|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1923 |
11.7.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1923
tal-10 ta’ Lulju 2024
li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tad-diossidu tat-titanju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara konsultazzjoni mal-Istati Membri,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fit-13 ta’ Novembru 2023, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tad-diossidu tat-titanju (“TiO2”), li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”, “iċ-Ċina” jew “ir-RPĊ”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta’ Bidu”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2023 mill-Koalizzjoni Ewropea Ad Hoc tad-Diossidu tat-Titanju (“l-ilmentatur”). L-ilment sar f’isem l-industrija tal-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) tat-TiO2 fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien jinkludi evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li rriżulta li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
1.2. Reġistrazzjoni
|
(3) |
Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1617 (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”) (3). |
1.3. Partijiet interessati
|
(4) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-ilmentatur, lill-produtturi tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, lill-importaturi, lin-negozjanti u lill-utenti magħrufa dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw. |
|
(5) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.4. Kummenti dwar il-bidu
|
(6) |
Diversi partijiet issottomettew kummenti dwar il-bidu. Dawn kienu jikkonċernaw l-ambitu tal-prodott, l-allegat dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, il-profitt fil-mira użat fil-kalkoli tad-dannu, ir-rabta kawżali, l-interess tal-Unjoni. Dawn il-kummenti kollha huma indirizzati hawn taħt fit-taqsimiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament. |
1.5. Kampjunar
|
(7) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni indikat li hija tista’ tieħu kampjuni mill-partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(8) |
Fin-Notifika ta’ Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet kampjun provviżorju ta’ produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ filwaqt li qieset il-pożizzjoni ġeografika tal-kumpaniji. Dan il-kampjun kien jikkonsisti fi tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 50 % tal-produzzjoni totali fl-Unjoni u 65 % tal-volum tal-bejgħ lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Ma wasal l-ebda kumment dwar il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
Kampjunar ta’ importaturi mhux relatati
|
(9) |
Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lil importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. |
|
(10) |
Importatur mhux relatat ipprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Minħabba l-għadd żgħir ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. |
Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ
|
(11) |
Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-RPĊ għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(12) |
Disgħa u għoxrin produttur esportatur fir-RPĊ ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ seba’ kumpaniji li jappartjenu għal żewġ gruppi korporattivi separati abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. |
|
(13) |
F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa u kkonċernati kollha, u l-awtoritajiet tar-RPĊ ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma wasal l-ebda kumment dwar il-kampjun. |
1.6. Eżaminazzjoni individwali
|
(14) |
Żewġ produtturi esportaturi fir-RPĊ indikaw l-interess tagħhom f’li jitolbu eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Madankollu, il-produtturi li għamlu t-talba ma mlewx il-kwestjonarju ddedikat għall-produtturi esportaturi sal-iskadenza speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Għalhekk, fl-aħħar mill-aħħar ma waslet l-ebda talba għal eżami individwali. |
1.7. Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika
|
(15) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lill-produtturi esportaturi fiċ-Ċina inklużi fil-kampjun, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa. L-istess kwestjonarji kienu saru disponibbli online (4) fil-jum ta’ bidu. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). |
|
(17) |
Barra minn hekk, fl-ilment l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza prima facie ta’ distorsjonijiet fil-materja prima fir-RPĊ fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, kif tħabbar fin-Notifika ta’ Bidu, l-investigazzjoni kopriet dawk id-distorsjonijiet fil-materja prima biex tiddetermina jekk għandhomx jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2a) u 7(2b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji addizzjonali f’dan ir-rigward lill-GTĊ. |
|
(18) |
Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju mit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, iż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun u sitt utenti. Il-Kummissjoni ma rċevietx it-tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ. |
|
(19) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għal determinazzjoni provviżorja ta’ dumping, id-dannu riżultanti u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-binjiet tal-kumpaniji li ġejjin:
Produtturi esportaturi fir-RPĊ:
|
1.8. Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat
|
(20) |
L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2022 sat-30 ta’ Settembru 2023 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
2. IL-PRODOTT INVESTIGAT, IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
2.1. Il-prodott investigat
|
(21) |
Il-prodott soġġett għal din l-investigazzjoni huwa d-diossidu tat-titanju, li għandu l-formula kimika TiO2, fil-forom kollha, bħala ossidi tat-titanju jew f’pigmenti u preparazzjonijiet ibbażati fuq id-diossidu tat-titanju, li fih minimu ta’ 80 % skont il-piż ta’ diossidu tat-titanju kkalkulat fuq il-materja niexfa, li għandu t-tipi kollha ta’ daqsijiet ta’ partikoli, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 2823 00 00 u 3206 11 00 (il-kodiċijiet TARIC 2823000010 u 2823000030) (“il-prodott investigat”). |
|
(22) |
It-TiO2 huwa kklassifikat taħt in-Numru tar-Reġistru tas-Servizz tat-Taqsiriet tas-Sustanzi Kimiċi (CAS RN) 12065-65-5 u 13463-67-7 (“il-prodott investigat”) |
|
(23) |
Id-diossidu tat-titanju huwa prodott kimiku fil-forma ta’ trab abjad fin. Dan jintuża f’firxa ta’ prodotti industrijali u tal-konsumatur bħal żebgħa, kisi, karta, plastik, lastiku, tessuti, prodotti farmaċewtiċi eċċ. Id-diossidu tat-titanju għandu karatteristiċi eċċellenti ta’ tixrid tad-dawl għalhekk applikati fejn huma meħtieġa l-opaċità u l-luminożità bajda. |
2.2. Il-prodott ikkonċernat
|
(24) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-prodott investigat li joriġina mir-RPĊ. |
2.3. Prodott simili
|
(25) |
L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(26) |
F’dan l-istadju, il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti għalhekk huma prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
2.4. Talbiet rigward l-ambitu tal-prodott
|
(27) |
Diversi partijiet ippreżentaw asserzjonijiet rigward l-ambitu tal-prodott sal-iskadenza għas-sottomissjoni ta’ asserzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott. |
|
(28) |
L-ewwel nett, utent wieħed, Schulman Plastics SAS (“Schulman Plastics”), talab li l-ambitu tal-prodott jiġi estiż biex ikopri l-prodott magħruf bħala “Masterbatch White”. |
|
(29) |
It-tieni nett, utent wieħed, Akzo Nobel Sourcing B.V. (“AkzoNobel”), sostna li l-istruttura tan-numru ta’ kontroll tal-prodott (“PCN”, product control number) kellha tiġi emendata. |
|
(30) |
It-tielet, utent wieħed, Munksjö Paper AB (“Munksjö”), sostna li d-definizzjoni tal-prodott mhijiex ċara u talab lill-Kummissjoni tiċċara li l-hekk imsejjaħ TiO2 ta’ grad laminat, tip partikolari ta’ TiO2 li jintuża fil-produzzjoni tal-karta laminata (“TiO2 ta’ grad laminat”), ma jaqax fl-ambitu tal-prodott. Sussegwentement Munksjö ssostitwiet din it-talba, u talbet lill-Kummissjoni teskludi t-TiO2 ta’ grad laminat mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni, jew, alternattivament, teżentah mid-dazji anti-dumping skont il-proċedura tal-użu aħħari, prevista fl-Artikolu 254 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (“KDU”). (5) Munksjö għamlet din it-talba tal-aħħar flimkien ma’ utent ieħor, Felix Schoeller GmbH & Co. KG (“Felix”). |
|
(31) |
Ir-raba’, utent wieħed, Treibacher Industrie AG (“Treibacher”) talab li t-TiO2 ta’ purità ta’ 99,9 % jew aktar jiġi eskluż mill-ambitu tal-prodott. |
|
(32) |
Fl-aħħar nett, żewġ utenti, Flint Group GmbH (“Flint”) u Sun Chemical Ltd. (“Sun Chemical”) separatament talbu li tip speċjali ta’ TiO2 li jintuża biss bħala pigment fil-produzzjoni tal-linka fl-industrija grafika (“TiO2 grafiku”) jiġi eskluż mill-ambitu tal-prodott. Flint talab ukoll, alternattivament, li t-TiO2 grafiku jiġi eżentat mid-dazji anti-dumping skont il-proċedura tal-użu aħħari prevista fl-Artikolu 254 tal-KDU. |
|
(33) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma kkunsidratx it-talbiet ippreżentati minn diversi partijiet rigward l-esklużjoni tal-prodott minħabba li dawk it-talbiet saru wara li l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-asserzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott kienet għaddiet. Dawk it-talbiet kienu relatati mat-TiO2 mhux miksi għall-pigmenti mhux bojod u t-TiO2 għall-użu alimentari. Il-Konfederazzjoni tal-Industriji tal-Karta Ewropej (“CEPI”, Confederation of European Paper Industries) talbet ukoll li t-TiO2 ta’ grad laminat jiġi eskluż mill-ambitu tal-prodott ladarba l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-asserzjonijiet kienet għaddiet. Barra minn hekk, AkzoNobel introduċiet talba għall-esklużjoni tal-prodott għat-TiO2 prodott permezz tal-proċess tal-klorur fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju wara l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-asserzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott. |
2.4.1. Masterbatch White
|
(34) |
Schulman Plastics sostna li l-ambitutal-prodott jenħtieġ li jiġi estiż biex jinkludi lil “Masterbatch White” (“MW”) (attwalment ikklassifikat taħt il-kodiċi TARIC 3206190090). MW hija taħlita kkonċentrata ta’ elementi bażiċi, bħal pigmenti, żebgħa, carriers, dispersanti u addittivi. Dawn jiġu inkapsulati f’reżina li tibbies bis-sħana, imbagħad jitberrdu u jinqatgħu fi granuli, li jintużaw biex jagħtu l-kulur jew itejbu l-proprjetajiet tal-plastik. It-TiO2 huwa kostitwent importanti tal-pigment abjad ta’ MW, hija s-sustanza li tippermetti lill-MW tagħti kulur lill-plastik abjad. Għalhekk, Schulman Plastics sostna li ż-żieda fil-kostijiet tal-importazzjoni tat-TiO2 lejn l-Unjoni, li tirriżulta mid-dazji anti-dumping, se twassal għad-devjazzjoni tat-TiO2 Ċiniż lejn il-produzzjoni ta’ MW fiċ-Ċina. Dan, min-naħa tiegħu, ikompli jżid il-volum ta’ MW orħos miċ-Ċina li qed jiġi importat/iddampjat fl-Unjoni, u b’hekk il-produtturi tal-MW tal-Unjoni ma jkunux jistgħu jikkompetu b’mod effettiv. |
|
(35) |
Skont l-evidenza miġbura matul l-investigazzjoni, kif ukoll id-deskrizzjoni minn Schulman Plastics stess tal-MW, il-Kummissjoni nnotat li l-prodott investigat, kif definit fin-Notifika ta’ Bidu u mtenni fil-premessa (21) hawn fuq, jintuża bħala materja prima fil-produzzjoni ta’ MW, li jfisser li l-MW huwa prodott downstream tal-prodott li qed jiġi investigat. Dan huwa kkorroborat ukoll mill-fatt li Schulman Plastic issottometta lill-Kummissjoni l-kwestjonarju għall-utenti, li barra minn hekk għamilha ċara li l-prodott li qed jiġi investigat huwa wieħed mill-materji primi ewlenin li jużaw fil-produzzjoni tagħhom ta’ MW. |
|
(36) |
Għal dik ir-raġuni, l-ilment ma seta’ jinkludi l-ebda evidenza li tippermetti lill-Kummissjoni tivvaluta jekk hemmx indikazzjoni ta’ dumping u dannu assoċjat ikkawżat mill-importazzjonijiet ta’ MW li joriġinaw miċ-Ċina, peress li l-kostruzzjoni tal-valur normali għall-MW tkun teħtieġ parametri referenzjarji għal materja prima differenti minn dik użata għall-prodott investigat kif inhu definit bħalissa. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-investigazzjoni għalhekk ma setax jiġi estiż għall-MW, u kwalunkwe prattika allegata ta’ dumping u d-dannu li jirriżulta kkawżat lill-produtturi tal-MW fl-Unjoni jkollhom jiġu ddeterminati f’investigazzjoni anti-dumping separata. |
|
(37) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet it-talba biex jiġi estiż l-ambitu ta’ din l-investigazzjoni biex jinkludi l-MW. |
2.4.2. Asserzjonijiet dwar l-istruttura tal-PCN
|
(38) |
AkzoNobel sostniet li l-istruttura tal-PCN li l-Kummissjoni stabbiliet għal din l-investigazzjoni għandha tiġi estiża b’kamp addizzjonali biex jitqies it-trattament tal-wiċċ ta’ tipi differenti ta’ TiO2, peress li: (i) il-biċċa l-kbira tat-tipi ta’ TiO2 disponibbli kummerċjalment fihom xi forma ta’ trattament tal-wiċċ, (ii) tali trattament tal-wiċċ jaffettwa l-prestazzjoni tat-TiO2 f’applikazzjonijiet differenti, u (iii) it-trattament tal-wiċċ huwa inkluż fuq l-iskedi tad-data tal-produtturi għat-tipi ta’ TiO2 li jipproduċu u jbigħu. Barra minn hekk, AkzoNobel sostniet li l-kamp tal-PCN għall-“kontenut ta’ TiO2 skont il-piż” mhuwiex granulari biżżejjed biex jirrifletti r-realtajiet tas-suq. B’mod speċifiku, AkzoNobel issuġġeriet li t-taqsima tal-PCN li tkopri l-firxa ta’ kontenut ta’ TiOTiO2 skont il-piż ta’ bejn 80 % u sa, iżda li ma tinkludix 98,5 %, għandha tinqasam fi tliet taqsimiet oħra: 80 % sa, iżda li ma tinkludix, 90 %, 90 % sa, iżda li ma tinkludix 95 %, u 95 % sa, iżda li ma tinkludix, 98,5 %. |
|
(39) |
L-ilmentatur oppona dawn l-asserzjonijiet fuq il-bażi li t-trattament tal-wiċċ huwa komponent minimu tal-kost tal-manifattura u għalhekk ma għandux għalfejn jiġi rifless fl-istruttura tal-PCN. L-ilmentatur ikkummenta wkoll li l-kategorizzazzjoni attwali “kontenut ta’ TiO2 skont il-piż” huma granulari biżżejjed biex jirriflettu r-realtajiet tas-suq u jiżguraw paragun “bejn prodotti simili”, filwaqt li ż-żieda ta’ żewġ taqsimiet addizzjonali f’dan il-kamp tkun qed iżżid biss kumplessità mhux meħtieġa fl-investigazzjoni. |
|
(40) |
AkzoNobel wieġbet għall-kummenti ta’ hawn fuq tal-ilmentatur. AkzoNobel sostniet li l-istruttura tal-PCN ma tikkonċernax biss li jsiru paraguni ġusti bejn il-kostijiet tal-produzzjoni għal tipi differenti ta’ TiO2, iżda wkoll li jsiru paraguni ġusti bejn il-prezzijiet tal-bejgħ, li jimplika li tipi differenti ta’ kisi tal-wiċċ se jkollhom impatt fuq il-prezz tal-bejgħ, peress li dan għandu impatt fuq liema applikazzjonijiet għandu jintuża ċertu tip ta’ TiO2 għalihom. Barra minn hekk, waqt li eżamina l-iskedi tad-data tat-tipi TiO2 mill-portafoll tal-produttur tal-Unjoni Kronos, AkzoNobel wera kif iż-żieda ta’ żewġ PCNs oħra fil-kamp“kontenut ta’ TiO2 skont il-piż” tifrex it-tipi ta’ TiO2 li Kronos tipproduċi b’mod aktar uniformi f’PCNs differenti, filwaqt li sostniet li tali PCN aktar granulari jkun aktar istruttiv. |
|
(41) |
Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni sabet li l-biċċa l-kbira tat-tipi ta’ TiO2 ikkummerċjalizzati kemm mill-produtturi tal-Unjoni kif ukoll mill-produtturi esportaturi fihom trattament tal-wiċċ. Tali trattament tal-wiċċ jikkonsisti f’kombinazzjonijiet differenti ta’ sustanza kimika waħda jew aktar, li huma rilevanti għall-prestazzjoni tal-prodott f’applikazzjonijiet differenti, u għalhekk jidhru fuq l-iskedi tad-data u/jew il-fuljetti tal-bejgħ tal-produtturi. |
|
(42) |
Il-Kummissjoni tfakkar f’dan ir-rigward li l-għan tal-PCN huwa li jiżgura tqabbil ġust tal-prezzijiet bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Madankollu, ma ngħatat l-ebda evidenza lill-Kummissjoni li turi l-korelazzjoni bejn is-sustanzi kimiċi speċifiċi li nstabu fil-kisi u l-prezzijiet tal-produtturi esportaturi. |
|
(43) |
Barra minn hekk, l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi li jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni ma qajjem oġġezzjoni dwar l-istruttura proposta tal-PCN minħabba li dan jirriżulta fi tqabbil inġust tal-prezzijiet. |
|
(44) |
Il-Kummissjoni għalhekk ma sabet l-ebda raġuni biex temenda l-istruttura tal-PCN biex tirrifletti dawn il-fatturi u ċaħdet it-talba ta’ AkzoNobel. |
2.4.3. Talbiet għal esklużjoni ta’ prodotti
|
(45) |
Kif spjegat hawn fuq fil-premessi (27) sa (33), diversi partijiet introduċew talbiet dwar l-esklużjoni tal-prodott. Biex tivvaluta t-talbiet għall-esklużjoni tal-prodott, il-Kummissjoni eżaminat (i) il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi ta’ dawk it-tipi ta’ prodotti, (ii) l-użu aħħari u l-interkambjabbiltà tagħhom, (iii) il-perċezzjoni tal-konsumatur aħħari, (iv) l-impatt tad-dazji fuq l-utent, (v) sorsi alternattivi ta’ provvista, u (vi) l-impatt tal-eżenzjoni fuq id-dazji. |
2.4.3.1. TiO2 ta’ grad laminat
|
(46) |
Felix u Munksjö talbu b’mod konġunt l-esklużjoni mill-ambitu tal-prodott, (jew, alternattivament, eżenzjoni tal-użu aħħari skont l-Artikolu 254 tal-KDU) tat-TiO2 ta’ grad laminat, filwaqt li allegaw li dan huwa tip speċjali ta’ TiO2 użat biss fil-produzzjoni tal-karta laminata. Fis-sottomissjoni tagħha tal-21 ta’ Jannar 2024, is-CEPI talbet ukoll b’mod indipendenti li t-TiO2 ta’ grad laminat jiġi eskluż mill-ambitu tal-prodott. It-talba tas-CEPI saret wara l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-asserzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott tat-23 ta’ Novembru 2023 kif spjegat fil-premessa (33). L-analiżi f’din it-taqsima hija għalhekk ibbażata biss fuq l-informazzjoni pprovduta minn Felix u Munksjö. |
|
(47) |
L-ilmentatur issottometta sett addizzjonali ta’ kummenti dwar din it-talba fit-2 ta’ Mejju 2024, li għalihom Felix u Munksjö wieġbu f’sottomissjoni fit-22 ta’ Mejju 2024. Peress li l-kummenti tal-ilmentatur saru wara l-iskadenza għall-kummenti dwar l-informazzjoni sottomessa minn partijiet interessati oħra tad-29 ta’ Jannar 2024, l-ebda wieħed minn dawn il-kummenti addizzjonali ma ġie kkunsidrat. Felix u Munksjö ppreżentaw ukoll informazzjoni fattwali ġdida f’sottomissjoni oħra fit-30 ta’ Mejju 2024. Minħabba l-istadju tard li l-investigazzjoni kienet diġà daħlet fih, dik l-informazzjoni ma setgħetx titqies għas-sejbiet provviżorji. |
|
(48) |
Karta laminata (magħrufa wkoll bħala karta décor) hija karta speċjali użata bħala l-wiċċ ta’ diversi tipi ta’ għamara u firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet dekorattivi oħra. Iż-żewġ utenti sostnew li t-TiO2 użat biex jagħti l-kulur lil dik il-karta huwa tip speċjali ta’ TiO2 li mhuwiex adattat għal applikazzjonijiet oħra, peress li jrid ikun miksi b’kisja ħoxna li fiha l-fosforu. Din il-kisja speċjali tippermetti li t-TiO2 jiġi assorbit kif suppost fil-fibri tal-karta u tagħtiha luminożità superjuri li tipprevjeni li l-molekuli TiO2 (u għalhekk il-prodott finali) isiru griżi, li kieku jseħħ peress li l-molekuli huma iżolati mill-arja fir-reżina tal-melamina. |
|
(49) |
Iż-żewġ utenti indikaw id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Lulju 2018 fil-każ ta’ fużjoni Tronox/Cristal (6) fejn il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm sostitwibbiltà limitata min-naħa tad-domanda bejn il-pigment tad-diossidu tat-titanju għall-użu fil-laminat tal-karta u l-pigment tad-diossidu tat-titanju għall-użu f’applikazzjonijiet finali oħra. |
|
(50) |
L-ilmentatur ikkummenta li l-applikazzjoni tat-tip ta’ kisja tal-wiċċ iddisinjata għat-TiO2 ta’ grad laminat la taffettwa l-piż tal-partikoli tat-TiO2 u lanqas id-daqs tas-superfiċje tagħhom meta mqabbel ma’ tipi oħra ta’ TiO2, bħall-plastik jew applikazzjonijiet tal-kisja, u l-kisja b’mod ġenerali lanqas ma hija komponent sinifikanti tal-kostijiet tal-manifattura. Barra minn hekk, l-ilmentatur sostna li t-tliet tipi ta’ sustanzi kimiċi użati fit-trattament tas-superfiċje huma applikati b’mod wiesa’ mill-produtturi kollha tat-TiO2 fil-formulazzjonijiet tagħhom għal firxa ta’ tipi ta’ prodotti tat-TiO2 (anke għaż-żebgħa, il-kisi, il-plastik, u użi oħra), li juri li l-ebda waħda minn dawk is-sustanzi kimiċi ma hija esklużiva għat-tipi ta’ prodotti ta’ grad laminat. |
|
(51) |
Filwaqt li vvalutat il-kriterji mill-premessa (45) hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-TiO2 ta’ grad laminat għandu l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi bħal tipi oħra ta’ TiO2. Kemm it-TiO2 ta’ grad laminat kif ukoll xi tipi oħra ta’ TiO2 fihom fosforu fil-kisi, għalkemm il-preżenza tal-fosforu hija aktar sinifikanti fit-TiO2 ta’ grad laminat. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-ispeċifiċità tal-kisi ta’ TiO2 ta’ grad laminat tagħmilha xierqa għall-produzzjoni tal-karta laminata, peress li dan il-kisi speċjali jipprevjeni l-karta laminata milli ssir griża meta tiġi esposta għad-dawl tax-xemx. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li diversi produtturi esportaturi jirreklamaw dan it-tip ta’ TiO2 ukoll għall-użu fil-PVC u fi plastiks durabbli, li jissuġġerixxi li jista’ jintuża wkoll f’applikazzjonijiet oħra u użi finali oħra. |
|
(52) |
It-TiO2 jirrappreżenta madwar [25–35]% tal-kostijiet totali tal-produzzjoni ta’ dawn l-utenti, u dawn jiksbu bejn [10–40]% tat-TiO2 tagħhom miċ-Ċina. Iż-żewġ utenti ddikjaraw u wieħed mill-utenti pprovda evidenza biex juri li l-produtturi tat-TiO2 tal-Unjoni jkunu jistgħu joffrulhom biss kwantitajiet limitati ta’ TiO2, li mhumiex biżżejjed biex ikopru d-domanda totali tagħhom. |
|
(53) |
Wara li analizzat l-evidenza u l-kummenti ppreżentati miż-żewġ utenti u mill-ilmentatur, il-Kummissjoni l-ewwel iddeterminat li ma hemm l-ebda raġuni biex it-TiO2 ta’ grad laminat jiġi eskluż mill-ambitu tal-prodott, peress li għandu l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi bħal tipi oħra tat-TiO2, u jista’, fil-prinċipju, jintuża għal skopijiet oħra. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li lanqas ma hemm raġuni biex tingħata l-eżenzjoni tal-użu finali peress li, anki f’każ ta’ nuqqas totali ta’ importazzjonijiet tat-TiO2 miċ-Ċina, abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli għall-Kummissjoni f’dan l-istadju, hemm biżżejjed sorsi alternattivi ta’ provvista disponibbli għall-produtturi tal-karta laminata, kemm fl-Unjoni kif ukoll minn swieq terzi oħra, bħall-Messiku. |
2.4.3.2. TiO2 ta’ purità ta’ 99,9 % jew aktar
|
(54) |
Utent wieħed, Treibacher, talab li t-TiO2 ta’ purità ta’ 99,9 % jiġi eskluż mill-ambitu tal-prodott minħabba li dan it-TiO2 huwa disponibbli biss fiċ-Ċina u jintuża għal applikazzjonijiet niċċa speċjalizzati. Madankollu, dan l-utent qatt ma ssottometta tweġiba għall-kwestjonarju, jew ipprovda evidenza li turi li l-kriterji mill-premessa (45) hawn fuq huma ssodisfati. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvaluta l-kriterji biex tingħata l-esklużjoni tal-prodott u għalhekk ċaħdet din it-talba. |
2.4.3.3. TiO2 grafiku
|
(55) |
Żewġ utenti talbu li t-TiO2 grafiku jiġi eskluż mill-ambitu tal-prodott: Sun Chemical u Flint. Sun Chemical għamlet is-sottomissjoni tagħha wara l-iskadenza għal asserzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott u ma pprovdietx tweġiba għall-kwestjonarju, filwaqt li Flint għamlet is-sottomissjoni tagħha sal-iskadenza u pprovdiet ukoll tweġiba għall-kwestjonarju li l-Kummissjoni setgħet tivverifika. L-analiżi ta’ hawn taħt hija għalhekk ibbażata biss fuq l-informazzjoni pprovduta minn Flint. |
|
(56) |
Flint iddikjarat li t-tip ta’ TiO2 li jużaw huwa prodott ta’ livell għoli ħafna, ta’ grad niċċa, użat biss fil-linka fl-industrija tal-grafika, li l-produzzjoni tiegħu tinvolvi proċess ta’ produzzjoni speċjali u għarfien speċifiku. |
|
(57) |
Il-Kummissjoni sabet li t-TiO2 grafiku għandu l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi bħal tipi oħra ta’ TiO2, peress li huwa prodott rutili standard b’kisi li fih sustanzi kimiċi li jinsabu f’ħafna tipi oħra ta’ TiO2. Madankollu, filwaqt li l-kimika tat-TiO2 grafiku tista’ ma tkunx differenti, il-Kummissjoni sabet li tabilħaqq hemm għarfien speċifiku biex jiġi prodott, li għanhom il-ħakma tiegħu għadd limitat biss ta’ produtturi fl-Unjoni u fiċ-Ċina. Flint kien qed jixtri wkoll, sa ċertu punt, tipi oħra ta’ TiO2 għal skopijiet oħra għajr il-linka grafika. |
|
(58) |
Filwaqt li fil-prinċipju tipi oħra ta’ TiO2 jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-linka, dan jirriżulta fi prestazzjoni ħafna aktar fqira. Filwaqt li Flint kienet qed tittestja diversi tipi ta’ TiO2 minn produtturi differenti biex tużahom fil-formuli tal-linka tagħha, hija pprovdiet evidenza li turi li ġeneralment dawn ma jilħqux livelli ta’ kwalità sodisfaċenti. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi tal-linka grafika tabilħaqq għandhom possibbiltajiet limitati li jaqilbu għal fornituri oħra, li ġie kkonfermat ukoll fil-każ ta’ fużjoni Hutsman/Rockwoods (7), u l-prestazzjoni tat-TiO2 grafiku fil-prodotti finali taffettwa l-perċezzjoni tal-klijent. Madankollu, ma ntweriex li l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ tforni fi kwantità suffiċjenti lill-industrija grafika. |
|
(59) |
