<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑97/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0097</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:158">EU:C:2017:158</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>tabonclcjeSENTENZA TAT-<DATE ISO="20170302">2.3.2017</DATE> – KAWŻA C-97/16</P><P>PÉREZ RETAMERO</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2002/15/KE</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Transport bit-triq</KEYWORD><KEYWORD>Ħaddiem mobbli</KEYWORD><KEYWORD>Sewwieq li jaħdem għal rasu</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-97/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Juzgado de lo Social n<HT TYPE="SUP">o</HT> 3 de Barcelona (tribunal tax-xogħol ta’ Barcelona, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160202">2 ta’ Frar 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20160217">17 ta’ Frar 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">José María Pérez Retamero</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">TNT Express Worldwide SL,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Last Mile Courier SL</HT>, li qabel kienet Transportes Saripod SL,</P><P><HT TYPE="BOLD">Fondo de Garantía Salarial (Fogasa),</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn M. Berger, President tal-Awla, E. Levits u F. Biltgen (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal J. M. Pérez Retamero, minn J. Juan Monreal, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal TNT Express Worldwide SL, minn D. Fernández de Lis Alonso, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Last Mile Courier SL, li qabel kienet Transportes Saripod SL, minn V. Domenech Huertas, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn V. Ester Casas, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Hottiaux u J. Rius Riu, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(d) u (e) tad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20020311">11 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 224, u r-rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="057" PAGE.FIRST="28" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 57, p. 28</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn José María Pérez Retamero u Last Mile Courier SL, li qabel kienet Transportes Sapirod SL (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Sapirod<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll TNT Express Worldwide SL (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>TNT<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) fir-rigward tat-tkeċċija tiegħu minn Sapirod.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 4, 9 u 10 tad-Direttiva 2002/15 huma redatti kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>(4)</NO.P><TXT>Huwa għalhekk meħtieġ li jkunu stabbiliti serje ta’ dispożizzjonijiet aktar speċifiċi li jikkonċernaw is-sigħat tax-xogħol tat-trasport fit-toroq intiżi biex jassiguraw is-sigurtà tat-trasport u s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni involuti.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Id-definizzjonijiet użati f’din id-Direttiva m’għandhomx jikkostitwixxu preċedent għal regolamenti oħra tal-Komunità dwar il-ħin tax-xogħol.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Sabiex titjieb is-sigurtà tat-toroq, ikun ipprevenut it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u tiggarantixxi s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema mobbli koperti b’din id-Direttiva, dawn ta’ l-aħħar għandhom ikunu jafu eżattament liema perjodi huma ddedikati għall-attivitajiet tat-trasport fit-toroq li jikkostitwixxu l-ħin tax-xogħol u li mhumiex u għalhekk huma meqjusa li huma ħinijiet ta’ waqfien, ħinijiet ta’ serħan jew perjodi ta’ disponibbiltà. Dawn il-ħaddiema għandhom ikunu mogħtija l-perjodi minimi ta’ serħan ta’ kull jum u ta’ kull ġimgha, u waqfiet adekwati. Huwa wkoll meħtieġ li jitqiegħed limitu massimu fuq in-numru ta’ sigħat tax-xogħol matul kull ġimgha.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/15, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Għan<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>L-għan ta’ din id-Direttiva għandu jkun li jistabbilixxi l-ħtiġijiet minimi b’relazzjoni ma’ l-organizzazzjoni tal-ħinijiet tax-xogħol sabiex tittejjeb il-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà ta’ persuni li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq u biex tittejjeb is-sigurtà tat-triq u biex jitqabblu l-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) ta’ din id-Direttiva jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>ħaddiema mobbli impjegati minn impriżi stabbiliti fi Stat Membru, li jipparteċipaw fl-attivitajiet tat-trasport fit-toroq koperti bir-Regolament [tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, tal-<DATE ISO="19851220">20 ta’ Diċembru 1985</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Volum 1, p. 319)] jew, f’nuqqas ta’ dak, bil-[Ftehim Ewropew dwar<?PAGE NO="3"?