31995D0356



Official Journal L 211 , 06/09/1995 P. 0039 - 0039


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-28 ta' Ġunju 1995

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Implimentattiv bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, rappreżentata mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, u l-Atomic Energy of Kanada Limited nominata bħala aġent implimentattiv mill-Gvern tal-Kanada dwar is-sehem tal-Kanada fil-kontribuzzjoni tal-Komunità Ewropea għall-Energija Atomika għall-Attivitajiet tad-Disinn ta' l-Inġinerija (EDA) għar-Reattur Internazzjonali Termonukleari Sperimentali (ITER), mill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità

(95/356/Euratom)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 101(3) tiegħu,

Billi l-memorandum ta' ftehim għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Kanada fil-qasam tal-fużjoni nukleari kkontrollata [1] ġie konkluż fil-25 ta' Lulju 1995;

billi l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, il-Gvern tal-Ġappun, il-Gvern tal-Federazzjoni Russa, u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar kooperazzjoni fl-attivitajiet tad-disinn ta' l-inġinerija għar-Reattur Internazzjonali Termonukleari Sperimentali (ITER) [2] konkluż fil-21 ta' Lulju 1992,

IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim Implimentattiv bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, irrappreżentata mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, u l-Atomic Energy of Kanada Limited, innomina bħala aġent implimentattiv mill-Gvern tal-Kanada dwar is-sehem tal-Kanada fil-kontribuzzjoni tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għall-Attivitajiet tad-Disinn ta' l-Inġinerija (EDA) għar-Reattur Internazzjonali Termonukleari Sperimentali (ITER), huwa hawnhekk konkluż f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim Implimentattiv huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli mix-xjenza, ir-riċerka u l-iżvilupp jew ir-rappreżentant nominat tagħha huwa awtorizzat li jiffirma l-Ftehim Implimentattiv bl-iskop li jorbot lill-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.

Magħmula fi Brussel,fit-28 ta' Ġunju 1995.

Għall-Kummissjoni

Jacques Santer

Il-President

[1] Ara paġna 31 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[2] ĠU L 244, tas-26.8.1992, p. 13.

--------------------------------------------------