Għalkemm il-linka grafika TiO2 mhijiex kompletament sostitwibbli ma’ tipi oħra ta’ TiO2, xorta għandha l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi bħalhom. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemm l-ebda raġuni għall-esklużjoni tal-prodott. |
|
(60) |
Barra minn hekk, peress li ma ntweriex li t-TiO2 għandu karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi partikolari meta mqabbel ma’ tipi oħra ta’ TiO2, u lanqas użu finali definit sew minħabba għadd kbir ta’ riċetti li għandha Flint għall-prodotti tagħha, f’dan l-istadju l-Kummissjoni kkonkludiet li ma jkunx possibbli għall-awtoritajiet doganali li jivverifikaw li t-TiO2 huwa tabilħaqq grafiku li qed jintuża għall-produzzjoni tal-linka, speċjalment peress li l-Flint jixtri wkoll tipi oħra ta’ TiO2 għal skopijiet oħra. Fl-aħħar nett, l-utent ma setax juri b’mod ċar li l-profittabbiltà tiegħu tkun affettwata ħażin b’mod sinifikanti mid-dazji. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet it-talba għal eżenzjoni tal-użu finali. |
2.4.3.4. TiO2 mhux miksi għal pigmenti mhux bojod
|
(61) |
Fis-sottomissjoni tagħha tat-18 ta’ Diċembru 2023, Sun Chemical talbet lill-Kummissjoni teskludi wkoll mill-ambitu tal-prodott it-TiO2 fil-forma mhux miksija tiegħu (jiġifieri, TiO2 mingħajr trattament tal-wiċċ), minbarra l-esklużjoni tat-TiO2 grafiku msemmija hawn fuq fil-premessa (55). Sun Chemical sostniet li dan huwa suq niċċa ħafna u l-prodotti magħmula minn TiO2 mhux miksi bħal dan jikkompetu fi swieq barra mill-Unjoni, u kwalunkwe dazju anti-dumping b’hekk jagħmel l-esportazzjonijiet tagħhom mhux kompetittivi. Is-servizzi tal-Kummissjoni organizzaw ukoll seduta ta’ smigħ ma’ Sun Chemical fejn il-kumpanija elaborat fuq it-talba tagħha. |
|
(62) |
Din it-talba waslet wara l-iskadenza għas-sottomissjoni ta’ asserzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott tat-23 ta’ Novembru 2023. Il-Kummissjoni nnotat li l-kummenti dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott kellhom jiġu ppreżentati fl-istadji bikrija tal-investigazzjoni, sabiex ikun jista’ jingħata biżżejjed żmien biex jiġi vvalutat il-mertu tagħhom u biex tingħata l-opportunità lil partijiet interessati oħrajn biex jirreaġixxu għalihom. Barra minn hekk, Sun Chemical ma pprovdietx lill-Kummissjoni bi tweġiba għall-kwestjonarju. Għalhekk, anki li kieku t-talba saret fil-ħin, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika kif xieraq jekk il-kriterji fil-premessa (45) hawn fuq humiex issodisfati. Il-Kummissjoni għalhekk ma kkunsidratx din it-talba. |
2.4.3.5. TiO2 ta’ grad tal-ikel
|
(63) |
Fis-sottomissjoni tagħha tal-21 ta’ Jannar 2024, is-CEPI talbet lill-Kummissjoni teskludi t-TiO2 għall-użu alimentari mill-ambitu tal-prodott, minbarra t-talba għall-esklużjoni tat-TiO2 ta’ grad laminat imsemmija hawn fuq fil-premessa (46). Is-CEPI sostniet li dan it-tip ta’ TiO2 huwa speċjali peress li jissodisfa r-rekwiżiti għall-addittivi E-171 u għandu sett definit ta’ limiti estremament baxxi ta’ metalli tqal, li b’hekk jagħmel il-produzzjoni għalja ħafna. |
|
(64) |
Madankollu, peress li din it-talba saret ħafna wara l-iskadenza għas-sottomissjoni ta’ asserzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott tat-23 ta’ Novembru 2023, il-Kummissjoni ma kkunsidratx din it-talba. Kif iddikjarat fil-premessa (62), il-kummenti dwar l-ambitu tal-prodott iridu jiġu sottomessi fl-istadji bikrija tal-investigazzjoni, sal-iskadenzi stabbiliti għal dawn il-kummenti, sabiex ikun hemm biżżejjed żmien biex jiġi vvalutat il-mertu tagħhom u biex tingħata l-opportunità lil partijiet interessati oħra biex jirreaġixxu għalihom. |
2.4.3.6. Esklużjoni tat-TiO2 prodott permezz tal-proċess tal-Klorur
|
(65) |
AkzoNobel għamlet talba biex it-TiO2 prodott bl-użu tal-proċess tal-klorur jiġi eskluż mill-ambitu tal-investigazzjoni, minħabba li t-TiO2 prodott mill-proċess tal-klorur u t-TiO2 prodott mill-proċess tas-sulfat mhumiex sostitwibbli fin-negozju taż-żebgħa u tal-kisi. AkzoNobel sostniet ukoll li l-maġġoranza tal-produzzjoni tat-TiO2 fiċ-Ċina ssir mill-proċess tas-sulfat filwaqt li s-suq tal-Unjoni jikkonsma l-aktar it-TiO2 prodott permezz tal-proċess tal-klorur. AkzoNobel talbet għall-istess raġunijiet li, jekk il-Kummissjoni ma taċċettax din it-talba għall-esklużjoni, hija għandha mill-inqas twettaq analiżi separata tad-dannu u tal-kawżalità bejn it-TiO2 prodott permezz tal-proċess tal-klorur u dak prodott permezz tal-proċess tas-sulfat. |
|
(66) |
Il-Kummissjoni nnotat li t-talba ta’ AkzoNobel għall-esklużjoni tal-prodott ġiet ippreżentata fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju, li ġiet ippreżentata fl-20 ta’ Diċembru 2023, wara l-iskadenza tat-23 ta’ Novembru 2023 biex isiru asserzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott. It-talba għalhekk ma ġietx ikkunsidrata. Kif iddikjarat fil-premessa (62), il-kummenti dwar l-ambitu tal-prodott iridu jiġu sottomessi fl-istadji bikrija tal-investigazzjoni, sal-iskadenzi stabbiliti għal dawn il-kummenti, sabiex ikun hemm biżżejjed żmien biex jiġi vvalutat il-mertu tagħhom u biex tingħata l-opportunità lil partijiet interessati oħra biex jirreaġixxu għalihom. |
|
(67) |
Fir-rigward tat-talba biex titwettaq analiżi separata tad-dannu u tal-kawżalità bbażata fuq il-proċess tal-produzzjoni, il-Kummissjoni nnotat, l-ewwel nett, li l-investigazzjoni wriet li ħafna utenti, inklużi manifatturi taż-żebgħa u tal-kisi, jixtru t-TiO2 prodott permezz taż-żewġ metodi. |
|
(68) |
It-tieni, il-Kummissjoni sabet li terz tal-bejgħ totali tal-Unjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun huwa tat-TiO2 prodott bl-użu tal-proċess tal-klorur. |
|
(69) |
Barra minn hekk, sempliċiment minħabba li l-produtturi Ċiniżi bħalissa jipproduċu aktar TiO2 bl-użu tal-proċess tas-sulfat ma jfissirx li dan se jibqa’ l-każ fil-futur. Fil-fatt, l-investigazzjoni wriet li l-industrija Ċiniża hija impenjata li taċċellera t-tranżizzjoni mill-proċess tas-sulfat għall-proċess tal-klorur għall-produzzjoni tat-TiO2. |
|
(70) |
It-tielet nett, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi li kien hemm tali differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi jew tekniċi bejn il-prodotti derivati miż-żewġ proċessi ta’ produzzjoni li jiġġustifikaw l-esklużjoni ta’ wieħed minnhom. Fl-aħħar mill-aħħar, iż-żewġ proċessi ta’ produzzjoni jistgħu jrendu TiO2 anatażi, differenzjat kważi unanimament minn partijiet interessati oħra mit-TiO2 rutili minħabba l-istruttura tal-kristall differenti tagħhom, u dan jagħmel id-distinzjoni ewlenija bejn it-tipi ta’ TiO2. |
|
(71) |
Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet it-talba ta’ AkzoNobel. |
3. DUMPING
3.1. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku
|
(72) |
Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li indikat l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tiftaħ l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(73) |
Konsegwentement, biex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ jipprovdu informazzjoni dwar l-inputs użati għall-produzzjoni tat-TiO2. Ħamsa u għoxrin produttur esportatur ippreżentaw l-informazzjoni rilevanti. |
|
(74) |
Biex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Ma waslet l-ebda tweġiba mingħand il-GTĊ. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li kienet se tuża l-fatti disponibbli fis-sens tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku għad-determinazzjoni tal-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma wasal l-ebda kumment. |
|
(75) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bl-iskop li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni. |
|
(76) |
Fis-26 ta’ Marzu 2024, il-Kummissjoni infurmat b’nota (“l-Ewwel Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tat-TiO2. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla ta’ prezzijiet jew paramteri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat pajjiżi rappreżentattivi possibbli, jiġifieri l-Brażil, il-Malażja, il-Messiku u l-Federazzjoni Russa. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar l-Ewwel Nota mingħand il-produttur esportatur LB group, l-ilmentatur u utent, AkzoNobel. |
|
(77) |
Fis-16 ta’ April 2024, il-Kummissjoni indirizzat il-kummenti li rċeviet mingħand il-partijiet interessati dwar l-Ewwel Nota permezz tat-tieni nota (“it-Tieni Nota”) u infurmat lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali, bil-Brażil bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Hija infurmat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”, selling, general and administrative costs) u l-profitt abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-kumpanija Tronox Pigmentos do Brasil S.A. (“Tronox Brażil”), produttur tat-TiO2 fil-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(78) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar it-Tieni Nota mingħand AkzoNobel kif ukoll mingħand l-ilmentatur. Dawn il-kummenti ġew indirizzati taħt l-intestatura rispettiva fit-Taqsima 3.4 hawn taħt. |
|
(79) |
Wara li analizzat il-kummenti u l-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Brażil kien pajjiż rappreżentattiv xieraq li minnu jinkisbu prezzijiet u kostijiet mingħajr distorsjoni għad-determinazzjoni tal-valur normali. Ir-raġunijiet sottostanti għal dik l-għażla huma deskritti aktar fid-dettall fit-Taqsima 3.3 ta’ hawn taħt. |
3.2. Valur normali
|
(80) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
|
(81) |
Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “fil-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem jissejħu “SG&A”). |
|
(82) |
Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, fl-investigazzjoni preżenti l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.2.1. Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
|
(83) |
L-Artikolu 2 (6a) (b) tar-Regolament bażiku jiddikjara li “distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:
|
|
(84) |
Peress li l-lista fl-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku ma hijiex kumulattiva, mhux l-elementi kollha jeħtieġ li jkunu preżenti biex jinstabu distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw biex juru l-eżistenza ta’ element wieħed jew aktar tal-lista. |
|
(85) |
Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku trid issir abbażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni globali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali sabiex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq. |
|
(86) |
L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur”. |
|
(87) |
Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż dwar iċ-Ċina (“ir-Rapport”) (8), li fih evidenza tal-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’ħafna fatturi ewlenin tal-produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u l-manodopera) kif ukoll setturi magħżula (inkluż is-settur kimiku). Il-partijiet interessati kienu mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li tinsab fil-fajl tal-investigazzjoni meta nbdiet. Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. L-ilment kien fih ukoll xi evidenza rilevanti li tikkomplementa r-Rapport. |
|
(88) |
B’mod aktar speċifiku, l-ilmentatur ibbaża ruħu fuq l-evidenza li tinsab fir-Rapport biex jenfasizza l-preżenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti sistemiċi fl-ekonomija tar-RPĊ, “ekonomija tas-suq soċjalista” fejn is-CCP (Chinese Communist Party, il-Partit Komunista Ċiniż) jiggwida kemm lis-settur pubbliku kif ukoll lil dak privat. |
|
(89) |
L-ilmentatur fakkar li r-Rapport osserva elementi li jindikaw distorsjonijiet sinifikanti fis-settur tat-titanju fiċ-Ċina. Peress li ħafna produtturi tat-TiO2 huma wkoll fin-negozju tal-metall tat-titanju, l-ilmentatur argumenta li s-settur tat-TiO2 fiċ-Ċina huwa affettwat minn distorsjonijiet sinifikanti daqs is-settur tat-titanju. |
|
(90) |
Barra minn hekk, l-ilmentatur indika li l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali taċ-Ċina ( “l-14-il FYP” ) żamm u saħħaħ id-distorsjonijiet sinifikanti msemmija hawn fuq, billi integra t-13-il FYP preċedenti u stabbilixxa l-prijoritajiet li ġejjin, kif spjegat fis-sit web tal-2024 dwar il-Wirja Internazzjonali tad-Diossidu tat-Titanju ta’ Shanghai:
|
|
(91) |
Barra minn hekk, l-ilment indika l-elementi li ġejjin li jindikaw distorsjonijiet sinifikanti. |
|
(92) |
L-ewwel nett, is-suq tal-prodott ikkonċernat qed jiġi moqdi b’mod sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-awtoritajiet tal-istat. Fiċ-Ċina, kif wera r-Rapport, l-intrapriżi tal-Istat ( “ SOEs ” , state-owned enterprises) jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-industriji tal-materja prima. |
|
(93) |
L-ilmentatur sostna li għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fil-manifatturi, il-produtturi u l-bejjiegħa ewlenin tal-prodott ikkonċernat, fosthom il-kumpaniji u l-gruppi ta’ kumpaniji li ġejjin:
|
|
(94) |
Għalhekk, l-ilmentatur osserva li l-GTĊ jikkontrolla u jikkoordina l-istrateġija kummerċjali tal-kumpaniji involuti fil-produzzjoni tat-TiO2. |
|
(95) |
It-tieni, il-preżenza tal-Istat fid-ditti tat-TiO2 tippermetti wkoll lill-Istat jinterferixxi fil-prezzijiet u/jew fil-kostijiet. |
|
(96) |
L-ilmentatur osserva, pereżempju, li l-preżenza tal-Istat fid-ditti ma tikkonċernax biss lill-SOEs, iżda wkoll lil kumpaniji privati. Fir-rapport, kif ukoll f’bosta investigazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni sabet li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati “biex ipoġġu l-patrijottiżmu l-ewwel u jsegwu d-dixxiplina tal-partit” fis-setturi kollha tal-ekonomija Ċiniża. Tabilħaqq, l-Artikolu 19 tal-Liġi tal-Kumpaniji tar-RPĊ jirrikjedi ċellola tal-Partit f’kull kumpanija. |
|
(97) |
Is-settur tal-prodott ikkonċernat huwa regolarment soġġett għal trikkib bejn pożizzjonijiet maniġerjali u sħubija fis-CCP. Pereżempju, is-segretarju tal-Bord tal-LB Group huwa membru tas-CCP, filwaqt li l-presidenti tal-bordijiet ta’, rispettivament, GPRO Group (li huwa l-kumpanija omm ta’ Nanjing Titanium White Chemical Co., Ltd, produttur Ċiniż tat-TiO2), Bluestar u Lubei Group kollha għandhom il-kariga ta’ segretarju tal-Kumitati tal-Partit tagħhom stess, bil-president ta’ dawn tal-aħħar ikun ukoll rappreżentant tal-Kungress Nazzjonali Ċiniż. |
|
(98) |
Mhux biss, il-president tal-GPRO ddikjara li “il-Partit Komunista taċ-Ċina huwa partit Marxist kbir, glorjuż u korrett. Is-segwiment tat-tmexxija tal-partit u t-tisħiħ tal-bini tal-partit huma l-garanzija fundamentali għall-iżvilupp tal-kumpanija biex dejjem tmur fid-direzzjoni t-tajba u tilħaq kisbiet ewlenin”, filwaqt li l-president tal-Lubei Group ippresieda laqgħa biex “jitwassal u jiġi studjat l-ispirtu tad-diskors importanti tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping u l-kontenut ewlieni tar-rapport ta’ ħidma tal-gvern, filwaqt li jiġi enfasizzat li l-ħsibijiet u l-azzjonijiet iridu jingħaqdu malajr f’konformità ma’ dan id-diskors”. |
|
(99) |
It-tielet, il-GTĊ isegwi politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles. |
|
(100) |
L-ilmentatur fakkar li l-evidenza mill-investigazzjonijiet anti-dumping preċedenti tal-Kummissjoni turi li “[b]‘mod ġenerali, is-sistema ta’ ppjanar fiċ-Ċina tirriżulta f’riżorsi mmexxija għal setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati f’konformità mal-forzi tas-suq”. |
|
(101) |
Barra minn hekk, l-ilmentatur iddikjara li l-industrija tat-TiO2 titqies bħala industrija strateġika mill-GTĊ kemm fit-13-il kif ukoll fl-14-il FYP (ara l-premessa (90)). |
|
(102) |
Barra minn hekk, l-ilmentatur enfasizza li ċ-Ċina tapplika restrizzjonijiet de facto fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti relatati mat-titanju. Ir-RPĊ għandha fis-seħħ Katalogu ta’ Oġġetti Soġġetti għal Liċenzjar għall-Esportazzjoni li jiġi aġġornat regolarment permezz ta’ avviżi mill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Amministrazzjoni Ġenerali tad-Dwana. Għall-oġġetti elenkati f’dan il-katalogu, l-esportaturi jridu jiksbu liċenzja tal-esportazzjoni mill-Ministeru tal-Kummerċ jew mid-dipartiment lokali awtorizzat (10). |
|
(103) |
F’dan ir-rigward, il-Ministeru tal-Kummerċ jista’ jirrestrinġi jew jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ oġġetti jekk dan ikun meħtieġ għall-fini taż-żamma tas-sigurtà tal-istat, tal-ġid pubbliku soċjali jew tal-moralità pubblika, jekk il-prodotti inkwistjoni jkunu skarsi jew soġġetti għal protezzjoni effettiva, jekk il-pajjiż jew ir-reġjun tad-destinazzjoni jkollu kapaċità tas-suq limitata, jew fi kwalunkwe ċirkostanza oħra taħt kwalunkwe trattat internazzjonali li tkun ikkonkludiet iċ-Ċina. |
|
(104) |
Għalhekk, l-ilmentatur osserva li din is-sistema tal-liċenzji tal-esportazzjoni tista’ tiġġenera restrizzjonijiet tal-esportazzjoni biex tiżgura li l-industrija domestika Ċiniża tkun tista’ tibbenefika minn aċċess preferenzjali u rħis għal prodotti relatati mat-titanju. Għaldaqstant, il-GTĊ jibqa’ jimplimenta l-politiki li l-operaturi jridu jsegwu, u b’hekk jimpedixxi lill-forzi tas-suq milli joperaw liberament. |
|
(105) |
Ir-raba’, is-settur tal-prodott ikkonċernat huwa soġġett għad-distorsjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tar-regoli Ċiniżi dwar il-falliment, il-kumpaniji u l-proprjetà. |
|
(106) |
Tali distorsjonijiet japplikaw għas-setturi kollha skont l-ilmentatur: il-GTĊ għandu rwol importanti fil-proċedimenti ta’ insolvenza u spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu permezz ta’ diversi mezzi. Pereżempju, il-GTĊ jrid jagħti approvazzjoni minn qabel lill-qrati biex jiddeċiedu jekk jaċċettawx jew jirrifjutawx l-applikazzjonijiet tal-kumpaniji elenkati fil-prattika. |
|
(107) |
Ħafna ditti insolventi jispiċċaw bi pjanijiet ta’ ristrutturar u rari jitneħħew mil-lista. Dan jissarraf f’SOEs li jibbenefikaw minn garanziji governattivi de facto. Minħabba n-nuqqas ta’ mekkaniżmi normali tas-suq bħal proċeduri ta’ falliment effettivi u trasparenti, is-sistema finanzjarja Ċiniża għadha distorta ħafna. |
|
(108) |
Tabilħaqq, f’investigazzjoni preċedenti dwar ir-roti tat-triq tal-azzar (11), il-Kummissjoni sabet li “s-sistema Ċiniża għall-fallimenti ma timplimentax b’mod adegwat l-objettivi ewlenin tagħha stess bħal pereżempju li tissalda l-pretensjonijiet u d-djun b’mod ġust u li tissalvagwardja d-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri”. |
|
(109) |
L-investigazzjoni msemmija hawn fuq sabet distorsjonijiet fir-rigward tal-liġijiet Ċiniżi dwar il-proprjetà wkoll, peress li r-regoli dwar il-forniment u l-akkwist tal-art fir-RPĊ spiss ma jkunux ċari u trasparenti, u l-prezzijiet spiss jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet mhux tas-suq. |
|
(110) |
Peress li l-liġijiet dwar il-falliment, il-liġijiet korporattivi jew tal-proprjetà fiċ-Ċina japplikaw għas-setturi kollha, ma hemm l-ebda evidenza disponibbli li turi li dawk il-liġijiet ma japplikawx fis-settur Ċiniż tat-TiO2. |
|
(111) |
Bħala konklużjoni, l-ilmentatur argumenta li fis-settur tat-TiO2 hemm distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina peress li mhumiex affidabbli u l-valur normali għandu jinħadem esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni. |
|
(112) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fit-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl. L-evidenza fil-fajl kienet tinkludi l-evidenza li tinsab fir-Rapport, kif ukoll fil-verżjoni aġġornata tiegħu (“ir-Rapport aġġornat”) (12), li tiddependi fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. |
|
(113) |
Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija taċ-Ċina inġenerali, iżda anke s-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti sabiex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina. |
3.2.2. Distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fiċ-Ċina
|
(114) |
Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dak il-kunċett huwa stabbilit fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika taċ-Ċina. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi tal-produzzjoni, jiġifieri s-sjieda mill-poplu kollu u s-sjieda kollettiva mill-ħaddiema” (13). |
|
(115) |
L-ekonomija tal-Istat hija l-“forza ewlenija fl-ekonomija nazzjonali” u l-istat għandu l-mandat li jiżgura l-“konsolidazzjoni u t-tkabbir” tagħha (14). Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija, iżda tali interventi huma espliċitament obbligatorji. Il-kunċett ta’ supremazija tas-sjieda pubblika fuq is-sjieda privata hu mifrux fis-sistema legali sħiħa u hu enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fil-partijiet fundamentali kollha tal-leġiżlazzjoni. |
|
(116) |
Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hija eżempju ċarissimu: din tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li skont din is-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħrajn ta’ sjieda huma tollerati, fejn il-liġi tippermettilhom jiżviluppaw spalla ma’ spalla mas-sjieda tal-istat (15). |
|
(117) |
Barra minn hekk, skont id-dritt Ċiniż, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tas-CCP. L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma minsuġa ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jiffurmaw sovrastruttura fejn ma ssirx distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u dawk tal-Istat. |
|
(118) |
Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. |
|
(119) |
Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “[i]s-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina” ddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li tgħid: “[i]l-karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (16) Dan juri l-kontroll assolut u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika taċ-Ċina. |
|
(120) |
Din it-tmexxija u dan il-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali ta’ pajjiżi oħra fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limiti tiegħu jaġixxu forzi tas-suq ħieles. |
|
(121) |
L-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq għanijiet li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP minflok ma jkunu jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (17). L-għodod ekonomiċi intervenzjonisti użati mill-awtoritajiet Ċiniżi huma multipli, inkluża s-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll fil-livell tal-ambjent regolatorju. |
|
(122) |
L-ewwel nett, fil-livell tal-kontroll amministrattiv kumplessiv, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniżi hija regolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jkopru matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u politiki trażversali u huma preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. |
|
(123) |
Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma dettaljati filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi biex jiġu sostnuti l-industriji/is-setturi rilevanti kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom iridu jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet għadhom jinkludu miri tal-output espliċiti. |
|
(124) |
Taħt il-pjanijiet, setturi industrijali u/jew proġetti individwali qed jiġu identifikati bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) skont il-prijoritajiet tal-gvern u huma attribwiti lilhom għanijiet speċifiċi ta’ żvilupp (titjib industrijali, espansjoni internazzjonali, eċċ.). |
|
(125) |
L-operaturi ekonomiċi, privati u dawk tal-Istat kollha kemm huma, iridu jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan mhuwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet, iżda wkoll minħabba li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema tal-pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont din is-sistema, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (18). |
|
(126) |
It-tieni, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja taċ-Ċina hija ddominata mill-banek kummerċjali u ta’ politika tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom iridu jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (19). |
|
(127) |
L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b’mod li ma humiex xprunati biex itejbu l-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji, iżda biex jiżguraw il-kontroll u jippermettu l-intervent mill-istat u mis-CCP (20). |
|
(128) |
It-tielet, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu numru ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex jiġi ffaċilitat l-ilħuq tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha mhijiex definita, u b’hekk tħalli marġni wiesa’ ta’ apprezzament għall-korpi responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet (21). |
|
(129) |
B’mod simili, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u l-kobor kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll ta’ dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġati għanijiet ta’ politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (22). |
|
(130) |
Fi ftit kliem, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jħeġġu diversi interventi tal-gvern. Tali interventi sostanzjali tal-gvern huma f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, u dan iwassal għad-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi skont il-prinċipji tas-suq (23). |
3.2.3. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, taħt il-kontroll jew taħt is-superviżjoni politika jew taħt il-gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur.
