|
27.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/43 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1715
tal-24 ta’ Settembru 2021
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern preċedenti tal-Iraq koperti mill-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq nhar it-22 ta’ Mejju 2003, skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fil-21 ta’ Settembru 2021, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi entità waħda mil-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi. |
|
(3) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali
ANNESS
Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003, titħassar l-entrata segwenti:
|
“22. |
BAGHDAD STOCK EXCHANGE. Indirizz: The White Palace, Al Nidhal Street, P.O. Box 5157, Baghdad, l-Iraq.” |