każ, l-oppożizzjoni kienet, ċertament, ibbażata fuq applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Awstrijaka u mhux fuq applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, huwa kien jirrigwarda approċċ paragunabbli ħafna għal dak segwit f’dan il-każ, bl-unika differenza tkun tirrigwarda l-fatt li r-rikorrenti kienet ibbażat l-oppożizzjoni tagħha direttament fuq l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Awstrijaka minflok ma bbażatha fuq applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea, billi invokat il-prijorità abbażi ta’ din l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-argument tar-rikorrenti bbażat fuq il-fatt li, f’każ ieħor li wkoll jirrigwarda t-trade mark VORTEX (R 1496/2011‑4), l-oppożizzjoni kienet ibbażata fuq trade mark tal-Unjoni Ewropea rreġistrata, għandu jiġi miċħud. F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed jiġi kkonstatat li, f’din il-kawża, l-imsemmija trade mark kienet diġà ġiet irreġistrata minħabba l-istrateġija ta’ preżentata ta’ applikazzjonijiet segwita minn A. fil-każ preċedenti msemmi fil-punt 76 iktar ’il fuq (R 512/2011‑4). Għalhekk, dan l-argument ma jurix li, f’dak li jirrigwarda t-trade mark tal-Unjoni Ewropea VORTEX, A. ma segwiex l-istrateġija tiegħu ta’ preżentata abbużiva ta’ applikazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti targumenta li n-numru ta’ każijiet imsemmija mill-Bord tal-Appell huwa limitat. F’dan ir-rigward, minn naħa, għandu jiġi rrilevat li, peress li l-Bord tal-Appell ikkonstata li din it-tip ta’ sitwazzjoni ma qamitx quddiemu, ħlief fil-każijiet li kien involut A. fihom, il-fatt li n-numru ta’ każijiet imsemmija mill-Bord tal-Appell huwa limitat ma jistax ixejjen il-kunsiderazzjoni tiegħu li huwa ma setax jaġixxi b’kumbinazzjoni. Min-naħa l-oħra, anki jekk wieħed jassumi li, f’każijiet oħrajn, ir-rikorrenti eventwalment ibbażat l-oppożizzjoni fuq trade mark li ġiet irreġistrata, mingħajr ma din<?PAGE NO="13"?> ir-reġistrazzjoni tkun tista’ tiġi kkritikata taħt l-istrateġija tal-applikazzjoni abbużiva identifikata mill-Bord tal-Appell, dan ma jistax ixejjen il-konklużjoni tiegħu li, f’dak li jirrigwarda t-trade marks VORTEX, ROCKY FORERUNNER u t-trade mark kontenzjuża, A. segwa tali strateġija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Peress li l-konklużjoni tal-Bord tal-Appell li s-sitwazzjoni f’din il-kawża ma seħħitx b’kumbinazzjoni tista’ tiġi kkonfermata abbażi tal-kunsiderazzjonijiet tagħha dwar it-trade marks VORTEX, ROCKY u FORERUNNER, l-argumenti tar-rikorrenti diretti lejn il-kunsiderazzjonijiet addizzjonali tal-Bord tal-Appell dwar it-trade marks ANDROMEDA u DORADO JUMP IN THE AIR jistgħu jiġu miċħuda bħala ineffettivi. Fil-fatt, anki jekk wieħed jassumi li huma fondati, dawn ma jistgħux ixejnu l-konklużjoni tal-Bord tal-Appell li s-sitwazzjoni li kienet quddiemu ma seħħitx b’kumbinazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Għalhekk, l-argumenti kollha diretti lejn il-konstatazzjoni tal-Bord tal-Appell li A. kellu strateġija ta’ preżentata ta’ applikazzjonijiet intiża li topponi għal applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ terzi għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><P>Fuq l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tikkontesta wkoll il-fondatezza tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża kienet taqa’ fl-istrateġija ta’ preżentata abbużiva ta’ applikazzjonijiet msemmija iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li, bħalma ġie espost fil-punt 39 iktar ’il fuq, mill-konstatazzjonijiet tal-Bord tal-Appell jirriżulta li, mill-2005, A. għamel sekwenza ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni tat-trade marks Ġermaniżi u Awstrijaki LUCEO billi segwa r-ritmu ta’ sitt xhur <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>f’Marzu fl-Awstrija, f’Settembru fil-Ġermanja<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Skont il-Bord tal-Appell, Copernicus applikat għar-reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża b’reazzjoni għall-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea LUCEA LED ippreżentata mill-intervenjenti u l-uniku għan tal-applikazzjoni ta’ Copernicus kien li topponi għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea LUCEA LED. F’dan il-kuntest, huwa ħa inkunsiderazzjoni b’mod partikolari taċ-ċirkustanzi li, minn naħa, sal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea LUCEA LED mill-intervenjenti, A. kien illimita ruħu li jagħmel sekwenza ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni tat-trade marks nazzjonali LUCEO, filwaqt li, wara l-imsemmija preżentata, huwa kien applika għar-reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża u kien ibbaża l-oppożizzjoni fuqha, u, min-naħa l-oħra, tali mod ta’ proċedura kien jikkorrispondi mal-istrateġija tiegħu ta’ preżentata abbużiva ta’ applikazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tqis li dawn il-kunsiderazzjonijiet huma żbaljati. L-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża ma għandhiex l-għan li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>tħaffef<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea LUCEA LED ippreżentata mill-intervenjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti tinvoka l-fatt li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża hija biss l-espressjoni tal-mudell kummerċjali leġittimu segwit minn A., li jikkonsisti fil-ħolqien ta’ portafoll ta’ trade marks tal-Unjoni Ewropea sabiex ibigħ l-isemmija trade marks lil terzi. Huwa żviluppa t-trade mark kontenzjuża permezz ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks nazzjonali billi emenda l-lista ta’ prodotti u ta’ servizzi li għalihom kienet intalbet ir-reġistrazzjoni, qabel irreġistrahom fil-portafoll tiegħu f’forma usa’ u iktar moderna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>L-EUIPO u l-intervenjenti jikkontestaw dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li, fil-punti 36 u 43 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell irrileva li A. stess indika li ma riedx juża t-trade mark kontenzjuża personalment u ma setax jindika l-isem tal-klijenti li kienu esprimew interess għaliha. A. ma ressaq ebda argument li jista’ juri li din il-kunsiderazzjoni hija żbaljata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti ma ressqet ebda argument li jista’ juri li s-sekwenza ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni tat-trade marks nazzjonali LUCEO kienet iġġustifikata sabiex jiġi segwit mudell kummerċjali leġittimu. Kuntrarjament, bħalma ġie espost fil-punti 46 sa 52 iktar ’il fuq, mhux biss il-passi ta’ A ma setgħux jitqiesu bħala żvilupp tat-trade mark kontenzjuża, iżda barra minn hekk huma kienu intiżi sabiex joħolqu monopolju bis-sinjal LUCEO billi jevadi l-perijodu ta’ sitt xhur previst mill-Artikolu 29(1) tar-Regolament Nru 207/2009 u l-perijodu ta’ konċessjoni ta’ ħames snin previst mill-Artikolu 51(1)(a) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Għalhekk, dan l-argument għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti targumenta li, fil-mument meta Copernicus applikat għar-reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża jew tat-trade mark Awstrijaka LUCEO, hija ma kellhiex konoxxenza tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark LUCEA LED u li għalhekk ma kienet teżisti ebda rabta bejn iż-żewġ applikazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>L-EUIPO u l-intervenjenti jikkontestaw dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, preliminarjament, għandu jiġi kkonstatat li l-argument tar-rikorrenti bbażat fuq in-nuqqas ta’ konoxxenza ta’ Copernicus jirrigwarda l-element suġġettiv dwar l-intenzjoni tal-applikant fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni-. Issa, konformement mal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 31 iktar ’il fuq, l-eżistenza tal-<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> tal-applikant għandha normalment tiġi stabbilita b’riferiment għal kriterji oġġettivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat ukoll li l-Bord tal-Appell stabbilixxa l-preżenza ta’ ċirkustanzi oġġettivi li jindikaw bil-qawwa lejn il-fatt li l-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża seħħet b’reazzjoni għall-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea LUCEA LED mill-intervenjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Huwa billi jittieħdu inkunsiderazzjoni din il-ġurisprudenza u dawn iċ-ċirkustanzi li għandhom jiġu eżaminati l-argumenti li ġġib ir-rikorrenti sabiex turi l-assenza ta’ rabta bejn il-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea LUCEA LED mill-intervenjenti u l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża minn Copernicus.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-rikorrenti tqis li, fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Awstrijaka LUCEO, l-intervenjenti ma kinitx għadha applikat għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea LUCEA LED u għalhekk Copernicus ma setgħetx ikollha konoxxenza ta’ dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, bħalma ġie espost fil-punti 38 u 41 sa 81 iktar ’il fuq, skont l-istrateġija ta’ preżentata abbużiva ta’ applikazzjonijiet segwita minn A., l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks Ġermaniżi u Awstrijaki ġew ippreżentati sabiex jagħtuh pożizzjoni li huwa kien juża sabiex jopponi applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ sinjali identiċi jew simili eventwalment ippreżentati minn terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Għalhekk, il-fatt li Copernicus jew A. ma kinux jafu bl-eżistenza tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea LUCEA LED meta huma applikaw għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Awstrijaka LUCEO ma jipprekludix il-konstatazzjoni li l-applikazzjoni għat-trade mark kontenzjuża, li għaliha kienet ġiet invokata l-prijorità abbażi tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Awstrijaka LUCEO, seħħet b’reazzjoni għall-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea LUCEA LED.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi miċħud l-argument tar-rikorrenti li d-dritt fuq l-applikazzjoni għall-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Awstrijaka LUCEO, tas-<DATE ISO="20090316">16 ta’ Marzu 2009</DATE>, ma kienx tħallas għaliex, f’dan il-mument, A. kien diġà ddeċieda li japplika għar-reġistrazzjoni tat-trade<?PAGE NO="15"?> mark kontenzjuża. F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed jiġi kkonstatat li, fid-disa’ applikazzjonijiet preċedenti għar-reġistrazzjoni tat-trade marks Ġermaniżi u Awstrijaki LUCEO, A. lanqas ma kien ħallas id-dritt fuq l-applikazzjoni, mingħajr sussegwentement ma għamel applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea LUCEO fl-aħħar tat-termini ta’ riflessjoni rispettivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>It-tielet nett, ir-rikorrenti targumenta li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża ma ġietx ippreżentata b’reazzjoni għall-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tal-intervenjenti, iżda minħabba l-fatt li t-terminu ta’ riflessjoni sabiex tintalab il-prijorità għal trade mark tal-Unjoni Ewropea kien se jiskadi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Lanqas dan l-argument ma huwa konvinċenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Minn naħa, għandu jiġi rrilevat li, għall-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade marks Ġermaniżi u Awstrijaki LUCEO preċedenti, A. ħalla t-terminu ta’ riflessjoni ta’ sitt xhur jiskadi, mingħajr ma ppreżenta applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea, u kien kostrett jippreżenta applikazzjoni oħra għal reġistrazzjoni ta’ trade mark nazzjonali, sabiex iżomm il-pożizzjoni tiegħu li minnha jkun jista’ jopponi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi kkonstatat li approċċ li jikkonsisti f’li jiġi kkontrollat, lejn l-aħħar tat-terminu ta’ riflessjoni ta’ sitt xhur jekk applikazzjonijiet għal trade marks identiċi kinux ġew ippreżentati jidħol perfettament fl-istrateġija ta’ preżentata ta’ applikazzjonijiet ta’ A. Fil-fatt, is-sekwenza ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni tat-trade marks Ġermaniżi u Awstrijaki LUCEO kienet intiża biss li tagħtih pożizzjoni li tippermettilu jopponi għal applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ sinjali identiċi jew simili eventwalment ippreżentati minn terzi. Sabiex jibbenefika minn din il-pożizzjoni li minnha jkun jista’ jopponi jew sabiex iżommha, kien biżżejjed jikkontrolla, qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ riflessjoni rispettiv, jekk terzi kinux ippreżentaw applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks identiċi jew simili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Għalhekk, l-argumenti kollha tar-rikorrenti intiżi li juru li, meta Copernicus applikat għar-reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża, hija ma kellhiex konoxxenza tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea LUCEA LED, għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-rikorrenti targumenta li l-Bord tal-Appell ma ħax biżżejjed inkunsiderazzjoni tal-fatt li Copernicus setgħet ukoll tagħmel oppożizzjoni abbażi tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Awstrijaka LUCEO, tas-<DATE ISO="20090316">16 ta’ Marzu 2009</DATE>, li kien ikun irħas u iktar ċert.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>L-EUIPO u l-intervenjenti jikkontestaw dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Dan l-argument għandu jiġu miċħud ukoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Fil-fatt, ma huwiex possibbli li jiġu kkontestati l-indizji li jindikaw lejn il-fatt li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża kellha l-għan li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>tħaffef<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea LUCEA LED. Ċertament, ir-rikorrenti ġustament tinvoka l-fatt li oppożizzjoni setgħet tiġi bbażata wkoll direttament fuq l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Awstrijaka LUCEO, tas-<DATE ISO="20090316">16 ta’ Marzu 2009</DATE>, bħalma għamlet ir-rikorrenti fil-każ dwar it-trade mark FORERUNNER (R 2000/2010‑4) imsemmi fil-punt 77 iktar ’il fuq. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża setgħet issaħħaħ il-pożizzjoni li minnha A. jkun jista’ jopponi fil-konfront tal-intervenjenti, għaliex, bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea, hija kienet tkopri l-Unjoni Ewropea kollha u għalhekk kienet tippermettilu li jopponi għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark nazzjonali quddiem l-uffiċċji tat-trade marks fl-Istati Membri tal-Unjoni wkoll.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Għalhekk, ebda wieħed mill-argumenti miġjuba mir-rikorrenti ma juri li l-konstatazzjonijiet tal-Bord tal-Appell li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża kienet tidħol fi strateġija ta’ preżentata abbużiva ta’ applikazzjonijiet segwita minn A. u kellha l-għan li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>tħaffef<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea LUCEA LED ippreżentata mill-intervenjenti, huma żbaljati. Kuntrarjament, l-aġir ta’ Copernicus dwar it-trade mark kontenzjuża juri b’mod pragmatiku l-funzjonament tal-istrateġija ta’ preżentata abbużiva ta’ applikazzjonijiet użata minn A. li, għar-raġunijiet esposti fil-punti 42 sa 63 iktar ’il fuq, ma tistax titqies bħala konformi mal-għanijiet tar-Regolament Nru 207/2009.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fuq l-użu tat-trade mark kontenzjuża</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>It-tieni ċirkustanza li l-Bord tal-Appell ħa inkunsiderazzjoni hija l-mod kif A. uża t-trade mark kontenzjuża. Fil-punti 36 u 43 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell irrileva li, minn naħa, A. kien indika li huwa ma riedx juża t-trade mark kontenzjuża u ma setax jindika l-isem tal-klijenti li kienu esprimew interess għaliha u, min-naħa l-oħra, huwa kien talab il-ħlas ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">75000</FT> mingħand l-intervenjenti. Huwa kkonkluda minn dan li din it-talba għal ħlas kienet l-unika possibbiltà li juża t-trade mark kontenzjuża. F’dan il-kuntest, huwa espona li dan l-ammont kellu jiġi pparagunat mad-drittijiet uffiċjali li kienu tħallsu b’kollox għat-trade mark kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tqis li dawn il-kunsiderazzjonijiet tal-Bord tal-Appell huma vvizzjati bi żbalji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti tikkontesta l-kunsiderazzjonijiet tal-Bord tal-Appell fir-rigward tal-użu ekonomiku tat-trade mark kontenzjuża. F’dan ir-rigward, huwa jqis li A. ma għamilx talba għal kumpens finanzjarju fil-qafas tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni. Kien biss wara li rebaħ f’dawn il-proċedimenti li huwa talab lill-intervenjenti jwaqqaf l-atti tiegħu, sabiex jiddefendi d-drittijiet tiegħu u sabiex ma jidhirx inattiv. Kien biss wara li l-intervenjenti ppropona li jixtri t-trade mark kontenzjuża għal EUR <FT TYPE="NUMBER">15000</FT> li A. talab somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">75000</FT>. Huwa ma stenniex b’mod kalm u sigriet li l-intervenjenti tibda’ tuża t-trade mark LUCEA LED għall-prodotti tagħha, jew li tkun użatha għal żmien twil għall-prodotti tagħha sabiex imbagħad jaġixxi f’talba għad-danni. Għalhekk, huwa żbaljat li jiġi kkonstatat li l-uniku għan għar-reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża kien li jieħu fondi mill-parti l-oħra. Barra minn hekk, ir-rikorrenti targumenta li l-każijiet l-oħrajn imsemmija mill-Bord tal-Appell u li jirrigwardaw trade marks oħrajn li jistgħu jiġu attribwiti lil A. huma proċeduri amministrattivi li ġew introdotti biss sabiex jiġu protetti d-drittijiet ta’ protezzjoni tat-trade marks miżmuma minn dan tal-aħħar jew minn waħda mill-kumpanniji tiegħu. Dawn ma jirrigwardawx proċeduri ċivili u ebda ħlas ma ntalab mill-partijiet l-oħrajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>L-EUIPO u l-intervenjenti jikkontestaw dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrenti ma ressqet ebda argument intiż li juri żball ta’ evalwazzjoni li jaffettwa l-konstatazzjonijiet tal-Bord tal-Appell li, minn naħa, A. ma setax ikollu l-intenzjoni li juża t-trade mark kontenzjuża huwa stess u, min-naħa l-oħra, ma kien jidher li kien hemm ebda terz li esprima interess għat-trade mark kontenzjuża. B’mod partikolari r-rikorrenti ma ġġib ebda prova favur il-fatt li, matul is-snin qabel l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea LUCEA LED, l-applikazzjonijiet suċċessivi tat-trade marks nazzjonali LUCEO qajmu interess fuq in-naħa ta’ terzi. Għandu għalhekk jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma għandha l-ebda spjegazzjoni sodisfaċenti fir-rigward tal-mod kif A. kien biħsiebu juża t-trade mark kontenzjuża, jekk mhux sabiex jopponi għal applikazzjonijiet eventwali għal reġistrazzjoni ta’ sinjali identiċi jew simili, bħal dik ippreżentata mill-intervenjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-argumenti bbażati, minn naħa, fuq il-fatt li A. talab il-ħlas ta’ ammont mill-intervenjenti biss wara li rebaħ fil-qafas tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u, min-naħa l-oħra, il-fatt li ma stenniex żmien twil sabiex jopponi ma jistgħux ixejnu l-konklużjoni tal-Bord tal-Appell<?PAGE NO="17"?> fir-rigward tal-użu ekonomiku tat-trade mark kontenzjuża. F’dan il-kuntest, għandu b’mod partikolari jiġi rrilevat li l-fatt li rebaħ quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni saħħaħ il-pożizzjoni ta’ A. fir-rigward tal-innegozjar ta’ arranġament finanzjarju mal-intervenjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-argumenti diretti lejn it-trade marks l-oħrajn, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma esponietx b’liema mod A. kellu f’moħħu juża dawn it-trade marks, jekk dan ma huwiex billi jibbaża ruħu fuqhom sabiex jopponi għar-reġistrazzjoni ta’ trade marks identiċi jew simili u billi jieħu vantaġġi ekonomiċi minn din il-pożizzjoni li minnha jkun jista’ jopponi. Fil-fatt, ir-rikorrenti ma ressqet ebda argument li jippermetti li jiġi stabbilit li A. ried jużahom huwa stess jew li terzi kienu mmanifestaw interess f’dan ir-rigward. Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-fatt li l-każijiet li jagħmel riferiment għalihom il-Bord tal-Appell huma proċedimenti ta’ oppożizzjoni. Fil-fatt, il-mod li jipproċedi bih A. f’dak li jirrigwarda t-trade mark kontenzjuża juri li, fil-każ li jirbaħ fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni, huwa kien lest li jibda proċedimenti ta’ intimazzjoni kontra l-użu ta’ sinjali identiċi jew simili u sabiex jibda negozjati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ilmenti kollha diretti lejn il-kunsiderazzjonijiet tal-Bord tal-Appell fir-rigward tal-użu ekonomiku tat-trade mark kontenzjuża għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti targumenta li, kuntrarjament għall-konstatazzjonijiet tal-Bord tal-Appell, l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks nazzjonali ma kinux mingħajr ħlas. Xi drittijiet kienu pagabbli fl-Awstrija mal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk, finalment, it-trade mark ġietx irreġistrata. Bħala total, A. ħallas drittijiet f’somma li tammonta għal sitt ċifri fl-uffiċċji tat-trade marks differenti għar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, iżda wkoll għal trade marks li għalihom il-proċedimenti ma tkomplewx sar-reġistrazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>L-EUIPO u l-intervenjenti jikkontestaw dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrenti ma ġġib ebda prova konkreta li tista’ tistabbilixxi l-ammonti li hija ħallset għall-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks Ġermaniżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tad-drittijiet imħallsa għall-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks Awstrijaki, għandu jiġi kkonstatat li, fil-punt 40 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell għaraf il-fatt li, fl-Awstrija, il-preżentata ta’ formula uffiċjali kienet suġġetta għal dritt. Għalhekk, kuntrarjament għal dak li targumenta r-rikorrenti, ma jistax jiġi dedott mid-deċiżjoni kkontestata li l-Bord tal-Appell qies li, għall-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni tat-trade marks Awstrijaki, tali drittijiet ma kinux tħallsu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-fatt li, fil-punt 21 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell għamel riferiment għan-natura <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>mingħajr ħlas<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> tal-istrateġija ta’ preżentata ta’ applikazzjonijiet segwita minn A. Fil-fatt, din il-kunsiderazzjoni tal-Bord tal-Appell għandha tinqara flimkien mal-konstatazzjoni tiegħu fil-punt 40 tad-deċiżjoni kkontestata, fejn huwa rrikonoxxa li, għall-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks Awstrijaki, kienu pagabbli drittijiet. Billi għamel riferiment għan-natura <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>mingħajr ħlas<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> tal-istrateġija ta’ preżentata ta’ applikazzjonijiet segwita minn A., il-Bord tal-Appell għalhekk illimita ruħu li jikkonstata li l-istrateġija ta’ preżentata abbużiva ta’ applikazzjonijiet użata minnu kienet tippermettilu ma jħallasx id-drittijiet fuq l-applikazzjoni għall-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks Ġermaniżi u Awstrijaki, peress li l-leġiżlazzjoni f’dawn iż-żewġ Stati Membri ma tirrikjedix il-ħlas ta’ tali drittijiet fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi rrilevat ukoll li r-rikorrenti stess tirrikonoxxi li n-nuqqas ta’ ħlas tad-dritt fuq l-applikazzjoni għall-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni tat-trade marks Ġermaniżi u Awstrijaki ppermettewlu jnaqqas l-ispejjeż sostnuti bl-istrateġija ta’ preżentata ta’ applikazzjonijiet tiegħu. Issa,<?PAGE NO="18"?> għandu jiġi kkonstatat li dan jikkonferma l-konklużjonijiet tal-Bord tal-Appell. Fil-fatt, peress li, skont din l-istrateġija, A. u l-kumpanniji marbuta miegħu kienu japplikaw għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea biss meta terz kien jippreżenta applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea identika jew simili u jillimita ruħu li jagħmel sekwenza ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks Ġermaniżi u Awstrijaki mingħajr ma jħallas id-drittijiet fuq l-applikazzjoni meta dan ma kienx il-każ, huma setgħu jnaqqsu l-ispejjeż li jirriżultaw minn din l-istrateġija ta’ preżentata ta’ applikazzjonijiet, filwaqt li jevadu t-terminu ta’ riflessjoni ta’ sitt xhur previst mill-Artikolu 29 tar-Regolament Nru 207/2009 u l-perijodu ta’ konċessjoni previst mill-Artikolu 51(1)(a) ta’ dan ir-regolament. Għalhekk, fir-rigward tat-trade mark kontenzjuża, A. ma ħallas ebda dritt fuq l-applikazzjoni għall-għaxar applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni tat-trade marks Ġermaniżi u Awstrijaki LUCEO u huwa biss wara li l-intervenjenti applika għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea LUCEA LED li tħallas dritt fuq l-applikazzjoni fil-qafas tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>It-tielet nett, l-argument tar-rikorrenti bbażat fuq l-ammont totali ta’ drittijiet li A. ħallas ma huwiex ta’ natura li juri żball ta’ evalwazzjoni li jaffettwa l-kunsiderazzjonijiet tal-Bord tal-Appell dwar l-użu ekonomiku tat-trade mark kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Minn naħa, għandu jiġi rrilevat li, anki wara li ntalab mill-Qorti Ġenerali sabiex jissottometti provi li jipprovaw il-ħlas, minn A., ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>somma li tammonta għal sitt ċifri<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, ir-rikorrenti llimitat ruħha li tissottometti riproduzzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Gebührengesetz (liġi dwar il-ġbir ta’ dazji) tal-1957, fil-verżjoni tagħha tal-<DATE ISO="20111111">11 ta’ Novembru 2011</DATE> (BGBl. 267/1957), billi invokat il-fatt li ma kienx possibbli li titraċċa b’mod eżatt kemm kien l-ammont ta’ drittijiet li hija kienet ħallset, peress li d-dokumenti ta’ kontabbiltà ma setgħux jinstabu iktar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra u fi kwalunkwe każ, anki jekk wieħed jassumi li, għar-reġistrazzjonijiet kollha jew għall-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks kollha magħmula minn A. jew minn kumpanniji marbuta miegħu, tħallset somma li tammonta għal sitt ċifri fl-uffiċċji tat-trade marks differenti, dan ma jistax jistabbilixxi żball li jaffettwa l-kunsiderazzjonijiet tal-Bord tal-Appell dwar l-eżistenza ta’ strateġija ta’ preżentata ta’ applikazzjonijiet intiża li tibblokka applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks identiċi jew simili ppreżentati minn terzi. Fil-fatt, is-suċċess ekonomiku ta’ tali strateġija ta’ preżentata ta’ applikazzjonijiet jiddependi, l-ewwel nett, mill-possibbiltà li jitnaqqsu l-ispejjeż sostnuti sabiex tinħoloq pożizzjoni li minnha jkun jista’ jopponi qabel ikun hemm kunflitt ma’ reġistrazzjoni mitluba minn terz u, it-tieni nett, minn dħul li jkun ogħla mill-ispejjeż sostnuti fil-qafas ta’ tali kunflitt. Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-istrateġija ta’ preżentata ta’ applikazzjonijiet segwita minn A. kienet intiża li tillimita l-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni preliminari, li għalihom ma kinux tħallsu drittijiet fuq l-applikazzjoni, u li, unikament f’dak li jirrigwarda t-trade mark kontenzjuża, A. talab il-ħlas ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">75000</FT> u għalhekk somma li tammonta għal ħames ċifri mill-intervenjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Għalhekk, ebda wieħed mill-argumenti miġjuba mir-rikorrenti ma jista’ juri li l-konstatazzjoni tal-Bord tal-Appell li l-unika possibbiltà li tintuża t-trade mark kontenzjuża kienet li tintuża sabiex topponi għal applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks identiċi jew simili u li jittieħed vantaġġ ekonomiku minn din l-oppożizzjoni hija żbaljata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Fuq in-nuqqas ta’ trasparenza</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>It-tielet fatt li l-Bord tal-Appell ħa inkunsiderazzjoni huwa n-nuqqas ta’ trasparenza tal-istrateġija ta’ preżentata ta’ applikazzjonijiet ta’ A. Għalhekk, fil-punt 21 tad-deċiżjoni kkontestata, huwa nnota n-natura mhux trasparenti tal-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks li jistgħu jiġu attribwiti lil A. u qies li l-istrateġija tiegħu kienet tikkawża <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>sitwazzjoni kkumplikata fuq il-livell tad-dritt tal-proprjetà intellettwali, li ma tistax tinftihem minn terzi<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. Fil-punt 51 tad-deċiżjoni kkontestata, huwa rrileva li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża kienet ġiet<?PAGE NO="19"?> ippreżentata f’kundizzjonijiet mhux trasparenti għal terzi u kuntrarji għall-istruttura fundamentali tad-dritt tat-trade marks li jikkonsisti f’li tiġi ggarantita ċ-ċertezza legali permezz ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li jistgħu jiġu kkonsultati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tqis li dawn il-kunsiderazzjonijiet tal-Bord tal-Appell huma vvizzjati bi żbalji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti tikkritika l-Bord tal-Appell li ddeċieda li kien hemm <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>nassa ta’ prijorità<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> billi bbaża ruħu fuq il-kunsiderazzjoni li l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks nazzjonali nħbew u ma setgħux jinstabu minn terzi. Billi uża l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>nassa ta’ prijorità<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, il-Bord tal-Appell kiser il-prinċipju li, sabiex tiġi ddeterminata l-prijorità jew il-preċedenza, ma huwiex il-mument tar-reġistrazzjoni eventwali li sseħħ sussegwentement, iżda l-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni, li huwa determinanti. Barra minn hekk, ma kinitx teżisti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>nassa ta’ prijorità<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>. L-ewwel nett, it-trade marks nazzjonali li kienu s-suġġett ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni kien hemm riferenzi għalihom f’databases online, pubbliċi u liberament aċċessibbli. Għalhekk, huma setgħu jinstabu mingħajr spejjeż u bi sforz minimu. Id-deċiżjoni ta’ A. li japplika għar-reġistrazzjoni ta’ trade marks Ġermaniżi u Awstrijaki kienet deċiżjoni konxja, sabiex tiġi żgurata l-viżibbiltà tagħhom u sabiex it-trade marks disponibbli jkunu magħrufa ma’ persuni potenzjalment interessati. Għalhekk l-intervenjenti kellha, jew għall-inqas missha kellha, konoxxenza tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Awstrijaka LUCEO, tas-<DATE ISO="20090316">16 ta’ Marzu 2009</DATE>. It-tieni nett, sa fejn il-Bord tal-Appell jinvoka nuqqas ta’ trasparenza minħabba l-fatt li r-rikorrenti dehret taħt ismijiet differenti f’perijodu ta’ deċennju u li ċerti trade marks kienu nżammu minn kumpanniji differenti matul dan il-perijodu, din il-kunsiderazzjoni ma hijiex rilevanti u, fi kwalunkwe każ, ma hijiex fondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>L-EUIPO u l-intervenjenti jikkontestaw dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>L-ewwel nett, sa fejn, permezz ta’ dawn l-argumenti, ir-rikorrenti tikkritika l-Bord tal-Appell li qies li terzi bħall-intervenjenti ma setgħux isibu l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni tat-trade marks Ġermaniżi jew Awstrijaki LUCEO, huwa biżżejjed jiġi rrilevat li, fil-punt 42 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell espona ċarament li l-konstatazzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> ta’ Copernicus ma kinitx tiddependi mill-kwistjoni ta’ jekk kinitx teżisti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>nassa ta’ prijorità li ma tingħarafx<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. Għalhekk, kuntrarjament għal dak li targumenta r-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex ibbażata fuq il-kunsiderazzjoni li terzi ma setgħux isibu l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade marks Ġermaniżi jew Awstrijaki LUCEO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi eżaminat jekk l-argumenti miġjuba mir-rikorrenti jistgħux juru li l-kunsiderazzjoni tal-Bord tal-Appell li l-istrateġija ta’ preżentata ta’ applikazzjonijiet ta’ A. kienet affettwata minn nuqqas ta’ trasparenza hijiex żbaljata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti targumenta li l-Bord tal-Appell ma kellux jieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li xi applikazzjonijiet għal trade marks u xi trade marks li jistgħu jiġu attribwiti lil A. ġew ittrasferiti suċċessivament lil diversi kumpanniji marbuta miegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, ċertament, ir-rikorrenti targumenta ġustament li l-identifikazzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark li l-oppożizzjoni hija jew tista’ tiġi bbażata fuqha ma għandhiex effett fuq il-kwistjoni ta’ jekk teżistix probabbiltà ta’ konfużjoni bejn żewġ trade marks.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>Madankollu, kuntrarjament għal dak li targumenta r-rikorrenti, dan ma jfissirx li, fiċ-ċirkustanzi deskritti fil-punti 38 u 39 iktar ’il fuq, it-trasferimenti suċċessivi ta’ dritt ta’ trade marks lil kumpanniji differenti ma setgħux jagħmlu l-istrateġija ta’ preżentata abbużiva ta’ applikazzjonijiet segwita minn A. inqas notevoli għal terzi. Fil-fatt, huma kellhom l-effett li jagħmlu inqas apparenti l-fatt li persuna waħda biss, jiġifieri A., kienet il-moħħ wara numru kbir ta’ applikazzjonijiet għal trade marks permezz ta’ kumpanniji differenti u li sitwazzjoni bħal dik preżenti f’din il-kawża ma seħħitx b’kumbinazzjoni, iżda kienet il-konsegwenza ta’ strateġija ta’ preżentata abbużiva ta’ applikazzjonijiet, li kienet tistrieħ fuq sekwenza ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks Ġermaniżi u Awstrijaki.