> ix-Xogħol tal-Ekwipaġġ ta’ Vetturi involuti fit-Trasport Internazzjonali fuq it-Triq (AETR)]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> u, mit-<DATE ISO="20090323">23 ta’ Marzu 2009</DATE>, għas-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>sewwieqa li jaħdmu għal rashom<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> li jieħdu sehem fl-istess attivitajiet ta’ trasport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/15 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>ħaddiem mobbli<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> għandu jfisser kwalunkwe ħaddiem li jifforma parti minn persunal vjaġġanti, inklużi dawk waqt it-taħriġ u l-apprentisti, li jkunu fis-servizz ta’ impriża li topera servizzi tat-trasport għall-passiġġieri jew għall-merkanzija bit-triq għal kiri jew għall-qligħ jew għall-akkont tiegħu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>sewwieq li jaħdem għal rasu<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> għandu jfisser kwalunkwe bniedem li l-okkupazzjoni ewlenija tiegħu hija li jittrasporta passiġġieri jew merkanzija fir-toroq għall-kiri jew għall-qligħ fil-qofol tat-tifsira tal-leġislazzjoni tal-Komunità permezz tal-koperta ta’ liċenzja tal-Komunità jew ta’ xi awtorizzazzjoni professjonali oħra biex iwettaq it-trasport imsemmi qabel, li huwa intitolat li jaħdem għal rasu u li mhux marbut ma’ xi ħadd li jimpjegah b’kuntratt ta’ impieg jew b’xi tip ieħor ta’ relazzjoni b’ġerarkija tax-xogħol, li huwa liberu li jorganizza l-attivitajiet relevanti tax-xogħol, li l-introjtu tiegħu jiddependi direttament mill-profitti magħmula u li għandu l-libertà li, individwalment jew permezz ta’ kooperazzjoni bejn sewwieqa li jaħdmu għal rashom, ikollu relazzjonijiet kummerċjali ma diversi klijenti.</TXT><P>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, dawk is-sewwieqa li ma jissodisfawx dawn il-kriterji għandhom ikunu suġġetti għall-istess obbligazzjonijiet u jibbenefikaw mill-istess drittijiet bħal dawk li hemm provvediment dwarhom għall-ħaddiema mobbli b’din id-Direttiva;</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tat-test rivedut tal-Ley del Estatuto de los Trabajadores (liġi dwar l-istatut tal-ħaddiema), approvata bir-Real Decreto Legislativo 1/1995 (Digriet Leġiżlattiv Irjali 1/1995), tal-<DATE ISO="19950324">24 ta’ Marzu 1995</DATE> (BOE Nru 75, tad-<DATE ISO="19950329">29 ta’ Marzu 1995</DATE>, p. 9654), fil-verżjoni tagħha applikabbli fid-data tal-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Istatut tal-Ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din il-liġi tapplika għall-ħaddiema li jagħtu s-servizzi tagħhom volontarjament b’remunerazzjoni fl-interess ta’ ħaddieħor fil-kuntest tal-organizzazzjoni u taħt id-direzzjoni ta’ persuna fiżika jew ġuridika oħra, msejħa l-persuna li timpjega jew l-imprenditur.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-liġi:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>b’mod ġenerali, kull xogħol magħmul fil-qafas ta’ relazzjoni differenti minn dik iddefinita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><?PAGE NO="4"?><ALINEA>Għal dan il-għan, titqies bħala eskluża mir-relazzjonijiet ta’ xogħol l-attività eżerċitata minn persuni li jipprovdu servizzi ta’ trasport koperti minn awtorizzazzjonijiet amministrattivi fil-pussess tagħhom, magħmula, b’korrispettiv tal-prezz korrispondenti, bl-għajnuna ta’ vetturi kummerċjali ddedikati għal attivitajiet ta’ trasport li huwa s-suġġett ta’ leġiżlazzjoni speċifika u li dawn il-persuni huma proprjetarji tagħhom jew li fir-rigward tagħhom huma għandhom setgħa ta’ dispożizzjoni diretta, anki jekk dawn is-servizzi huma pprovduti b’mod kontinwu lill-istess operatur jew negozjant.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20080602">2 ta’ Ġunju 2008</DATE>, J. M. Pérez Retamero kkonkluda ma’ TNT kuntratt imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>kuntratt <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>legali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> ta’ provvista ta’ servizzi ta’ trasport<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. Konformement mal-kuntratt imsemmi, TNT kienet fdat lil J. M. Pérez Retamero l-inkarigu li jgħabbi u li jwassal merkanzija fit-territorju ta’ Cataluna (Spanja), li jimla u li jipprovdi dokumenti bil-għan tal-ħruġ mid-dwana, billi indikat istruzzjonijiet preċiżi għat-twettiq ta’ din l-operazzjoni, biex jgħabbi, jaħżen, iħott