|
(131) |
Fiċ-Ċina, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni jew il-gwida politika mill-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali tal-ekonomija. |
|
(132) |
Is-settur tal-prodott ikkonċernat huwa moqdi kemm mill-SOEs kif ukoll minn kumpaniji privati. |
|
(133) |
Pereżempju, Pangang Group Vanadium u Titanium Resources, Ltd. (24) (“Pangang”) parti minn Pangang Group, sussidjarja tal-grupp SOE Anshan Iron and Steel Group (“Ansteel”) (25), għandha grad sinifikanti ta’ sjieda tal-Istat (aktar minn 54 %) (26). Min-naħa l-oħra, LB Group, li qabel kienet tissejjaħ Lomon Billions Group Co., Ltd., (“LB Group”) (27) hija kumpannija privata (28), filwaqt li CNNC Huan Yuan Titanium Dioxide Co., Ltd (29) (“CHTI CNNC”) hija kumpannija privata, iżda għad għandha ftit iktar minn 7 % tal-ishma tal-Istat (30). |
|
(134) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet jinkoraġġixxu l-ħolqien ta’ raggruppamenti fis-settur petrokimiku u kimiku, speċjalment biex jieħdu vantaġġ mill-interdipendenzi ta’ diversi proċessi ta’ manifattura kimika. Tabilħaqq, l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima jirrikjedi li “għandhom jittieħdu miżuri biex l-intrapriżi ewlenin isiru akbar u aktar b’saħħithom. Immexxija mis-suq u appoġġati mill-gvern, aħna se […] ngħinu lil dawn l-intrapriżi jaċċelleraw fużjonijiet u riorganizzazzjoni transreġjonali u ta’ sjieda reċiproka, sabiex l-industrija ssir aktar ikkonċentrata u jiġu ffaċilitati l-operazzjonijiet internazzjonali. F’setturi li jinkludu l-petrokimiċi u s-sustanzi kimiċi […] għandna nrawmu għadd ta’ intrapriżi pijunieri li jistgħu jmexxu l-ekosistema tal-katina industrijali bil-kompetittività ewlenija […]” (31). |
|
(135) |
Il-gwida tal-Istat hija riflessa mill-azzjoni tal-kumpaniji, kif jirriżulta mis-sit web ta’ Pangang: “Fil-ġejjieni, Pangang Vanadium u Titanium Co., Ltd. se jkomplu jiffokaw fuq l-istrateġiji nazzjonali u d-domandi tas-suq, isaħħu kontinwament il-kapaċitajiet ta’ innovazzjoni indipendenti tagħhom, u jaċċelleraw il-bini ta’ intrapriża ġdida speċjalizzata ta’ klassi dinjija bi “professjonaliżmu eċċellenti, immexxi mill-innovazzjoni, b’ġestjoni effikaċi, u karatteristiċi distintivi” biex isservi bħala l-bażi għall-industrija tal-vanadju u tat-titanju taċ-Ċina u tagħti kontributi akbar għal żvilupp ta’ kwalità għolja” (32). |
|
(136) |
Madankollu, l-interventi tas-CCP fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali saru n-norma mhux biss fl-SOEs, iżda wkoll f’kumpaniji privati (33), bis-CCP jiddikjara tmexxija fuq prattikament kull aspett tal-ekonomija tal-pajjiż. Fil-fatt, l-influwenza tal-Istat permezz tal-istrutturi tas-CCP fil-kumpaniji effettivament tirriżulta f’li l-operaturi ekonomiċi jkunu taħt il-kontroll u s-superviżjoni tal-politika tal-gvern, minħabba sa liema punt l-istrutturi tal-Istat u tal-Partit kibru flimkien fiċ-Ċina. |
|
(137) |
Rappreżentazzjoni preċiża tal-kontroll u s-superviżjoni tal-gvern fuq l-intrapriżi tista’ tinstab fil-livell provinċjali. F’Yunnan, l-14-il FYP ta’ Chuxiong dwar materjali ġodda u l-iżvilupp tal-manifattura avvanzata (“l-14-il FYP ta’ Chuxiong”) jindirizza u jinfluwenza s-settur tal-prodott ikkonċernat, billi jistabbilixxi l-objettivi li ġejjin: “[j]ittieħed vantaġġ sħiħ mir-riżorsi tat-titanju u tal-industrija tat-titanju ta’ Chuxiong, speċjalment il-vantaġġi tar-riżorsi idroelettriċi, u tkompli tiġi mwessa’ l-iskala tal-industrija tat-titanju bl-estensjoni tal-katina industrijali u t-titjib tal-valur miżjud tal-prodott bħala l-linja ewlenija. Filwaqt li nserrħu fuq ir-riżorsi, it-teknoloġija u l-vantaġġi tas-suq ta’ intrapriżi kbar bħal Longbai u Kunming Iron and Steel, se naċċelleraw il-kostruzzjoni tal-industrija tat-titanju l-ġdida ta’ Longbai Group u l-proġetti relatati ma’ Yunnan Titanium Industry, insaħħu l-promozzjoni tal-investiment, nintroduċu intrapriżi downstream fil-katina tal-industrija tat-titanju biex niżviluppaw, u niffukaw fuq il-bini tal-industrija tat-titanju” […] (34). |
|
(138) |
L-14-il FYP ta’ Chuxiong imur saħansitra aktar fid-dettall, kif ġej: “Filwaqt li nieħdu vantaġġ mill-opportunità tal-Istat biex inħeġġu l-iżvilupp tad-diossidu tat-titanju bbażat fuq il-klorur, se niffukaw fuq l-appoġġ għall-Industrija tat-Titanju ta’ Longbai Lufeng biex nerġgħu nibnu u nespandu l-linja tal-produzzjoni tad-diossidu tat-titanju bbażata fuq il-klorur, u eventwalment niffurmaw bażi ta’ produzzjoni tad-diossidu tat-titanju bbażata fuq il-klorur ta’ 300 000–400 000 tunnellata/sena. Fl-istess ħin, Longbai Group se jieħu vantaġġ sħiħ mit-teknoloġija tal-akkoppjament tal-kubrit-kloru tiegħu, jaċċellera l-aġġustament strutturali u l-integrazzjoni tal-industrija tad-diossidu tat-titanju bbażata fuq is-sulfat, isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-intrapriżi tal-produzzjoni tad-diossidu tat-titanju bbażati fuq is-sulfat u l-Longbai Group, itejjeb l-użu tar-riżorsi, jesporta s-sulfat ferruż lejn ix-Xlokk tal-Asja, jieħu postu fis-suq tax-Xlokk tal-Asja, inħeġġu u nappoġġaw ukoll l-iżvilupp ta’ kumpaniji ta’ kisjiet tad-diossidu tat-titanju u tal-plastik downstream b’saħħithom domestiċi u barranin f’Yunnan. Saret l-aktar bażi importanti għall-produzzjoni tad-diossidu tat-titanju tal-klorur fil-pajjiż u tmexxi l-iżvilupp tal-industrija tad-diossidu tat-titanju taċ-Ċina. Naċċelleraw l-iżvilupp tal-isponoż tat-titanju, niffokaw fuq il-promozzjoni tal-kostruzzjoni ta’ proġetti ta’ Longbai Group tal-isponża tat-titanju ta’ kwalità għolja għall-użu f’rotors, naċċelleraw l-iżvilupp ta’ teknoloġija tal-produzzjoni tal-isponoż tat-titanju bi proċess sħiħ, u nittrasformaw u nespandu l-linja tal-produzzjoni eżistenti tal-isponoż tat-titanju bbażata fuqu, u eventwalment nifformaw kapaċità ta’ produzzjoni annwali ta’ 100 000–300 000 tunnellata, biex insiru l-akbar bażi ta’ produzzjoni tal-isponża tat-titanju fid-dinja. Nippromwovu b’mod attiv l-iżvilupp ta’ materjali tat-titanju fini ta’ livell għoli” (35). |
|
(139) |
Il-kontroll tal-gvern u s-superviżjoni tal-politika jistgħu jiġu osservati wkoll fil-livell tal-assoċjazzjonijiet tal-industrija rilevanti (36). |
|
(140) |
Pereżempju, il-Fergħa tal-Industrija tad-Diossidu tat-Titanju tal-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Kisi taċ-Ċina (“il-Fergħa tat-TiO2”) tiddikjara fl-Artikolu 3 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tagħha li l-organizzazzjoni “[t]istabbilixxi organizzazzjoni tal-Partit Komunista Ċiniż, twettaq attivitajiet tal-Partit, u tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-Partit. […] taċċetta l-gwida, is-superviżjoni u l-ġestjoni professjonali mill-entitajiet responsabbli għar-reġistrazzjoni u l-ġestjoni, minn entitajiet responsabbli mill-bini tal-Partit, kif ukoll mid-dipartimenti amministrattivi rilevanti inkarigati mill-ġestjoni tal-industrija” (37). L-Artikolu 36 jiddikjara wkoll li l-persuni inkarigati mill-Assoċjazzjoni jridu jissodisfaw kundizzjonijiet bħal “[l]i jsegwu t-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż, jappoġġaw is-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi, jimplimentaw b’mod riżolut il-linja, il-prinċipji u l-politiki tal-partit, u jkollhom kwalità politika tajba” (38). |
|
(141) |
Il-Fergħa tat-TiO2 tgħodd fost il-membri tagħha kemm lil LB Group kif ukoll lil CHTI CNNC, rispettivament l-ewwel u t-tieni l-akbar produtturi fiċ-Ċina (39). |
|
(142) |
Konsegwentement, anki l-produtturi privati fis-settur tal-prodott ikkonċernat ma jitħallewx joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Tabilħaqq, kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur huma soġġetti għal superviżjoni u gwida tal-politika. |
3.2.4. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku: Il-preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet
|
(143) |
Minbarra li jeżerċita kontroll fuq l-ekonomija permezz tas-sjieda tal-SOEs u għodod oħrajn, il-GTĊ jinsab f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal maniġerjali ewlieni fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti (40), iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. |
|
(144) |
Skont il-liġi taċ-Ċina dwar il-kumpaniji, għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP f’kull kumpanija (b’mill-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (41)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-Partit. |
|
(145) |
Fil-passat, dan ir-rekwiżit deher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, is-CCP ilu mill-inqas mill-2016 isaħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku (42), inkluż l-eżerċitar ta’ pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u biex isegwu d-dixxiplina tal-Partit (43). |
|
(146) |
Diġà fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija bi sjieda privata, bi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (44). Dawn ir-regoli huma ta’ applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott ikkonċernat u għall-fornituri tal-inputs tagħhom. |
|
(147) |
Barra minn hekk, fil-15 ta’ Settembru 2020 inħareġ dokument bit-titolu Linji Gwida tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tas-CCP dwar it-tisħiħ tal-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida ( “il-Linji Gwida” ) (45), li kompla jespandi r-rwol tal-kumitati tal-Partit f’intrapriżi privati. |
|
(148) |
It-Taqsima II.4 tal-Linji Gwida jiddikjara: “jeħtiġilna nżidu l-kapaċità ġenerali tal-Partit sabiex imexxi l-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat u nsaħħu b’mod effettiv il-ħidma f’dan il-qasam”; u t-taqsima III.6 tiddikjara: “[i]rridu nkomplu nżidu r-ritmu tal-bini tal-Partit f’intrapriżi privati u nippermettu liċ-ċelloli tal-Partit jaqdu r-rwol tagħhom b’mod effettiv bħala fortizza u nippermettu lill-membri tal-Partit iwettqu r-rwoli tagħhom bħala gwardji u pijunieri”. Għalhekk, il-Linji Gwida jenfasizzaw u jfittxu li jkattru r-rwol tas-CCP fil-kumpaniji u f’entitajiet oħrajn tas-settur privat (46). |
|
(149) |
L-investigazzjoni kkonfermat li jeżistu wkoll trikkib bejn il-pożizzjonijiet maniġerjali u s-sħubija fis-CCP/il-funzjonijiet tal-Partit fis-settur tat-TiO2. Diversi membri tal-bord tad-diretturi u tal-bord superviżorju ta’ LB Group, l-akbar produttur tal-prodott ikkonċernat, huma membri tas-CCP u jokkupaw pożizzjonijiet fis-segretarjat tal-Kumitat tal-Partit (47). L-istess japplika għal CHTI CNNC (48) u Pangang (49). |
|
(150) |
L-interferenza tas-CCP fid-deċiżjonijiet kummerċjali hija evidenti fis-sit web ta’ LB Group, li jiddeskrivi r-rwol tal-Partit fil-Grupp kif ġej: “[i]l-bini tal-partit iwitti t-triq u l-intrapriżi jsalpaw. F’dawn l-aħħar snin, il-Kumitat tal-Partit ta’ Lomon Billions Group Co., Ltd. kompla jinnova l-mudell ta’ ħidma tal-bini tal-partiti, tejjeb kontinwament il-pożizzjoni kulturali tal-bini tal-partiti, u esplora b’mod attiv l-integrazzjoni profonda tal-ħidma għall-bini tal-partiti mal-ħidma ċentrali tal-intrapriża, filwaqt li stimula l-vitalità u kompla ta impetu lill-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-intrapriża. Xu Gang, Segretarju tal-Kumitat tal-Partit u President ta’ Lomon Billions, ikkonkluda: ‘Lomon Billions dejjem jaderixxi mal-mudell ta’ organizzazzjoni, pubbliċità u spezzjoni tad-dixxiplina tal-istituzzjonijiet tax-xogħol tal-partit fl-intrapriża. L-organizzazzjoni tal-partit tiggarantixxi s-superviżjoni tal-partit u l-politiki u l-iskjeramenti ewlenin tal-pajjiż. Ir-rwol tal-implimentazzjoni tal-intrapriża jibqa’ l-istess, il-prinċipju li l-Partit jimmaniġġja l-oqfsa u l-Partit jimmaniġġja t-talenti jibqa’ l-istess, u l-prattika ta’ “bini ta’ fergħat kull fejn ikun hemm membri tal-partit” tibqa’ l-istess, sabiex il-bini tal-partit fi ħdan l-intrapriża dejjem iżomm effikaċja qawwija ta’ ġlied.’ […] il-Kumitat tal-Partit ta’ Lomon Billions esplora prattika tajba ta’ integrazzjoni profonda tal-bini ta’ partit mhux pubbliku max-xogħol ċentrali tal-intrapriża: l-insistenza fuq kopertura sħiħa tal-organizzazzjonijiet tal-partiti u l-ħidma tal-partit, espansjoni vertikali fil-fond u orizzontali […]” (50). |
|
(151) |
B’mod partikolari, LB Group huwa influwenzat ħafna mill-awtoritajiet governattivi, kif muri fil-premessi preċedenti (ara l-premessa (137)). |
|
(152) |
Il-preżenza u l-intervent tal-istat fis-swieq finanzjarji kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u inputs għandhom ukoll effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (51). Għalhekk, il-preżenza tal-Istat fid-ditti, fit-TiO2 u f’setturi oħra (bħas-setturi finanzjarji u tal-input) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet. |
3.2.5. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż, tar-Regolament bażiku: ordni jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles
|
(153) |
Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom iridu jiffukaw il-gvernijiet ċentrali, provinċjali u lokali. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti tal-ippjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern. |
|
(154) |
B’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fiċ-Ċina tirriżulta fit-tmexxija ta’ riżorsi lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati f’konformità mal-forzi tas-suq (52). |
|
(155) |
L-awtoritajiet Ċiniżi ppromulgaw għadd ta’ politiki li jiggwidaw il-funzjonament tas-settur tal-prodott ikkonċernat. |
|
(156) |
L-14-il FYP (ara l-premessa (90)) għandu l-għan li “Jittrasforma u jtejjeb l-industriji tradizzjonali, jippromwovi l-ottimizzazzjoni tat-tqassim u l-aġġustament strutturali tal-industriji tal-materja prima bħall-petrokimiċi, l-azzar, il-metalli mhux ferrużi, u l-materjali tal-bini, jespandi l-provvista ta’ prodotti ta’ kwalità għolja bħall-industrija ħafifa, u t-tessuti, jaċċellera t-trasformazzjoni u t-titjib tal-intrapriżi f’industriji ewlenin bħall-industrija kimika […] Implimentazzjoni fil-fond ta’ proġetti speċjali biex tissaħħaħ il-kompetittività ewlenija u t-trasformazzjoni teknoloġika tal-industrija tal-manifattura, jinkoraġġixxi lill-intrapriżi japplikaw teknoloġiji avvanzati u applikabbli, isaħħaħ l-aġġornamenti tat-tagħmir u l-applikazzjoni fuq skala kbira ta’ prodotti ġodda” (53). |
|
(157) |
Bl-istess mod, l-Opinjoni Gwida dwar il-Promozzjoni tal-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija Petrokimika u Kimika Matul l-14-il Perjodu tal-Pjan ta’ Ħames Snin (“l-Opinjoni Gwida”), tenfasizza l-ħtieġa li “[…] titħaffef it-trasformazzjoni u t-titjib tal-industriji tradizzjonali, u jiġu żviluppati b’mod vigoruż materjali kimiċi ġodda u sustanzi kimiċi fini. Tiġi aċċellerata t-trasformazzjoni diġitali tal-industrija […] u jiġi promoss il-progress taċ-Ċina minn pajjiż petrokimiku u kimiku kbir għal pajjiż petrokimiku u kimiku b’saħħtu” (54). L-għanijiet ewlenin huma stabbiliti kif ġej: “[s]al-2025, l-industrija petrokimika għandha bażikament issegwi mudell ta’ żvilupp ta’ kwalità għolja b’kapaċità ta’ innovazzjoni indipendenti b’saħħitha, struttura u tqassim raġonevoli, ekoloġiċi, sikuri u b’livell baxx ta’ karbonju, b’titjib sinifikanti fil-kapaċità li jiġu ggarantiti prodotti ta’ livell għoli, żieda sinifikanti fil-kompetittività ewlenija, u pass solidu ta’ awtodipendenza u titjib personali ta’ livell għoli” (55). |
|
(158) |
L-objettivi msemmija hawn fuq huma speċifikati aktar fit-taqsimiet sussegwenti tal-Opinjoni Gwida. Pereżempju, l-awtoritajiet emittenti beħsiebhom “[j]appoġġaw lill-intrapriżi biex ikunu minn ta’ quddiem fil-formazzjoni ta’ organizzazzjonijiet kollaborattivi tal-innovazzjoni bħall-alleanzi tal-innovazzjoni tat-teknoloġija industrijali u l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni upstream u downstream u jappoġġaw it-tqassim razzjonali tal-gvernijiet lokali biex jibnu ċentri tal-innovazzjoni reġjonali u bażijiet pilota”, biex “[j]aħkmu t-teknoloġiji ewlenin u jsaħħu l-momentum tal-innovazzjoni u l-iżvilupp, […] jaċċelleraw l-avvanzi rivoluzzjonarji f’teknoloġiji ewlenin […]” (56). |
|
(159) |
Barra minn hekk, il-verżjoni tal-2024 tal-Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament Strutturali tal-Industrija ( “ il-Katalogu ta’ Gwida”) tindirizza direttament is-settur tal-prodott billi telenka l-proċess tal-aċidu sulfuriku TiO2 bħala industrija ristretta, filwaqt li l-verżjoni tagħha tal-2019 telenka l-proċess tal-klorur tat-TiO2 bħala wieħed imħeġġeġ (57). |
|
(160) |
Fil-livell provinċjali, l-objettivi ta’ politika u l-għodod ta’ appoġġ korrispondenti jsiru aktar speċifiċi u mmirati. |
|
(161) |
Pereżempju, l-14-il FYP dwar l-iżvilupp ta’ livell għoli tal-industrija kimika ta’ Jiangsu (58) (“il-Pjan Kimiku ta’ Jiangsu”) jistabbilixxi objettivi ewlenin għas-settur tal-prodott ikkonċernat: “[s]a tmiem l-‘14-il Pjan ta’ Ħames Snin’, l-istruttura industrijali tal-pigmenti taż-żebgħa u tal-intermedjarji tagħhom se tiġi ottimizzata b’mod sinifikanti”, u għal darb’ oħra “[s]e nistinkaw biex inżidu l-valur tal-output totali tal-industrija tal-linka għal RMB 8 biljun, il-kapaċità ta’ produzzjoni superjuri għandha tiġi inkluża fl-iżvilupp u l-integrazzjoni ta’ parks kimiċi (żoni ta’ konċentrazzjoni)”. |
|
(162) |
Fir-rigward tal-industrija kimika inorganika, il-pjan ta’ Jiangsu Chemical jistabbilixxi l-għanijiet ta’: “[k]ontroll totali tal-kwantità, titjib fil-kwalità u fl-effiċjenza, ottimizzazzjoni tal-konfigurazzjoni […] Adozzjoni ta’ teknoloġiji avvanzati tal-iffrankar tal-enerġija u tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għat-trasformazzjoni u t-titjib tal-industriji u l-intrapriżi […] [P]romozzjoni tal-industriji downstream tal-kloru u tal-idroġenu biex jiżviluppaw lejn direzzjoni ta’ livell għoli, funzjonali u rfinata. L-estensjoni u l-espansjoni tal-katina reġjonali tal-industrija tal-kloru […]” (59). |
|
(163) |
Il-Pjan Kimiku ta’ Jiangsu jkompli jispeċifika l-għanijiet għal kull żona industrijali kostali. Pereżempju, f’Lianyungang l-għanijiet huma: “[i]l-promozzjoni tal-integrazzjoni tar-raffinar u tas-sustanzi kimiċi. […] L-iżvilupp ta’ poljolefini ta’ livell għoli. […] Il-promozzjoni tal-ipproċessar fil-fond ta’ materja prima” (60). F’Yancheng l-industriji jridu jiżviluppaw materjali kimiċi ġodda, fosthom l-aċidu sulfuriku. |
|
(164) |
F’Henan, l-Avviż mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Gvern tal-Poplu tal-Provinċja ta’ Henan dwar il-ħruġ tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Provinċja ta’ Henan (2022–2025) biex jiġu aċċellerati r-ristrutturar u t-tmexxija tal-industrija tal-materjali jistabbilixxi l-għanijiet li ġejjin għal materjali ġodda bbażati fuq it-titanju: “[l-]aċċelerazzjoni tal-lokalizzazzjoni ta’ materja prima tad-diossidu tat-titanju tal-klorur ta’ kwalità għolja u r-riċerka u l-iżvilupp ta’ diossidu tat-titanju ekoloġiku bi prestazzjoni għolja, u l-istabbiliment tar-riżorsi tat-titanju, taż-żirkonju, tal-vanadju u tal-iskandju. Is-sistema ta’ estrazzjoni ekoloġika u komprensiva l-ġdida tippromwovi l-iżvilupp ta’ raggruppamenti tal-industrija tat-titanju f’Jiaozuo, Luoyang u postijiet oħra” (61). |
|
(165) |
F’Sichuan, id-Deċiżjoni tal-Kumitat Provinċjali ta’ Sichuan tal-Partit Komunista Ċiniż dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja ta’ industriji ekoloġiċi u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju bl-għan li jinkisbu l-ogħla livell tal-karbonju u n-newtralità karbonika, bl-istabbiliment ukoll ta’ bosta objettivi: “L-approfondiment tal-iżvilupp komprensiv u l-użu tar-riżorsi tal-vanadju u tat-titanju. […] it-tisħiħ tal-industrija tat-titanju, il-ħolqien ta’ bażi tal-industrija tal-vanadju u tat-titanju ta’ klassi dinjija, u l-bini ta’ Panzhihua bħala l-“Kapitali tal-Vanadju u tat-Titanju taċ-Ċina”. […] L-implimentazzjoni tal-proġett biex tissaħħaħ u tiġi estiża l-katina tal-industrija tal-vanadju u tat-titanju u jiġi aċċellerat l-iżvilupp ta’ prodotti tal-vanadju u tat-titanju ta’ livell għoli, materjali funzjonali, parts speċjali […]” (62). |
|
(166) |
Fl-istess ħin, il-Gwida tal-Provinċja ta’ Sichuan għall-iżvilupp tal-industriji tal-vanadju, tat-titanju, tal-azzar u tal-materjali tal-art rari ta’ kwalità għolja tħeġġeġ l-“Avvanzi rivoluzzjonarji f’teknoloġiji importanti ewlenin. Nisfruttaw it-teknoloġija komprensiva tal-użu tal-manjetit tal-vanadju-titanju, inwettqu t-teknoloġija tal-industrijalizzazzjoni tal-estrazzjoni tat-titanju ta’ valur għoli mill-gagazza tal-forn tal-blast bi kwantità għolja ta’ titanju, naċċelleraw id-diossidu tat-titanju tal-klorur ta’ grad għoli, it-titanju tal-avjazzjoni u l-prodotti tal-ligi tat-titanju” (63). |
|
(167) |
L-14-il FYP ta’ Chuxiong jindirizza u jinfluwenza b’mod preċiż is-settur tal-prodott ikkonċernat, kif diġà ġie msemmi (ara l-premessa (137)(137)). Il-pjan jelenka wkoll l-objettivi li ġejjin: “[i]l-katina tal-industrija tal-kimika u l-katina tal-industrija metallurġika tat-titanju se joħolqu katina sħiħa tal-industrija, itejbu l-kapaċitajiet ta’ żvilupp sostenibbli, il-kompetittività ċentrali u s-sehem mis-suq tal-industrija tat-titanju, u jsiru bażi nazzjonali importanti għall-produzzjoni tad-diossidu tat-titanju tal-klorur u l-akbar bażi ta’ produzzjoni tat-titanju sponża fid-dinja. Tiġi ffurmata industrija tat-titanju fil-livell ta’ 100 biljun. Tiġi standardizzata l-industrija tat-tħaffir u tal-preparazzjoni tal-minerali tat-titanju, jinbena mudell ta’ minjiera ekoloġika, jiġu integrati, ittrasformati, u mtejbin it-teknoloġija u t-tagħmir tal-produzzjoni tal-gagazza b’kontenut għoli ta’ titanju u tad-diossidu tat-titanju bl-aċidu sulfuriku, u jiġi ottimizzat it-tqassim reġjonali. Jiġu żviluppati b’intensità qawwija d-diossidu tat-titanju tal-klorur u t-titanju tal-isponża għall-użu f’rotors ta’ livell għoli u diversi intrapriżi jiġu mħeġġa biex jiżviluppaw b’mod attiv prodotti kummerċjabbli bħal ligi tat-titanju u prodotti tat-titanju, kif ukoll materjali tat-titanju ta’ livell għoli fl-avjazzjoni, l-ajruspazju, in-navigazzjoni u oqsma oħra” (64). Ikompli billi jistabbilixxi l-għanijiet biex: “[t]inħoloq katina industrijali sħiħa. Tiġi aċċellerata l-kostruzzjoni tal-katina tal-industrija metallurġika tat-titanju tal-“ilmenit – konċentrat tat-titanju – gagazza b’kontenut għoli ta’ titanju – titanju sponża (diossidu tat-titanju) – profili tat-titanju (liga jew kisi tat-titanju)”, u l-katina industrijali tal-industrija kimika tat-titanju “gagazza b’kontenut għoli ta’ titanju – diossidu tat-titanju – kisi – plastik” ta’ livell għoli, jiġi aċċellerat l-iżvilupp tad-diossidu tat-titanju tal-klorur ta’ livell għoli, u tiġi mkabbra l-kapaċità tal-produzzjoni tad-diossidu tat-titanju u l-vantaġġi tekniċi […]” (65). |
|
(168) |
Barra minn hekk, il-prodott ikkonċernat huwa soġġett għal diversi restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni. |
|
(169) |
L-ewwel nett, id-diossidu tat-titanju u prodotti oħra relatati mat-titanju huma soġġetti għal liċenzjar tal-esportazzjoni mhux awtomatiku (66), li jġiegħel lill-kumpaniji esportaturi jirċievu approvazzjoni minn qabel mill-gvern fil-forma ta’ liċenzji jew permessi sabiex jesportaw il-prodott. Proċeduri bħal dawn mhux biss jagħtu lill-gvern kontroll fuq l-esportaturi u l-ammonti ta’ prodotti esportati iżda jistgħu wkoll iżidu l-kostijiet tat-tranżazzjonijiet jew jipprevjenu lill-esportaturi milli jirreaġixxu malajr għall-opportunitajiet ta’ bejgħ barra mill-pajjiż minħabba żminijiet twal ta’ pproċessar (67). |
|
(170) |
It-tieni nett, il-prodott ikkonċernat ma huwiex suġġett għal rifużjoni tal-VAT fuq l-esportazzjoni (68). |
|
(171) |
Għalhekk, permezz ta’ dawn il-mezzi u mezzi oħra, il-GTĊ jidderieġi u jikkontrolla virtwalment kull aspett fl-iżvilupp u l-funzjonament tas-settur, kif ukoll l-inputs upstream. |
|
(172) |
Fi ftit kliem, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-politika pubblika li jikkonċernaw is-settur. Dawn il-miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles. |
3.2.6. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà
|
(173) |
Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża tal-falliment ma timplimentax b’mod adegwat l-objettivi ewlenin tagħha stess bħal pereżempju li tissalda l-pretensjonijiet u d-djun b’mod ġust u li tissalvagwardja d-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li hu msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tiddependi b’mod formali fuq prinċipji li huma simili għal dawk applikati fil-liġijiet korrispondenti f’pajjiżi oħra barra ċ-Ċina, is-sistema Ċiniża hi kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. |
|
(174) |
L-għadd ta’ fallimenti jibqa’ notorjament baxx fir-rigward tad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, speċjalment minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza jbatu minn għadd ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu b’saħħtu u attiv, u ta’ spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (69). |
|
(175) |
Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet tal-proprjetà huma partikolarment ovvji fir-rigward tas-sjieda tal-art u d-drittijiet tal-użu tal-art fiċ-Ċina. (70) L-art kollha hija proprjetà tal-istat (art rurali bi sjieda kollettiva u art urbana proprjetà tal-Istat) u l-allokazzjoni tagħha tibqa’ tiddependi biss fuq l-istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u bi prezzijiet tas-suq, pereżempju, billi jintroduċu proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet huma regolarment mhux irrispettati, u ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (71). Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluż l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (72). |
|
(176) |
Bħal setturi oħra fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-prodott ikkonċernat huma soġġetti għar-regoli ordinarji dwar il-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment, korporattivi u dwar il-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anke dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. Dawn il-kunsiderazzjonijiet, fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli, jidhru li huma kompletament applikabbli wkoll fis-settur tal-prodott ikkonċernat. L-investigazzjoni attwali ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet. |
|
(177) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-prodott ikkonċernat. |
3.2.7. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku: il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni
|
(178) |
Sistema ta’ pagi bbażati fuq is-suq ma tistax tiżviluppa bis-sħiħ fiċ-Ċina minħabba li l-ħaddiema u l-impjegaturi huma mfixkla fid-drittijiet tagħhom għal organizzazzjoni kollettiva. Iċ-Ċina ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (73). |
|
(179) |
Skont il-liġi nazzjonali, organizzazzjoni waħda biss tat-trade unions hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni ma hijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu elementari (74). Barra minn dan, il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema tar-reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħrajn għar-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. |
|
(180) |
Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkunux fil-pussess tar-reġistrazzjoni tar-residenza lokali, u jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (75). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fiċ-Ċina. |
|
(181) |
Ma tressqet l-ebda evidenza li turi li s-settur tat-TiO2 mhuwiex soġġett għas-sistema Ċiniża tal-liġi tax-xogħol deskritta. Għalhekk, is-settur huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi kemm direttament (fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat jew tal-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (meta jkollu aċċess għal kapital jew inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fiċ-Ċina). |
3.2.8. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku: l-aċċess għal finanzjament mogħti minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi tal-ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat
|
(182) |
L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fiċ-Ċina huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet. |
|
(183) |
L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (76), li, meta jagħtu aċċess għall-finanzjament, iqisu kriterji oħra għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. B’mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu konnessi mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kbar tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (77) u jimplimentaw regolarment politiki pubbliċi mfassla mill-GTĊ. |
|
(184) |
Pereżempju, fis-settur tal-prodott ikkonċernat, l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima għandu l-objettiv ċentrali li jtejjeb il-kompetittività tal-industrija kimika. F’dan ir-rigward, “[l]-istituzzjonijiet finanzjarji se jiġu mħeġġa […] jipprovdu servizzi finanzjarji komprensivi għall-intrapriżi tal-materja prima li implimentaw fużjonijiet u riorganizzazzjoni kif ukoll trasformazzjoni u titjib” (78). |
|
(185) |
L-Opinjoni Gwida tiżvela wkoll il-firxa ta’ għodod u politiki ta’ appoġġ użati biex jiġu segwiti l-objettivi tal-politika industrijali: “[t]itjib tal-politiki ta’ appoġġ. Tissaħħaħ il-koordinazzjoni bejn il-politiki fiskali, finanzjarji, reġjonali, dwar l-investiment, l-importazzjoni u l-esportazzjoni, l-enerġija, l-ambjent ekoloġiku, il-prezzijiet u politiki industrijali oħra. Jiġu involuti pjattaformi nazzjonali ta’ kooperazzjoni bejn l-industrija u l-finanzi u jiġu promossi l-konnessjonijiet bejn il-banek u l-intrapriżi u l-kooperazzjoni bejn l-industrija u l-finanzi. […]” (79) |
|
(186) |
Il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jwettqu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (80). Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, il-biċċa l-kbira tal-evidenza, inklużi s-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali. |
|
(187) |
Pereżempju, il-GTĊ iċċara li anke d-deċiżjonijiet bankarji kummerċjali privati jridu jiġu ssorveljati mis-CCP u jibqgħu konformi mal-politiki nazzjonali. Wieħed mit-tliet għanijiet ġenerali tal-Istat fir-rigward tal-governanza bankarja issa huwa li tissaħħaħ it-tmexxija tal-Partit fis-settur bankarju u tal-assigurazzjoni, inkluż fir-rigward ta’ kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni (81). Barra minn hekk, il-kriterji tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-banek kummerċjali issa jridu, b’mod partikolari, iqisu kif l-entitajiet “jaqdu l-objettivi nazzjonali tal-iżvilupp u l-ekonomija reali”, u b’mod partikolari kif “jaqdu l-industriji strateġiċi u emerġenti”. (82) |