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>Din il-kunsiderazzjoni ma hijiex ikkontestata mill-argument tar-rikorrenti li applikanti għal reġistrazzjoni ta’ trade marks u l-EUIPO setgħu jiddeterminaw li dawn il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni kollha setgħu jiġu attribwiti lil A., peress li dan tal-aħħar kien dejjem imsemmi bħala rappreżentant tal-kumpanniji fid-databases tal-uffiċċju tat-trade marks. Fil-fatt, anki jekk wieħed jassumi li dan kien possibbli għall-każijiet kollha li jirrigwardaw trade marks jew applikazzjonijiet għal trade marks li jistgħu jiġu attribwiti lil A., inkluż dawk li ġew annullati minħabba l-fatt li d-dritt fuq l-applikazzjoni ma kienx tħallas, dan ma jbiddel xejn mill-fatt li t-trasferimenti kellhom l-effett li jagħmlu inqas evidenti, għall-inqas <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, il-fatt li l-proċedimenti ta’ oppożizzjoni inkwistjoni kienu l-espressjoni ta’ strateġija ta’ preżentata abbużiva ta’ applikazzjonijiet użata minn persuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi rrilevat ukoll li, minkejja l-fatt li l-Qorti Ġenerali talbitha tagħti r-raġunijiet għaliex saru t-trasferimenti suċċessivi, ir-rikorrenti ma ressqitx argumenti konkreti f’dan ir-rigward, iżda llimitat ruħha li targumenta, b’mod astratt, li huma seħħew minħabba raġunijiet interni, marbuta mal-istruttura u l-ġestjoni teknika tal-impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, għandu jiġi kkonstatat li l-Bord tal-Appell ma wettaqx żball ta’ evalwazzjoni meta ħa inkunsiderazzjoni trasferimenti suċċessivi ta’ trade marks u ta’ applikazzjonijiet għal trade marks bħala element li jaffettwa t-trasparenza tal-passi meħuda minn A. u l-kumpanniji marbuta miegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>It-tielet nett, fir-rigward tal-argument li l-intervenjenti setgħet issib l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni tat-trade marks nazzjonali LUCEO, għandu jiġi kkonstatat li l-Bord tal-Appell ġustament irrileva li l-alternanza bejn l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks Ġermaniżi u Awstrijaki u n-nuqqas ta’ ħlas tad-drittijiet fuq l-applikazzjoni għalihom għamlu l-mod li pproċeda bih A. inqas trasparenti għal terzi. Fil-fatt, wara li terz jiskopri applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Ġermaniża jew Awstrijaka, li għaliha ma kienx tħallas id-dritt fuq l-applikazzjoni, huwa seta’, ċertament, jistenna li dan id-dritt jitħallas u li t-trade mark tiġi rreġistrata. Madankollu, raġonevolment huwa ma setax jistenna li dan id-dritt ma jitħallasx u li, eżatt qabel jiskatta t-terminu ta’ riflessjoni ta’ sitt xhur previst mill-Artikolu 29 tar-Regolament Nru 207/2009, applikazzjoni oħra għar-reġistrazzjoni tat-trade mark nazzjonali LUCEO tiġi ppreżentata fi Stat Membru ieħor, peress li tali aġir huwa kontra l-ispirtu tar-Regolament Nru 207/2009 għar-raġunijiet esposti fil-punti 51 u 52 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, fir-rigward tal-argument ibbażat fuq il-fatt li l-Bord tal-Appell kiser il-prinċipju li, sabiex tiġi ddeterminata l-prijorità jew l-preċedenza, ma huwiex il-mument tar-reġistrazzjoni eventwali li sseħħ sussegwentement, iżda l-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni li huwa determinanti, għandu jiġi kkonstatat li l-Bord tal-Appell illimita ruħu li jeżamina jekk, fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża, Copernicus kellhiex <HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT>, bħalma jipprevedi l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. Kuntrarjament għal dak li targumenta r-rikorrenti, il-Bord tal-Appell għalhekk ma bbażax ruħu fuq il-mument tar-reġistrazzjoni eventwali li seħħet sussegwentement.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, għandu jiġi deċiż li l-argumenti miġjuba mir-rikorrenti ma jurux l-eżistenza ta’ żball ta’ evalwazzjoni li jaffettwa l-kunsiderazzjoni tal-Bord tal-Appell li t-trasferimenti suċċessivi tat-trade marks u l-applikazzjonijiet għal trade marks lil kumpanniji differenti, l-alternanza bejn l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks Ġermaniżi u Awstrijaki u n-nuqqas ta’ ħlas tad-drittijiet fuq l-applikazzjoni għalihom għamlu l-istrateġija ta’ preżentata abbużiva ta’ applikazzjonijiet ta’ A. inqas trasparenti għal terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ressqet argumenti intiżi li jikkontestaw kunsiderazzjonijiet oħrajn tal-Bord tal-Appell dwar in-nuqqas ta’ trasparenza tal-istrateġija ta’ applikazzjoni ta’ A. li jirrigwardaw il-preżentata ta’ dokumenti ta’ prova meħtieġa sabiex tiġi stabbilita l-invokazzjoni ta’ prijorità u l-aċċessibbiltà tal-fajls relatati mal-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks Ġermaniżi. F’dan<?PAGE NO="21"?> il-kuntest, hija ssemmi wkoll ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ma tahiex iċ-ċans li tagħti l-opinjoni tagħha f’dan ir-rigward. Dawn l-argumenti huma meħuda inkunsiderazzjoni fil-punti 152 sa 156 iktar ’il quddiem.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-argumenti diretti lejn id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell fir-rigward tal-mala fide ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ Copernicus</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143</NO.P><TXT>Huwa billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kunsiderazzjonijiet preċedenti li għandhom jiġu eżaminati l-argumenti tar-rikorrenti li l-Bord tal-Appell ma messhiex tiddeċiedi li, fid-dawl taċ-ċirkustanzi relatati mal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża, Copernicus kellha titqies li kellha <HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, għandu jitfakkar li, bħalma ġie espost fil-punti 37 sa 108 iktar ’il fuq, ir-rikorrenti ma ressqitx argumenti li jistgħu jikkontestaw il-konstatazzjoni tal-Bord tal-Appell li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ Copernicus kienet tidħol fi strateġija ta’ preżentata abbużiva ta’ applikazzjonijiet li tikkonsisti f’sekwenza suċċessiva ta’ applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks nazzjonali u li hija intiża li tagħti pożizzjoni lil A. li huwa kien juża sabiex jopponi applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni eventwali ta’ sinjali identiċi jew simili ppreżentati minn terzi, billi jinvoka l-prijorità għal applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea. It-tieni nett, għandu jiġi kkonstatat li ebda wieħed mill-argumenti tar-rikorrenti ma jista’ jaffettwa l-kunsiderazzjoni li tali aġir ma huwiex konformi mal-għanijiet tar-Regolament Nru 207/2009, għaliex huwa intiż li jevadi t-terminu ta’ riflessjoni ta’ sitt xhur previst mill-Artikolu 29 ta’ dan ir-regolament u l-perijodu ta’ konċessjoni ta’ ħames snin previst mill-Artikolu 51(1)(a) tiegħu. It-tielet nett, bħalma jirriżulta mill-punti 109 sa 126 iktar ’il fuq, ir-rikorrenti ma ressqitx argumenti ta’ natura li jxejnu l-konstatazzjoni tal-Bord tal-Appell li Copernicus kellha l-intenzjoni li tuża t-trade mark kontenzjuża billi topponi għal applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni bħal dik tal-intervenjenti u billi tieħu vantaġġi ekonomiċi minn din l-oppożizzjoni. Ir-raba’ nett, bħalma ġie espost fil-punti 127 sa 141 iktar ’il fuq, l-argumenti tagħha ma jistgħux iġibu fid-dubju l-fondatezza tal-konstatazzjoni tal-Bord tal-Appell li ċerti elementi kellhom l-effett li jagħmlu l-istrateġija ta’ preżentata abbużiva ta’ applikazzjonijiet ta’ A. inqas apparenti għal terzi, jiġifieri trasferimenti suċċessivi tat-trade marks u l-applikazzjonijiet għal trade marks lil kumpanniji differenti, l-alternanza bejn l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks Ġermaniżi u Awstrijaki u n-nuqqas ta’ ħlas tad-drittijiet fuq l-applikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li dawn l-elementi jippermettu li jiġi deċiż biss li Copernicus kellha <HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> fil-preżentata tat-trade mark kontenzjuża. Fil-fatt, bħalma l-Bord tal-Appell iddeċieda ġustament fil-punt 21 tad-deċiżjoni kkontestata, b’mod partikolari hemm <HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> meta l-applikazzjonijiet għal trade marks jiddevjaw mill-għan inizjali tagħhom u huma magħmula b’mod spekulattiv jew biss sabiex jinkiseb kumpens finanzjarju. Issa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi f’dan il-każ, il-Bord tal-Appell ġustament iddeċieda li s-sekwenza tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade marks Ġermaniżi u Awstrijaki LUCEO magħmula minn A. kellha l-għan li tagħtih pożizzjoni li minnha jkun jista’ jopponi li huwa kien juża sabiex ikun jista’ jinvoka l-prijorità għal applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea, meta terz japplika għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea identika jew simili. Għalhekk, meta Copernicus applikat għar-reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża, hija ma kellhiex l-intenzjoni li tuża l-funzjoni essenzjali tagħha, jiġifieri dik li tiggarantixxi lill-konsumatur jew lill-utent finali l-identità tal-oriġini tal-prodott jew tas-servizz inkwistjoni, billi permezz tagħha jkun jista’ jiddistingwi mingħajr il-possibbiltà ta’ konfużjoni dan il-prodott jew servizz minn dawk ta’ oriġini differenti (ara l-punt 29 iktar ’il fuq), iżda kellha l-intenzjoni li tużaha sabiex twaqqaf ir-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea LUCEA LED li applikat għaliha l-intervenjenti u sabiex tieħu vantaġġi ekonomiċi mill-pożizzjoni tagħha li minnha tkun tista’ topponi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146</NO.P><TXT>Ebda argument imressaq mir-rikorrenti ma jista’ jikkontesta din il-konklużjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="22"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-rikorrenti targumenta li Copernicus ma fittxitx li żżomm lill-intervenjenti milli tuża trade mark li hija kienet diġà tuża qabel. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, ċertament, l-eżistenza ta’ tali rieda jikkostitwixxi wieħed mill-elementi li jistgħu jindikaw l-eżistenza ta’ <HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> fis-sens tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. Madankollu, kuntrarjament għal dak li tissuġġerixxi r-rikorrenti, l-assenza ta’ tali rieda ma tipprekludix li tkun ikkonstatata l-<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> tal-applikant (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120214">14 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>BIGAB</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑33/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:77">EU:T:2012:77</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għalhekk, dan l-argument għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti targumenta li, f’dan il-każ, ma kienx hemm nassa ta’ prijorità li ma tintagħrafx minn terzi. F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed jiġi kkonstatat li, bħalma ġie espost fil-punti 131 u 143 sa 145 iktar ’il fuq, fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, il-Bord tal-Appell ikkonkluda ġustament li Copernicus kellha <HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT>, anki fis-sitwazzjoni li kieku ma kienx impossibbli, għal terz, li jsib l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149</NO.P><TXT>It-tielet nett, ir-rikorrenti targumenta li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Awstrijaka LUCEO, tas-<DATE ISO="20090316">16 ta’ Marzu 2009</DATE>, kienet diġà tikkostitwixxi pożizzjoni legali stabbilita u li kien l-interess leġittimu ta’ Copernicus li tapplika għar-reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża u li tinvoka l-prijorità għaliha billi tibbaża ruħha fuq l-imsemmija applikazzjoni, fit-terminu ta’ prijorità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0150"><NO.P>150</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn naħa, għandu jitfakkar li, minħabba l-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punti 49 sa 52 iktar ’il fuq, l-istrateġija ta’ preżentata ta’ applikazzjonijiet li kienet tidħol fiha l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża ma tistax titqies bħala konformi mal-ispirtu tar-Regolament Nru 207/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0151"><NO.P>151</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, sa fejn ir-rikorrenti tinvoka, essenzjalment, li hija aġixxiet fil-qafas tar-regoli previsti mir-Regolament Nru 207/2009, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 jipprevedi l-annullament ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea meta l-applikant ikun aġixxa b’<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> meta jkun ippreżenta l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tagħha u għalhekk jikkwalifika l-applikazzjoni tar-regoli invokati mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0152"><NO.P>152</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, iffaċċjata biċ-ċirkustanzi mfakkra fil-punt 144 iktar ’il fuq, il-Bord tal-Appell ġustament iddeċieda li Copernicus aġixxiet b’<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> meta ippreżentat l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0153"><NO.P>153</NO.P><TXT>Għalhekk, il-konklużjoni tal-Bord tal-Appell dwar il-<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> ta’ Copernicus tista’ diġà tiġi kkonfermata abbażi taċ-ċirkustanzi mqassra fil-punt 144 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0154"><NO.P>154</NO.P><TXT>Għalhekk, l-argumenti tar-rikorrenti msemmija fil-punt 142 iktar ’il fuq u li huma intiżi li jikkontestaw xi kunsiderazzjonijiet oħrajn tal-Bord tal-Appell dwar in-nuqqas ta’ trasparenza tal-istrateġija ta’ preżentata abbużiva ta’ applikazzjonijiet ta’ A. għandhom jiġu miċħuda bħala ineffettivi. Fil-fatt, l-ewwel nett, dawn l-argumenti huma intiżi li juru n-natura żbaljata tal-kunsiderazzjoni tal-Bord tal-Appell li tidher fil-punti 23 u 24 tad-deċiżjoni kkontestata li, fil-qafas tal-<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT>, kellu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li Copernicus ma kinitx ippreżentat id-dokumenti ta’ prova meħtieġa sabiex tiġi stabbilita l-invokazzjoni ta’ prijorità u li l-fatt biss li l-fajl tat-trade mark kontenzjuża ma kellu ebda dokument li jippermetti li tiġi vverifikata l-fondatezza tal-invokazzjoni ta’ prijorità kien jidħol diġà fi strateġija ta’ ħabi u ta’ nuqqas ta’ trasparenza delibera. It-tieni nett, huma intiżi li juru li l-kunsiderazzjoni tal-Bord tal-Appell li tidher fil-punt 47 tad-deċiżjoni kkontestata, li n-nuqqas ta’ trasparenza dwar l-invokazzjoni ta’ prijorità kienet tirriżulta wkoll mill-fatt li l-fajls relatati mal-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks Ġermaniżi ma kinux iktar aċċessibbli, kienet żbaljata. Issa, fid-dawl ta’ dak espost fil-punti 143 sa 153 iktar ’il fuq, għandu jiġi kkonstatat li, minkejja li