IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 31.5.2023
COM(2023) 277 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
Rapport Annwali dwar l-Attivitajiet tar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku tal-Unjoni Ewropea u l-Monitoraġġ ta’ Orizzjont Ewropa u ta’ Orizzont 2020 fl-2022
1.Sfond
Dan ir-rapport jipprovdi ħarsa ġenerali mhux eżawrjenti lejn l-attivitajiet ewlenin tar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) tal-UE fl-2022 u l-monitoraġġ ta’ Orizzont Ewropa, Orizzont 2020 u l-Programm Euratom.
Ġie abbozzat f’konformità mal-Artikolu 190 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 7 tat-
Trattat Euratom
, flimkien mal-
Artikolu 50 tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ta’ Orizzont Ewropa
u mal-Artikolu 12 tar-
Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2021/765 li jistabbilixxi l-Programm ta’ Riċerka u taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
.
2.Il-kuntest politiku u l-iżviluppi tal-politika
Fl-2022, il-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna mmarkat bidla storika, kisret id-dritt internazzjonali u dgħajfet is-sigurtà Ewropea u globali. B’dan il-mod, ir-Russja kisret ukoll il-valuri u l-prinċipji ewlenin tal-kooperazzjoni internazzjonali dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni, kif stabbilit fil-
Komunikazzjoni dwar Approċċ Globali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni
.
Il-gwerra kellha konsegwenzi immensi għall-UE u għax-xenarju tar-riċerka u l-innovazzjoni tagħha, b’mod partikolari għall-kollaborazzjoni xjentifika mal-Ukrajna u mar-Russja, iżda wkoll għall-provvista tal-enerġija, il-ktajjen tal-provvista sikuri u l-migrazzjoni.
2.1.L-Ukrajna
Il-Kummissjoni imponiet sanzjonijiet kontra r-Russja fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni. B’mod konkret:
·waqqfet il-proġetti ta’ kooperazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni u temmet il-parteċipazzjonijiet minn entitajiet pubbliċi Russi fil-
programmi tal-UE dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni
u żgurat implimentazzjoni koordinata tas-sanzjonijiet permezz ta’ gwida u monitoraġġ;
·nediet azzjonijiet iddedikati biex tappoġġa l-komunità tar-riċerka u xjentifika tal-Ukrajna, inkluż il-
portal ERA4Ukraine
f’Marzu 2022, biex tappoġġa lir-riċerkaturi Ukreni; l-iskema
Marie Skłodowska-Curie action (MSCA) 4Ukraine
f’Ottubru 2022 b’baġit ta’ EUR 25 miljun biex tappoġġa lir-riċerkaturi spostati mill-Ukrajna; sejħa taħt
il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni
b’EUR 20 miljun biex jiġu appoġġati l-intrapriżi innovattivi Ukreni.
·f’Mejju 2022, ippubblikat il-
Pjan REPowerEU
, li għandu l-għan li jagħmel lill-Ewropa indipendenti mill-fjuwils fossili Russi billi jaċċellera t-tranżizzjoni tal-UE lejn enerġija nadifa;
·nediet suġġett ġdid taħt il-
programm Euratom
b’baġit ta’ EUR 10 miljun dwar is-
Sikurezza ta’ fjuwil nukleari alternattiv għar-reatturi VVER
, biex jiġi żgurat l-operat kontinwat ta’ dawn ir-reatturi, li nbnew fl-Unjoni Sovjetika.
2.2.Tranżizzjoni ekoloġika u diġitali
Kemm il-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna kif ukoll iż-żieda fil-frekwenza ta’ avvenimenti estremi relatati mal-klima għamluha saħansitra aktar urġenti li l-UE tagħmel it-tranżizzjoni lejn soċjetà ekoloġika u diġitali ġusta.
Bħala parti mill-
Pjan REPowerEU
, il-Kummissjoni ppubblikat il-
Komunikazzjoni dwar l-istrateġija solari tal-UE
u identifikat kif ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jgħinu fit-twettiq ta’ teknoloġiji bħar-riħ, il-pompi tas-sħana, il-bijometan, l-idroġenu u b’mod ġenerali t-tnaqqis tal-konsum tal-materjali u r-riċiklabbiltà tat-tagħmir tal-enerġija rinnovabbli.
Il-Komunikazzjoni dwar id-Diġitalizzazzjoni tas-Sistemi tal-Enerġija
issottolinjat il-ħtieġa li jiġu estiżi l-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni.
Is-Seba’ rapport dwar l-istat tal-Unjoni tal-Enerġija
(Ottubru 2022) innota l-ħtieġa li jiżdiedu l-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni biex l-UE tibqa’ fuq quddiem nett fir-riċerka dwar l-enerġija nadifa.
Dokument ta’ ħidma tal-persunal dwar ir-rwol tal-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE biex titwettaq l-Istrateġija tal-UE għall-Idroġenu
(Jannar 2022) wera r-riżultati tal-proġett f’dan il-qasam u enfasizza l-ħtieġa għall-iżvilupp tal-ħiliet dwar l-idroġenu.
L-
Aġenda Ewropea għall-Innovazzjoni Ġdida
, adottata f’Lulju 2022, enfasizzat li l-innovazzjoni tat-teknoloġija profonda hija indispensabbli biex jintlaħqu l-objettivi tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali.
