Official Journal L 159 , 27/06/1979 P. 0008 - 0009
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0019
Greek special edition: Chapter 03 Volume 25 P. 0168
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0019
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1250/79 tas-26 ta’ Ġunju 1979 li jistabbilixxi imposti kontra is-sussidji fuq iż-żerriegħa IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 tas-26 ta’ Ottubru 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 234/79 [2], u partikolarment l-Artikolu 6(5) tiegħu, Billi l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 jipprovdi li meta l-prezz liberu-fuq-il-fruntiera offrut, bl-addizzjoni tad-dazji doganali, għal tip ta’ qamħirrun ibridu għaż-żriegħ u li ġej minn pajjiż li mhux membru, huwa anqas mill-prezz korrispondenti tar-riferenza, għandha tkun intaxxata imposta kontra is-sussidji fuq l-importazzjoni ta’ l-ibridu minn dak il-pajjiż, suġġetta għall-obbligi li jirriżultaw mill-impenji taħt il-GATT; billi l-impost b’effett oppost huwa daqs id-differenza bejn il-prezz tar-riferenza u prezz liberu-fuq-il-fruntiera bl-addizzjoni tad-dazji doganali; Billi l-prezzijiet tar-riferenza għas-sena tas-suq ta’ l-1979/80 għall-qamħirrun ibridu għaż-żriegħ kienu stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1249/79 [3]; Billi l-prezzijiet liberi-fuq-il-fruntiera offruti għal kull pajjiż ta’ provenjenza huma ddeterminati bl-użu ta’ l-informazzjoni kollha relevanti disponibbli; billi t-tali informazzjoni relevanti hija definita fl-Artikolu 1(1), (2) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1665/72 [4]; billi l-Artikolu 3 ta’ l-istess Regolament jipprovdi li l-prezzijiet liberi-fuq-il-fruntiera offruti għal kull pajjiż ta’ provenjenza għandhom ikunu ddeterminati mill-aktar opportunitajiet favorevoli tax-xiri għall-prodotti in kwistjoni ikkalkolati skond l-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament; billi l-informazzjoni fuq l-offerti li m’għandhomx effett ekonomiku fis-suq partikolarment minħabba l-kwantitajiet insinifikanti li għalihom isiru m’għandhomx jittieħdu għall-iskop biex ikunu kkalkolati dawn il-prezzijiet; Billi permezz ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1665/72, aġġustament għandu jsir fil-każ ta’ l-informazzjoni tal-prezz li jirrigwardja stadju ieħor apparti milli liberu-fuq-il-fruntiera tal-Komunità; billi permezz ta’ l-Artikolu 4(2) ta’ dak ir-Regolament, l-impost b’effett oppost għandu jkun emendat meta varjazzjoni sinifikanti fil-prezz liberu-fuq-il-fruntiera offrut huwa rrekordjat; Billi, bħala riżultat ta’ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija qabel ta’ l-informazzjoni bħalissa disponibbli għall-Kummissjoni, l-impost b’effett oppost dwar ċerti tipi ta’ ibridi għandu jkun stabbilit fl-ammonti indikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament; Billi, bħala konsegwenza, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 68/79 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 962/79 [6], li stabbilixxa l-imposti kontra is-sussidji għall-perjodu preċedenti, għandu jkun imħassar; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taż-Żrieragħ, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-imposti imposti kontra is-sussidji fuq iż-żrieragħ huma stabbiliti kif murija fl-Anness mehmuż. Artikolu 2 Ir-Regolament (KEE) Nru 68/79 huwa hawnhekk imħassar. Artikolu 3 Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 1979. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Ġunju 1979. Għall-Kummissjoni Finn Gundelach Viċi-President [1] ĠU L 246, tal-5.11.1971, p. 1. [2] ĠU L 34, tad-9.2.1979, p. 2. [3] ĠU L 159, tas-27.6.1979, p. 6. [4] ĠU L 175, tat-2.8.1972, p. 49. [5] ĠU L 11, tas-17.1.1979, p. 5. [6] ĠU L 121, tas-17.5.1979, p. 19. -------------------------------------------------- ANNESS Imposti kontra is-sussidji fuq il-qamħirrun ibridu għaż-żriegħ (EKU/100kg) | Nru ta' l-intestatura tas-CCT | Deskrizzjoni | Ammont ta' l-impost b'effett oppost | Pajjiż ta' l-oriġini | ex 10.05 | Qamħirrun: | | | A.Ibridu għaż-żriegħ: I.Ibridi doppji u ibridi ta' kwalita' prima | 2,0 | L-Awstrija | 5,0 | L-Ungerija | 6,1 | Il-USA | 11,1 | Il-Jugoslavja | 13,7 | Ir-Rumanija | 13,7 | Pajjiżi oħra | II.Ibridi bi tliet taħlitiet | 6,4 | L-Ungerija | 12,3 | Il-USA | 21,3 | Ir-Rumanija | 21,6 | Il-Kanada | 21,6 | Pajjiżi oħra | III.Ibridi singoli | 3,3 | Ir-Rumanija | 4,6 | Il-Jugoslavja | 21,1 | L-Ungerija | 30,3 | Il-Kanada | 32,5 | Il-USA | 32,5 | Il-Pajjiżi oħra | --------------------------------------------------