|
(188) |
Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu spiss ikunu distorti għal varjetà ta’ raġunijiet inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju hija influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u s-saħħa ta’ kwalunkwe garanzija impliċita mill-gvern (83). Dan huwa aggravat minn regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi f’setturi ddeżinjati mill-gvern bħala inkoraġġiti jew inkella importanti (84). Dan jirriżulta fi preġudizzju favur is-self lil SOEs, ditti privati kbar b’konnessjonijiet tajbin u ditti f’setturi industrijali ewlenin, li jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital ma humiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq. |
|
(189) |
It-tieni, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali biex jiġi stimulat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditu dejjem aktar baxx fuq l-investiment. Dan huwa muri mit-tkabbir fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-Istat minkejja tnaqqis qawwi fil-profittabilità, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi operati fis-sistema bankarja ma jsegwux risponsi kummerċjali normali. |
|
(190) |
It-tielet, għalkemm f’Ottubru 2015 inkisbet liberalizzazzjoni nominali tar-rata tal-imgħax, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Is-sehem tas-self bir-rata ta’ referenza jew taħtha kien għadu jirrappreżenta mill-inqas terz tas-self kollu sa tmiem l-2018 (85) u, fl-2020, il-media uffiċjali fiċ-Ċina rrapportat li s-CCP talab li “r-rata tal-imgħax tas-suq tas-self tiġi ggwidata ’l isfel” (86). Rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi prezz aktar baxx, u sussegwentement fl-użu eċċessiv tal-kapital. |
|
(191) |
It-tkabbir ġenerali tal-kreditu fiċ-Ċina jindika deterjorament fl-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr ebda sinjal ta’ ssikkar tal-kreditu li jkun mistenni f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. B’riżultat ta’ dan, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu, u l-GTĊ għażel numru ta’ drabi li jew jevita l-inadempjenzi, sabiex b’hekk inħolqu l-hekk imsejħin kumpaniji “żombi”, jew li jittrasferixxi s-sjieda tad-dejn (eż. permezz ta’ fużjonijiet jew ta’ skambju ta’ dejn ma’ ekwità), mingħajr ma neċessarjament jelimina l-problema ġenerali tad-dejn jew jindirizza l-kawżi ewlenin tagħha. |
|
(192) |
Essenzjalment, minkejja l-passi li ttieħdu biex jiġi liberalizzat is-suq, is-sistema tal-kreditu korporattiv fiċ-Ċina hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti li jirriżultaw mir-rwol pervażiv kontinwu tal-istat fis-swieq kapitali. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati serjament fil-livelli kollha. |
|
(193) |
Ma tressqet l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tal-prodott ikkonċernat ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati serjament fil-livelli kollha. |
3.2.9. In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti
|
(194) |
Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport aġġornat huma karatteristiċi għall-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq kif ukoll fil-Parti I tar-Rapport aġġornat japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess jgħodd għad-deskrizzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni kif stabbilit hawn fuq u fil-Parti II tar-Rapport aġġornat. |
|
(195) |
Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi prodott il-prodott ikkonċernat, huma meħtieġa ċerti inputs. Meta l-produtturi tal-prodott ikkonċernat jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) ikunu esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/fl-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u fis-setturi kollha. Dawn id-distorsjonijiet ġew deskritti fid-dettall fit-Taqsimiet 3.2.2-3.2.8 hawn fuq. Il-Kummissjoni indikat li l-istruttura regolatorja li tirfed dawk id-distorsjonijiet hija ġeneralment applikabbli, peress li l-produtturi tat-TiO2 huma soġġetti għal dawk ir-regoli bħal kwalunkwe operatur ekonomiku ieħor fiċ-Ċina. Għalhekk, id-distorsjonijiet għandhom effett dirett fuq l-istruttura tal-kostijiet tal-prodott ikkonċernat. |
|
(196) |
B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat ma humiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet kollha tal-input (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma affettwati wkoll minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport aġġornat. |
|
(197) |
Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, l-art, il-manodopera, l-enerġija, u l-materja prima huma preżenti fiċ-Ċina kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fiċ-Ċina permezz tal-kombinazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input eċċ. |
|
(198) |
F’din l-investigazzjoni, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw ebda evidenza jew argument li juri l-kuntrarju. |
3.2.10. Konklużjoni
|
(199) |
L-analiżi stabbilita f’din it-taqsima, li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-intervent taċ-Ċina fl-ekonomija tagħha b’mod ġenerali kif ukoll fis-settur tal-prodott ikkonċernat uriet li l-prezzijiet u l-kostijiet tal-prodott ikkonċernat, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt attwali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. |
|
(200) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li, f’dan il-każ, ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali. |
|
(201) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet sabiex taħdem il-valur normali esklużivament fuq il-bażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ, li jirriflettu prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, fuq il-bażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif deskritt fit-taqsima li ġejja. |
3.3. Pajjiż rappreżentattiv
3.3.1. Rimarki Ġenerali
|
(202) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(203) |
Kif spjegat fil-premessi (76) u (77), il-Kummissjoni ħarġet żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti u indirizzaw il-kummenti li waslu mill-partijiet dwar dawn l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tuża l-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata. |
3.3.2. Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ
|
(204) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni identifikat il-Brażil, il-Malażja, il-Messiku u l-Federazzjoni Russa bħala pajjiżi produtturi tat-TiO2 b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ skont il-Bank Dinji (jiġifieri pajjiżi b’“introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross). Madankollu, il-Federazzjoni Russa ma setgħetx tintuża bħala pajjiż rappreżentattiv minħabba li ma hemm l-ebda statistika affidabbli dwar l-importazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni. Ma wasal l-ebda kumment dwar il-pajjiżi identifikati fl-Ewwel Nota. |
3.3.3. Data faċilment disponibbli fil-pajjiż rappreżentattiv
|
(205) |
Għall-pajjiżi kkunsidrati u msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni vverifikat ukoll data faċilment disponibbli, inkluża d-data dwar l-importazzjonijiet tal-fatturi tal-produzzjoni kif ukoll tad-data finanzjarja mill-produtturi tal-prodott investigat f’dawn il-pajjiżi rappreżentattivi potenzjali. |
|
(206) |
L-analiżi tal-importazzjonijiet tal-fatturi ewlenin tal-produzzjoni (jiġifieri minerali u konċentrati tat-titanju b’konċentrazzjonijiet ta’ TiO2 u ta’ gagazza tat-titanju li jvarjaw) uriet li, irrispettivament mill-pajjiż rappreżentattiv potenzjali, jew ma hija disponibbli l-ebda statistika affidabbli jew l-ebda statistika li tippermetti differenzjazzjoni bbażata fuq il-konċentrazzjoni tat-TiO2 fil-minerali. |
|
(207) |
Għalhekk, il-Kummissjoni rrikorriet għall-użu ta’ prezz referenzjarju internazzjonali minn pjattaforma tas-suq tal-minerali rikonoxxuta b’mod wiesa’ (TZMI (88)) f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku għall-minerali u l-konċentrati tat-titanju, jiġifieri ilmenit, rutili, skariku tal-kalċinaturi, rutili sintetiku u gagazza tat-titanju. |
|
(208) |
Barra minn hekk, l-analiżi tal-Kummissjoni wriet li kienet disponibbli biss data tal-Brażil dwar volumi rappreżentattivi mingħajr distorsjoni ta’ inputs ewlenin oħra għall-produzzjoni tat-TiO2 (prinċipalment aċidu sulfuriku) kif ukoll data rappreżentattiva tal-kumpaniji li turi profittabbiltà u kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali raġonevoli għall-perjodu ta’ investigazzjoni (jew parti minnu), għall-kuntrarju tal-Messiku u tal-Malażja. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet Brażiljani ma kinux affettwati materjalment mill-importazzjonijiet mir-RPĊ jew minn xi wieħed mill-pajjiżi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (89). Barra minn hekk, il-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni tat-TiO2 huma sinifikanti fil-Brażil u ma teżisti l-ebda distorsjoni kummerċjali partikolari magħrufa fuq it-TiO2 fil-pajjiż. Filwaqt li l-Brażil jagħmel l-esportazzjonijiet tal-ilmenit, waħda mill-materja prima użata fil-produzzjoni tat-TiO2, soġġetta għal rekwiżit ta’ liċenzjar, tali distorsjoni potenzjali tal-kummerċ hija irrilevanti minħabba l-użu ta’ parametru referenzjarju ta’ TZMI minflok id-data Brażiljana dwar l-importazzjoni għall-ilmenit f’dan il-każ. Ta’ min jinnota wkoll li l-ebda parti interessata ma argumentat kontra l-użu tal-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv. |
|
(209) |
Fir-rigward tal-produtturi fil-Brażil u d-disponibbiltà tad-data tagħhom, il-Kummissjoni identifikat produttur tat-TiO2, Tronox Brażil, li għalih ir-riżultati finanzjarji li juru profittabbiltà u kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali raġonevoli speċifikament fis-segment TiO2 huma disponibbli għall-2022, u b’hekk il-perjodu jikkoinċidi bi kwart mal-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(210) |
Il-Kummissjoni użat id-data dwar il-profittabbiltà u l-SG&A għall-2022 minkejja d-disponibbiltà tad-data finanzjarja wkoll għall-perjodu ta’ investigazzjoni kollu (Q4 2022-Q3 2023). Dan għaliex, skont ir-rapporti finanzjarji tal-kumpanija, is-suq u l-prestazzjoni tan-negozju ta’ Tronox Brażil fl-2023 kienu affettwati minn tnaqqis fid-domanda tas-suq flimkien mal-importazzjonijiet miċ-Ċina tat-TiO2, li rriżulta fi tnaqqis fil-profittabbiltà, id-dħul nett, il-volum tal-bejgħ, u l-prezz medju tal-bejgħ ta’ Tronox Brazil fis-suq tat-TiO2. Dan għamel l-ammonti rilevanti għall-profitt u l-kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali mhux raġonevoli skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(211) |
LB Group oġġezzjona għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tuża data finanzjarja minn Tronox Brażil għall-2022 u argumenta li l-Kummissjoni kellha l-possibbiltà li tuża data li tikkoinċidi bis-sħiħ mal-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(212) |
Ta’ min jinnota li filwaqt li d-data finanzjarja ta’ Tronox Brażil, li turi profittabbiltà raġonevoli għall-perjodu ta’ investigazzjoni kollu hija disponibbli, tali data tikkonċerna l-operazzjonijiet kummerċjali kollha tal-kumpanija, inkluża l-attività mhux relatata strettament mas-segment tat-TiO2. Għall-kuntrarju, meta tiġi estratta biss data għas-segment tat-TiO2, id-data finanzjarja għall-2023 mhijiex raġonevoli għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa (210) hawn fuq. B’riżultat ta’ dan, id-data tal-perjodu ta’ investigazzjoni għas-segment TiO2 ta’ Tronox Brazil turi riżultati operattivi qrib il-punt ta’ ekwilibriju, li ma setgħux jitqiesu raġonevoli skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Minflok, id-data tal-2022 għas-segment TiO2 hija l-aħjar sors disponibbli għal ammonti raġonevoli ta’ profitt u ta’ kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali, minħabba li d-data tikkonċerna esklużivament is-segment TiO2, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(213) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qieset l-informazzjoni finanzjarja tal-2022 disponibbli għal Tronox Brażil għas-segment tat-TiO2 bħala l-aktar xierqa għall-finijiet tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.3.4. Il-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali
|
(214) |
Wara li ġie stabbilit li l-Brażil kien l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq, abbażi tal-elementi kollha msemmija hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku. |
3.3.5. Konklużjoni
|
(215) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Brażil issodisfa l-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku biex jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.4. Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet u l-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni
|
(216) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi tal-produzzjoni bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott investigat mill-produtturi esportaturi u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-Nota. |
|
(217) |
Sussegwentement, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex tibni l-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża d-data ta’ Global Trade Atlas (“GTA”) u ta’ TZMI biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet se tuża l-Instituto Brasileiro de Geografia e Estatística (“IGBE”) u l-Ministeru għall-Minjieri u l-Enerġija tal-Brażil rispettivament biex tistabbilixxi l-kostijiet lavorattivi (90) u tal-enerġija (91) mingħajr distorsjoni. |
|
(218) |
Fit-tieni Nota, il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-partijiet interessati li minħabba l-għadd kbir ta’ fatturi tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li pprovdew informazzjoni kompluta u l-piż negliġibbli ta’ xi materja prima fil-kost totali tal-produzzjoni, dawn l-oġġetti negliġibbli kienu raggruppati taħt “materjal konsumabbli”. Il-Kummissjoni kkalkolat il-perċentwal tal-materjal konsumabbli fuq il-kost totali tal-materja prima u applikat dan il-perċentwal għall-kost ikkalkulat mill-ġdid tal-materja prima meta użat il-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni stabbiliti fil-Brażil. |
|
(219) |
AkzoNobel argumentat wara l-Ewwel u t-Tieni Nota li l-prezz tal-GTA għall-aċidu sulfuriku ma jistax ikun rappreżentattiv, filwaqt li insista li minflok, jintuża fattur ta’ konverżjoni ta’ 1,05 għall-kalkolu tal-prezzijiet CIF mill-prezzijiet FOB disponibbli fl-istatistika tal-Brażil jew taċ-Ċentru Internazzjonali tal-Kummerċ (“ITC”). L-utent fittex ukoll li jimmina l-affidabbiltà tad-data tal-GTA billi rrefera għall-prezzijiet eċċessivi tal-GTA għal għadd ta’ pajjiżi (il-Polonja, il-Finlandja u l-Ġermanja). Barra minn hekk, AkzoNobel allegat, b’referenza għall-kost medju tal-merkanzija għat-TiO2 mibgħut lejn il-Brażil, li l-kost tal-merkanzija għall-aċidu huwa fil-medda ta’ 5-7 % tal-prezz tal-aċidu. |
|
(220) |
L-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jippreskrivi l-użu ta’ data korrispondenti f’pajjiż rappreżentattiv xieraq “sakemm id-data rilevanti tkun disponibbli fil-pront” Il-Kummissjoni ma għandhiex għad-dispożizzjoni tagħha data dwar il-prezzijiet domestiċi fil-pajjiżi rappreżentattivi possibbli, u data bħal din mhijiex disponibbli fil-pront. B’kuntrast ma’ dan, id-data dwar il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-aċidu sulfuriku hija faċilment disponibbli fil-Global Trade Atlas (GTA). Meta jitqies li dawn l-importazzjonijiet jikkompetu fis-suq domestiku Brażiljan, dawn jitqiesu li jirriflettu l-prezzijiet domestiċi rilevanti. |
|
(221) |
Minbarra l-argument dwar in-nuqqas ta’ rappreżentattività tal-valuri tal-importazzjoni tal-GTA għal ċerti pajjiżi, ġie nnotat li meta mqabbla mal-importazzjonijiet totali tal-aċidu sulfuriku, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkontestati, b’mod partikolari l-Finlandja u l-Ġermanja jammontaw biss għal madwar 5 % tal-importazzjonijiet totali fil-Brażil. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni vverifikat li kien hemm biżżejjed kwantitajiet rappreżentattivi tal-importazzjonijiet tal-aċidu sulfuriku sabiex il-prezz medju użat inaqqas l-impatt ta’ kwalunkwe prezz potenzjalment anormali fit-tarf il-baxx u t-tarf l-għoli tal-medda. Sakemm il-kwantitajiet tal-importazzjoni kienu rappreżentattivi biżżejjed, li kien il-każ għall-aċidu sulfuriku, u ma kien hemm l-ebda ċirkostanza speċifika oħra li għamlithom mhux rappreżentattivi jew mhux xierqa, ma kien hemm l-ebda raġuni oġġettiva biex id-data tal-GTA tiġi eskluża mill-analiżi. |
|
(222) |
Barra minn hekk, l-użu ssuġġerit tal-proporzjon perċentwali tal-merkanzija fuq il-prezz tat-TiO2 bħala punt ta’ referenza għad-determinazzjoni tal-kost tat-trasport għall-aċidu sulfuriku ma jistax jiġi sostnut. AkzoNobel dehret li qed tinjora l-fatt li l-aċidu sulfuriku huwa materjal ħafna orħos meta mqabbel mat-TiO2. Minflok, ikun aktar xieraq li jitqiesu l-kostijiet unitarji assoluti tal-merkanzija bħala punt ta’ referenza, minħabba l-kuntrast fil-prezzijiet tat-TiO2 u tal-aċidu sulfuriku. |
|
(223) |
Għalhekk, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza plawżibbli li turi li d-data tal-GTA għall-aċidu sulfuriku użata ma tkunx rappreżentattiva, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. |
3.4.1. Fatturi tal-Produzzjoni
|
(224) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati biex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Tabella 1 Fatturi ta’ produzzjoni tat-TiO2
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3.4.2. Materja prima
|
(225) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima kif ikkonsenjata sal-bieb ta’ produttur tal-pajjiż rappreżentattiv, għall-materja prima għajr il-minerali u l-konċentrati tat-titanju, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni għall-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA fil-livell tariffarju nazzjonali, li miegħu żdiedu d-dazji tal-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. |
|
(226) |
Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 (99). |
|
(227) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fit-Taqsima 3.2.10 ikkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemmx evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Il-volumi li jifdal jitqiesu bħala rappreżentattivi. |
|
(228) |
Għall-prezzijiet mingħajr distorsjoni tal-minerali u l-konċentrati tat-titanju, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezzijiet kif irrapportati minn TZMI, li magħhom żdiedu l-kostijiet tat-trasport. Il-kost unitarju tat-trasport ġie stabbilit bħala differenza bejn il-prezz CIF tal-ilmenit kif irrapportat fil-Metal Bulletin/Fast Markets (100) u l-prezz FOB għall-istess tip ta’ mineral tat-titanju, kif irrapportat minn TZMI. |
|
(229) |
Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produtturi esportaturi li kkooperaw għall-provvista ta’ materja prima bħala perċentwal tal-kost reali ta’ tali materja prima u mbagħad applikat l-istess perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima biex jinkiseb il-kost mingħajr distorsjoni tat-trasport. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet mingħajr distorsjoni tat-trasport meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija. |
|
(230) |
LB afferma li l-kost tal-mineral tat-titanju miksub domestikament minn minjieri relatati huwa fil-fatt imġarrab u mhux distort skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni tfakkar li biex jiġi prodott it-TiO2, hija meħtieġa firxa ta’ inputs, inklużi l-minerali. Meta l-produtturi tat-TiO2 jiksbu dawn l-inputs domestikament, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet kif deskritt fil-premessa (195) hawn fuq. B’mod aktar speċifiku, input li fih innifsu ġie prodott fiċ-Ċina billi ġiet ikkombinata firxa ta’ fatturi ta’ produzzjoni u kostijiet tal-input (bħal materja prima, enerġija, art, finanzjament, manodopera, eċċ.) huwa wkoll espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-ebda evidenza jew argument kuntrarju ma ġie ppreżentat mill-GTĊ jew mill-produtturi esportaturi fl-investigazzjoni preżenti u għalhekk l-argument ta’ LB kellu jiġi miċħud. |
3.4.3. Manodopera
|
(231) |
Il-Kummissjoni użat l-istatistika ppubblikata mill-IBGE (101) biex tiddetermina l-pagi fil-Brażil bl-użu tal-informazzjoni dettaljata dwar il-pagi fis-settur tal-produzzjoni għall-2021, għall-attività ekonomika 20.1 “Manifattura ta’ prodotti kimiċi inorganiċi” skont il-klassifikazzjoni NACE Rev.2. |
|
(232) |
L-istatistika tal-IBGE tipprovdi informazzjoni dwar il-pagi annwali totali u l-imposti relatati u dwar l-għadd ta’ impjegati fis-settur kimiku. Ġiet ikkunsidrata biss l-informazzjoni relatata mal-persunal marbut mal-produzzjoni. Il-valuri ġew indiċjati mal-perjodu ta’ investigazzjoni bl-użu tal-indiċi nazzjonali tal-prezzijiet tal-konsumatur (102). |
3.4.4. Elettriku
|
(233) |
Il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-prezzijiet tal-elettriku industrijali ppubblikata mill-Ministeru tal-Minjieri u l-Enerġija tal-Brażil (103) għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Ir-rati ppubblikati fil-bullettin ta’ kull xahar kienu jinkludu l-“Imposto sobre Circulação de Mercadorias e Serviços” (“ICMS”), taxxa imposta mill-Istati Brażiljani fuq iċ-ċirkolazzjoni tal-merkanzija u l-provvista ta’ servizzi ta’ trasport u komunikazzjonijiet interstatali u intermuniċipali. Din it-taxxa setgħet tintalab lura mill-utenti industrijali u għalhekk ma tħallsitx b’mod effettiv. Peress li l-ICMS inġabret mill-biċċa l-kbira tal-istati bir-rata ta’ 17 % sa 18 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni kkalkulat mill-ġdid il-parametru referenzjarju tal-elettriku, u naqqset medja ta’ 17,5 % mir-rati ppubblikati. |
3.4.5. Gass naturali
|
(234) |
Il-Kummissjoni użat il-prezz tal-gass naturali għall-utenti industrijali fil-Brażil kif ippubblikat mill-Ministeru tal-Minjieri u l-Enerġija tal-Brażil (104) għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Ir-rati ppubblikati fil-bullettin ta’ kull xahar kienu jinkludu t-taxxa tal-ICMS, u l-Kummissjoni applikat il-metodoloġija użata għad-determinazzjoni tal-prezzijiet tal-elettriku, kif deskritt fil-premessa (233). |
3.4.6. Fwar
|
(235) |
Il-Kummissjoni kkalkulat il-prezz tal-fwar fil-Brażil bl-użu tal-metodoloġija ssuġġerita mid-Dipartiment tal-Enerġija tal-Istati Uniti (105). Din il-metodoloġija tipprovdi kost għall-fwar ibbażat fuq l-input tas-sħana meħtieġ biex jiġi prodott. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni użat il-gass naturali bħala input tas-sħana u użat il-prezz tal-gass għall-utenti industrijali fil-Brażil kif ippubblikat mill-Ministeru tal-Minjieri u l-Enerġija tal-Brażil li jkopri l-perjodu ta’ investigazzjoni. |
3.4.7. Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti
|
(236) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija hawn fuq. |
|
(237) |
Il-kostijiet ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ġew espressi bħala sehem tal-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produtturi esportaturi. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. |
|
(238) |
Għall-istabbiliment ta’ ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u għall-profitt fil-livell tal-kummerċ mill-fabbrika, il-Kummissjoni qagħdet fuq id-data finanzjarja għall-2022 ta’ Tronox Brazil kif estratta mis-sit web tal-kumpanija (106). |
3.4.8. Kalkolu
|
(239) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni bniet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(240) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni applikat il-kostijiet unitarji mingħajr distorsjoni għall-konsum effettiv tal-fatturi individwali tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw. Dawn ir-rati ta’ konsum ipprovduti ġew ivverifikati matul il-verifiki. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità li ġew osservati fil-pajjiż rappreżentattiv, kif deskritt fit-Taqsima 3.4.1. |
|
(241) |
Ladarba ġie stabbilit il-kost tal-manifattura mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni applikat l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitt kif innotat fit-Taqsima 3.4.7. L-SG&A u l-profitt ġew iddeterminati fuq il-bażi tar-rapporti finanzjarji ta’ Tronox Brażil kif spjegat fit-taqsima 3.3.3. L-SG&A espressi bħala perċentwal tal-Kostijiet tal-Prodotti Mibjugħa (“COGS”) u applikati għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammontaw għal 5,9 %. Il-profitt, espress bħala perċentwal tas-COGS u applikat għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammonta għal 5,0 %. |
|
(242) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.5. Prezz tal-esportazzjoni
|
(243) |
Il-produtturi esportaturi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji relatati. |
|
(244) |
Għall-produtturi esportaturi li esportaw il-prodott ikkonċernat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz li effettivament tħallas jew dak pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta nbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
|
(245) |
Għall-produtturi esportaturi li esportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni anki permezz ta’ kumpanija relatata li taġixxi bħala importatur, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, saru aġġustamenti fil-prezz għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-ispejjeż SG&A tal-importatur relatat, u profitt raġonevoli. |
|
(246) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni ta’ importaturi mhux relatati f’dan il-każ, f’din l-investigazzjoni ntuża profitt raġonevoli stabbilit għal 6,89 % fl-investigazzjoni reċenti dwar l-alkoħols tal-polivinil (“PVA”, polyvinyl alcohols) (107) għal prodott kimiku ieħor, biex jiġi stabbilit prezz tal-esportazzjoni affidabbli fil-livell tal-fruntiera tal-Unjoni. |
3.6. Tqabbil
|
(247) |
L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u tagħmel konċessjoni għad-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun fil-livell tal-kummerċ kif joħroġ mill-fabbrika. Kif spjegat aktar hawn taħt, fejn xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jiġu nnettjati lura għal-livell ta’ kif joħorġu mill-fabbrika; u (ii) jagħmlu konċessjonijiet għal differenzi fil-fatturi li ġew iddikjarati, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. |
3.6.1. Aġġustamenti magħmula fil-valur normali
|
(248) |
Kif spjegat fil-premessa (239), il-valur normali ġie stabbilit fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika bl-użu tal-kostijiet tal-produzzjoni flimkien mal-ammonti tal-SG&A u tal-profitt, li tqiesu bħala raġonevoli għal dak il-livell ta’ kummerċ. Għalhekk, ma kien meħtieġ l-ebda aġġustament biex il-valur normali jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. |
|
(249) |
Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni biex tagħmel xi konċessjoni għall-valur normali (minbarra l-aġġustament għall-VAT, li kien pagabbli fuq il-bejgħ għall-esportazzjoni mingħajr rifużjoni), u dawn il-konċessjonijiet lanqas ma ġew ikklejmjati minn xi wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun. |
3.6.2. Aġġustamenti magħmula fil-prezz tal-esportazzjonti
|
(250) |
Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba t-trasport, il-kostijiet tal-ħażna, id-dazji doganali, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar u l-ispejjeż tat-tagħbija. |
|
(251) |
Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: il-kummissjoni, il-kostijiet tal-kreditu u l-ispejjeż bankarji. |
|
(252) |
Fir-rigward tal-aġġustament għall-kummissjonijiet, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, LB esportat it-TiO2 lejn l-Unjoni permezz ta’ negozjanti relatati li jinsabu barra mill-Unjoni, jiġifieri f’Hong Kong u fir-Renju Unit. In-negozjanti kellhom ir-responsabbiltà għall-proċess tal-bejgħ u r-riskji kummerċjali assoċjati miegħu u rċevew marġni kummerċjali għall-bejgħ. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li l-funzjonijiet ta’ dawn in-negozjanti kienu simili għal dawk ta’ aġent li jaħdem fuq bażi ta’ kummissjoni. Konsegwentement, sar ukoll aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) għall-bejgħ permezz tal-kumpaniji kummerċjali relatati. L-aġġustament kien jikkonsisti fit-tnaqqis tal-SG&A tal-kumpaniji kummerċjali u profitt ta’ 6,89 % stabbilit kif stabbilit fil-premessa (246). |
3.7. Marġnijiet ta’ dumping
|
(253) |
Għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott konċernat, skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(254) |
Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping medji ponderati provviżorji, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
|
(255) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkulat il-marġni tad-dumping medju ponderat, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, dak il-marġni kien stabbilit fuq il-bażi tal-marġnijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
|
(256) |
Fuq il-bażi ta’ dan, il-marġini tad-dumping provviżorju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma kinux inklużi fil-kampjun kien ta’ 35,0 %. |
|
(257) |
Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fir-RPĊ, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. |
|
(258) |
Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa l-volum ta’ esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw lejn l-Unjoni espress bħala proporzjon tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li ġew stabbiliti abbażi tal-istatistika tal-Eurostat. |
|
(259) |
Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu aktar minn 96 % tal-importazzjonijiet totali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fil-livell tal-kumpanija inkluża fil-kampjun li kkooperat bl-ogħla marġni tad-dumping. |
|
(260) |
Il-marġnijiet provviżorji tad-dumping, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(261) |
Il-prodott simili kien manifatturat minn 11-il produttur fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(262) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ġiet stabbilita għal madwar 560 000 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħall-makrokwestjonarju ppreżentat mill-ilmentatur. Kif indikat fil-premessa (8), tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