F’Ottubru 2022, il-Kummissjoni ppubblikat il-pjan
Strategic research and innovation plan for safe and sustainable chemicals and materials
fejn stiednet lill-partijiet ikkonċernati u lill-finanzjaturi tar-riċerka biex jużawh bħala dokument ta’ gwida. Barra minn hekk, f’Diċembru 2022 il-Kummissjoni pproponiet il-ħolqien ta’
qafas Ewropew għal sustanzi kimiċi u materjali “sikuri u sostenibbli mid-disinn” għall-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni
li nieda fażi ta’ ttestjar tal-qafas ta’ sentejn.
Il-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari II (Novembru 2022) mibni fuq ir-riżultati tal-proġetti tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE relatati mal-ekonomija ċirkolari tal-plastik, l-imballaġġ sostenibbli u l-assorbiment u l-ħżin tal-karbonju (
prodotti sostenibbli
,
tessuti
,
materjali tal-kostruzzjoni
,
imballaġġ
,
plastik
).
Il-
Komunikazzjoni Konġunta dwar il-Governanza Internazzjonali tal-Oċeani
(Ġunju 2022) identifikat ir-riċerka biex tiġi appoġġata azzjoni bbażata fuq l-evidenza għall-protezzjoni u għall-ġestjoni sostenibbli tal-oċeani.
Lejn settur tal-algi tal-UE b’saħħtu u sostenibbli
(Novembru 2022) ippromwoviet aktar riċerka dwar riżorsa li tista’ tintuża – b’impronta tal-karbonju u ambjentali limitata – għall-produzzjoni ta’ ikel, farmaċewtiċi, prodotti kożmetiċi, bijoplastik u bijostimulanti tal-pjanti.
Il-Kunsill adotta
Rakkomandazzjoni dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika
(Ġunju 2022), li fiha l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom li jistabbilixxu pakketti ta’ politika komprensivi biex jiżguraw li t-tranżizzjoni ekoloġika tkun ġusta. Huwa rrakkomanda rwol b’saħħtu għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-ħolqien ta’ bażi soda ta’ għarfien għat-tfassil tal-politika.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw il-
Programm ta’ Politika tal-2030 dwar id-Deċennju Diġitali
(Diċembru 2022). Il-Programm ta’ Politika jistabbilixxi miri diġitali li l-UE qed timmira li tilħaq sal-2030 u mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri li jipprovdi wkoll qafas għall-iżvilupp ta’ proġetti multinazzjonali li l-ebda Stat Membru ma jista’ jiżviluppa waħdu (eż. fl-infrastruttura u s-servizzi tad-data komuni Ewropej u fil-komunikazzjoni kwantistika sigura).
F’Ġunju, il-Kummissjoni nediet
djalogu mal-Istati Membri
dwar il-Cloud Kollaborattiv għall-Wirt Kulturali biex tgħin fis-salvagwardja tat-teżori kulturali Ewropej permezz ta’ infrastruttura diġitali, filwaqt li tibni fuq
rapport tal-esperti
u
konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati
.
2.3.Ekonomija u industrija
L-
Att Ewropew dwar iċ-Ċipep
ġie propost biex jgħin fil-bini tal-ekosistema tas-semikondutturi tal-UE, b’mod partikolari billi ssaħħaħ it-tmexxija tar-riċerka u t-teknoloġija tal-UE, u l-kapaċità tagħha li tinnova d-disinn, il-manifattura u l-imballaġġ taċ-ċipep avvanzati.
L-aggressjoni tar-Russja fl-Ukrajna enfasizzat il-ħtieġa urġenti li titrawwem l-indipendenza ġeografika għat-teknoloġiji kritiċi tal-ispazju. L-2022 rat il-proposta tal-Kummissjoni għal
Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura
, li għandu jintlaħaq permezz tat-tielet kostellazzjoni satellitari għal telekomunikazzjoni sigura.
L-adozzjoni ta’ “Industry 5.0” iċċentrata fuq il-bniedem, reżiljenti u sostenibbli ingħatat spinta akbar. Dan ġie kkonfermat mil-laqgħa ta’ diskussjoni ta’ livell għoli mal-mexxejja tal-industrija f’April 2022 u mill-ewwel
Industry of the Future Award
, li jenfasizza l-proġetti tar-riċerka u l-innovazzjoni ffinanzjati mill-UE dwar “Industrija 5.0”.
2.4.Sigurtà
Matul dawn l-aħħar snin, l-ambjent ta’ theddid evolva b’modi sinifikanti. L-attakki fuq iċ-ċibersigurtà komplew jiżdiedu fl-iskala u fil-forma u l-impatt tal-gwerra fl-Ukrajna nħass fis-sigurtà interna tal-UE, u wassal għal żieda fir-riskji ta’ attivitajiet ta’ kriminalità organizzata kif ukoll ta’ traffikar tal-bnedmin u tad-droga. Iż-żieda fl-avvenimenti estremi tat-temp, inklużi n-nixfa, il-mewġ tas-sħana u n-nirien mhux ikkontrollati, enfasizzaw il-ħtieġa għall-protezzjoni ċivili, ir-reżiljenza tas-soċjetà u l-kapaċità ta’ reazzjoni għall-kriżijiet, inkluż kontra inċidenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi, nukleari u splussivi u avvenimenti naturali.
Ir-riċerka u l-innovazzjoni kkontribwew b’mod sinifikanti biex jiġi indirizzat ix-
xenarju ta’ theddid li qed jevolvi malajr
fir-rigward tal-protezzjoni ta’ infrastruttura kritika b’rilevanza transfruntiera fl-UE. L-Istati Membri ġew imħeġġa mir-
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ ikkoordinat għall-Unjoni kollha biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-infrastruttura kritika
biex isir l-aħjar użu mir-riżultati tal-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni, b’mod partikolari għat-testijiet tal-istress u l-ippjanar tax-xenarji.