u jneħħi mill-ħażna l-merkanzija ttrasportata u, finalment, biex jamministra l-irkupru tal-ammonti relattivi għal merkanziji li jitwasslu jew jiġu kkunsinnati. Barra minn hekk, dan il-kuntratt kien jipprovdi li TNT setgħet tibdel b’mod sħiħ jew parzjalment u b’mod unilaterali l-prinċipji u r-regoli applikabbli għas-servizzi ta’ trasport. Kien ingħata telefon ċellulari b’sim card ipprovduta mill-operatur Vodafone lil J. M. Pérez Retamero, sabiex dan ikun jista’ jwettaq xogħolu. Ukoll konformement mal-kuntratt imsemmi, J. M. Pérez Retamero kellu jissottoskrivi assigurazzjoni ta’ trasport u, f’kull każ, jassumi r-responsabbiltà għat-telf jew għall-qerda tal-merkanzija kif ukoll għad-dewmien fil-kunsinna. It-tul inizjali tal-istess kuntratt kien ġie ffissat għal sitt xhur. Madankollu, dan seta’ jiġi estiż għal perijodi suċċessivi tal-istess tul. Ir-remunerazzjoni għas-servizzi pprovduti mill-persuna interessata kienet tikkonsisti f’somma f’daqqa dovuta għal kull jum ta’ xogħol u kienet titħallas kull xahar. Il-kuntratt inkwistjoni kien jistabbilixxi li l-vettura użata kellha turi l-kuluri kif ukoll ir-reklamar magħżul minn TNT. Barra minn hekk, J. M. Pérez Retamero kien iddikjara li kien fil-pussess ta’ awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju ta’ attività ta’ trasport. L-Anness I għal dan il-kuntratt kien jipprovdi li t-trasportatur ikollu superviżur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-kuntratt imsemmi ġie estiż jew oħrajn ġew konklużi sussegwentement, iżda l-kontenut ta’ dawn il-kuntratti baqa’, essenzjalment, l-istess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Minn Jannar 2014, filwaqt li wettaq dejjem l-istess xogħol, J. M. Pérez Retamero beda jiffattura s-servizzi pprovduti lil Sapirod, inkarigata minn TNT biex tiżgura s-servizzi ta’ trasport ikkonċernati. Il-karti ta’ aċċess għall-installazzjonijiet ta’ TNT kienu direttament maħruġa minnha lit-trasportaturi. Fuq din il-karta, J. M. Pérez Retamero kien iddefinit bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>sewwieq impjegat<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>J. M. Pérez Retamero kien proprjetarju ta’ vann li l-piż totali ta’ tagħbija awtorizzata tiegħu kienet ta’ <FT TYPE="NUMBER">2590</FT> kg u li għalih huwa kellu liċenzja ta’ trasport li tawtorizzah iwettaq servizzi ta’ trasport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20150217">17 ta’ Frar 2015</DATE>, Sapirod informat verbalment lil J. M. Pérez Retamero li din ma setgħet tipproponilu iktar ebda servizz ta’ trasport. Din l-informazzjoni ġiet ikkonfermata b’ittra tas-<DATE ISO="20150306">6 ta’ Marzu 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20150317">17 ta’ Marzu 2015</DATE>, J. M. Pérez Retamero ppreżenta kawża quddiem il-Juzgado de lo Social de Barcelona (qorti tax-xogħol ta’ Barcelona, Spanja), għall-konstatazzjoni li dan kien marbut ma’ Sapirod b’kuntratt ta’ xogħol u li għalhekk, it-tkeċċija tiegħu kienet illegali. Minbarra din it-talba, dan sejjaħ fil-kawża lil TNT għal tpoġġija għad-dispożizzjoni illegali ta’ ħaddiema u, għalhekk, talab li dawn iż-żewġ kumpanniji jiġu kkundannati <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tiegħu, J. M. Pérez Retamero osserva li l-kriterji jew elementi kollha li jikkaratterizzaw relazzjoni ta’ xogħol, bħas-subordinazzjoni, ix-xogħol imwettaq għal ħaddieħor u l-inklużjoni fl-organizzazzjoni ta’ impriża, kienu preżenti, b’tali mod li, f’dan il-każ, kellu jiġi konkluż li jeżisti, mhux relazzjoni kummerċjali, iżda kuntratt ta’ xogħol. L-esklużjoni oġġettiva magħmula fl-Artikolu 1(3)(g) tal-Istatut tal-Ħaddiema tmur kontra d-Direttiva 2002/15, b’mod li dan ma jistax jiġi kkwalifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>sewwieq li jaħdem għal rasu<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(e) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Quddiem il-qorti tar-rinviju, Sapirod, b’mod partikolari, sostniet li ma kienet teżisti ebda kontradizzjoni bejn l-Artikolu 1(3)(g) tal-Istatut tal-Ħaddiema u l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/15, peress li, f’dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet, id-detenzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>liċenzja jew ta’ awtorizzazzjoni amministrattiva<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> li tippermetti li jiġu pprovduti servizzi ta’ trasport bit-triq, tikkostitwixxi l-kriterju deċiżiv li jeskludi l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ xogħol. Il-fatt li d-dispożizzjoni msemmija tad-dritt tal-Unjoni ma tirreferixxix espressament għall-fatt li l-persuna interessata hija l-proprjetarju tal-vettura jew li għandha s-setgħa li tiddisponi minnha huwa irrilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Quddiem