4.2. Determinazzjoni tas-suq rilevanti tal-Unjoni
|
(263) |
Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni sofrietx dannu u sabiex jiġi ddeterminat il-konsum u d-diversi indikaturi ekonomiċi relatati mas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-użu sussegwenti tal-produzzjoni tal-industrija fl-Unjoni tal-prodott simili kellux jiġi kkunsidrat fl-analiżi, u sa liema punt. |
|
(264) |
Il-Kummissjoni sabet li parti żgħira mill-produzzjoni totali tal-produtturi tal-Unjoni kienet destinata għas-suq kaptiv. Tnejn biss mill-ħdax-il produttur tal-Unjoni rrapportaw li biegħu l-prodott b’mod kaptiv u minħabba n-natura kummerċjali kunfidenzjali ta’ din id-data, il-volumi eżatti ma jistgħux jiġu żvelati f’dan ir-Regolament. Iż-żewġ produtturi ma kinux fost il-produtturi inklużi fil-kampjun. Is-suq kaptiv kien stabbli u inqas minn 1 % tal-konsum totali tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(265) |
Il-Kummissjoni eżaminat ċerti indikaturi makroekonomiċi relatati mal-industrija tal-Unjoni abbażi tad-data tal-bejgħ fis-suq ħieles. Dawn l-indikaturi huma: il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni u l-ishma mis-suq. |
|
(266) |
Indikaturi makroekonomiċi oħra jistgħu jiġu eżaminati b’mod sinifikanti biss billi ssir referenza għall-attività kollha, inkluż l-użu kaptiv u l-bejgħ ristrett tal-industrija tal-Unjoni. Dawn huma: il-volumi tal-produzzjoni; il-kapaċità; l-użu tal-kapaċità; l-impjieg; il-produttività; u l-bejgħ għall-esportazzjoni. Huma jiddependu fuq l-attività kollha, kemm jekk il-produzzjoni tkun kaptiva kif ukoll jekk tinbiegħ fis-suq ħieles. |
|
(267) |
Finalment, meta jitqies li żewġ produtturi mhux inklużi fil-kampjun biss irrapportaw ammonti limitati ħafna ta’ bejgħ kaptiv, dak il-bejgħ mhuwiex rifless fl-analiżi tal-indikaturi mikroekonomiċi, li huma bbażati fuq data rrapportata mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. |
|
(268) |
Minħabba li parti żgħira biss mill-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni kienet destinata għas-suq kaptiv, l-investigazzjoni ma sabet l-ebda differenza sinifikanti bejn l-indikaturi ekonomiċi kemm jekk eżaminati b’referenza għall-attività kollha kif ukoll abbażi tad-data għas-suq ħieles. |
4.3. Konsum tal-Unjoni
|
(269) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lis-suq tal-Unjoni, miksub mit-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-makrokwestjonarju ppreżentat mill-ilmentatur, u l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott ikkonċernat minn pajjiżi terzi abbażi tal-istatistika tal-Eurostat. |
|
(270) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Konsum tal-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||
|
(271) |
Il-konsum tal-Unjoni żdied b’4 punti perċentwali mill-2020 sal-2021 u kien ogħla mis-soltu fis-sentejn li huma. Dan kien prinċipalment minħabba l-lockdowns tal-COVID-19 li wasslu lin-nies biex jirrinnovaw djarhom, li rriżulta f’domanda għolja għal żebgħa u kisi għal ġewwa u, konsegwentement, għat-TiO2 bħala l-materja prima ewlenija tagħhom. Peress li l-pandemija tal-COVID-19 kienet preżenti matul is-sena 2021 (mentri min-naħa l-oħra ġiet iddikjarata biss f’nofs Marzu 2020), loġikament isegwi li l-effetti pożittivi li rriżultaw fuq id-domanda fis-suq tal-Unjoni kienu aktar evidenti fl-2021. |
|
(272) |
Wara tali domanda massima, il-konsum tal-Unjoni naqas fl-2022 bi 12-il punt perċentwali, u fil-perjodu ta’ investigazzjoni b’14-il punt perċentwali oħra. |
4.4. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.4.1. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(273) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-istatistika tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-volum tal-importazzjoni u l-konsum totali tal-Unjoni kif stabbilit fit-Tabella 2 hawn fuq. |
|
(274) |
L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Volum tal-bejgħ (tunnellati) u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(275) |
L-importazzjonijiet Ċiniżi kienu preżenti fis-suq tal-Unjoni mill-bidu tal-perjodu kkonċernat. L-importazzjonijiet juru xejra ta’ żieda, li tirriżulta f’żieda ġenerali ta’ 17 % mill-2020 sal-perjodu ta’ investigazzjoni. Fis-suq li qed jiċkien osservat fl-2022 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni (ara t-Tabella 2 hawn fuq), dan irriżulta f’żieda sinifikanti ta’ 50 % tas-sehem mis-suq Ċiniż mill-2020 sal-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(276) |
Fl-2021, kien hemm treġġigħ lura temporanju ta’ din iż-żieda kontinwa fil-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi u fis-sehem mis-suq minħabba ċirkostanzi straordinarji tal-kriżi tat-tbaħħir li kienet prevalenti fl-2021. Il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u s-sehem mis-suq tagħhom naqsu dik is-sena b’5 % u 9 %, rispettivament. |
|
(277) |
Madankollu, hekk kif il-kriżi tat-trasport marittimu bdiet tonqos fl-2022, l-importazzjonijiet Ċiniżi reġgħu bdew jiżdiedu, u kisbu 10 punti perċentwali f’termini ta’ volum fl-2022 u 12-il punt perċentwali addizzjonali fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
4.4.2. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezz
|
(278) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tal-istatistika tal-Eurostat li tiddividi l-valuri totali tal-importazzjonijiet Ċiniżi bil-volum totali ta’ dawk l-importazzjonijiet. It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fiċ-Ċina. |
|
(279) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 4 Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||
|
(280) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina żdiedu fl-2021 u fl-2022. L-ilmentatur sostna li tali żieda kkoinċidiet ma’ żieda fil-prezzijiet globali tal-mineral tal-ilmenit, kif ukoll maż-żieda fil-kostijiet tat-trasport bil-baħar esperjenzati fl-2021 u fl-2022. Hekk kif il-kostijiet tat-trasport marittimu tbaxxew eqreb lejn il-livelli storiċi sa tmiem l-2022 (jiġifieri, fil-bidu tal-perjodu ta’ investigazzjoni), il-prezzijiet Ċiniżi naqsu wkoll paripassu, minkejja li l-kost tal-materja prima ewlenija baqa’ għoli. |
|
(281) |
Minkejja dan, il-prezzijiet sal-konsenja Ċiniżi baqgħu taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, bl-eċċezzjoni fl-2021, meta l-prezzijiet tal-kontejners miċ-Ċina lejn l-Unjoni laħqu l-ogħla livell tagħhom. |
|
(282) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:
|
|
(283) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, aġġustati kif xieraq fejn meħtieġ, u wara tnaqqis ta’ ribassi u skontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwali tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz medju ponderat ta’ bejn 14 % u 15,3 % mill-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni. Il-volum tal-importazzjonijiet li nstab li kien qed iwaqqa’ l-prezzijiet b’dan il-mod jirrappreżenta madwar 70 % tal-importazzjonijiet totali miċ-Ċina fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(284) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ trażżin tal-prezzijiet matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u t-tnaqqis fil-prezzijiet fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(285) |
Filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu qed jiżdiedu fl-2021 u fl-2022, dawn kienu konsistentement taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, ħlief fl-2021 meta l-kostijiet tat-trasport bil-baħar kienu fl-ogħla livell tagħhom. Kif muri fit-Tabella 8 hawn taħt, id-distakk bejn il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-kostijiet tal-produzzjoni tagħhom kien qed jonqos f’kull sena tal-perjodu kkunsidrat, li juri trażżin tal-prezzijiet. |
|
(286) |
Barra minn hekk, fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu b’aktar minn kwart meta mqabbla mal-2022, filwaqt li żiedu l-volum u s-sehem mis-suq tagħhom fis-suq tal-Unjoni. Dan ikkawża pressjoni sinifikanti ’l isfel fil-prezzijiet fuq l-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni, peress li l-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas il-prezzijiet tagħha taħt il-kost tal-produzzjoni tagħha u tassorbi t-telf sabiex iżżomm xi sehem mis-suq, minkejja li l-kostijiet tal-produzzjoni komplew jiżdiedu. |
4.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Rimarki ġenerali
|
(287) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(288) |
Kif imsemmi fil-premessa (19), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
|
(289) |
Biex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġiba għall-makrokwestjonarju pprovdut mill-ilmentatur u d-data tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tad-data inkluża fit-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Id-data relatata mal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(290) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(291) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta’ unità, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.5.2.1. Il-Produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
(292) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 5 Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(293) |
Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’31 % bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, u segwa mill-qrib ix-xejriet osservati fil-volum tal-bejgħ murija fit-Tabella 6 hawn taħt. Dan it-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni kien aktar sinifikanti mit-tnaqqis ta’ 22 % fil-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda temporanja fil-volumi tal-produzzjoni osservata fl-2021 hija attribwibbli għaż-żieda fid-domanda kkawżata, kif spjegat fil-premessa (271) hawn fuq, mill-ekonomija “noqogħdu d-dar” matul il-lockdowns tal-COVID-19, li l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tibbenefika minnhom b’mod partikolari minħabba t-tnaqqis tal-importazzjonijiet Ċiniżi dik is-sena. |
|
(294) |
Il-kapaċità totali tal-Unjoni varjat bi 2–3 % matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis fil-kapaċità osservat fl-2021 huwa dovut għall-waqfien tal-produzzjoni ta’ xahar għall-manutenzjoni li wieħed mill-produtturi kellu jwettaq dik is-sena, u l-għeluq tal-linja tal-produzzjoni tas-sulfat ta’ Kronos Leverkusen. Fl-2022 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni l-kapaċità żdiedet bi ftit, l-aktar minħabba t-tlestija ta’ proġetti li rriżultaw f’nuqqas ta’ konġestjoni f’xi impjanti fl-Unjoni. |
|
(295) |
Barra minn hekk, produttur wieħed tal-Unjoni mhux fil-kampjun, Venator, għalaq tnejn mill-impjanti tiegħu fl-Unjoni: Venator Duisburg u Venator Scarlino. Id-deċiżjonijiet dwar l-għeluq ta’ dawn l-impjanti ttieħdu f’Ġunju 2023 u fi Frar 2024 u għalhekk l-effett tal-għeluq ta’ dan l-impjant fuq il-volum tal-produzzjoni u fuq il-kapaċità tal-produzzjoni kien għadu mhux viżibbli jew viżibbli biss sa ċertu punt matul il-perjodu tal-investigazzjoni. |
|
(296) |
Iż-żieda fl-użu tal-kapaċità osservata fl-2021, filwaqt li tabilħaqq kienet ikkawżata minn żieda fil-volumi netti tal-produzzjoni minħabba żieda fid-domanda matul il-pandemija tal-COVID-19, hija għalhekk akbar minħabba t-tnaqqis fil-kapaċità ġenerali. Il-volumi tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità mbagħad naqsu fl-2022 u speċjalment fil-perjodu ta’ investigazzjoni, parzjalment wara x-xejra tat-tnaqqis ġenerali fid-domanda, iżda wkoll minħabba t-telf tas-sehem mis-suq għall-importazzjonijiet Ċiniżi, kif spjegat hawn taħt. |
4.5.2.2. Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
(297) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 6 Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(298) |
Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied fl-2021 bi 13-il punt perċentwali meta mqabbel mal-2020, prinċipalment minħabba ż-żieda fid-domanda msemmija hawn fuq ikkawżata mill-ekonomija “noqogħdu d-dar” matul il-lockdowns tal-COVID-19 u t-tnaqqis fil-pressjoni eżerċitata mill-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping f’dik is-sena. Kif diġà ġie spjegat hawn fuq, id-domanda għat-TiO2 bdiet tonqos fl-2022 wara d-domanda għolja fl-2021. Hekk kif il-kriżi tat-trasport marittimu kienet qed tonqos fl-istess ħin, l-importazzjonijiet Ċiniżi bdew jiżdiedu, kemm f’termini assoluti kif ukoll f’ishma mis-suq, li rriżulta fi tnaqqis qawwi fil-volumi tal-bejgħ tal-Unjoni. |
|
(299) |
L-ishma tas-suq jirriflettu wkoll din ir-realtà tas-suq. Fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping fis-suq matul iż-żieda fid-domanda fl-2021, l-industrija tal-Unjoni kisbet 4 punti perċentwali fis-sehem mis-suq. Fis-suq li qed jiċkien tal-2022 u matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, b’volumi dejjem jiżdiedu ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina, l-industrija tal-Unjoni l-ewwel tilfet 4 punti perċentwali fis-sehem mis-suq fl-2022, u 2 punti perċentwali oħra fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
4.5.2.3. Tkabbir
|
(300) |
Kif spjegat hawn fuq, minħabba ċirkostanzi speċjali kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 (ekonomija “noqogħdu d-dar” minħabba lockdowns f’parti mill-2020 u fl-2021, u l-kriżi tat-trasport marittimu fl-2021), l-industrija tal-Unjoni setgħet tagħmel profitt mill-ogħla domanda fl-2021 bl-importazzjonijiet Ċiniżi jonqsu dik is-sena. Dan ikkalma temporanjament it-tnaqqis tal-industrija tal-Unjoni li, għalkemm fis-suq li qed jiċkien tal-2022 u tul il-perjodu ta’ investigazzjoni, tilfet sehem sinifikanti mis-suq favur l-importazzjonijiet Ċiniżi. |
4.5.2.4. Impjieg u produttività
|
(301) |
L-impjieg u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 7 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(302) |
L-industrija tal-Unjoni naqqset b’mod stabbli l-forza tax-xogħol tagħha matul il-perjodu kkunsidrat, hekk kif il-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ tagħha naqsu. |
|
(303) |
Il-produttività żviluppat f’konformità mal-bidliet fil-produzzjoni u fl-impjiegi. Dan naqas b’26 % matul il-perjodu kkunsidrat, b’żieda temporanja fl-2021, bis-saħħa taż-żieda fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni minħabba l-kundizzjonijiet eċċezzjonalment favorevoli msemmija hawn fuq f’dik is-sena. |
4.5.2.5. Kobor tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat
|
(304) |
Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tal-kobor tal-marġnijiet attwali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, minħabba l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. |
|
(305) |
Din hija l-ewwel investigazzjoni antidumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, ma kien hemm l-ebda data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat. |
4.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.5.3.1. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(306) |
Il-prezzijiet medji ponderati ta’ bejgħ ta’ unità taż-żewġ produtturi tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 8 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(307) |
It-Tabella 8 hawn fuq turi li l-perjodu mill-2021 ’il quddiem kien perjodu ta’ żidiet kontinwi fil-kostijiet, xprunati prinċipalment minn żieda fil-kostijiet tal-materja prima u tal-enerġija prinċipali. Dan kien partikolarment evidenti fl-2022 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, meta l-pressjonijiet inflazzjonarji globali żdiedu b’mod sinifikanti. L-ilmentatur sostna li, għalkemm l-invażjoni Russa tal-Ukrajna fi Frar 2022 ikkawżat żieda kbira fil-kostijiet tal-enerġija fl-Unjoni, il-fattur ewlieni li influwenza ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni huwa ż-żieda fil-kostijiet tal-materja prima ewlenija, il-minerali tat-titanju. |
|
(308) |
Din iż-żieda osservata fil-kost tal-produzzjoni għalhekk ġiet issodisfata minn żieda fil-prezzijiet fl-2021 u fl-2022, meta l-industrija tal-Unjoni kienet għadha kapaċi żżomm il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha ogħla mill-kostijiet tal-produzzjoni tagħha. Kif turi t-Tabella 8 hawn fuq, madankollu, id-differenza bejn il-kost tal-produzzjoni u l-prezz tal-bejgħ kienet qed tonqos dejjem aktar kull sena. Fl-aħħar nett, fil-perjodu ta’ investigazzjoni, minkejja żieda sinifikanti ulterjuri fil-kost meta mqabbla mal-2022, il-produtturi tal-Unjoni mhux biss ma setgħux jibqgħu jżommu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom ogħla mill-kost tal-produzzjoni tagħhom, iżda saħansitra kellhom inaqqsu l-prezzijiet tagħhom meta mqabbla mal-2022 biex iżommu xi sehem mis-suq. |
|
(309) |
Minkejja li d-domanda għat-TiO2 kienet tabilħaqq l-aktar baxxa fil-perjodu ta’ investigazzjoni, l-importazzjonijiet minn diversi sorsi (bħar-Renju Unit u l-Messiku, ara t-Tabella 12 hawn taħt) irnexxielhom iżidu l-prezzijiet tagħhom meta mqabbla mal-2022, filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn sorsi oħra naqsu biss bi ftit. L-aktar tnaqqis evidenti fil-prezzijiet, u fl-istess ħin l-aktar żieda qawwija fl-ishma mis-suq ġew mill-importazzjonijiet Ċiniżi, li b’hekk b’mod ċar eżerċitaw pressjoni sinifikanti fuq l-industrija tal-Unjoni biex tnaqqas il-prezzijiet tagħha stess. |
4.5.3.2. Kostijiet lavorattivi
|
(310) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 9 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||
|
(311) |
Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat żdied b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.5.3.3. Inventarji
|
(312) |
Il-livelli tal-istokks tat-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(313) |
Il-livell ta’ inventarji f’termini assoluti u bħala perċentwal tal-produzzjoni naqas bi 33 % u 36 %, rispettivament, fl-2021 minħabba kundizzjonijiet favorevoli fejn l-industrija tal-Unjoni setgħet iżżid il-volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tagħha. Hekk kif is-suq beda jiċkien fl-2022, il-volum tal-inventarji reġa’ żdied u mhux il-produzzjoni prevista kollha ġiet mibjugħa. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, l-inventarji reġgħu naqsu peress li l-volumi tal-produzzjoni kienu qed jitnaqqsu wkoll. Peress li l-volumi tal-bejgħ kienu qed jonqsu fis-suq li qed jiċkien kemm fl-2022 kif ukoll fil-perjodu ta’ investigazzjoni, l-inventarji bħala perċentwal tal-produzzjoni bdew jiżdiedu mill-ġdid, u fil-perjodu ta’ investigazzjoni laħqu kważi l-istess livell li kienu fl-2020. |
4.5.3.4. Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital
|
(314) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni [inklużi fil-kampjun] żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(315) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabilità tat-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. |
|
(316) |
Kif muri fit-Tabella 8 hawn fuq, id-distakk bejn il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-kostijiet tal-produzzjoni tagħhom kien qed jonqos f’kull sena tal-perjodu kkunsidrat, filwaqt li fil-perjodu ta’ investigazzjoni l-industrija tal-Unjoni saħansitra kellha tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha taħt il-kost tal-produzzjoni li kien qed jiżdied. Dan juri li filwaqt li t-trażżin tal-prezzijiet kienet preżenti matul il-perjodu kkunsidrat, dan inbidel fi tnaqqis fil-prezzijiet fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(317) |
L-iżbilanċ taż-żieda fil-kost u l-prezzijiet imrażżna ssarrfu fl-erożjoni fil-profittabbiltà matul il-perjodu kkunsidrat, bis-sena 2021 għal darb’ oħra tkun l-eċċezzjoni, kif spjegat hawn taħt. |
|
(318) |
Barra minn hekk, iż-żieda fil-profittabbiltà fl-2021 hija spjegata mill-fatt li, għalkemm il-profitt nett fuq bejgħ ta’ unità fl-2021 (EUR 229, id-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ ta’ unità u l-kost unitarju tal-produzzjoni) kienet aktar baxxa mill-profitt nett fuq bejgħ ta’ unità fl-2020 (EUR 268), il-fluss tal-flus xorta żdied minħabba żieda fil-volumi tal-bejgħ. |
|
(319) |
Peress li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien qed jonqos fl-2022 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, u l-prezzijiet tagħha baqgħu jiġu mrażżna fl-2022 u naqsu fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-profittabbiltà tagħha naqset b’4,8 punti perċentwali fl-2022 u b’16,8 punti perċentwali oħra fil-perjodu ta’ investigazzjoni, u qalbet drastikament għan-negattiv. |
|
(320) |
L-investimenti naqsu b’– 4 % fl-2021, qabel ma dehru li żdiedu bi + 8 % fl-2022 u + 10 % oħra fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, din ix-xejra ta’ żieda hija qarrieqa, u l-Kummissjoni setgħet tivverifika li din iż-żieda apparenti fl-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tista’ tiġi attribwita b’mod ċar għal investiment wieħed ta’ madwar EUR 10 miljun għall-espansjoni tal-kapaċità, mifrux matul l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, li produttur wieħed tal-Unjoni kien impenja ruħu li jagħmel preċedentement u ma setax jikkanċellah b’mod raġonevoli. Kif wera l-produttur, l-ippjanar, ix-xogħol ta’ bażi, u l-ordni tat-tagħmir kollha saru qabel il-perjodu kkonċernat. Ladarba t-tagħmir ġie kkonsenjat, kellu jiġi installat, minħabba li kien ikun aktar għali li jitħalla ma jintużax u jiġi espost għall-elementi. Mingħajr dan l-investiment, iċ-ċifri ġenerali tal-investiment tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu juru xejra ta’ tnaqqis simili għal indikaturi ewlenin oħra tad-dannu. |
|
(321) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Fid-dawl tal-iżviluppi deskritti hawn fuq, dan kien qed jonqos kontinwament matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u naqas minn ċifra b’saħħitha ta’ + 53 % fl-2020 għal – 67 % negattiv profond fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(322) |
Il-ħila tal-industrija tal-Unjoni li tiġġenera l-kapital kienet affettwata b’mod sever mill-erożjoni tal-profittabilità kif ukoll tal-fluss tal-flus imġarrba matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.5.4. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(323) |
L-indikaturi ewlenin kollha tad-dannu wrew xejra negattiva matul il-perjodu kkunsidrat u, għalkemm is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tjiebet temporanjament fl-2021, l-indikaturi tad-dannu naqsu fl-2022 u mbagħad naqsu drastikament fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(324) |
Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’31 % u l-volum tal-bejgħ tagħha naqas b’25 % bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan it-tnaqqis kien aktar sinifikanti mit-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni, li naqas bi 22 % matul il-perjodu kkunsidrat. Konsegwentement, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 49 % fl-2020 għal 47 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni b’żieda temporanja fl-2021 u fil-bidu tal-2022. |
|
(325) |
Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu fil-volum bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat u s-sehem mis-suq Ċiniż żdied minn 15 % fl-2020 għal 22 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. L-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu temporanjament fil-volum b’5 % minħabba l-kriżi tat-trasport marittimu bejn l-2020 u l-2021. Billi kienet temporanjament protetta minn importazzjonijiet irħas miċ-Ċina, u b’żieda fid-domanda matul il-pandemija tal-COVID-19, l-industrija tal-Unjoni setgħet iżżid il-kwantitajiet tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, u tikseb profitti għoljin mhux mistennija fl-2021. Madankollu, din ix-xejra pożittiva kienet dovuta għal ċirkostanzi eċċezzjonali, u kienet treġġgħet lura sakemm beda l-perjodu ta’ investigazzjoni, meta l-kwantitajiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’mod sinifikanti (bi 38 punti perċentwali bejn l-2021 u l-perjodu ta’ investigazzjoni) u l-profittabbiltà tagħha naqset (minn 10 % fl-2021 għal – 12 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni). |
|
(326) |
Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni kienet iffaċċjata b’żieda sinifikanti fil-kost tal-produzzjoni, li żdied b’71 % matul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda fil-kost kienet xprunata prinċipalment minn kostijiet ogħla tal-materja prima u l-enerġija prinċipali. L-industrija tal-Unjoni, madankollu, ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha b’mod suffiċjenti biex tpatti għal din iż-żieda kbira fil-kost. Il-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom żdiedu biss b’31 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet laħqu l-ogħla livell fl-2022, iżda naqsu b’mod sinifikanti fil-perjodu ta’ investigazzjoni, minkejja li l-kostijiet tal-produzzjoni komplew jiżdiedu. B’riżultat ta’ dan, l-industrija tal-Unjoni bdiet tagħmel telf fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Effetti negattivi simili jidhru fil-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment. |
|
(327) |
Kif diġà ġie spjegat fil-premessa (316) hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping Ċiniżi kienu qed jeżerċitaw trażżin tal-prezzijiet fuq l-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u tnaqqis fil-prezzijiet fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(328) |
Bħala konklużjoni, għalkemm iċ-ċirkostanzi straordinarji fl-2021 ippermettew lill-industrija tal-Unjoni jkollha prestazzjoni tajba, fis-suq li qed jiċkien tal-2022 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu qed jiżdiedu u qed jiksbu sehem mis-suq, u b’hekk irażżnu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, filwaqt li l-kostijiet tal-produzzjoni tagħha kienu qed jiżdiedu. Dan huwa partikolarment evidenti fil-perjodu ta’ investigazzjoni, meta l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu bi kwart meta mqabbla mal-2022. |
4.5.4.1. Kummenti mill-partijiet
|
(329) |
Diversi partijiet ikkontestaw l-eżistenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(330) |
L-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Industrija tal-Kisi taċ-Ċina (“CNCIA”, China National Coatings Industry Association) assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-produtturi esportaturi, sostniet li ma kien hemm l-ebda dannu għall-industrija tal-Unjoni, filwaqt li kkwotat ċerti partijiet tar-rapporti annwali ta’ diversi produtturi tal-Unjoni, b’mod partikolari Cinkarna, wieħed mill-produtturi tal-Unjoni mhux inklużi fil-kampjun. Is-CNCIA għalhekk sostniet li: (i) Cinkarna żammet il-livelli massimi tal-produzzjoni skont ir-rapport annwali tagħha tal-2022, (ii) Kronos u Cinkarna żiedu l-valur totali tal-bejgħ tagħhom fl-2021 u fl-2022, (iii) Cinkarna, Tronox, u Venator irrapportaw żidiet fil-prezzijiet u/jew fid-dħul fl-2022 meta mqabbla mas-snin preċedenti, (iv) Cinkarna rrapportat żieda fil-profitt u qligħ qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-ammortizzament fl-2022 meta mqabbla mal-2021, u (v) Cinkarna ppjanat li tirdoppja l-livell ta’ investimenti tagħha fl-2023. |
|
(331) |
Il-Kummissjoni nnotat mill-bidu nett li, filwaqt li produtturi differenti jistgħu jkunu sejrin aħjar jew agħar sa ċertu punt, il-prestazzjoni ta’ produttur wieħed (Cinkarna), enfasizzata fil-punti (i), (iv), u (v) hawn fuq, mhijiex neċessarjament indikattiva tal-prestazzjoni tal-industrija kollha tal-Unjoni. Din hija preċiżament ir-raġuni għaliex il-Kummissjoni tagħżel kampjun rappreżentattiv tal-produtturi tal-Unjoni, biex tasal għal konklużjoni dwar l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi ta’ dan il-kampjun. Barra minn hekk, l-analiżi tal-Kummissjoni hija ffukata biss fuq l-indikaturi ekonomiċi relatati mal-prodott li qed jiġi investigat li jirrikjedi analiżi aktar granulari milli sempliċiment jiġu kkunsidrati ċ-ċifri ġenerali fir-rapport annwali tal-produttur tal-Unjoni. Jekk parti interessata tkun tal-opinjoni li l-kampjun propost ma kienx ikun rappreżentattiv għall-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi minħabba li waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun qed ikollha prestazzjoni ħafna agħar mill-bqija minħabba kwalunkwe ċirkostanza speċifika, jew viċi versa, din il-parti għandha tesprimi l-oppożizzjoni tagħha għall-kampjun propost tal-produtturi tal-Unjoni fil-bidu tal-investigazzjoni, li s-CNCIA ma għamlitx. |
|
(332) |
Bl-istess mod, il-Kummissjoni nnotat li l-valutazzjoni skont il-punti (ii) u (iii) hawn fuq hija parzjali, filwaqt li tqis biss uħud mill-indikaturi tad-dannu mingħajr ma tqishom fil-kuntest tas-sitwazzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni u tas-suq tal-Unjoni, kif tagħmel il-Kummissjoni meta tasal għall-konklużjonijiet tagħha fl-investigazzjonijiet anti-dumping. Kif muri fit-Tabella 8 hawn fuq, il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ unità tal-industrija tal-Unjoni żdiedu kemm fl-2021 kif ukoll fl-2022. Madankollu, din iż-żieda fil-prezzijiet kienet xprunata mill-ħtieġa li tinżamm il-profittabbiltà paripassu maż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tabilħaqq sabet li l-valur globali tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied fl-2022 meta mqabbel mal-2021. Dan ma jfissirx, madankollu, prestazzjoni mtejba fis-suq kif issuġġeriet is-CNCIA, peress li l-volumi totali tal-bejgħ kienu qed jonqsu. Għalhekk, l-eżami b’mod iżolat tal-valur totali tal-bejgħ f’sena partikolari mhuwiex informattiv. |
|
(333) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-elementi enfasizzati mis-CNCIA, elenkati fil-premessa (330) hawn fuq, għalkemm fattwalment veri, ma jinvalidawx il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi. |
|
(334) |
Is-CNCIA indikat ukoll li fid-deċiżjoni tagħha dwar it-tmiem tal-investigazzjoni anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġinaw miċ-Ċina, (108) il-Kummissjoni ma sabet l-ebda dannu anki jekk is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni f’dak il-każ naqas b’21 %, meta mqabbel ma’ tnaqqis ta’ 2 punti perċentwali biss f’dan il-każ. Kif iddikjarat fil-premessa (332) hawn fuq, il-Kummissjoni tqis l-indikaturi kollha tad-dannu b’mod olistiku, fil-kuntest tas-sitwazzjoni ġenerali tal-industrija tal-Unjoni u tas-suq tal-Unjoni, li huma naturalment differenti f’kull investigazzjoni, u għalhekk il-konklużjonijiet finali jsiru fuq il-bażi ta’ każ b’każ. Il-Kummissjoni nnotat f’dak ir-rigward li s-CNCIA qed tiffoka biss fuq element wieħed tal-investigazzjoni msemmija hawn fuq, filwaqt li d-deċiżjoni ta’ terminazzjoni kienet fil-fatt ibbażata fuq diversi fatturi, b’mod partikolari l-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni (109). Fi kwalunkwe każ, iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ dak il-każ ma għandhom l-ebda effett fuq iċ-ċirkostanzi f’din l-investigazzjoni. |