Ir-reżiljenza tal-entitajiet li jipprovdu servizzi li huma kruċjali għaż-żamma ta’ funzjonijiet tas-soċjetà vitali qed tissaħħaħ bid-
Direttiva dwar ir-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi
, peress li l-implimentazzjoni tagħha se tkun appoġġata mir-riċerka u l-innovazzjoni.
Ir-rwol tar-riċerka taħt Orizzont Ewropa biex l-infrastruttura diġitali tagħna ssir aktar sikura u biex tinbena l-kapaċità għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-attakki ċibernetiċi, kif ukoll fl-appoġġ tal-infurzar tal-liġi b’teknoloġiji ġodda (bħall-intelliġenza artifiċjali) ġie enfasizzat mill-ħames
Progress Report on the EU Security Union Strategy.
Il-grupp ta’ esperti tal-
Komunità għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Ewropea għas-Sigurtà
beda jaħdem
, inkluż
erba’ sottogruppi
, wieħed minnhom dwar “it-tisħiħ tar-riċerka u l-innovazzjoni fis-sigurtà”.
Il-ħidma li nbdiet mill-
mekkaniżmu Ewropew ta’ tħejjija u rispons għall-Kriżijiet tas-Sigurtà tal-Ikel
enfasizzat ir-rilevanza tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-proċess tad-diversifikazzjoni tal-produzzjoni.
2.5.Pandemija tal-COVID-19
Għalkemm il-pandemija mxiet lejn il-fażi endemika fl-2022, l-attivitajiet ta’ riċerka baqgħu prijorità għolja sabiex tiġi indirizzata l-marda u l-konsegwenzi tagħha.
Il-
European COVID-19 Data Platform
kompliet tikber, u bħalissa għandha aktar minn 11-il miljun rekord ta’ tipi ta’ data differenti, inklużi aktar minn 6,4 miljun ġenomu virali rreġistrati minn 112-il pajjiż.
Il-komunikazzjoni dwar
COVID-19 - Sustaining EU Preparedness and Response:
Looking ahead
(April 2022) indirizzat il-ħtieġa li tiġi żviluppata l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ vaċċini taħt Orizzont Ewropa.
2.6.Sħubija mal-Istati Membri
Fl-2022, il-
pjanijiet kollha ta’ rkupru u reżiljenza
ħlief il-pjan tal-Ungerija ġew approvati. Il-pjanijiet huma rikki fir-riċerka u l-innovazzjoni, b’volum ta’ EUR 47,4 biljun fir-riċerka u innovazzjoni. F’dan l-istadju, mis-608 miri relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni stabbiliti, 98 tlestew u 36 diġà ġew ivvalutati bħala milħuqa.
Id-
djalogi msaħħa
bħala approċċ ġdid biex l-Istati Membri jiġu appoġġati fl-implimentazzjoni ta’ aġenda politika komuni dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni, ġew pilotati f’ħames Stati Membri.
Il-
Forum taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER)
, li jlaqqa’ flimkien lill-Istati Membri, lill-partijiet ikkonċernati u lill-pajjiżi assoċjati, inħoloq fl-2022 biex jikkoordina l-implimentazzjoni tal-
20 azzjoni tal-Aġenda ta’ Politika taż-ŻER
. Dawn jinkludu l-karrieri tar-riċerkaturi, ix-xjenza miftuħa, il-
valutazzjoni tar-riċerka
u l-infrastrutturi. F’Diċembru 2022, il-Kunsill adotta r-
rakkomandazzjoni dwar il-prinċipji gwida għall-valorizzazzjoni tal-għarfien
biex jiżdied l-impatt soċjoekonomiku mir-riċerka u l-innovazzjoni.
F’Novembru 2022, il-Kummissjoni ppubblikat nota ta’ gwida dwar “
Sinerġiji bejn il-programmi tal-Orizzont Ewropa u tal-FEŻR”
, li tiddeskrivi opportunitajiet għal sinerġiji disponibbli għall-awtoritajiet maniġerjali tal-programm.
2.7.Aspetti internazzjonali
L-
Approċċ Globali għall-istrateġija tar-riċerka u l-innovazzjoni
baqa’ s-sinsla tal-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni fl-2022. Dan l-approċċ joħloq bilanċ bejn l-aċċess miftuħ u l-promozzjoni tar-reċiproċità mirfud minn valuri fundamentali u kundizzjonijiet ta’ qafas komuni. F’April 2022, il-Parlament Ewropew appoġġa l-istrateġija f’
riżoluzzjoni
.
Il-Kummissjoni saħħet il-kooperazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni mal-Afrika billi żviluppat l-
Aġenda ta’ Innovazzjoni bejn l-Unjoni Afrikana u l-UE
. L-attivitajiet ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Mediterran ingħataw spinta bl-adozzjoni ta’
Dikjarazzjoni Ministerjali
fl-ewwel
Konferenza Ministerjali tal-Unjoni għall-Mediterran dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni
(Ġunju 2022).
Id-diskussjonijiet dwar il-
pjan direzzjonali konġunt bejn l-UE u ċ-Ċina
għall-kooperazzjoni fix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni komplew bi progress bil-mod minħabba r-riluttanza taċ-Ċina li tinvolvi ruħha f’attivitajiet ta’ innovazzjoni. Mal-Istati Uniti ġew miftiehma azzjonijiet ġodda fil-
Grupp Konsultattiv Konġunt bejn l-UE u l-Istati Uniti
u fil-
Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija bejn l-UE u l-Istati Uniti
.
