9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 9/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 780/2006 ta' l-24 ta' Mejju 2006 li jemenda l-Anness VI tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom dwar prodotti agrikoli u ikel (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54b (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91) tal-Kapitolu XII ta' l-Anness II li jinsab mal-Ftehim:

“—

32006 R 0780: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 780/2006 ta' l-24 ta' Mejju 2006 (ĠU L 137, 25.5.2006, p. 9).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 780/2006 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' April 2007, ladarba jsiru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 89, 29.3.2007, p. 17.

(2)   ĠU L 137, 25.5.2006, p. 9.

(*1)  M'huma indikati ebda obbligi kostituzzjonali.