Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI I - TITOLU IV - ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI - KAPITOLU I - IL-QAFAS ISTITUZZJONALI - Artikolu I-25
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0021 - 0021
Artikolu I-25 Definizjoni ta' maġġoranza kwalifikata fi ħdan il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill 1. Maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita bħala li hija ugwali għal mill-inqas 55 % tal-membri tal-Kunsill, li jinkludu mill-inqas ħmistax minnhom u li jirrappreżentaw Stati Membri li flimkien jinkludu mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni ta' l-Unjoni. Minoranza li timblokka għandha tinkludi mill-inqas erba' membri tal-Kunsill, u fin-nuqqas ta' dan, il-maġġoranza kwalifikata tkun meqjusa li nkisbet. 2. B'deroga mill-paragrafu 1, meta l-Kunsill ma jkunx qed jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, jew tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta' l-Unjoni, l-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita bħala li hija ugwali għal mill-inqas 72 % tal-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw lill-Istati Membri, li flimkien jinkludu mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni ta' l-Unjoni. 3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għall-Kunsill Ewropew meta jkun qed jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata. 4. Fil-Kunsill Ewropew, il-President tiegħu u l-President tal-Kummissjoni m'għandhomx jieħdu sehem fil-vot. --------------------------------------------------