Il-Kummissjoni appoġġat il-
Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima
u l-
Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi
b’għażliet xjentifiċi u ta’ politika.
Fl-2022, il-Kummissjoni organizzat sensiela ta’ djalogi dwar is-sostenibbiltà fl-agrikoltura mal-
Kanada
, mal-
Istati Uniti
u mal-
Amerika Latina u mal-Karibew
biex tidentifika ħtiġijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni sabiex jiġu indirizzati sfidi komuni bħall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bhejjem jew is-saħħa tal-ħamrija.
F’Ġunju 2022 tnieda l-
proġett MSCAdvocacy
biex irawwem il-kooperazzjoni mal-20 pajjiż sieħeb internazzjonali u sitt reġjuni.
2.8.Azzjonijiet diretti implimentati miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni
Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) appoġġa diversi inizjattivi tal-Kummissjoni billi pprovda analiżijiet xjentifiċi, b’mod partikolari b’rispons għall-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna bħall-ipprezzar tal-enerġija, is-sitwazzjoni makroekonomika ġenerali, xenarji fuq terminu qasir u twil għall-provvista tal-enerġija u r-riskji relatati mal-okkupazzjoni Russa tas-siti nukleari ta’ Tchernobiyl u Zaporozhye. Il-JRC analizza wkoll il-fatturi li jaffettwaw is-sigurtà tal-ikel. Barra minn hekk,
Ir-Rapport ta’ Prospettiva Strateġika 2022
iffoka fuq “il-ġemellaġġ tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali fil-kuntest ġeopolitiku l-ġdid”. Biex jgħin fl-ilħuq tal-għan stabbilit fil-Patt Ekoloġiku tal-UE, il-JRC ħoloq l-
Osservatorju tal-Ekonomija Blu tal-UE
, pjattaforma għat-tixrid tal-għarfien biex titrawwem is-sostenibbiltà tal-oċeani, l-ibħra u ż-żoni kostali tagħna. Biex jgħin fl-implimentazzjoni tal-proġetti tal-
Bauhaus Ewropea l-Ġdida
, il-JRC nieda l-
NEB Lab
.
3.Implimentazzjoni u Monitoraġġ ta’ Orizzont Ewropa, Orizzont 2020 u Euratom
3.1.Orizzont Ewropa fl-2022 – Punti ewlenin u karatteristiċi ġodda
F’Mejju 2022, il-Kummissjoni adottat emenda għall-
programm ta’ ħidma “ewlieni” ta’ Orizzont Ewropa għall-2021-2022
, li nieda bis-sħiħ l-azzjonijiet għall-
missjonijiet tal-UE
fl-2022.
Matul il-
Jiem tar-Riċerka u l-Innovazzjoni 2022
, il-Kummissjoni nediet il-proċess għall-
pjan strateġiku li jmiss ta’ Orizzont Ewropa għall-2025-2027
.
F’Diċembru 2022, il-Kummissjoni adottat il-
programm ta’ ħidma “ewlieni” ta’ Orizzont Ewropa għall-2023-2024
, li għamel disponibbli madwar EUR 13,5-il biljun għar-riċerka u l-innovazzjoni biex titħaffef tranżizzjoni ekoloġika u diġitali ġusta, biex tiżdied ir-reżiljenza enerġetika tal-Ewropa, u biex jikkontribwixxi għal irkupru sostenibbli wara l-pandemija tal-COVID-19. Dan inkluda wkoll azzjonijiet biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni ġeopolitika b’appoġġ immirat għall-Ukrajna.
Kooperazzjoni u assoċjazzjoni internazzjonali
Is-suġġetti li jħeġġu l-kooperazzjoni internazzjonali żdiedu minn madwar 20 % fil-programm ta’ ħidma tal-2021-2022 għal madwar 22 % fil-programm ta’ ħidma tal-2023-2024 li qed jiġi implimentat bħalissa.
L-Artikolu 22(5) tar-Regolament Orizzont Ewropa, li jippermetti r-restrizzjoni tal-parteċipazzjoni sabiex jiġu ssalvagwardjati l-assi strateġiċi, l-interessi, l-awtonomija jew is-sigurtà tal-UE f’ċerti oqsma sensittivi, ġie applikat għal 49 suġġett fil-programm ta’ ħidma Orizzont Ewropa 2021-2022 li jirrappreżentaw madwar 4 % tal-baġit ta’ dak il-programm ta’ ħidma (madwar 2 % tal-baġit operazzjonali globali ta’ Orizzont Ewropa għall-2021-2022).
Il-kriterju ta’ eliġibbiltà li jobbliga lill-korpi pubbliċi, lill-organizzazzjonijiet tar-riċerka u lill-korpi tal-edukazzjoni għolja kollha fl-Istati Membri u fil-pajjiżi assoċjati biex ikollhom pjan ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-seħħ sabiex ikunu eliġibbli għall-finanzjament, daħal fis-seħħ fl-2022.
Sa tmiem l-2022,
16-il pajjiż terz
kienu assoċjati ma’ Orizzont Ewropa. Ġew iffinalizzati negozjati man-New Zealand u tnedew mal-Kanada. It-tnejn huma mistennija li jiġu assoċjati fl-2023. Bdew taħditiet ta’ esplorazzjoni mal-Ġappun u mal-Korea t’Isfel.