|
(335) |
Is-CNCIA sostniet ukoll li t-tnaqqis fil-produzzjoni osservat wara l-2021 jista’ jiġi attribwit għall-għeluq tal-impjanti deskritti fil-premessi (294) u (295) hawn fuq. Kif huwa evidenti mill-makrokwestjonarju ppreżentat mill-ilmentatur, madankollu, kważi l-volumi kollha tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni naqsu kemm fl-2021 kif ukoll fl-2022 sena wara sena, u mhux biss f’dawk it-tliet impjanti. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni bħala infondata. |
|
(336) |
Utent, PPG Industries Europe Sarl (“PPG”), sostna wkoll li ma hemm l-ebda trażżin tal-prezzijiet, minħabba li Venator iddeċieda li jżid il-prezzijiet globalment, inkluż fl-Unjoni, fil-bidu tal-2024 minħabba l-ħtieġa li “jinbeda l-proċess tal-irkupru tal-marġnijiet għal livelli sostenibbli”, filwaqt li kkwota l-istqarrija għall-istampa ta’ Venator minn Frar 2024 (110). Madankollu, dan mhuwiex rilevanti fil-kuntest tal-analiżi ta’ hawn fuq, peress li dawn l-affermazzjonijiet mill-Venator saru wara l-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li l-analiżi u l-valutazzjonijiet kollha ta’ hawn fuq iħarsu lura, lejn il-perjodu ta’ investigazzjoni u t-tliet snin preċedenti. Barra minn hekk, ma tista’ tinsilet l-ebda konklużjoni dwar it-trażżin tal-prezzijiet mis-sempliċi fatt li produttur wieħed tal-Unjoni ħabbar żidiet fil-prezzijiet. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. |
|
(337) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
5. KAWŻA
|
(338) |
F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħrajn setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kull dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħra apparti l-importazzjonijiet oġġett ta dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni u fatturi oħra, bħat-tnaqqis globali fil-konsum wara l-pandemija tal-COVID-19, bassru titjib fil-kundizzjonijiet tas-suq, żieda fil-kost tal-produzzjoni, u projbizzjoni fuq l-użu ta’ TiO2 għall-użu alimentari fl-Unjoni. |
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
|
(339) |
Kif spjegat fil-premessa (271) hawn fuq, il-konsum tal-Unjoni żdied matul il-pandemija tal-COVID-19, fejn il-lockdowns fl-Unjoni wasslu lin-nies biex jirrinnovaw djarhom, li rriżulta f’żieda fid-domanda għat-TiO2 fl-2020 u speċjalment fl-2021. Din iż-żieda qawwija fid-domanda kienet segwita minn tnaqqis daqstant evidenti fid-domanda osservat fl-2022 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Filwaqt li dan it-tnaqqis kien prinċipalment xprunat minn tneħħija tal-istokks wara ż-żieda fid-domanda fl-2020 u fl-2021, dan kompla jiġi aggravat mill-pressjonijiet inflazzjonarji ġenerali li bdew fl-2022 u x’aktarx il-biża’ ta’ instabbiltà tas-suq ikkawżata mill-invażjoni Russa tal-Ukrajna. |
|
(340) |
Kif muri fit-Tabella 3, l-importazzjonijiet Ċiniżi żammew preżenza qawwija fl-Unjoni fi ħdan tali suq u żdiedu fil-volum bi 17 % mill-2020 sal-perjodu ta’ investigazzjoni. Anki fis-suq li kien qed jiċkien osservat fl-2022 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, dan irriżulta f’żieda sinifikanti ta’ 50 % tas-sehem mis-suq Ċiniż mill-2020 sal-perjodu ta’ investigazzjoni. Din ix-xejra treġġgħet lura temporanjament biss fl-2021: il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u s-sehem mis-suq tagħhom naqsu dik is-sena b’ 5 % u 9 %, rispettivament, li jista’ jiġi attribwit għall-kriżi tat-trasport marittimu, u b’hekk naqsu l-volumi ta’ oġġetti li ġejjin miċ-Ċina. Flimkien mad-domanda massima fl-2021, dan ipprovda ftit serħan għall-industrija tal-Unjoni li ppermettielha żżid b’mod sinifikanti l-volumi tal-bejgħ tagħha u temporanjament terġa’ tikseb is-sehem mis-suq (ara t-Tabella 6 hawn fuq). |
|
(341) |
Madankollu, hekk kif il-kriżi tat-trasport marittimu bdiet tonqos fl-2022, l-importazzjonijiet Ċiniżi reġgħu bdew jiżdiedu, u żdiedu b’10 % f’termini ta’ volum fl-2022 u bi 12 % addizzjonali fil-perjodu ta’ investigazzjoni, għad-detriment tal-produtturi tal-Unjoni, u tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra (ara t-Tabella 12 hawn taħt). Dan huwa rifless b’mod ċar fl-ishma mis-suq, fejn is-sehem mis-suq dejjem akbar tal-importazzjonijiet Ċiniżi jikkoinċidi perfettament mas-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni u tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li t-tnejn naqsu kemm fl-2022 kif ukoll fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(342) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina jirriflettu wkoll ir-realtajiet tas-suq ta’ hawn fuq. Il-prezzijiet Ċiniżi ta’ wara l-kunsinna baqgħu taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, ħlief fl-2021 meta l-kriżi tat-trasport marittimu u l-kost tat-trasport marittimu miċ-Ċina lejn l-Ewropa laħqu l-quċċata tagħhom. Barra minn hekk, il-prezzijiet Ċiniżi ta’ wara l-kunsinna kienu saħansitra taħt il-kost medju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kemm fl-2020 kif ukoll fil-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li fl-2022 kienu bażikament fl-istess livell. Li kieku l-kostijiet tat-trasport marittimu ma splodewx fl-2021 u fl-2022, il-prezzijiet Ċiniżi ta’ wara l-kunsinna setgħu faċilment jibqgħu taħt il-kost unitarju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(343) |
Anki kif kienu, il-prezzijiet Ċiniżi kkawżaw b’mod ċar trażżin tal-prezzijiet lill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (ara l-premessa (284)) u tnaqqis fil-prezzijiet fil-perjodu ta’ investigazzjoni (ara l-premessa (286)). |
|
(344) |
Barra minn hekk, kif diġà ssemma fil-premessi (282) u (283), il-Kummissjoni stabbiliet marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz medju ponderat ta’ bejn 14 % u 15,3 % mill-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li jikkoinċidi maż-żmien meta s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet qed tiddeterjora dejjem aktar. |
|
(345) |
L-analiżi tal-indikaturi tad-dannu fil-premessi (269) sa (337) turi li s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar speċjalment lejn tmiem il-perjodu kkunsidrat u dan ikkoinċida ma’ żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat, li nstabu li waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawk l-importazzjonijiet, fi kwalunkwe każ, ikkawżaw trażżin sinifikanti tal-prezzijiet matul il-perjodu kkunsidrat u tnaqqis fil-prezzijiet fil-perjodu ta’ investigazzjoni, peress li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha f’konformità maż-żieda fil-kost tal-produzzjoni, u saħansitra kellha tnaqqas il-prezzijiet taħt il-kost tal-produzzjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(346) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet b’mod provviżorju li hemm rabta kawżali bejn id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. Tali dannu kellu effetti kemm fuq il-volum kif ukoll fuq il-prezz. |
5.2. Effetti ta’ fatturi oħrajn
|
(347) |
Diversi partijiet interessati iddikjaraw li kwalunkwe dannu lill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat ma kienx ikkawżat mill-esportazzjonijiet Ċiniżi iżda minn fatturi oħra. Dawn jinkludu tnaqqis globali fil-konsum wara l-pandemija tal-COVID-19, żieda fil-kost tal-produzzjoni, u projbizzjoni tal-użu ta’ TiO2 għall-użu alimentari fl-Unjoni. |
|
(348) |
Il-Kummissjoni analizzat jekk u sa liema punt dawk il-fatturi kkontribwew għad-dannu. |
5.2.1. Ċikliċità tas-suq tat-TiO2
|
(349) |
Bosta partijiet sostnew li t-tnaqqis fid-domanda osservat fl-2022 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni ma kien xejn aktar mir-riżultat tat-tnaqqis normali fis-suq ċikliku tat-TiO2. |
|
(350) |
L-ewwel nett, biex jappoġġa din l-affermazzjoni, utent wieħed ipprovda lill-Kummissjoni b’data ta’ informazzjoni dwar is-suq ta’ TZMI (111) minn Novembru 2021, kemm bix-xejriet storiċi kif ukoll bit-tbassir għall-futur. |
|
(351) |
Il-Kummissjoni nnotat f’dak ir-rigward li d-data tal-informazzjoni dwar is-suq imsemmija fil-premessa (350) tikkonċerna x-xejriet aggregati tal-konsum globali, u għalhekk tista’ ma tirriflettix b’mod akkurat is-sitwazzjoni tad-domanda fis-suq tal-Unjoni b’mod speċifiku. Din il-konklużjoni hija msaħħa mill-fatt li, kif diġà ntwera fl-ilment, id-domanda tal-Unjoni wriet tkabbir stabbli fl-2020 u l-2021, b’żieda ta’ 4 % sena wara sena f’kull waħda mis-snin. Barra minn hekk, kif turi t-Tabella 2 hawn fuq, id-domanda tal-Unjoni, filwaqt li tabilħaqq naqset bi 12 % fl-2022, kellha tnaqqis aktar evidenti ta’ 14 % oħra fil-perjodu ta’ investigazzjoni. L-ebda wieħed minn dawn l-iżviluppi ma huwa kompletament konformi mat-tbassir globali ta’ TZMI msemmi fil-premessa (350). |
|
(352) |
It-tieni, żewġ utenti, Munksjö u Felix, sostnew bl-istess mod fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju li s-suq tat-TiO2 huwa ċikliku ħafna, u li d-dannu allegat lill-industrija tal-Unjoni huwa sempliċiment riżultat tas-suq li kien qed jiċkien fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Munksjö ssottomettiet skeda tad-data minn tliet sorsi differenti ta’ informazzjoni dwar is-suq (ICIS, EUWID, u TZMI), li turi l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tat-TiO2 fis-suq tal-Unjoni għal dawn l-aħħar ħmistax-il sena, u ddikjarat li dan juri li s-suq tat-TiO2 tal-Unjoni għadda minn tliet ċikli ta’ tiċkin u tkabbir mill-2008 sal-Q4 tal-2023. |
|
(353) |
Il-Kummissjoni nnotat li din id-data tabilħaqq turi li l-prezzijiet tat-TiO2 fis-suq tal-Unjoni kellhom tliet quċċati f’dawn l-aħħar ħmistax-il sena, fi Q1 2012, Q2 2018, u Q2 2022. Kull wieħed minn dawk il-perjodi ta’ prezzijiet ogħla kien ta’ tul kemxejn differenti u kien segwit b’mod naturali minn tnaqqis fil-prezzijiet. Ix-xejra ġenerali, madankollu, hija waħda ta’ żieda fil-prezzijiet. |
|
(354) |
Fid-dawl ta’ dan kollu ta’ hawn fuq, u wara li analizzat l-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tagħha, il-Kummissjoni għamlet il-konklużjonijiet li ġejjin dwar is-sitwazzjoni fis-suq tal-Unjoni tat-TiO2. |
|
(355) |
L-ewwel nett, filwaqt li tabilħaqq jista’ jkun hemm ċikliċità globali fid-domanda tat-TiO2, ma hemm l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li hija unika għas-suq tat-TiO2 u jistħoqqilha kunsiderazzjoni speċjali peress li s-swieq kollha regolarment jgħaddu minn fażijiet ta’ kontrazzjoni u espansjoni. |
|
(356) |
It-tieni, anki jekk il-previżjonijiet tad-domanda globali ta’ TZMI setgħu kienu ġeneralment preċiżi, dawn urew li ma kinux kompletament konformi mal-iżviluppi attwali osservati fis-suq tal-Unjoni, tal-inqas għall-perjodu kkunsidrat. |
|
(357) |
It-tielet, mid-data kollha disponibbli għall-Kummissjoni, wieħed ma jistax jidentifika xejra li turi b’ċertezza assoluta meta tkun se sseħħ żieda fir-ritmu ekonomiku jew tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fis-suq tal-Unjoni u konsegwentement jikkonkludi li seta’ jiġi mistenni li l-kontrazzjoni sseħħ fl-2023. |
|
(358) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li, anki jekk ix-xejriet tas-suq globali kienu jipprevedu b’mod preċiż li jkun hemm żieda fid-domanda tal-Unjoni fl-2020 u l-2021 u tnaqqis aktar tard, is-suq tal-Unjoni tat-TiO2 kien affettwat minn ċirkostanzi speċifiċi u straordinarji matul il-perjodu kkunsidrat, li ddettaw l-evoluzzjoni tad-domanda. Kif diġà ssemma fil-premessa (271) hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ekonomija “noqogħdu d-dar” xprunata mil-lockdowns tal-COVID-19 wasslet għal żieda fid-domanda għat-TiO2 fl-2020, u speċjalment fl-2021. Għalhekk, anki jekk kien se jkun hemm żieda fid-domanda tal-Unjoni fl-2020, il-pandemija tal-COVID-19 amplifikatha, u kkawżat żieda fid-domanda fl-2021 ukoll. Wara żieda tant kbira fid-domanda, kwalunkwe tnaqqis fil-konsum li jsegwi naturalment ikun jinħass sew ukoll, filwaqt li dan it-tnaqqis (fl-2022 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni) kompla jiġi aggravat minn (a) il-pressjonijiet inflazzjonarji ġenerali li bdew ifeġġu fl-2022 u li kienu preżenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u x’aktarx minn (b) il-biżgħat ta’ instabbiltajiet tas-suq ikkawżati mill-invażjoni Russa tal-Ukrajna fi Frar 2022. |
5.2.2. Id-domanda fis-suq tal-Unjoni
|
(359) |
Min-naħa l-oħra, xi partijiet sostnew li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni li qed tiddeterjora kienet dovuta preċiżament għal tnaqqis sinifikanti fid-domanda wara l-pandemija tal-COVID-19 u l-pressjonijiet inflazzjonarji tal-2022 identifikati hawn fuq. |
|
(360) |
Il-Kummissjoni nnotat f’dak ir-rigward li s-suq tal-Unjoni esperjenza tnaqqis qawwi fid-domanda, xprunat kemm minn tneħħija tal-istokks wara l-perjodu għoli ta’ domanda matul il-pandemija tal-COVID-19 kif ukoll minn pressjonijiet inflazzjonarji ġenerali (ara fil-premessa (358)). Tali suq li qed jiċkien żgur li kien jirriżulta fi tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, irrispettivament mill-eżistenza ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina. |
|
(361) |
Madankollu, f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, f’tali tnaqqis, il-volumi tal-bejgħ fis-suq tal-parteċipanti kollha fis-suq kienu jonqsu bejn wieħed u ieħor b’mod ugwali. Madankollu, f’dan il-każ, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha (minbarra ċ-Ċina) u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni (kif muri fit-tabelli 6 u 12 hawn fuq) kważi kollha qed jonqsu kemm fl-2022 kif ukoll fil-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li l-importazzjonijiet Ċiniżi biss qed jiżdiedu f’dawk is-snin (kif muri fit-Tabella 3 hawn fuq), li jindika għal darb’oħra l-konklużjoni li, hekk kif il-prezzijiet tat-trasport bil-baħar bdew jonqsu fl-2022, il-produtturi Ċiniżi setgħu jkomplu jbigħu l-prodott tagħhom fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping, u b’hekk kisbu sehem mis-suq għad-detriment ta’ atturi oħra. |
|
(362) |
Fir-rigward tat-tnaqqis fil-konsum, is-CNCIA indikat li fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2012 rigward l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-proteina tas-sojja kkonċentrata li joriġinaw mir-RPĊ (112), il-Kummissjoni sabet tnaqqis ta’ 8 % fil-konsum bħala suffiċjenti biex tikser ir-rabta kawżali. Huma sostnew li, meta jitqies it-tnaqqis ta’ 14-il punt perċentwal fil-konsum fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta mqabbel mal-2022, jenħtieġ li l-Kummissjoni issa tasal għall-istess konklużjoni. |
|
(363) |
Il-Kummissjoni indikat f’dan ir-rigward li l-każ imsemmi ma ntemmx minħabba li tnaqqis fid-domanda naqqas ir-rabta kawżali bejn id-dumping stabbilit u d-dannu materjali, iżda pjuttost minħabba li lanqas biss instab ebda dannu materjali. L-argument għalhekk ġie miċħud bħala null (113). |
|
(364) |
Barra minn hekk, is-CNCIA sostniet li t-tnaqqis fil-bejgħ fl-2022 jista’ jiġi spjegat ukoll bid-deċiżjoni tal-Unjoni li f’dik is-sena tipprojbixxi l-użu tat-TiO2 fl-ikel għall-konsum mill-bniedem (addittiv E171) (114), filwaqt li indikat ir-rapport annwali tal-2022 ta’ Tronox li jirreferi għal dan bħala kawża waħda għat-tnaqqis fil-bejgħ. |
|
(365) |
Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, l-applikazzjonijiet ta’ speċjalità tat-TiO2 jammontaw għal madwar 4 % tas-suq totali, u l-applikazzjonijiet fl-ikel għall-konsum mill-bniedem huma parti saħansitra iżgħar minn dak is-sehem. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li kwalunkwe effett li din il-projbizzjoni seta’ kellha fuq il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni kien negliġibbli. |
5.2.3. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(366) |
Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 12 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(367) |
Il-Kummissjoni nnotat mill-bidu nett li, għalkemm l-importazzjonijiet mir-Renju Unit kienu jirrappreżentaw l-akbar sehem ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni minn pajjiż terz ieħor (wara ċ-Ċina), skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, l-uniċi produtturi fir-Renju Unit huma żewġ faċilitajiet li huma proprjetà tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, dawn l-importazzjonijiet mhumiex f’kompetizzjoni mal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u anki l-prezz tagħhom huwa ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Għalhekk, dawn l-importazzjonijiet ma jikkontribwixxux għad-dannu tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(368) |
Il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha kien qed jonqos matul il-perjodu kkunsidrat b’rata dejjem tiżdied: tnaqqis ta’ 5 % fl-2021, 8 % fl-2022 u 9 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(369) |
Il-volumi tal-importazzjonijiet b’mod partikolari mill-Istati Uniti u l-Messiku jidhru li qed isegwu l-istess xejriet kif deskritti għall-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni — żieda fl-importazzjonijiet fis-sena ta’ domanda eċċezzjonalment għolja tal-2021, u mbagħad naqsu sussegwentement fl-2022 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Fl-istess ħin, l-ishma mis-suq kemm tal-Istati Uniti kif ukoll tal-Messiku, wara li żdiedu temporanjament fl-2021, bdew jonqsu fl-2022 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. L-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha tilfu wkoll sehem mis-suq fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta mqabbla mal-2022. |
|
(370) |
Il-partijiet interessati sostnew li r-raġuni għad-dannu lill-industrija tal-Unjoni kienu importazzjonijiet Messikani bi prezz baxx, aktar milli importazzjonijiet Ċiniżi. Il-Kummissjoni stabbilit marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz medju ponderat ta’ bejn 14 % u 15,3 % mill-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni osservat li l-prezz tal-importazzjoni mill-Messiku kien tabilħaqq baxx. Madankollu, dawn żdiedu b’mod sinifikanti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni meta mqabbla mas-snin preċedenti u kienu ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina. |
|
(371) |
B’kuntrast ma’ dan, il-Kummissjoni stabbiliet li l-prezzijiet ta’ wara l-kunsinna tal-importazzjonijiet Ċiniżi kollha naqsu b’mod sinifikanti, jiġifieri b’25 % bejn l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni u waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bi 18,2 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(372) |
Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat id-daqs tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u mill-Messiku fis-suq totali tal-Unjoni. Kif juru t-Tabelli 3 u 12 hawn fuq, il-volum totali tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fil-perjodu ta’ investigazzjoni huwa tliet darbiet akbar minn dawk mill-Messiku. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet Messikani tilfu sehem mis-suq fil-perjodu ta’ investigazzjoni, meta mqabbla mal-2022, kif ukoll it-totalità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha (minbarra ċ-Ċina). B’kuntrast ma’ dan, l-importazzjonijiet Ċiniżi huma l-uniċi li kisbu sehem mis-suq fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(373) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet mill-Messiku kif ukoll minn kwalunkwe pajjiż terz ieħor ma naqqsux ir-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
5.2.4. Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(374) |
Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppa matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 13 Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(375) |
B’mod simili għall-volumi tal-produzzjoni u l-bejgħ domestiku, il-volumi tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedu fl-2021, għalkemm din iż-żieda kienet inqas evidenti milli għall-bejgħ domestiku, qabel ma naqsu b’mod sinifikanti fl-2022 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni segwew ukoll l-istess xejra bħall-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, u żdiedu fl-2021 u fl-2022 qabel ma naqsu fil-perjodu ta’ investigazzjoni, iżda baqgħu ferm ogħla mil-livelli tal-2021. |
|
(376) |
L-industrija tal-Unjoni kisbet prezzijiet ogħla fis-swieq tal-esportazzjoni milli fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, anki minkejja dan, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżomm il-prezz tal-esportazzjoni tal-prodott tagħha ogħla mill-kost tal-produzzjoni tagħha fil-perjodu ta’ investigazzjoni u kellha tnaqqas il-prezzijiet tal-esportazzjoni f’dik is-sena wkoll. |
|
(377) |
L-ilmentatur sostna li prattiki kummerċjali inġusti tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fis-swieq kollha qed jagħmluha diffiċli li jikkompetu wkoll fis-swieq tal-esportazzjoni u huma r-raġuni għal tali prestazzjoni ta’ esportazzjoni subottimali. Partijiet interessati oħrajn ikkonfermaw li ma hemm l-ebda evidenza li tissostanzja dik l-affermazzjoni. |
|
(378) |
L-ilment kien fih evidenza tat-tħabbira tal-għeluq tal-impjant ta’ Chemours fit-Tajwan fl-2023 u l-ilmentatur ippreżenta evidenza addizzjonali matul l-investigazzjoni, li turi li żewġ produtturi tat-TiO2 fil-Ġappun, Sakai Chemicals u Ishihara Sangyo, ħabbru l-għeluq tal-impjanti fl-2026 u fl-2027, rispettivament. Dawk il-faċilitajiet kollha jinsabu f’distanza ġeografika qrib taċ-Ċina, u dan jagħmilha probabbli li l-esportazzjonijiet Ċiniżi kellhom influwenza mhux xierqa fuq il-prestazzjoni tagħhom fis-swieq domestiċi jew reġjonali tagħhom. Barra minn hekk, l-awtoritajiet rilevanti fil-Brażil bdew l-investigazzjoni anti-dumping tagħhom stess kontra t-TiO2 Ċiniż. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li ma jistax jiġi eskluż li l-esportazzjonijiet Ċiniżi qed ifixklu l-pożizzjoni kompetittiva tal-industrija tal-Unjoni fi swieq oħra b’mod simili għas-suq tal-Unjoni. |
|
(379) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-profittabbiltà tal-bejgħ għall-esportazzjoni segwiet l-iżvilupp tal-profittabbiltà tal-bejgħ tal-Unjoni kważi sal-istess punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat filwaqt li l-bejgħ għall-esportazzjoni jlaħħaq madwar 25 % tal-bejgħ totali tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
|
(380) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni ma kinitx il-kawża ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
5.2.5. Żieda fil-kost tal-produzzjoni
|
(381) |
Diversi partijiet iddikjaraw li ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni hija l-kawża ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(382) |
Filwaqt li l-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienu qed jiżdiedu fl-2021, u b’mod partikolari fl-2022 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, l-industrija tal-Unjoni setgħet iżżid il-prezzijiet tagħha fl-2021 u fl-2022 biex iżżomm il-profittabbiltà. Kienet imġiegħla tnaqqas il-prezzijiet taħt is-COP tagħhom fil-perjodu ta’ investigazzjoni biss meta, fis-suq li qed jiċkien, l-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu fil-prezzijiet b’mod sinifikanti filwaqt li żdiedu fil-volum, u b’hekk kisbu ishma mis-suq fl-Unjoni. |
|
(383) |
Il-partijiet interessati reġgħu indikaw il-każ tal-Proteina Sojja miċ-Ċina, fejn iż-żieda fil-materja prima ewlenija kisret ir-rabta kawżali. Madankollu, il-Kummissjoni indikat li f’dan il-każ, iż-żieda fil-kost tal-produzzjoni kienet globali minħabba pressjonijiet inflazzjonarji globali u affettwat lill-atturi kollha tas-suq b’mod simili, kif muri mill-fatt li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha (minbarra ċ-Ċina) żdiedu b’mod sinifikanti fl-2022 u saħansitra aktar fil-perjodu ta’ investigazzjoni. B’mod partikolari, il-prezzijiet tal-materja prima ewlenija, il-mineral tal-ilmenit, li jirrappreżenta madwar terz tal-kost totali tal-produzzjoni, żdiedu globalment b’madwar 80 % fl-2022 meta mqabbla mal-livelli tal-2020, u naqsu biss bi ftit fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(384) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni ma kkontribwietx għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
5.2.6. Informazzjoni dwar is-suq li tipprevedi rkupru
|
(385) |
Fit-3 ta’ April 2024, AkzoNobel ippreżentat talbiet ulterjuri dwar in-nuqqas ta’ kawżalità, billi bbażat ruħha fuq ir-rapport dwar is-sitwazzjoni globali tas-suq tat-TiO2, ippubblikat fi Frar 2024 minn aġenzija ta’ informazzjoni dwar is-suq, TZMI. Ir-rapport jissuġġerixxi li s-suq tat-TiO2 qed jirkupra u jbassar żidiet fil-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u żidiet fil-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni. |
|
(386) |
Il-Kummissjoni nnotat f’dan ir-rigward li, anki jekk ir-rapport jissuġġerixxi titjib fil-kundizzjonijiet tas-suq fl-Ewropa, ir-rapport xorta waħda jindikahom bħala dgħajfa f’diversi metriċi li janalizza. Barra minn hekk, fir-rigward tal-prezzijiet fl-Ewropa u t-tbassir ta’ profittabbiltà mtejba tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq domestiku tagħhom, ir-rapport innifsu jirrikonoxxi li l-projezzjonijiet tiegħu dwar il-livelli tal-prezzijiet li l-industrija tal-Unjoni se tkun tista’ tikseb saru, tal-inqas parzjalment, bis-suppożizzjoni tal-eżitu pożittiv ta’ din l-investigazzjoni. |
|
(387) |
Għalhekk, anki jekk dan ir-rapport jipprevedi l-prestazzjoni futura tal-industrija tal-Unjoni bi preċiżjoni sħiħa, essenzjalment qed jagħmel dak it-tbassir fix-xenarju tal-kundizzjonijiet ekwi restawrati fis-suq tal-Unjoni, u għalhekk ma jistax jintuża bħala kontroargument għall-Kummissjoni biex ma tiħux deċiżjoni li fuqha hija bbażata, tal-inqas parzjalment, dik il-previżjoni hija stess. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(388) |
Kif ġustament jirrilevaw il-partijiet, diversi fatturi għamlu s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni diffiċli. L-ewwel nett, l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni kienu kkaratterizzati minn tnaqqis eċċezzjonali fid-domanda għat-TiO2 fis-suq tal-Unjoni. It-tieni, dawn is-sentejn raw żieda sinifikanti fil-kostijiet tal-enerġija fis-suq tal-Unjoni filwaqt li l-kost tal-ilmenit żdied globalment. It-tielet, il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Messiku kienu aktar baxxi mill-prezzijiet Ċiniżi fl-ewwel tliet snin tal-perjodu kkunsidrat. |
|
(389) |
L-ebda wieħed minn dan ma jinvalida l-fatt, madankollu, li (i) għall-kuntrarju ta’ pajjiżi terzi oħra, l-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu qed jiżdiedu fil-volum matul il-perjodu kkunsidrat (bi tnaqqis temporanju minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali fl-2021, (ii) l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu qed jidħlu fl-Ewropa bi prezzijiet oġġett ta’ dumping, (iii) fis-suq tal-2022 li kien qed jiċkien u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu qed jiksbu ishma mis-suq għad-detriment tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni u tal-importazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi oħra, u (iv) fil-perjodu ta’ investigazzjoni, meta l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kollha kienu ġeneralment baqgħu l-istess bħal fl-2022, il-prezz tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqas b’mod drammatiku, bi kwart ta’ dak li kienu fl-2022, u eżerċitaw trażżin u tnaqqis sinifikanti tal-prezzijiet għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(390) |
F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni qieset l-argumenti li saru mill-partijiet dwar l-għeluq ta’ fabbriki fl-Unjoni. Fl-ilment, l-ilmentatur sostna li t-tliet impjanti tat-TiO2 ingħalqu fl-Unjoni minħabba l-pressjoni eżerċitata mill-importazzjonijiet Ċiniżi u li seta’ kien mistenni aktar għeluq mingħajr kundizzjonijiet eċċezzjonalment favorevoli tal-pandemija tal-COVID-19. Ħafna partijiet interessati rreaġixxew kontra dan, u sostnew li ma kien hemm l-ebda evidenza li tappoġġa din il-konklużjoni, u li l-għeluq kien dovut għal ċirkostanzi oħra u mhux attribwibbli għal importazzjonijiet allegatament oġġett ta’ dumping miċ-Ċina. Il-partijiet indikaw id-dikjarazzjonijiet pubbliċi magħmula mill-kumpaniji, li jattribwixxu t-tnaqqis tal-produzzjoni jew l-għeluq tal-impjanti għal kundizzjonijiet sfavorevoli fis-suq, bħal domanda mnaqqsa, żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni, u kundizzjonijiet ekonomiċi ġeneralment ħżiena, filwaqt li l-impjant ta’ Scarlino ta’ Venator (wieħed mill-produtturi tal-Unjoni mhux inklużi fil-kampjun) speċifikament kien qed jiffaċċja diffikultajiet biex jikseb approvazzjonijiet regolatorji. |
|
(391) |
B’mod simili, il-partijiet interessati enfasizzaw aktar dikjarazzjonijiet minn rapporti tan-negozju tal-produtturi tal-Unjoni (Kronos, Police, Venator, Cinkarna), li rrikonoxxew it-tnaqqis fid-domanda u ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni bħala raġunijiet għas-sitwazzjoni diffiċli li tinsab fiha l-industrija tal-Unjoni. Il-partijiet sostnew li dan juri li l-importazzjonijiet miċ-Ċina ma jistgħux jinżammu responsabbli b’mod ġenerali għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(392) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li, filwaqt li l-impjant ta’ Venator Scarlino kien tabilħaqq prekluż milli jopera b’kapaċità sħiħa minħabba approvazzjonijiet regolatorji pendenti, mid-dikjarazzjonijiet iċċitati kemm ta’ Kronos kif ukoll ta’ Venator, jidher li d-deċiżjonijiet dwar il-livell u l-kontinwazzjoni tal-produzzjoni qed jittieħdu b’kunsiderazzjoni ta’ kundizzjonijiet tas-suq ġeneralment diffiċli. Kif turi l-analiżi kollha ta’ hawn fuq, dawn jinkludu b’mod ċar l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina li jeżerċitaw pressjoni fuq is-suq, filwaqt li għadd ta’ rapporti msemmija jirreferu huma stess ukoll għall-preżenza ta’ importazzjonijiet irħas miċ-Ċina bħala waħda mill-isfidi. (115) |
|
(393) |
Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. L-effett tad-domanda li qed tonqos, iż-żieda fil-kost tal-produzzjoni, u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, b’mod partikolari l-Messiku, fuq l-iżviluppi negattivi tal-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ volumi tal-bejgħ, prezzijiet, u profittabbiltà kien biss parzjali. |
|