il-qorti tar-rinviju, TNT osservat, b’mod partikolari, li mill-premessa 5 tad-Direttiva 2002/15 jirriżulta li din tal-aħħar ma għandhiex teċċedi dak li huwa neċessarju biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha u li b’hekk din id-direttiva ma tikkostitwixxix strument leġiżlattiv validu biex issir distinzjoni bejn l-eżerċizzju tal-attività ta’ trasportatur fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ xogħol u l-eżerċizzju ta’ din l-attività bħala sewwieq li jaħdem għal rasu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, għalkemm l-għan tad-Direttiva 2002/15 ma jikkonsistix fid-definizzjoni tal-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>ħaddiem impjegat<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>ħaddiema li jaħdmu għal rashom<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, il-kwalifika inkwistjoni ssir fundamentalment minħabba s-sistema ta’ responsabbiltà li hija marbuta magħha. Kieku l-għan tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tat-trasport kien jikkonsisti fl-armonizzazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni, il-kunċetti rispettivi ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>ħaddiem mobbli<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>sewwieq li jaħdem għal rasu<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, li jinsabu fl-Artikolu 3(d) u (e) ta’ din id-direttiva, ikollhom ikunu l-istess fl-Istati Membri kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Juzgado de lo Social de Barcelona (qorti tax-xogħol ta’ Barcelona) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>1)</NO.P><TXT>Id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>ħaddiem mobbli<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> li tinsab fl-Artikolu 3(d) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/15/KE, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni legali interna bħall-Artikolu 1(3)(g) tal-Istatut tal-Ħaddiema, li jipprevedi li ma jistgħux jitqiesu <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>ħaddiema mobbli<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> l-persuni li jipprovdu servizzi ta’ trasport koperti b’awtorizzazzjonijiet amministrattivi li għandhom, ipprovduti, […] bl-għajnuna ta’ vetturi […] li fir-rigward tagħhom [huma] għandhom il-proprjetà jew setgħa diretta ta’ dispożizzjoni, […]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(e) tad-Direttiva 2002/15/KE […] għandu jiġi interpretat fis-sens li jekk l-ebda kriterju ma jkun issodisfatt jew kriterju wieħed ikun issodisfatt għal persuna sabiex titqies <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>ħaddiem mobbli<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/> [sewwieq li jaħdem għal rasu], għandu jfisser li l-persuna kkonċernata hija <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>ħaddiem mobbli<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/>?<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tad-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-ammissibbiltà tad-domandi preliminari ġiet ikkontestata minn Sapirod, TNT, mill-Gvern Spanjol u mill-Kummissjoni Ewropea, fl-osservazzjonijiet bil-miktub rispettivi tagħhom, b’mod partikolari minħabba li s-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/15 u li b’hekk, l-interpretazzjoni ta’ din id-direttiva ma hijiex neċessarja għas-soluzzjoni tat-tilwima.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-proċedura prevista fl-Artikolu 267 TFUE hija strument ta’ kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali. Minn dan isegwi li huma biss il-qrati nazzjonali, li qed jisimgħu l-kawża u li għandhom ir-responsabbiltà li jagħtu d-deċiżjoni ġudizzjarja, li għandhom jiddeterminaw, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kull kawża, kemm il-ħtieġa għal deċiżjoni preliminari sabiex ikunu jistgħu jaqtgħu s-sentenza kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li jagħmlu lill-Qorti tal-Ġustizzja (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970717">17 ta’ Lulju 1997</DATE>, <NAME.CASE>Leur-Bloem</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-28/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:369">EU:C:1997:369</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110707">7 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Agafiţei <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-310/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:467">EU:C:2011:467</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Konsegwentement, peress li d-domandi preliminari magħmula mill-qrati nazzjonali huma dwar l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, bħala prinċipju, għandha l-obbligu li tiddeċiedi (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970717">17 ta’ Lulju 1997</DATE>, <NAME.CASE>Leur-Bloem</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-28/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:369">EU:C:1997:369</NO.ECLI></REF.DOC.ECR> punt 25, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110707">7 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Agafiţei <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-310/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:467">EU:C:2011:467</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, ir-rifjut tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi fuq domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli meta jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandhiex rabta mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex elementi ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi magħmula lilha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Chacón Navas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-13/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:456">EU:C:2006:456</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110707">7 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Agafiţei <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-310/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:467">EU:C:2011:467</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għalhekk, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li r-rifjut ta’ domanda magħmula minn qorti nazzjonali jista’ b’mod partikolari jiġi ġġustifikat jekk huwa manifest li d-dritt tal-Unjoni ma japplikax, la direttament u lanqas indirettament, għaċ-ċirkustanzi tal-kawża (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110707">7 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Agafiţei <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-310/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:467">EU:C:2011:467</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-qorti tar-rinviju qiegħda tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2002/15 mingħajr ma stabbilixxiet li sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li mill-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/15 jirriżulta li din għandha l-għan li tistabbilixxi l-ħtiġijiet minimi b’relazzjoni mal-organizzazzjoni tal-ħinijiet tax-xogħol, sabiex tittejjeb il-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-persuni li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq, kif ukoll biex tittejjeb is-sigurtà tat-triq u biex jiġu approssimati iktar il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, konformement mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/15, id-definizzjonijiet stabbiliti minnha huma stabbiliti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. B’hekk, l-interpretazzjoni tal-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>ħaddiem mobbli<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>ħaddiem li jaħdem għal rasu<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, iddefiniti fl-Artikolu 3(d) u (e) ta’ din id-direttiva, ma tistax taqbeż il-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva msemmija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li t-tilwima fil-kawża prinċipali, li tirrigwarda rikors għall-kontestazzjoni ta’ tkeċċija, ma tirrigwardax kwistjoni relattiva għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, iżda l-punt jekk il-persuna kkonċernata għandhiex tiġi kkwalifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>ħaddiem mobbli<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> u b’hekk bħala impjegat għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-liġi tax-xogħol nazzjonali u, b’mod iktar partikolari, tal-liġijiet dwar it-tkeċċija mix-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi konkluż li tilwima bħal dik fil-kawża prinċipali ma tidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/15 u li konsegwentement, il-kunċetti li jinsabu fl-Artikolu 3(d) u (e) ta’ din id-direttiva ma jistgħux japplikaw għal din it-tilwima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Isegwi li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(d) u (e) tad-Direttiva 2002/15 ma hijiex neċessarja għar-riżoluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>B’hekk, għandu jiġi kkonstatat li d-domandi li huma s-suġġett tat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Barcelona (qorti tax-xogħol ta’ Barcelona) huma inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">It-talba għal deċiżjoni preliminari ppreżentata mill-Juzgado de lo Social de Barcelona (qorti tax-xogħol ta’ Barcelona, Spanja) hija inammissibbli.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>