3.2.Data ta’ Monitoraġġ ta’ Orizzont Ewropa
Sejħiet u suġġetti
Sors: L-estrazzjoni tad-data mis-Sistema ta’ Passaport tas-Sejħiet (CPS) tad-19/01/2023
Fl-2022, tnedew 44 sejħa ġdida għal proposti li jkopru total ta’ 202 suġġetti taħt il-programm ta’ ħidma ewlieni ta’ Orizzont Ewropa 2021-2022. B’mod ġenerali, tnedew 874 suġġett taħt il-160 sejħa għal proposti kif ukoll 195 azzjoni oħra addizzjonali taħt il-programm ta’ ħidma 2021-2022 għal baġit ta’ madwar EUR 16-il biljun.
Barra minn hekk, il-
Kunsill Ewropew tar-Riċerka
(ERC) nieda 7 sejħiet taħt il-pilastru “xjenza eċċellenti” fil-programm ta’ ħidma tiegħu għall-2022 għal baġit totali ta’ EUR 2 427 miljun.
Il-
Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni
(EIC) nieda erba’ sejħiet għal proposti għat-tliet strumenti ewlenin (żewġ sejħiet tal-pathfinder, ta’ tranżizzjoni u tal-aċċelleratur b’dati limitu multipli) u 13-il azzjoni oħra għal baġit totali ta’ EUR 1 711,4-il miljun.
Is-suġġetti mnedija taħt il-programm ta’ ħidma ewlieni ta’ Orizzont Ewropa tfasslu biex jattiraw proġetti li se jgħinu biex jintlaħqu l-
prijoritajiet politiċi ġenerali tal-Kummissjoni għall-2019-2024
. Kontribuzzjoni aktar preċiża għal kull prijorità ta’ politika se tkun magħrufa meta l-benefiċjarji jkunu rrapportaw dwar ir-riżultati tal-proġetti.
Illustrazzjoni 1: Perċentwal ta’ suġġetti tal-Programm ta’ Ħidma ewlieni ta’ Orizzont Ewropa għall-2021-2022 li jindirizzaw il-prijoritajiet tal-Kummissjoni.
Ir-riċerka u l-innovazzjoni għandhom rwol ċentrali fl-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni ekoloġika. Sa issa, ġew allokati 34 % u 7,3 % tal-infiq ta’ Orizzont Ewropa
biex jiġu indirizzati t-tibdil fil-klima u l-bijodiversità, rispettivament.
Proposti sottomessi u rati ta’ suċċess
Sors: Data minn Horizon Dashboard iffriżata fit-30/12/2022
Total ta’ 44 832 proposta eliġibbli ġew sottomessi taħt is-sejħiet magħluqa u evalwati bis-sħiħ sal-aħħar tal-2022. 54 % ġew ivvalutati minn esperti esterni bħala ta’ kwalità għolja peress li laħqu l-limitu minimu tal-punteġġ. Intgħażlu 7 108 proposti għall-finanzjament, li jammontaw għal finanzjament totali mitlub ta’ EUR 20,5 biljun.
Illustrazzjoni 2: Proposti eliġibbli u magħżula
Sa issa, ir-rata ta’ suċċess tal-proposti hija ogħla għal Orizzont Ewropa (15,9 %) milli kienet għal Orizzont 2020 (11,9 %). 71 % tal-proposti ta’ kwalità għolja għadhom mhux qed jirċievu finanzjament b’10,6 % x’aktarx jirċevuh minħabba li tqiegħdu fuq lista ta’ riżerva. Kien ikun meħtieġ ammont addizzjonali ta’ madwar EUR 34,4 biljun biex jiġu ffinanzjati l-proposti kollha ta’ kwalità għolja.
Għotjiet iffirmati
Sors: Horizon Dashboard iffriżata fit-30/12/2022
Wara l-evalwazzjoni tal-proposti, diġà ngħataw EUR 16,3-il biljun permezz ta’ 5 509 għotjiet iffirmati. Madankollu, ħafna għotjiet għadhom qed jitħejjew peress li ntgħażlu 7 108 proposti għall-finanzjament.
Id-daqs medju tal-għotja huwa ta’ EUR 3 miljun, ogħla mill-medja taħt Orizzont 2020 (EUR 2,3 miljun
). Il-finanzjament medju tal-UE allokat għal għotjiet monobenefiċjarji (43 % tal-għotjiet) huwa ta’ madwar EUR 1,3 miljun filwaqt li huwa ta’ madwar EUR 4,2 miljun għal għotjiet kollaborattivi (57 % tal-għotjiet). L-għotjiet kollaborattivi jinvolvu medja ta’ 12-il parteċipant.
