|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/7447 |
13.12.2024 |
Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(C/2024/7447)
Skont l-Artikolu 9(1), il-punt (a), tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:
fil-paġna 344, tiddaħħal in-nota ta’ spjegazzjoni li ġejja:
|
“8483 |
Xaftijiet tat-trażmissjoni (inkluż kamxafts u krankxafts) u krankijiet; housings tal-bearings u shaft bearings lixxi; gerijiet u settijiet ta’ gerijiet; ball screws jew roller screws; gearboxes u oġġetti oħrajn li jibdlu l-veloċità, inkluż torque convertors; flywheels u tarjoli, inklużi blokki ta’ tarjoli; klaċċijiet u shaft couplings (inkluż ġonot universali) |
|
848350 |
Flywheels u tarjoli, inkluż blokok ta’ tarjoli
Din is-subintestatura tinkludi roti idler taċ-ċineg magħmulin minn metalli komuni, iddisinjati biex jintużaw f’magni biċ-ċineg għaċ-ċaqliq tat-terrapien jew tal-ħamrija biex jiggwidaw u jiżżerżqu ċ-ċineg. Dawn l-oġġetti huma kkunsidrati bħala tarjoli ħielsa. Ma jittrażmettu l-ebda potenza minnhom infushom, iżda jżommu t-tensjoni taċ-ċinga, jittrażmettu l-moviment rotatorju, u bħala tali jaġixxu bħala gwida (ara l-NSSA għall-intestatura 8483 , il-parti (G) ‘Tarjoli, inklużi blokki ta’ tarjoli’, it-tieni paragrafu).” |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7447/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)