l-argumenti mressqa mir-rikorrenti kienu juru li dawn il-kunsiderazzjonijiet kienu vvizzjati bi żbalji ta’ evalwazzjoni, id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> ta’ Copernicus għandha tiġi kkonfermata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="23"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0155"><NO.P>155</NO.P><TXT>Għalhekk, l-argument tar-rikorrenti bbażat fuq il-fatt li l-Bord tal-Appell kiser it-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 billi ma tax ċans lil Copernicus jew lill-proprjetarji sussegwenti tat-trade mark kontenzjuża li jagħtu l-opinjoni tagħhom fir-rigward tal-aċċessibbiltà tal-fajls relatati mal-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks Ġermaniżi għandu wkoll jiġi miċħud bħala ineffettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0156"><NO.P>156</NO.P><TXT>Għalhekk, kemm l-argumenti tar-rikorrenti intiżi li jikkontestaw il-konstatazzjonijiet tal-Bord tal-Appell dwar iċ-ċirkustanzi relatati mal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża, kif ukoll dawk dwar id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> ta’ Copernicus, għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-argumenti bbażati fuq il-mala fide tal-intervenjenti jew tal-avukat tagħha</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0157"><NO.P>157</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti targumenta wkoll li l-Bord tal-Appell kellu jieħu inkunsiderazzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> tal-intervenjenti u tal-avukat tagħha. F’dan il-kuntest, hija tinvoka, essenzjalment, li, fil-passat, l-avukat tal-intervenjenti kien is-sieħeb ta’ A. u għalhekk kien jaf il-mudell kummerċjali tiegħu. L-intervenjenti stess aġixxiet b’<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT>, meta applikat għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea LUCEA LED, minkejja li hija kienet taf bl-eżistenza tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Awstrijaka LUCEO, tas-<DATE ISO="20090316">16 ta’ Marzu 2009</DATE>. Fid-dawl tar-relazzjoni bejn A. u l-avukat tal-intervenjenti, il-Bord tal-Appell kellu jagħti ħarsa kritika lejn l-affermazzjonijiet tal-intervenjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0158"><NO.P>158</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li mill-punti 17 u 18 tad-deċiżjoni kkontestata, li skont huma r-relazzjoni eżistenti bejn A. u l-avukat tal-intervenjenti ma kinitx tagħmel ir-rikors tagħha quddiem l-EUIPO inammissibbli, jirriżulta li l-Bord tal-Appell ħa inkunsiderazzjoni tal-argumenti tar-rikorrenti dwar din ir-relazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0159"><NO.P>159</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti bbażat fuq il-fatt li, f’din il-kawża, il-Bord tal-Appell ma ħax biżżejjed inkunsiderazzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> tal-intervenjenti, għandu jiġi kkonstatat, ċertament, li, anki jekk wieħed jassumi li l-<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> tal-intervenjenti hija pprovata, hija għandha tittieħed inkunsiderazzjoni fil-qafas ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità magħmula kontra t-trade mark li hija proprjetarju tagħha, jiġifieri t-trade mark LUCEA LED. Min-naħa l-oħra, f’dawn il-proċedimenti, li jirrigwardaw it-trade mark kontenzjuża LUCEO u li fihom il-Bord tal-Appell stabbilixxa li Copernicus kellha <HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> meta ppreżentat l-applikazzjoni għal din it-trade mark, <HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> eventwali tal-intervenjenti ma tistax turi żball li jaffettwa d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li d-dikjarazzjoni tal-annullament tat-trade mark kontenzjuża kienet iġġustifikata. Fil-fatt, bħalma ġustament irrileva l-Bord tal-Appell fil-punt 22 tad-deċiżjoni kkontestata, ir-raġuni ta’ invalidità għal <HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> hija bbażata fuq interess pubbliku u għalhekk ma tistax tiddependi mill-<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> tal-persuna li titlob l-invalidità tat-trade mark.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0160"><NO.P>160</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrenti ma tispeċifikax l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>informazzjoni minn ġewwa<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> tal-avukat tal-intervenjenti li dan tal-aħħar seta’ japprofitta ruħu minnha b’mod diżonest. Fil-fatt, fid-dawl tan-natura abbużiva tal-istrateġija ta’ preżentata ta’ applikazzjonijiet ta’ A. (ara l-punti 49 sa 52 iktar ’il fuq), l-avukat tal-intervenjenti ma kienx obbligat jastjeni minn li jassisti klijent sabiex japplika għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark li setgħet tidħol f’kunflitt ma’ sinjal affettwat minn din l-istrateġija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0161"><NO.P>161</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ilment ibbażat fuq il-fatt li l-Bord tal-Appell kellu jagħti ħarsa kritika lejn l-affermazzjonijiet tal-intervenjenti, għandu jitfakkar li, suġġett għall-argumenti tar-rikorrenti li ma ġewx eżaminati minħabba n-natura ineffettiva tagħhom (ara l-punti 154 u 155 iktar ’il fuq), l-eżami tal-argumenti tagħha ma wera ebda ksur, mill-Bord tal-Appell, tal-obbligu ta’ eżami <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-fatti previst fl-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 jew tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.<?PAGE NO="24"?> Fir-rigward tal-bqija, dan l-ilment għandu, barra minn hekk, jiġi miċħud skont l-Artikolu 44(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>, peress li r-rikorrenti ma speċifikatx il-kunsiderazzjonijiet tal-Bord tal-Appell li dan l-ilment huwa dirett lejhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0162"><NO.P>162</NO.P><TXT>Għalhekk, l-argument tar-rikorrenti bbażat fuq il-fatt li l-Bord tal-Appell kellu jieħu inkunsiderazzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> tal-intervenjenti għandu wkoll jiġi miċħud u, għalhekk, l-argumenti kollha mressqa insostenn tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0163"><NO.P>163</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-rikors għandu għalhekk jiġi miċħud fit-totalità tiegħu mingħajr il-ħtieġa li tingħata deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0164"><NO.P>164</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrenti tilfet, hija għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mill-EUIPO u mill-intervjenjenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Copernicus-Trademarks Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u ta’ Maquet GmbH.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Berardis</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Czúcz</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Popescu</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis-<DATE ISO="20160707">7 ta’ Lulju 2016</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>