|
Parti tal-programm
|
Proposti eliġibbli
|
Proposti magħżula
|
Rata ta’ suċċess tal-proposti (% tal-eliġibbli)
|
Kontribuzzjoni tal-UE mitluba fi proposti magħżula (f’miljuni ta’ EUR)
|
Għotjiet iffirmati
|
Kontribuzzjoni tal-UE f’għotjiet iffirmati (f’miljuni ta’ EUR)
|
Daqs medju tal-għotja
(f’miljuni ta’ EUR)
|
|
Pilastru I - Xjenza Eċċellenti
|
|
Kunsill Ewropew tar-Riċerka
|
14 814
|
1 769
|
11,9 %
|
2 906
|
1 398
|
2 271
|
1,6
|
|
Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie
|
16 672
|
2 692
|
16,1 %
|
1 093
|
1 532
|
859
|
0,6
|
|
Infrastrutturi ta’ riċerka
|
139
|
74
|
53,2 %
|
512
|
73
|
506
|
6,9
|
|
Pilastru II - Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea
|
|
Raggruppament 1
|
1 307
|
288
|
22,0 %
|
2 291
|
187
|
1 575
|
8,4
|
|
Raggruppament 2
|
1 120
|
144
|
12,9 %
|
444
|
139
|
405
|
2,9
|
|
Raggruppament 3
|
313
|
51
|
16,3 %
|
229
|
54
|
229
|
4,2
|
|
Raggruppament 4
|
2 736
|
564
|
20,6 %
|
3 606
|
556
|
3 290
|
5,9
|
|
Raggruppament 5
|
2 121
|
511
|
24,1 %
|
4 434
|
427
|
3 506
|
8,2
|
|
Raggruppament 6
|
1 492
|
388
|
26,0 %
|
2 341
|
308
|
1 766
|
5,7
|
|
Pilastru III - Ewropa Innovattiva
|
|
Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni*
|
2 549
|
225
|
8,8 %
|
691
|
465
|
1 171
|
2,5
|
|
Ekosistemi tal-innovazzjoni Ewropej
|
569
|
93
|
16,3 %
|
105
|
91
|
103
|
1,1
|
|
L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija
|
20
|
17
|
85,0 %
|
1 103
|
Mhux Applikabbli
|
Mhux Applikabbli
|
|
|
Twessigħ tal-Parteċipazzjoni u Tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka
|
|
Twessigħ tal-parteċipazzjoni u tixrid tal-eċċellenza
|
831
|
241
|
29,0 %
|
666
|
230
|
488
|
2,1
|
|
Riforma u titjib tas-Sistema Ewropea tar-Riċerka u l-Innovazzjoni
|
149
|
51
|
34,2 %
|
125
|
49
|
110
|
2,2
|
|
Total għal Orizzont Ewropa
|
44 832
|
7 108
|
15,9 %
|
20 546
|
5 509
|
16 279
|
3,0
|
* Id-data tal-proposti tal-aċċeleratur tal-EIC ma kinitx disponibbli fid-data ta’ din l-analiżi
Tabella 1: Proposti u għotjiet għal kull parti tal-programm
Applikanti u parteċipanti
Sors: Horizon Dashboard iffriżata fit-30/12/2022
L-Istati Membri jammontaw għal 81,8 % tal-applikazzjonijiet eliġibbli sottomessi; 18,8 % ġew minn organizzazzjonijiet ibbażati f’
pajjiżi tat-twessigħ
.
Il-pajjiżi assoċjati ssottomettew 5,7 % tal-applikazzjonijiet kollha u l-pajjiżi terzi ssottomettew 12,5 % tal-applikazzjonijiet, li aktar minn 50 % minnhom ġew minn organizzazzjonijiet ibbażati fir-Renju Unit.
|
Grupp ta’ Pajjiżi
|
Applikazzjonijiet fi proposti eliġibbli
|
% tat-total ta’ applikazzjonijiet
|
Rata ta’ suċċess tal-applikazzjoni
|
Il-parteċipazzjoni fl-għotjiet iffirmati
|
% tal-parteċipazzjonijiet kollha
|
Kontribuzzjoni tal-UE f’għotjiet iffirmati (EUR miljun)
|
% tal-kontribuzzjoni totali tal-UE f’għotjiet iffirmati
|
|
Stat Membru
|
167 859
|
81,8 %
|
21,9 %
|
32 954
|
84,3 %
|
14 989
|
92,1 %
|
|
Pajjiżi tat-twessigħ
|
38 583
|
18,8 %
|
19,9 %
|
6 876
|
17,6 %
|
2 221
|
13,6 %
|
|
Stati Membri oħrajn
|
129 276
|
63,0 %
|
22,6 %
|
26 078
|
66,7 %
|
12 768
|
78,4 %
|
|
Pajjiżi assoċjati
|
11 794
|
5,7 %
|
19,6 %
|
2 090
|
5,3 %
|
1 091
|
6,7 %
|
|
Pajjiżi terzi mhux assoċjati
|
25 471
|
12,5 %
|
21,2 %
|
4 035
|
10,3 %
|
200
|
1,2 %
|
|
TOTAL
|
205 124
|
100 %
|
21,7 %
|
39 079
|
100 %
|
16 279
|
100 %
|
Tabella 2: Oriġini tal-applikanti
L-ewwel proġetti ffirmati jinvolvu aktar minn 39 000 parteċipant minn 142 pajjiż differenti, inklużi 19 % tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u 15,7 % minn pajjiżi mhux tal-UE. L-ogħla ishma ta’ parteċipanti ġejjin minn istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja (32,7 %), minn entitajiet tas-settur privat (30,7 %) u minn organizzazzjonijiet tar-riċerka (22,6 %). Analiżi preliminari turi li 35,6 % tal-parteċipanti huma applikanti ġodda.
B’mod ġenerali, il-pajjiżi tat-twessigħ ġew allokati EUR 2,2 biljun (13,6 %) tal-fondi ta’ Orizzont Ewropa permezz ta’ għotjiet iffirmati. Stati Membri oħra rċevew EUR 12,8-il biljun, pajjiżi assoċjati rċevew aktar minn EUR 1 biljun u pajjiżi terzi mhux assoċjati rċevew EUR 200 miljun. L-SMEs ġew allokati 18 % tal-baġit totali (EUR 2,86 biljun).
Fokus fuq is-sħubijiet Ewropej
Sors:
Performance of European Partnerships report
Skont l-ewwel
pjan strateġiku 2021-2024
, ġew identifikati 49 sħubija, li minnhom 37 tnedew sa Mejju 2022.
