|
6.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 170/12 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10228 — Advent/Mondial Relay)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 170/10)
1.
Fit-30 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Advent International Corporation (“Advent”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Mondial Relay SAS (“Mondial Relay”, Franza). |
Advent, indirettament permezz ta’ InPost SA, takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Mondial Relay kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Advent: fond ta’ investiment ta’ ekwità privata ffukat fuq l-akkwist ta’ ishma azzjonarji u l-ġestjoni ta’ interessi f’diversi setturi, inklużi s-servizzi tan-negozju u dawk finanzjarji; prodotti u servizzi industrijali; operazzjonijiet ta’ bejgħ bl-imnut, prodotti tal-konsumatur tad-ditta, u servizzi ta’ divertiment; il-media, it-telekomunikazzjonijiet u t-teknoloġija tal-informazzjoni; u s-servizzi tal-kura tas-saħħa u l-farmaċewtiċi. Permezz tal-kumpaniji ta’ portafoll ikkontrollati tiegħu, Hermes UK, Hermes Germany u InPost SA, Advent hija attiva fis-servizzi tan-network “Pick-Up & Drop-Off” (“PUDO”) u servizzi ta’ konsenja ta’ pakketti żgħar fir-Renju Unit, il-Ġermanja, il-Polonja u l-Italja, rispettivament, u sa ċertu punt f’konsenji transfruntiera, |
|
— |
Mondial Relay: kumpanija attiva fil-forniment ta’ servizzi tan-network PUDO u servizzi ta’ konsenja ta’ pakketti żgħar fi Franza, il-Belġju, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Portugall u Spanja. Sa ċertu punt, Mondial Relay hija attiva wkoll f’kunsinni transfruntiera. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10228 — Advent/Mondial Relay
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).