(394) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħrajn, meqjusa individwalment jew kollettivament, ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali. Id-dannu jikkonsisti prinċipalment f’telf tas-sehem mis-suq, twaqqigħ tal-prezz u trażżin u tnaqqis fil-profittabbiltà, fir-redditu fuq l-investiment u fil-fluss tal-flus. |
6. LIVELL TA’ MIŻURI
|
(395) |
L-ilmentatur iddikjara l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fl-ilment. |
|
(396) |
Għalhekk, sabiex titwettaq il-valutazzjoni fuq il-livell xieraq ta’ miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. |
|
(397) |
Imbagħad eżaminat jekk il-marġni tad-dumping tal-produtturi esportaturi fil-kampjun ikunx ogħla mill-marġni tad-dannu tagħhom |
6.1. Marġini ta’ ħsara
|
(398) |
Id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikolu 7(2c) u l-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku. |
|
(399) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ biex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà mistenni f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Dan il-marġni ta’ profitt jenħtieġ li ma jkunx inqas minn 6 %. |
|
(400) |
Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni stabbiliet profitt bażiku li jkopri l-kostijiet sħaħ f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. |
|
(401) |
PPG u CNCIA t-tnejn opponew il-profitt fil-mira propost fl-ilment (10,2 %) bħala għoli wisq. PPG sostniet li l-ebda waħda mis-snin matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ma kienet adegwata biex jiġi stabbilit profitt bażiku, minħabba s-sitwazzjoni ekonomika eċċezzjonali f’kull sena, filwaqt li fakkret fil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni stess fl-investigazzjoni anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina miċ-Ċina (116). Huma sostnew ukoll li, peress li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tbigħ bi prezzijiet ogħla mill-kost tal-produzzjoni tagħha matul il-perjodu kkunsidrat, jenħtieġ li l-profitt bażiku jiġi stabbilit bħala profitt medju tal-erba’ snin kollha. Is-CNCIA sostniet ukoll li jenħtieġ li l-Kummissjoni tapplika l-istess profitt bażiku li applikat fl-investigazzjoni anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ diossidi tal-manganiż elettrolitiċi li joriġinaw miċ-Ċina, (117) peress li l-EMD hija kompost inorganiku, bħat-TiO2. |
|
(402) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-affermazzjoni dwar il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni setgħet kienet preċiża għall-perjodu kkunsidrat użat fl-ilment, iżda ma kinitx għadha rilevanti fil-perjodu ta’ investigazzjoni użat mill-Kummissjoni. Kif muri hawn fuq, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kienu ferm taħt il-kost tal-produzzjoni tagħhom fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe profittabbiltà li tiġi stabbilita filwaqt li titqies il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni f’dik is-sena għalhekk ma tirriflettix il-profittabbiltà meħtieġa biex jiġu rkuprati l-kostijiet kollha. |
|
(403) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni mis-CNCIA, sempliċiment minħabba li l-EMD u t-TiO2 huma sustanzi kimiċi inorganiċi ma jfissirx li l-produtturi tagħhom joperaw fi swieq simili jew li l-prestazzjoni tagħhom hija komparabbli u ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza lill-Kummissjoni li tissuġġerixxi li dawn kienu komparabbli. |
|
(404) |
Il-Kummissjoni nnotat li, matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien l-aktar baxx fl-2021 u l-profittabbiltà u l-fluss tal-flus kienu l-aktar pożittivi f’dik is-sena. Madankollu, it-tnaqqis fl-importazzjonijiet Ċiniżi osservat f’dik is-sena kien, kif spjegat hawn fuq, minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali tal-kriżi tat-trasport marittimu. Flimkien mad-domanda dejjem tikber ikkawżata mil-lockdowns tal-COVID-19, il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet eċċezzjonalment pożittiva f’din is-sena. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-2021 ma tikkwalifikax bħala sena rappreżentattiva biex jiġi pprovdut profitt bażiku f’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku. |
|
(405) |
Barra minn hekk, bħal fl-2021, is-sena 2020 kienet affettwata wkoll miċ-ċirkostanzi favorevoli ta’ żieda fil-konsum minħabba l-ekonomija “stay-at-home” matul il-lockdowns tal-COVID-19, anki jekk xi ftit anqas. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli f’dan l-istadju, il-Kummissjoni kkonkludiet li lanqas l-2020 ma tikkwalifika bħala sena rappreżentattiva biex jiġi pprovdut profitt bażiku f’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku. |
|
(406) |
Fl-aħħar nett, iż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina u t-tnaqqis qawwi fir-ritmu ekonomiku tal-industrija tal-Unjoni li beda fl-2022 u li kompla fil-perjodu ta’ investigazzjoni ma jikkwalifikaw l-ebda waħda minn dawk is-snin bħala rappreżentattiva biex tipprovdi profitt bażiku f’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku. |
|
(407) |
Biex tfittex perjodu fejn jipprevalu kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, il-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li teżamina l-profittabbiltà miksuba matul l-aħħar għaxar snin. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ipprovdew data dwar il-profittabbiltà għal tliet snin qabel il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, il-Kummissjoni ma rċevietx data dwar il-profittabbiltà relatata biss mal-bejgħ tat-TiO2 lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni mit-tliet produtturi kollha tal-Unjoni inklużi fil-kampjun għal dawk is-snin. Għalhekk ma kienx possibbli li tiġi stabbilita profittabbiltà li tkun relatata mal-bejgħ tal-prodott investigat lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni abbażi tal-informazzjoni attwalment disponibbli għall-Kummissjoni. |
|
(408) |
Peress li ma hemm l-ebda evidenza li tista’ tinkiseb profittabbiltà ogħla minn 6 % f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet il-profitt bażiku għal 6 %, f’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku. |
|
(409) |
Żewġ produtturi tal-Unjoni pprovdew evidenza li l-livell tagħhom ta’ investimenti, riċerka u żvilupp (“R&Ż”) u innovazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat kien ikun ogħla f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Il-Kummissjoni vverifikat din l-informazzjoni abbażi ta’ pjanijiet ta’ investiment u ta’ proġetti rrifjutati jew posposti, li juri li dawn l-investimenti kienu ġenwinament ippjanati. Tabilħaqq, l-affermazzjonijiet taż-żewġ produtturi tal-Unjoni nstabu li kienu ġġustifikati. Biex tirrifletti dan fil-profitt fil-mira, il-Kummissjoni kkalkolat id-differenza bejn l-ispejjeż tal-investimenti, tar-R&Ż tal-innovazzjoni (“IRI”) f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, kif ipprovduti mill-Industrija tal-Unjoni u vverifikati mill-Kummissjoni, bl-ispejjeż reali tal-IRI matul il-perjodu kkunsidrat. Din id-differenza, espressa bħala perċentwal tal-fatturat, kienet ta’ 0,09 %. |
|
(410) |
Tali differenzjal tal-IRI ta’ 0,09 % żdied mal-profitt bażiku ta’ 6 % imsemmi fil-premessa (398), li wassal għal profitt fil-mira ta’ 6,09 %. |
|
(411) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, bħala pass finali, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li l-Unjoni hija parti minnhom, u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2). Abbażi tal-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni stabbiliet kost addizzjonali ta’ EUR 60,68/t. |
|
(412) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkolat prezzijiet mhux dannużi ta’ EUR [3 400–3 800]/t u EUR [3 600–4 000]/t għall-prodott simili tal-industrija tal-Unjoni billi żiedet il-marġni ta’ profitt fil-mira msemmi hawn fuq (ara l-premessa (410) hawn fuq) mal-kost tal-produzzjoni tat-tliet produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u mbagħad żiedet l-aġġustamenti skont l-Artikolu 7(2d) fuq bażi ta’ tip b’tip. |
|
(413) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell tal-marġni tad-dannu fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun fil-pajjiż ikkonċernat, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mit-tliet produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju pponderat tal-importazzjoni. |
|
(414) |
Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji oħra li kkooperaw” u għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” huwa definit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għal dawn il-kumpaniji (ara l-premessi (255)–(259)).
|
|
(415) |
F’dan il-każ, l-ilmentaturi sostnew l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima fis-sens tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, sabiex titwettaq il-valutazzjoni fuq il-livell xieraq ta’ miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Imbagħad eżaminat jekk il-marġni tad-dumping tal-produtturi esportaturi fil-kampjun ikunx ogħla mill-marġni tad-dannu tagħhom (ara l-premessi (417)–(418) hawn taħt). |
6.2. Eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni
|
(416) |
Kif spjegat fin-Notifika ta’ Bidu, l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li fil-pajjiż ikkonċernat hemm distorsjonijiet fil-materja prima rigward il-prodott investigat. Skont l-evidenza fl-ilment, l-ilmenit, li jammonta għal 25 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat, huwa soġġett għal estrazzjoni ristretta fiċ-Ċina. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda rifużjoni tal-VAT fuq l-esportazzjoni tal-ilmenit fiċ-Ċina. Dawn iż-żewġ miżuri huma elenkati fl-Artikolu 7(2a), it-tieni subparagrafu tar-Regolament bażiku bħala distorsjonijiet fil-materja prima. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, din l-investigazzjoni eżaminat id-distorsjonijiet allegati biex tivvaluta, jekk rilevanti, jekk dazju inferjuri għall-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jelimina d-dannu. |
|
(417) |
Madankollu, billi l-marġnijiet adegwati biex jiġi eliminat id-dannu huma ogħla mill-marġnijiet tad-dumping, il-Kummissjoni qieset li, f’dan l-istadju, ma kienx meħtieġ li dan l-aspett jiġi indirizzat. |
|
(418) |
Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa xieraq li jiġi ddeterminat l-ammont ta’ dazji provviżorji f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. |
6.3. Konklużjoni dwar il-livell ta’ miżuri
|
(419) |
Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, id-dazji anti-dumping provviżorji jenħtieġ li jiġu stabbiliti kif ġej f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku:
|
7. INTERESS TAL-UNJONI
|
(420) |
Wara li ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. |
|
(421) |
Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi mhux relatati, tal-kummerċjanti u tal-utenti. |
7.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(422) |
Ta’ min ifakkar li l-industrija tal-Unjoni tikkonsisti minn ħdax-il produttur, li l-bejgħ u l-profittabbiltà tagħhom iddeterjoraw b’mod sinifikanti matul it-tieni nofs tal-perjodu kkunsidrat, b’impatt negattiv konsegwenti fuq is-sehem mis-suq, il-livell tal-inventarju, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment u l-fluss tal-flus tagħha. F’dan l-istadju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat (ara l-premessa (337) hawn fuq). |
|
(423) |
Jekk ma jiġux imposti miżuri provviżorji, huwa probabbli li, bħala riżultat tal-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, il-profittabbiltà dgħajfa u indikaturi finanzjarji oħra se jġiegħlu lill-industrija tal-Unjoni twaqqaf il-produzzjoni tat-TiO2. Madankollu, wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji anti-dumping, huwa mistenni li l-volumi tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni se jiżdiedu, u b’hekk se jtejbu l-profittabbiltà u indikaturi finanzjarji oħra ta’ din l-industrija u jipprevjenu l-għeluq. |
|
(424) |
Għalhekk huwa ċar li l-miżuri anti-dumping provviżorji jkunu fl-interessi tal-industrija tal-Unjoni. |
7.2. Interess ta’ importaturi u ta’ kummerċjanti mhux relatati
|
(425) |
L-importatur mhux relatat imsemmi fil-premessa (10) eventwalment ma ppreżentax tweġiba għall-kwestjonarju. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mingħand l-importaturi u n-negozjanti. |
|
(426) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping x’aktarx li ma jkollhiex effett negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-importaturi u n-negozjanti fl-Unjoni. |
7.3. Interess tal-utenti
|
(427) |
B’kollox 23 utent u assoċjazzjoni tal-utenti pparteċipaw f’din l-investigazzjoni u opponew l-impożizzjoni tad-dazji. Minn dawn, sitt utenti ppreżentaw tweġibiet għall-kwestjonarju. Il-bqija ssottomettew kummenti. |
|
(428) |
L-użu ewlieni tat-TiO2 huwa għas-settur taż-żebgħa u tal-kisi, li jirrappreżenta aktar minn 60 % tas-suq, biż-żebgħa arkitettonika u industrijali tammonta għal madwar 55 % tad-domanda totali, u l-linka industrijali għal madwar 5 %. It-tieni l-akbar segment tas-suq huwa l-industrija tal-plastik b’madwar 25 %, imbagħad il-karta bi 12 % u l-applikazzjonijiet ta’ speċjalità b’4 %. Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand l-utenti attivi fis-setturi taż-żebgħa u tal-kisi, tal-linka grafika, tal-karta laminata, u tal-plastik. Is-sitt tweġibiet kollha ġew ivverifikati fuq il-post fil-bini tal-utenti. |
7.3.1. Utenti li ssottomettew it-tweġibiet għall-kwestjonarju
|
(429) |
L-effetti probabbli tal-miżuri jkunu differenti fuq l-utenti, skont is-segment tas-suq downstream li joperaw fih. Il-Kummissjoni analizzat separatament is-sitwazzjoni tal-utenti tat-TiO2 għal applikazzjonijiet aktar speċjali bħall-karta laminata u l-linka grafika (dawn l-utenti ppreżentaw ukoll asserzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott) u tal-utenti tat-TiO2 fl-applikazzjoni ewlenija tiegħu fiż-żebgħa, fil-kisi u fil-plastik. |
|
(430) |
L-ewwel nett, mis-sitt utenti li t-tweġibiet għall-kwestjonarju tagħhom ġew ivverifikati mill-Kummissjoni, il-produtturi tal-karta laminata se jkunu l-aktar affettwati mill-miżuri potenzjali. It-TiO2 jirrappreżenta madwar [25–35]% tal-kostijiet totali tagħhom tal-produzzjoni, u dawn jiksbu madwar [10–40]% tat-TiO2 tagħhom miċ-Ċina. Iż-żewġ utenti wrew ukoll li kienu qed joperaw bi profittabbiltà baxxa jew negattiva fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni stmat li jekk jiġu imposti d-dazji, u li l-affarijiet l-oħra kollha jibqgħu ugwali, il-profittabbiltà tagħhom tonqos b’madwar [2–3] punti perċentwali. Kif indikat fil-premessa (52) hawn fuq, madankollu, dawn iż-żewġ utenti jiksbu maġġoranza kbira tat-TiO2 tagħhom minn sorsi oħra għajr iċ-Ċina u għalhekk il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żewġ utenti għandhom biżżejjed sorsi alternattivi ta’ provvista. |
|
(431) |
It-tieni, Flint Group, produttur tal-linka grafika, ipprovda evidenza li turi li l-prodotti li fihom it-TiO2 jiġġeneraw biss parti limitata mid-dħul mill-bejgħ totali tiegħu, filwaqt li t-TiO2 Ċiniż jirrappreżenta biss sehem parzjali mill-ispejjeż ta’ produzzjoni ta’ dawn il-prodotti. Minħabba l-kumplessità tal-istruttura korporattiva ta’ Flint u l-fatt li jipproduċu għadd kbir ta’ formuli tal-linka li fihom xi TiO2 f’għadd ta’ impjanti fl-Unjoni, Flint ma setgħetx tipprovdi ċifri preċiżi tal-profittabbiltà tas-segment tan-negozju tagħha relatat mat-TiO2. Madankollu, Flint uriet profittabbiltà b’saħħitha fil-livell tal-kumpanija totali fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(432) |
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet li, jekk jiġu imposti dazji anti-dumping, u jekk l-affarijiet l-oħra kollha jibqgħu ugwali, il-profittabbiltà tagħha fis-segment tan-negozju relatat mat-TiO2 x’aktarx tonqos b’inqas minn punt perċentwali wieħed, (118) minħabba s-sehem baxx tat-TiO2 fil-fatturat totali u fil-kost tal-produzzjoni. Barra minn hekk, il-kumpanija tibqa’ profittabbli. Il-Kummissjoni ma setgħetx tiddetermina l-impatt fuq il-profittabbiltà ġenerali tal-grupp, iżda l-effett ikun saħansitra inqas evidenti. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li Flint Group ma kienx se jiġi affettwat b’mod sinifikanti mid-dazji. |
|
(433) |
It-tielet, żewġ utenti oħra, AkzoNobel u Sherwin-Williams Italy SRL (“Sherwin-Williams”), huma tnejn mill-produtturi l-kbar taż-żebgħa u tal-kisi. Il-produtturi taż-żebgħa u tal-kisi huma l-akbar utenti tat-TiO2 f’termini ta’ volum. L-impatt tad-dmirijiet fuq il-prestazzjoni ta’ din il-kategorija ta’ utenti jkun ħafna inqas evidenti. AkzoNobel imliet il-kwestjonarju fil-livell tal-entitajiet kollha preżenti fl-Unjoni. It-TiO2 Ċiniż jirrappreżenta sehem negliġibbli fil-kost totali tal-produzzjoni tagħhom u kienu profittabbli fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Sherwin Williams ipprovdiet it-tweġiba għall-kwestjonarju għal żewġ entitajiet li jkunu l-aktar affettwati mid-dazji, u għan-negozju kollu fl-Unjoni. It-TiO2 Ċiniż jirrappreżenta biss sehem żgħir mill-kost totali tal-produzzjoni ta’ dawn iż-żewġ entitajiet flimkien. Filwaqt li l-profittabbiltà fuq il-prodotti tagħhom li fihom it-TiO2 kienet baxxa fil-perjodu ta’ investigazzjoni, iż-żewġ entitajiet ta’ Sherwin-Williams urew profittabbiltà kumplessiva b’soda. Il-fatturat totali ta’ dawk iż-żewġ impjanti jirrappreżenta sehem żgħir mill-fatturat totali tal-Unjoni ta’ Sherwin-Williams, li kien profittabbli fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żewġ utenti, anki jekk ma jkunux jistgħu jgħaddu tali żieda fil-kost lill-konsumaturi, ikunu jistgħu jassorbu l-miżuri. |
|
(434) |
Fl-aħħar nett, Schulman Plastics, produttur kbir tal-Unjoni tal-plastik u materjali relatati, ipprovda t-tweġiba għall-kwestjonarju għal wieħed mill-impjanti tiegħu, iffukat fuq il-produzzjoni ta’ MW, li se jkun l-aktar affettwat mid-dazji mill-kumpaniji vvalutati f’din it-taqsima. Dan l-impjant jikseb biss parti mit-TiO2 tagħhom miċ-Ċina, iżda t-TiO2 jirrappreżenta l-parti l-kbira mill-kost totali tal-produzzjoni tiegħu. Il-profittabbiltà tiegħu fin-negozju MW fil-perjodu ta’ investigazzjoni kienet soda, filwaqt li l-impjant totali kien qed jaħdem saħansitra aħjar min-negozju MW biss. Filwaqt li l-profittabbiltà tagħha żgur li se tkun l-aktar affettwata mill-utenti kollha minħabba l-istruttura tal-kostijiet tagħha, il-Kummissjoni stmat li, anki jekk ma tkunx tista’ tgħaddi din iż-żieda fil-kost lill-klijenti tagħha, xorta waħda tibqa’ profittabbli. |
|
(435) |
Kif muri f’din it-taqsima, il-maġġoranza tal-utenti li pprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju jibqgħu profittabbli anki meta jitqiesu d-dazji anti-dumping provviżorji. Barra minn hekk, sorsi oħra ta’ provvista kienu disponibbli għalihom. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li b’mod ġenerali l-utenti mhux se jiġu affettwati ħażin b’mod sproporzjonat mill-miżuri. Żewġ utenti (Felix u Sherwin-Williams) kienu qed joperaw b’telf fis-segment tat-TiO2 tan-negozju fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li flimkien kienu jimpjegaw madwar 1 000 persuna. Madankollu, għar-raġunijiet spjegati fil-premessi (430) u (433) hawn fuq, il-Kummissjoni ma qisitx li s-sitwazzjoni tagħhom se tiddeterjora serjament bl-impożizzjoni tal-miżuri. Min-naħa l-oħra, jekk il-produtturi tal-Unjoni ma jibqgħux joperaw, dan jelimina parti kbira tal-provvista għall-utenti kollha. |
7.3.2. Utenti oħra
|
(436) |
Diversi utenti, assoċjazzjonijiet tal-utenti u s-CNCIA għamlu sottomissjonijiet bil-miktub, li fihom sostnew li l-impożizzjoni ta’ dazji tmur kontra l-interess tal-Unjoni. |
|
(437) |
L-ewwel nett, l-utenti sostnew li hemm għadd limitat ta’ produtturi tat-TiO2 fl-Unjoni u l-kapaċitajiet tagħhom mhumiex biżżejjed biex jissodisfaw id-domanda tal-Unjoni. Għalhekk, huma meħtieġa diversi sorsi ta’ provvista u l-preżenza tal-importazzjonijiet Ċiniżi tat-TiO2 fis-suq hija meħtieġa biex tippermetti l-funzjonament normali tas-suq. Utent wieħed sostna li l-industriji downstream spiss jiffaċċjaw perjodi ta’ nuqqas estrem tat-TiO2, fejn kollha tqiegħdu taħt allokazzjoni u setgħu jirċievu biss ammont limitat tad-domanda tagħhom għat-TiO2 mill-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, ġie ddikjarat li l-importazzjonijiet Ċiniżi se jsiru sors essenzjali ta’ provvista lejn l-Unjoni minħabba l-għeluq tal-impjanti fl-Unjoni. Barra minn hekk, huma sostnew li d-dazji anti-dumping jeliminaw il-provvisti miċ-Ċina u jagħmlu lill-utenti saħansitra aktar vulnerabbli għall-iskarsezzi fil-provvista esperjenzati fl-2021/2022. |
|
(438) |
F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni fakkret li l-għan tad-dazji anti-dumping mhuwiex li jingħalaq is-suq tal-Unjoni għall-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, iżda pjuttost li jiġu indirizzati l-prattiki inġusti tas-suq u jiġu restawrati l-kundizzjonijiet ekwi, li jippermettu preċiżament il-funzjonament normali tas-suq. Madankollu, anki jekk l-importazzjonijiet miċ-Ċina jisparixxu kompletament, hemm diversi sorsi ta’ provvista minn bosta pajjiżi terzi oħra, li jiggarantixxu l-istabbiltà tal-provvista. Barra minn hekk, il-produtturi tal-Unjoni wrew matul l-investigazzjoni li huma ppjanati diversi investimenti mmirati lejn l-espansjoni tal-kapaċità, sakemm il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu normalizzati. Fir-rigward tan-nuqqasijiet fil-provvista fl-2021 u fl-2022, il-Kummissjoni nnotat li l-kwistjonijiet tal-provvista f’dawk is-snin kienu kkawżati preċiżament mit-tul tal-ktajjen tal-provvista, li għalhekk ġew imfixkla ħafna mill-kriżi tat-trasport marittimu. Konsegwentement, huwa t-telf tal-kapaċità fl-Unjoni li potenzjalment jaggrava kwalunkwe nuqqas simili fil-provvista kkawżat mix-xokkijiet għall-ekonomija globali fil-futur. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-argumenti ta’ hawn fuq bħala infondati. |
|
(439) |
It-tieni, ċerti partijiet interessati sostnew li ż-żidiet fil-prezzijiet tat-TiO2 ikunu ħżiena għall-inflazzjoni ġenerali fl-Unjoni, u partikolarment ta’ ħsara għas-settur importanti tal-kostruzzjoni, peress li huwa industrija downstream ewlenija għall-produtturi taż-żebgħa u tal-verniċ. L-utenti sostnew li l-ispejjeż fis-settur tal-kostruzzjoni għadhom qed jiżdiedu, u huwa milqut ħażin mill-kriżi ekonomika kif inhi. |
|
(440) |
Il-Kummissjoni nnotat f’dak ir-rigward li l-ebda parteċipant mis-settur tal-kostruzzjoni ma rreġistra bħala parti interessata f’din l-investigazzjoni biex joġġezzjona għall-impożizzjoni ta’ dazji. Barra minn hekk, ma ngħatat l-ebda evidenza li tikkwantifika l-effett li l-impożizzjoni tad-dazji jkollha fuq is-settur tal-kostruzzjoni. Il-Kummissjoni għalhekk ċaħdet dan l-argument bħala infondat. |
|
(441) |
It-tielet, diversi partijiet interessati sostnew li l-utenti u l-industriji downstream ma jistgħux jgħaddu aktar żidiet fil-kostijiet lill-klijenti tagħhom, mingħajr ma jipprovdu l-ebda evidenza ta’ sostenn. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika l-veraċità ta’ din id-dikjarazzjoni. Madankollu, jidher improbabbli li f’ambjent inflazzjonarju ġenerali, fejn il-prezzijiet qed jiżdiedu b’mod ġenerali, l-utenti ma jistgħux iżidu l-prezzijiet tagħhom biex ipattu għall-impatt minuri li d-dazji anti-dumping jista’ jkollhom fuq il-kost tal-produzzjoni tagħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni ma laqgħetx din it-talba. |
|
(442) |
Ir-raba’, għadd ta’ utenti sostnew ukoll li jesportaw il-biċċa l-kbira tal-produzzjoni tagħhom (bħaċ-ċeramika) u, peress li jiddependu ħafna fuq it-TiO2 fil-produzzjoni tagħhom, kwalunkwe żieda fil-kost tat-TiO2 li tirriżulta minn din l-investigazzjoni se tpoġġihom fi żvantaġġ kompetittiv meta mqabbla mal-kompetituri tagħhom li joperaw barra mill-Unjoni u żżid ir-riskju ta’ delokalizzazzjoni tal-produzzjoni downstream. |
|
(443) |
Madankollu, dawn l-utenti ma pprovdewx informazzjoni verifikabbli ta’ sostenn (bħat-tweġibiet għall-kwestjonarju) li tippermetti lill-Kummissjoni tiddetermina l-piż tat-TiO2 Ċiniż fl-istruttura tal-kostijiet tagħhom u tivvaluta b’mod preċiż l-impatt fuq il-prestazzjoni tagħhom fl-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. |
|
(444) |
Il-ħames, diversi utenti oħra, produtturi ta’ masterbatches, sostnew li l-kompetituri barra mill-Unjoni se jkunu jistgħu jiksbu TiO2 Ċiniż b’kost ħafna aktar baxx u se jkunu jistgħu jbigħu l-prodotti tagħhom lill-Unjoni b’mod aktar kompetittiv. Il-prodott tagħhom fih aktar minn [75–80] % TiO2, u għalhekk sostnew li differenza fil-prezz ta’ 50 % tagħmilhom totalment mhux kompetittivi u tista’ ġġiegħlhom jagħlqu l-faċilitajiet fl-Unjoni. L-industriji downstream se jsiru wkoll inqas kompetittivi fis-swieq domestiċi u tal-esportazzjoni. |
|
(445) |
Il-Kummissjoni nnotat f’dak ir-rigward li l-Istati Uniti diġà għandhom dazji anti-dumping fis-seħħ kontra t-TiO2 Ċiniż, filwaqt li l-Brażil beda investigazzjoni anti-dumping tiegħu stess f’April 2024. Swieq oħra, għalhekk, diġà qed jieħdu miżuri biex jikkoreġu l-prattiki distorsivi tal-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping. Il-Kummissjoni qieset ukoll li, anki jekk isseħħ id-devjazzjoni tal-kummerċ tat-TiO2 miċ-Ċina lejn swieq terzi oħra u tagħmel l-industriji downstream inqas kompetittivi, dan xorta jkollu effett inqas negattiv fuq dawk l-industriji mill-għajbien tal-produtturi tal-Unjoni tat-TiO2, li jesponi lill-industriji downstream għal nuqqasijiet fil-provvista u għal xokkijiet agħar fil-provvista. |
7.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(446) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex tikkonkludi li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tat-TiO2 li joriġinaw miċ-Ċina f’dan l-istadju tal-investigazzjoni. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING PROVVIŻORJI
|
(447) |
Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri provviżorji sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(448) |
Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet tat-TiO2 li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-livell xieraq biex jitneħħa d-dannu jenħtieġ li jkun il-marġni tad-dumping. |
|
(449) |
Fuq il-bażi ta’ dan li ntqal hawn fuq, ir-rati ta’ dazju anti-dumping provviżorji, mogħtija skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazji doganali mhux imħallsa, għandhom ikunu kif ġej:
|
|
(450) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping ta’ kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, dawn jirriflettu l-qagħda ta’ dawn il-kumpaniji kkonstatata matul din l-investigazzjoni. Dawn ir-rati ta’ dazju huma esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u ffabbrikat mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. |
|
(451) |
L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Dawn ma għandhomx ikunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(452) |
Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpanniji b’dazji anti-dumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha.” |
|
(453) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jiġi kkunsidrat mill-awtoritajiet doganali. Fil-fatt, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(454) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’dawn iċ-ċirkostanzi u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
9. REĠISTRAZZJONI
|
(455) |
Kif imsemmi fil-premessa (3), il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għal reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni saret bl-għan li possibbilment jinġabru d-dazji b’mod retroattiv skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(456) |
L-ebda deċiżjoni dwar l-applikazzjoni retroattiva possibbli tal-miżuri anti-dumping ma tista’ tittieħed f’dan l-istadju tal-proċediment. |
10. INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVVIŻORJU
|
(457) |
F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji provviżorji. Din l-informazzjoni ġiet magħmula disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw tlett ijiem ta’ xogħol sabiex jikkummentaw dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli speċifikament divulgati lilhom (“qabel id-divulgazzjoni”). |
|
(458) |
Wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun issottometta kumment li jirreferi għall-metodu ta’ stabbiliment tal-SG&A ta’ negozjant relatat. Għall-kuntrarju ta’ dak li huwa ssuġġerit mill-produttur esportatur u f’konformità mal-prattika attwali tal-Kummissjoni, l-SG&A ta’ negozjant relatat ma jinkludix spejjeż bħal “Ġarr u Dazju”, “Ħażna” u “Assigurazzjoni” fir-rigward tal-kalkoli tad-dumping għall-produttur esportatur imsemmi. Barra minn hekk, tliet utenti, Plastika Kritis SA, Felix, u Munksjö ssottomettew kummenti dwar id-divulgazzjoni minn qabel. Il-Kummissjoni osservat li l-ebda kumment ma kien jikkonċerna l-preċiżjoni tal-kalkoli u għalhekk se tikkunsidrahom flimkien mas-sottomissjonijiet l-oħra kollha wara l-pubblikazzjoni tal-miżuri provviżorji. |
11. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
(459) |
Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jressqu kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa. |
|
(460) |
Il-konklużjonijiet rigward l-impożizzjoni ta’ dazji provviżorji huma provviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping provviżorju huwa impost fuq l-importazzjonijiet tad-diossidu tat-titanju, li għandu l-formula kimika TiO2, fil-forom kollha, bħala ossidi tat-titanju jew f’pigmenti u preparazzjonijiet ibbażati fuq id-diossidu tat-titanju, li fih minimu ta’ 80 % skont il-piż ta’ diossidu tat-titanju kkalkulat fuq il-materja niexfa, li għandu t-tipi kollha ta’ daqsijiet ta’ partikoli, ikklassifikati taħt in-Numru tar-Reġistru tas-Servizz tal-Astratti Kimiċi (CAS RN) 12065-65-5 u 13463-67-7, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 2823 00 00 u 3206 11 00 (il-kodiċijiet TARIC 2823000010 u 2823000030) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:
|
Kumpanija |
Id-dazju anti-dumping provviżorju |
Il-kodiċi TARIC addizzjonali |
||||||||||
|
LB group:
|
39,7 % |
89CB |
||||||||||
|
Anhui Gold Star group:
|
14,4 % |
89CC |
||||||||||
|
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness |
35,0 % |
ara l-Anness |
||||||||||
|
L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mir-RPĊ |
39,7 % |
8999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
4. Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.
5. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar dan ir-Regolament bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali huma mistiedna jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-uffiċjal tas-Smigħ jista’ jeżamina t-talbiet sottomessi wara din l-iskadenza u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax dawn it-talbiet jekk ikun xieraq.
Artikolu 3
1. L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li ma jkomplux ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, stabbilita f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1617.
2. Id-data miġbura fir-rigward ta’ prodotti li daħlu fl-UE għall-konsum mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament għandha tinżamm sad-dħul fis-seħħ ta’ miżuri definittivi possibbli, jew sakemm jintemm dan il-proċediment.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Avviż ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tad-diossidu tat-titanju (“TiO2 ”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C, C/2023/786, 13.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/786/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1617 tas-6 ta’ Ġunju 2024 li jagħmel importazzjonijiet ta’ diossidu tat-titanju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L, 2024/1617, 7.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1617/oj).
(4) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2694.
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4.7.2018 fil-Każ M.8451 — TRONOX/CRISTAL, para 57-74, disponibbli fuq m8451_3750_3.pdf (europa.eu).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10.9.2014 fil-Każ M.7061 — CORPORATION/EQUITY INTERESTS HELD BY ROCKWOOD HOLDINGS disponibbli fuq: m7061_20140910_20600_4133655_EN.pdf (europa.eu).
(8) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ (SWD (2017) 483 final/2 tal-20 ta’ Diċembru 2017).
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 31.3.2011 li tiddikjara konċentrazzjoni bħala kompatibbli mas-suq komuni (Każ Nru COMP/M.6082 — CHINA NATIONAL BLUESTAR/ELKEM) skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 — premessa 3.
(10) L-ilmenit (magħruf ukoll bħala minerali tat-titanju) — il-materja prima ewlenija għall-manifattura tat-TiO2 — mhuwiex elenkat fil-Katalogu tal-Oġġetti Soġġetti għal Liċenzjar għall-Esportazzjoni. Madankollu, dan il-prodott mhuwiex esportat sostanzjalment barra miċ-Ċina u jintuża għall-manifattura tat-TiO2 domestikament.
(11) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1693 tad-9 ta’ Ottubru 2019 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjoni ta’ roti tat-triq tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 259, 10.10.2019, p. 15), il-premessa 93.
(12) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ (SWD (2024) 91 final tal-10 ta’ April 2024).
(13) Rapport Aġġornat — Kapitolu 2, p. 7
(14) Rapport Aġġornat — Kapitolu 2, p. 7–8.
(15) Rapport Aġġornat — Kapitolu 2, p. 10, 18.
(16) Disponibbli fuq:http://www.npc.gov.cn/zgrdw/englishnpc/Constitution/node_2825.htm (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(17) Ir-Rapport Aġġornat — il-Kapitolu 2, p. 29–30.
(18) Rapport Aġġornat — Kapitolu 4, p. 57, 92.
(19) Rapport Aġġornat — Kapitolu 6, p. 149–150.
(20) Rapport Aġġornat — Kapitolu 6, p. 153–171.
(21) Rapport Aġġornat — Kapitolu 7, p. 204–205.
(22) Rapport Aġġornat — Kapitolu 8, p. 207–208, 242–243.
(23) Rapport Aġġornat — Kapitolu 2, p. 19–24, Kapitolu 4, p. 69, p. 99–100, Kapitolu 5, p. 130–131.
(24) Ara https://www.pgvt.cn/index.php?s=Home/Article/lists/art_type/strat_index (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(25) Ara http://www.ansteel.cn/yewubankuai/fantaichanye/2016-11-18/5.html (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(26) Ara r-Rapport Annwali tal-2023 tal-kumpanija, p. 73, disponibbli fuq http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESZ_STOCK/2024/2024-4/2024-04-18/9985963.PDF (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(27) Ara http://www.lomonbillions.com/news1/10935 (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(28) Ara r-Rapport Annwali tal-2023 tal-kumpanija, disponibbli fuq 6384971587015100121058021.PDF (ruituoyun.com) (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(29) Ara https://www.zhtb.com/ (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(30) Ara r-Rapport Annwali tal-2023 tal-kumpanija, p. 111, disponibbli fuq http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESZ_STOCK/2024/2024-4/2024-04-18/9985963.PDF (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(31) Ir-Rapport Aġġornat — il-Kapitolu 13, p. 466.
(32) Ara http://www.panzhihua.gov.cn/zwgk/gzdt/bdyw/4434292.shtml (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(33) L-Artikolu 33 tal-Kostituzzjoni tas-CCP, l-Artikolu 19 tal-Liġi Ċiniża dwar il-Kumpaniji. Ara r-Rapport aġġornat — Kapitolu 3, p. 47–50.
(34) Ara https://www.cxz.gov.cn/info/egovinfo/1001/xxgkxt_content/115323000151673132-/2022-06110032.htm — Taqsima II.2 (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(35) Ibid. — Taqsima II.2.4.
(36) Rapport Aġġornat — Kapitolu 2, p. 24–27.
(37) Ara https://www.chinacoatingnet.com/about/regulations.html (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(38) Ibid.
(39) Il-lista sħiħa tal-membri tal-Fergħa tat-TiO2 hija disponibbli fuq: https://www.chinacoatingnet.com/news/show.php?itemid=9466 (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(40) Rapport Aġġornat — Kapitolu 5, p. 124–125.
(41) Rapport Aġġornat — Kapitolu 3, p. 40.
(42) Għal eżempju ara: Blanchette, J. — Xi’s Gamble: The Race to Consolidate Power and Stave off Disaster; Foreign Affairs, vol. 100, nru 4, Lulju/Awwissu 2021, pp. 10-19.
(43) Rapport Aġġornat — Kapitolu 3, p. 41.
(44) Disponibbli fuq:https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(45) Il-Linji Gwida tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tas-CCP dwar it-tisħiħ tal-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida:www.gov.cn/zhengce/2020-09/15/content_5543685.htm (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(46) Financial Times (2020) — Chinese Communist Party asserts greater control over private enterprise: https://on.ft.com/3mYxP4j (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(47) Ara dan li ġej: http://www.lomonbillions.com/newsinfo/10911/32246; https://www.sohu.com/a/293150452_698242; https://vip.stock.finance.sina.com.cn/corp/view/vCI_CorpManagerInfo.php?stockid=002601&Pcode=30749532&Name=%D5%C5%B8%D5 (aċċessat fit-30 April 2024).
(48) Ara r-Rapport Annwali tal-2023 tal-kumpanija, p. 50.
(49) Ara r-Rapport Annwali tal-2023 tal-kumpanija, p. 33 u ta’ wara.
(50) Ara http://www.lomonbillions.com/newsinfo/10911/13846 (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(51) Rapport Aġġornat — Kapitolu 14, Taqsimiet 14.1 sa 14.3.
(52) Rapport Aġġornat — Kapitolu 4, p. 56–57, 99–100.
(53) Ara http://www.xinhuanet.com/2021-03/13/c_1127205564.htm — Taqsima III.8.3 (aċċessata fit-30 ta’ April 2024).
(54) Ara https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/yj/art/2022/art_4ef438217a4548cb98c2d7f4f091d72e.html — L-ewwel taqsima, Rekwiżiti Ġenerali (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(55) Ibid. — L-ewwel taqsima, Objettivi Ewlenin.
(56) Ibid. — It-tieni taqsima, Titjib tal-livell ta’ innovazzjoni u żvilupp.
(57) Għall-metodu tal-proċess tal-aċidu sulfuriku, ara l-Katalogu ta’ Gwida tal-2024, p. 88 (fis-seħħ mill-1 ta’ Frar 2024) disponibbli fuq https://www.ndrc.gov.cn/xxgk/zcfb/fzggwl/202312/P020231229700886191069.pdf (aċċessat fit-30 ta’ April 2024). Il-metodu ġie elenkat bħala ristrett fil-Katalogu ta’ Gwida tal-2019, p. 84, ukoll. Għall-metodu tal-proċess tal-klorur, ara l-Katalogu ta’ Gwida tal-2019, p. 15 (fis-seħħ sal-31 ta’ Jannar 2024), disponibbli fuq https://www.gov.cn/xinwen/2019-11/06/5449193/files/26c9d25f713f4ed5b8dc51ae40ef37af.pdf (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(58) http://gxt.jiangsu.gov.cn/art/2021/8/25/art_83673_10000511.html (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(59) Ibid.
(60) Ibid.
(61) Ara https://www.shenqiu.gov.cn/p_detail_12649.html — Taqsima II.2.5 (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(62) See https://www.sc.gov.cn/10462/10464/10797/2021/12/8/74e1f8013f874f5c9e2f2a2aafd4141b.shtml (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(63) Ara https://h5.drcnet.com.cn/docview.aspx?version=integrated&docid=6718774&leafid=3046&chnid=1024 (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(64) Ara https://www.cxz.gov.cn/info/egovinfo/1001/xxgkxt_content/115323000151673132-/2022-06110032.htm — Taqsima II.2 (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(65) Ibid. — Taqsima II.2.4.
(66) Prodotti oħra relatati mat-titanju huma sponża tat-titanju mhux fondut, titanju ieħor mhux maħdum, trab tat-titanju u skart u ruttam tat-titanju. Ara l-Katalogu tal-Oġġetti Soġġetti għal-Liċenzjar għall-Esportazzjoni, p. 17, ippubblikat kull sena mill-MOFCOM u disponibbli fuq http://images.mofcom.gov.cn/wms/202212/20221230211147281.pdf (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(67) Rapport Aġġornat — Kapitolu 12, p. 343–344.
(68) Ara https://hd.chinatax.gov.cn/nszx2023/cktslcx2023.html (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(69) Rapport Aġġornat — Kapitolu 6, p. 171–179.
(70) Ir-Rapport Aġġornat — il-Kapitolu 9, p. 260–261.
(71) Ir-Rapport Aġġornat — il-Kapitolu 9, p. 257–260.
(72) Ir-Rapport Aġġornat — il-Kapitolu 9, p. 252–254.
(73) Rapport Aġġornat — Kapitolu 13, p. 360–361, 364–370.
(74) Rapport Aġġornat — Kapitolu 13, p. 366.
(75) Rapport Aġġornat — Kapitolu 13, p. 370–373.
(76) Rapport Aġġornat — Kapitolu 6, p. 137–140.
(77) Rapport Aġġornat — Kapitolu 6, p. 146–149.
(78) Ara https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2021- 12/29/5665166/files/90c1c79a00b44c67b59c29392476c862.pdf — Taqsima IV (III) (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(79) Ara https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/yj/art/2022/art_4ef438217a4548cb98c2d7f4f091d72e.html — It-Tmien taqsima, It-tisħiħ tas-salvagwardji organizzattivi (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(80) Rapport Aġġornat — Kapitolu 6, p. 149.
(81) Ara d-dokument ta’ politika uffiċjali tal-Kummissjoni Regolatorja Bankarja u tal-Assigurazzjoni taċ-Ċina tat-28 ta’ Awwissu 2020: “Three-year action plan for improving corporate governance of the banking and insurance sectors (2020–2022): http://www.cbirc.gov.cn/cn/view/pages/ItemDetail.html?docId=925393&itemId=928 (aċċessat fit-30 ta’ April 2024). Il-pjan jagħti struzzjonijiet biex “jiġi implimentat aktar l-ispirtu inkorporat fid-diskors ewlieni tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping dwar l-avvanz tar-riforma tal-governanza korporattiva tas-settur finanzjarju”. Barra minn hekk, it-taqsima II tal-Pjan għandha l-għan li tippromwovi l-integrazzjoni organika tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva: “aħna se nagħmlu l-integrazzjoni tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva aktar sistematika, standardizzata u bbażata fuq il-proċeduri […] Il-Kumitat tal-Partit irid ikun iddiskuta kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni ewlenin qabel ma jiġu deċiżi mill-Bord tad-Diretturi jew mill-maniġment superjuri”.
(82) Ara l-Avviż dwar il-Metodu ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-banek kummerċjali tas-CBIRC, maħruġ fil-15 ta’ Diċembru 2020. http://jrs.mof.gov.cn/gongzuotongzhi/202101/t20210104_3638904.htm (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(83) Ir-Rapport Aġġornat — il-Kapitolu 6, p. 157–158.
(84) Ir-Rapport Aġġornat — il-Kapitolu 6, p. 150–152, 156–160, 165–171.
(85) OECD (2019), OECD Economic Surveys: China 2019, OECD Publishing, Pariġi. p. 29, disponibbli fuq:
https://doi.org/10.1787/eco_surveys-chn-2019-en (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(86) http://www.gov.cn/xinwen/2020-04/20/content_5504241.htm (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(87) World Bank Open Data — Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.
(89) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).
(90) https://www.ibge.gov.br/estatisticas/economicas/industria/9042-pesquisa-industrial-anual.html?=&t=destaques.
(91) https://www.gov.br/mme/pt-br/assuntos/secretarias/sntep/publicacoes/boletins-mensais-de-energia/2023-1/ingles.
(92) https://connect.ihsmarkit.com/, http://www.gtis.com/gta/secure/default.cfm
(94) Fil-prezz tal-klorur taż-żirkonil, il-Kummissjoni inkludiet l-ossidi tal-klorur taż-żirkonju u ossidi oħra tal-klorur, peress li l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-ossidi tal-klorur taż-żirkonju separatament ma kinux rappreżentattivi.
(95) https://www.ibge.gov.br/estatisticas/economicas/industria/9042-pesquisa-industrial-anual.html?=&t=resultados.
(96) https://www.gov.br/mme/pt-br/assuntos/secretarias/sntep/publicacoes/boletins-mensais-de-energia/2023-1/ingles.
(97) https://www.gov.br/mme/pt-br/assuntos/secretarias/sntep/publicacoes/boletins-mensais-de-energia/2023-1/ingles.
(98) https://www.gov.br/mme/pt-br/assuntos/secretarias/sntep/publicacoes/boletins-mensais-de-energia/2023-1/ingles.
(99) L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawn il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.
(100) https://www.fastmarkets.com/login.
(101) https://www.ibge.gov.br/estatisticas/economicas/industria/9042-pesquisa-industrial-anual.html?=&t=destaques.
(102) https://www.ibge.gov.br/en/statistics/economic/prices-and-costs/17136-national-consumer-pricce-index.html?edicao=36055&t=downloads.
(103) https://www.gov.br/mme/pt-br/assuntos/secretarias/sntep/publicacoes/boletins-mensais-de-energia/2023-1/ingles.
(104) https://www.gov.br/mme/pt-br/assuntos/secretarias/sntep/publicacoes/boletins-mensais-de-energia/2023-1/ingles
(105) https://www1.eere.energy.gov/manufacturing/tech_assistance/pdfs/steam15_benchmark.pdf (aċċessat l-aħħar fit-22 ta’ April 2024) Il-metodoloġija tirreferi għall-kost. Fl-applikazzjoni tal-metodoloġija, intużat medja ta’ dawn il-valuri tipiċi.
(106) https://www.tronox-ri.com.br/informacoes-financeiras/central-de-resultados/https://www.tronox-ri.com.br/informacoes-financeiras/central-de-resultados/.
(107) Il-premessa (352) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1336 tal-25 ta’ Settembru 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 315, 29.9.2020, p. 1).
(108) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/176 tad-9 ta’ Frar 2016 li ttemm il-proċedura antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li huwa prodott minn Hangzhou Bioking Biochemical Engineering Co. Ltd (ĠU L 33, 10.2.2016, p. 14).
(109) Ibid., premessi (140) u (141).
(110) Stqarrija għall-Istampa ta’ Venator, “Venator Anunces Transformative Business Plan and Intends to Shut Down TiO2 Production in DuisbUrg, Germany”, L-1 ta’ Frar 2024, disponibbli fuq: https://www.venatorcorp.com/%7E/media/Files/V/Venator/press-releases/press-release-fv-eng.pdf (aċċessat l-aħħar fid-29 ta’ Mejju 2024).
(111) Ir-Rapport ta’ TZMI ta’ Novembru 2021, disponibbli b’abbonament.
(112) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2012 li ttemm il-proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-proteina tas-sojja kkonċentrata li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 168, 28.6.2012, p. 38).
(113) Ibid., premessi (129)–(139).
(114) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/63 tal-14 ta’ Jannar 2022 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittiv tal-ikel diossidu tat-titanju (E 171) (ĠU L 11, 18.1.2022, p. 1).
(115) Ara, pereżempju, ir-Rapport Kummerċjali mhux awditjat ta’ Cinkarne Celje fil-perjodu Jannar-Settembru 2023, p. 16, disponibbli fuq:https://www.cinkarna.si/uploads/Objave/2023/Unaudited_Business_Report_Of_Cinkarne_Celje_for_The_Period_Jan_Sep_2023.pdf (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Mejju 2024); Rapport konsolidat ta’ kull tliet xhur tal-Grupp Grupa Azoty Zakłady Chemiczne Police għal Q1 2023, p. 56, disponibbli fuq: https://zchpolice.grupaazoty.com/upload/4/files/2023/Grupa_Azoty_Police_Skonsolidowany_Raport_za%20_I_kwartal_2023_clean.docx_f....pdf (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Mejju 2024); Rapport konsolidat ta’ kull tliet xhur tal-Grupp Grupa Azoty Zakłady Chemiczne Police għal Q3 2023, p. 58, disponibbli fuq:https://zchpolice.grupaazoty.com/upload/4/files/2023/IR/3Q/EN/Grupa_Azoty_Police_Skonsolidowany_Raport_za%20_III_kwartal_2023.docx_clean….pdf (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Mejju 2024).
(116) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2659 tas-27 ta’ Novembru 2023 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2023/2659, 28.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2659/oj), il-premessa 275.
(117) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2120 tal-12 ta’ Ottubru 2023 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet tad-diossidi tal-manganiż elettrolitiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2023/2120, 13.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2120/oj).
(118) Il-Kummissjoni kkalkolat profittabbiltà indikatur għas-segment tan-negozju relatat mat-TiO2 fuq il-bażi tad-differenza bejn il-kost tal-produzzjoni rrapportat ta’ Flint u d-dħul tal-prodotti li fihom it-TiO2. Il-Kummissjoni mbagħad issimulat iż-żieda f’dawk il-kostijiet tal-produzzjoni billi żiedet il-valur tat-TiO2 miksub miċ-Ċina bil-marġni anti-dumping medju u kkalkolat profitt indikatur ġdid fuq dik il-bażi. Id-differenza perċentwali taż-żewġ profitti ta’ sostituzzjoni ġiet applikata għall-profittabbiltà reali rrapportata fis-segment TiO2 tan-negozju biex jiġi stmat l-impatt tad-dazji fuq il-profitt.
ANNESS
Produtturi esportaturi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun
|
Pajjiż |
Isem |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
ANHUI ANNADA TITANIUM INDUSTRY CO., LTD. |
89CO |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
CITIC TITANIUM INDUSTRY CO., LTD. |
89CP |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Chongqing Titanium Industry Co., Ltd. of Pangang Group |
89CQ |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
GUANGXI BLUESTAR DAHUA CHEMICAL CO.,LTD. |
89CR |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
GUANGXI JINMAO TITANIUM CO., LTD |
89CS |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
GUANGDONG HUIYUN TITANIUM INDUSTRY CORPORATION LIMITED |
89CT |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Guangfeng Titanium Co., Ltd. |
89CU |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Hebei Milson Titanium Dioxide Co.,Ltd |
89CV |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Jinan Yuxing Chemical Co.,Ltd |
89CW |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
KUNMING DONGHAO TITANIUM CO., LTD. |
89CX |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Nanjing Titanium Dioxide Chemical Co., Ltd. |
89CY |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
NINGBO XINFU TITANIUM DIOXIDE CO.,LTD |
89CZ |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
PANZHIHUA DARUI TECHNOLOGY CO.,LTD. |
89DA |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
PANZHIHUA DONGFANG TITANIUM INDUSTRY CO., LTD. |
89DB |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
PANZHIHUA KAIHAO TECHNOLOGY CO., LTD. |
89DC |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Pangang Group Titanium Industry Co., Ltd |
89DD |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
SHANDONG XIANGHAI TITANIUM CO., LTD. |
89DE |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
SHANDONG DAWN TITANIUM INDUSTRY CO., LTD. |
89DF |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
SHANDONG DOGUIDE GROUP CO., LTD. |
89DG |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
SHANDONG JINHAI TITANIUM RESOURCES TECHNOLOGY CO., LTD. |
89DH |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Xuzhou Titanium Dioxide Chemical Co., Ltd. |
89DI |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Yibin Tianyuan Haifeng Hetai Co., Ltd |
89DJ |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
YUNNAN DAHUTONG TITANIUM INDUSTRY CO., LTD |
89DK |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1923/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)