Illustrazzjoni 3: Sħubijiet Ewropej
Is-sħubijiet se jiġu ffinanzjati b’impenji stmati ta’ EUR 31,4 biljun minn sħab għajr l-UE (EUR 9 biljun mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati u EUR 22,4 biljun mill-industrija) u impenn stmat ta’ EUR 23,8 biljun minn Orizzont Ewropa. Dan jirrappreżenta 37,7 % tal-baġit tal-pilastru II ta’ Orizzont Ewropa u huwa distribwit kif ġej:
Illustrazzjoni 4: Impenji baġitarji għal kull raggruppament ta’ attivitajiet
Enfasi fuq il-missjonijiet tal-UE
Sors: Horizon Dashboard iffriżata fit-30/12/2022
Sa tmiem l-2022, tnedew, ingħalqu u ġew evalwati bis-sħiħ is-sejħiet għal 25
missjoni ta’ Orizzont Ewropa
. Dawn attiraw 8 167 proposta eliġibbli ta’ riċerka u innovazzjoni li minnhom 137 intgħażlu għall-finanzjament għal total ta’ EUR 1 046 miljun f’finanzjament tal-UE mitlub.
71 għotja li jinvolvu 1 525 parteċipant kienu diġà ġew iffirmati għal ammont totali ta’ EUR 567 miljun maqsuma kif ġej matul il-ħames missjonijiet:
Illustrazzjoni 5: Għotjiet iffirmati, parteċipazzjoni u l-kontribuzzjoni tal-UE għal kull missjoni
Fokus fuq l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)
Matul l-2021-2022:
·2 320 persuna gradwaw minn programmi ta’ masters u dottorat bit-tikketta tal-
Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija
(EIT);
·Inħolqu 76 negozju ġdid minn studenti fi programmi tal-EIT, u 203 negozju ġdid irriżultaw minn proġetti ta’ innovazzjoni tal-EIT;
·2 425 negozju ġdid irċevew appoġġ mill-
Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni
tal-EIT (KKI);
·607 prodotti jew servizzi innovattivi tqiegħdu fis-suq mill-KKI tal-EIT.
3.3. Analiżi fil-fond: Monitoraġġ rapidu ta’ Orizzont Ewropa u studji oħra
Parteċipanti ġodda fil-programmi tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE
Monitoraġġ rapidu ġdid iħares lejn il-
parteċipanti l-ġodda fil-programmi tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE
. Fil-biċċa l-kbira retrospettiv dwar il-parteċipazzjoni f’Orizzont 2020, dan juri li 69,2 % tal-applikanti magħżula tiegħu ma pparteċipawx fis-seba’ programm qafas preċedenti. Il-parteċipanti l-ġodda rċevew EUR 12,9-il biljun, li madwar nofshom marru għand l-SMEs (EUR 6,1 biljun). L-ewwel ċifri dwar il-parteċipanti l-ġodda f’Orizzont Ewropa jindikaw l-istess direzzjoni.
Aġġornament dwar l-istudji ta’ evalwazzjoni
Qed isiru serje ta’ studji ta’ evalwazzjoni bħala parti mill-evalwazzjoni ex post ta’ Orizzont 2020, filwaqt li qed titħejja wkoll it-triq għall-evalwazzjoni interim ta’ Orizzont Ewropa. Fl-2022, il-Kummissjoni ppubblikat l-istudju
Evaluation study on the European Innovation Council (EIC) pilot
u nediet l-akbar konsultazzjoni pubblika - dwar il-passat, il-preżent u l-futur tal-programmi Ewropej tar-riċerka u l-innovazzjoni 2014-2027.
3.4. Orizzont 2020
Taħt Orizzont 2020, b’kollox ġew iffirmati 35 426 ftehim ta’ għotja għal allokazzjoni baġitarja totali ta’ EUR 68,32 biljun. Il-proġetti taħt il-Pilastru tal-isfidi soċjetali rċevew l-akbar sehem (38,6 %), segwiti mill-Pilastru tax-Xjenza Eċċellenti (36,6 %) u l-pilastru tat-Tmexxija industrijali (20,2 %).
Total ta’ 41 575 organizzazzjoni differenti bbenefikaw minn Orizzont 2020. L-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja rċevew 39,5 % (EUR 26,9 biljun), segwiti minn entitajiet tas-settur privat (28,2 % jew EUR 19,3-il biljun) u organizzazzjonijiet tar-riċerka (25 % jew EUR 17-il biljun).
Sa tmiem l-2022, 41 % tal-proġetti ffinanzjati minn Orizzont 2020 kienu għadhom għaddejjin. Il-proġetti ġġeneraw aktar minn 197 000 pubblikazzjoni li ġew rieżaminati bejn il-pari, madwar 3 200 applikazzjoni għall-privattivi u 2 300 għotja għall-privattivi.
3.5.Tixrid u sfruttament
Bosta attivitajiet matul il-
Jiem tar-Riċerka u l-Innovazzjoni
f’Settembru 2022 ippromwovew it-tixrid tar-riżultati ta’ Orizzont Ewropa.
L-għodod rilevanti ta’ disseminazzjoni - il-
Horizon Results platform
, il-
Horizon Results Booster
, il-
CORDIS
,
Horizon Dashboard
, l-
Inizjattiva Ewropea dwar il-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni
, l-
EU Innovation Radar
u l-
H2020-Interreg synergies mapping tool
- komplew jipprovdu riżultati li jistgħu jiġu sfruttati mill-programmi qafas u għamlu disponibbli data rikka dwar ir-riżultati innovattivi tal-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE u dak nazzjonali.
