|
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta’ Mejju 2005
li temenda d-Deċiżjoni 90/255/KEE fir-rigward ta' l-inseriment ta’ muntuni u bdabad fl-Anness ta’ ktieb ir-razza
(innotifikata taħt id-dokument numru C(2005) 1409)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2005/375/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/361/KEE tat-30 ta’ Mejju 1989 dwar in-nagħaġ u l-mogħoż ta’ razza pura għat-tgħammir (1), u b'mod partikolari t-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/255/KEE ta’ l-10 ta’ Mejju 1990 li tistabbilixxi l-kriterji li jirregolaw l-inseriment fil-kotba tar-razza ta’ nagħaġ u mogħoż ta’ razza pura (2) għat-tgħammir tipprevedi li l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet ta' dawk li jrabbu l-bhejjem jistgħu jiddeċiedu li jdaħħlu l-irġiel ta' ċerti razez, li huma speċifikati f'lista magħluqa, f’anness għal ktieb ir-razza. |
|
(2) |
Dik il-lista nstabet li mhix prattika u flessibbli u għandha tinbidel bi proċedura flessibbli li taħtha l-organizzazzjonijiet ta' dawk li jrabbu l-bhejjem ikunu jistgħu jagħżlu li jutilizzaw ir-riżorsi ġenetiċi neċessarji fi ħdan il-qafas ta' programm ta’ tgħammir ċar, definit u superviżjonat. |
|
(3) |
Huwa fl-interess tal-protezzjoni tar-riżorsi tal-ġenetika ta’ l-annimali li l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet approvati ta' dawk li jrabbu l-bhejjem jitħallew jistabbilixxu f'każi xierqa annessi għall-kotba tar-razza tagħhom rigward annimali rġiel li ma jissodisfawx il-kriterji għall-inseriment fit-taqsima ewlenija iżda huma importanti għall-preservazzjoni tar-razza. |
|
(4) |
Ir-regoli dwar l-inseriment ta' ċerti annimali rġiel f'anness għal ktieb ir-razza u li jippermettu li wlied it-tali rġiel jiddaħħlu fit-taqsima ewlenija ta' ktieb ir-razza għandhom ikunu stretti biżżejjed u non-diskriminatorji; għal dan il-għan, huma għandhom jitressqu għal approvazzjoni minn qabel quddiem l-awtorità kompetenti msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/254/KEE ta’ l-10 ta’ Mejju 1990 li tistabbilixxi l-kriterji għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet ta’ dawk li jrabbu l-bhejjem li jistabbilixxu jew iżommu kotba tar-razza għal nagħaġ u mogħoż ta’ razza pura għat-tgħammir (3). |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iz-Zutekniki, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 90/255/KEE jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar il-11 ta’ Mejju 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 153, 6.6.1989, p. 30.
ANNESS
“ANNESS
Kundizzjonijiet previsti fir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 4
|
1. |
Ktieb ir-razza għandu jirreferi għal razza ‘b’ saħħitha’ li normalment mhix intiża għall-produzzjoni intensiva. L-assoċjazzjoni jew l-organizzazzjoni ta’ dawk li jrabbu l-bhejjem għandha tkun uriet in-nuqqas ta’ annimali rġiel irreġistrati fit-taqsima ewlenija ta’ ktieb ir-razza u li huma disponibbli għat-tgħammir skond il-programm tat-tgħammir. |
|
2. |
L-assoċjazzjoni jew l-organizzazzjoni ta’ dawk li jrabbu l-bhejjem għandha tkun ġġustifikat il-ħtieġa ta’ anness għal ktieb ir-razza għall-annimali rġiel fil-kuntest tal-programm tat-tgħammir. |
|
3. |
Il-kundizzjonijiet li taħthom ulied l-annimali rġiel inseriti f’anness ta’ ktieb ir-razza jkunu jistgħu jiġu inseriti fit-taqsima ewlenija ta’ ktieb ir-razza għandhom jiġu stabbiliti u ma jkunux anqas stretti minn dawk applikabbli għall-annimali nisa rispettivi. Għal dan il-għan, l-assoċjazzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet ta’ dawk li jrabbu l-bhejjem għandhom jiksbu l-approvazzjoni minn qabel ta’ dawk il-kundizzjonijiet mill-awtorità kompetenti li tkun tapprova lil dik l-organizzazzjoni skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/254/KEE.” |