Skont
Horizon Europe dissemination and exploitation strategy
, il-Kummissjoni implimentat pjan ta’ azzjoni għall-2021-2022. Dan jiffoka fuq l-għoti ta’ gwida interna, servizzi ta’ appoġġ lill-benefiċjarji, it-titjib tan-networking u s-sinerġiji u l-immappjar u l-valorizzazzjoni tar-riżultati.
Fl-2022 tnieda l-
Horizon Standardisation Booster
biex jagħti spinta lid-djalogu Ewropew dwar l-Istandardizzazzjoni tal-proġetti ta’ Orizzont Ewropa ma’ Organizzazzjonijiet korrispondenti li qed Jiżviluppaw l-Istandards u biex iżid l-impatt Ewropew fuq l-istandardizzazzjoni internazzjonali.
Hawn taħt hawn xi eżempji ta’ attivitajiet biex tingħata spinta lid-disseminazzjoni u l-użu tar-riżultati mill-programmi qafas f’oqsma tematiċi:
·il-Kummissjoni tat l-
2022 Security Innovation Award
, li jippremja l-eċċellenza f’eżempji mill-aqwa li juru l-adozzjoni tar-riċerka dwar is-sigurtà;
·il-proġetti attwali u magħluqa huma promossi mill-
Komunità tar-Riċerka u l-Innovazzjoni Ewropea għas-Sigurtà
li għadha kif ġiet stabbilita;
·L-
EIP-AGRI
jagħti spinta lill-użu tar-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni mill-benefiċjarji tal-politika agrikola u jiżgura li din tilħaq lill-bdiewa, lill-forestiera u lill-atturi rurali;
·l-
inizjattiva Blue Invest
ipprovdiet assistenza u aċċess għall-investiment lil diversi negozji ġodda marittimi u SMEs, li ħafna minnhom kienu żviluppaw servizzi u prodotti fi programmi qafas preċedenti;
·Il-
CORDIS
xerred ir-riżultati minn proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni ffinanzjati mill-UE , attribwixxa identifikaturi persistenti lilhom u kklassifikahom skont l-oqsma xjentifiċi tagħhom.
3.6.Implimentazzjoni u monitoraġġ tal-Programm Euratom 2021-2025
a)Azzjonijiet diretti nukleari implimentati mill-JRC
Il-JRC implimenta azzjonijiet diretti taħt il-programm Euratom u alloka r-riżorsi disponibbli bit-tqassim stmat li ġej:
·20 % għas-sikurezza tar-reatturi u l-fjuwils nukleari,
·10 % għall-iskart radjuattiv u l-ġestjoni tal-fjuwil użat,
·32 % għas-salvagwardji u s-sigurtà nukleari,
·10 % għall-materjali ta’ referenza u d-data nukleari,
·9 % għal applikazzjonijiet mingħajr enerġija elettrika u radjuprotezzjoni,
·11 % għall-objettiv tal-Euratom li jinżammu l-kompetenzi fl-UE,
·8 % biex jiġi pprovdut appoġġ dirett għall-politiki tal-UE.
Il-JRC fetaħ l-aċċess ta’ utenti esterni għall-faċilitajiet tal-JRC; is-sejħa mnedija fl-2022 tħeġġeġ lix-xjenzati tal-Ukrajna biex jipparteċipaw.
Il-JRC ipparteċipa fi 18-il proġett mogħti (relatati mas-sikurezza tas-sistemi nukleari) tal-aħħar sejħa għal azzjonijiet indiretti tal-programm Euratom.
b)Azzjonijiet indiretti tal-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom (għotjiet)
Fl-2022, il-Kummissjoni tat 28 għotja għal ammont totali ta’ EUR 117-il miljun għal proġetti ta’ riċerka dwar is-sikurezza nukleari, ir-radjuprotezzjoni u l-applikazzjonijiet mhux tal-enerġija tat-teknoloġiji nukleari. F’Marzu 2022, il-Kummissarju Mariya Gabriel laqqgħet it-
Tieni Laqgħa ta’ Diskjussjoni Nukleari ta’ Livell Għoli
biex jiġi diskuss il-futur tar-riċerka f’reatturi modulari żgħar u applikazzjonijiet mediċi li jużaw teknoloġiji nukleari.
4.Prospettiva 2023
Fl-2023, se jiġi abbozzat il-pjan strateġiku li jmiss ta’ Orizzont Ewropa għall-2025-2027. L-adozzjoni hija ppjanata għall-ewwel trimestru tal-2024. Dan jistabbilixxi l-prijoritajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni għat-tieni perjodu ta’ Orizzont Ewropa.
Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pjan REPowerEU u se tħaffef il-ħidma biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew permezz ta’ azzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni tal-UE.
Il-Kummissjoni se twettaq attivitajiet ta’ komunikazzjoni dwar Orizzont Ewropa, pereżempju billi:
·tippromwovi r-riżultati tal-
konsultazzjoni pubblika
u t-tħejjija tal-pjan strateġiku 2025-2027;
·tippromwovi l-missjonijiet u s-sħubijiet tal-UE;
·tinvolvi liċ-ċittadini permezz ta’ inizjattivi ta’ komunikazzjoni, bħall-34 edizzjoni tal-
EU Contest for Young Scientists
(Settembru 2023 fi Brussell);
·tniedi d-dibattitu pubbliku dwar il-futur tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa matul il-Jiem tar-Riċerka u l-Innovazzjoni li għandhom isiru fl-aħħar ta’ Ottubru 2023.