|
7.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1110
tas-6 ta’ Lulju 2021
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-livelli massimi għar-residwi tal-ametoktradin, tal-biksafen, tal-fenażakin, tas-spinetoram tat-teflutrin u tat-tijenkarbażon-metil f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-livelli massimi għar-residwi (l-MRLs) tal-ametroktradin, tal-biksafen, tal-fenażakin, tas-spinetoram u tat-teflutrin ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Ma ġewx stabbiliti MRLs għat-tijenkarbażon-metil fir-Regolament (KE) Nru 396/2005, u peress li din is-sustanza attiva mhijiex inkluża fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament, japplika l-valur prestabbilit ta’ 0,01 mg/kg stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”) ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti għall-ametoktradin f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (2). Huwa rakkomandat li jitbaxxa l-MRL għall-bżar ħelu/bżar felfel. Għal prodotti oħrajn irrakomandat li l-MRLs eżistenti jogħlew jew jibqgħu kif inhuma. L-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li rigward l-MRLs għall-Basal tar-rebbiegħa/basal aħdar u l-basal ta’ Wales, għax-xgħir, għall-ħafur, għas-segala, għall-qamħ, għall-ħops, għall-ħnieżer (il-muskolu, ix-xaħam, il-fwied) għall-bovini (il-muskolu, ix-xaħam, il-fwied, il-kliewi, il-ħalib), għall-ekwini (il-muskolu, ix-xaħam, il-fwied, il-kliewi, il-ħalib), għall-pollam (il-muskolu, ix-xaħam, il-fwied, il-kliewi) u għall-bajd tal-għasafar, kien hemm xi informazzjoni nieqsa u li kien hemm bżonn ta’ aktar konsiderazzjoni min-naħa tal-maniġers tar-riskji. Peress li ma hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, jenħtieġ li l-MRLs għal dawk il-prodotti jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se jsir rieżami ta’ dawn l-MRLs; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(3) |
L-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti għall-biksafen, f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (3). Hija rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għaż-żrieragħ tal-kittien, tal-mustarda, tax-xgħir u tal-ħafur. Għal prodotti oħrajn irrakkomandat li l-MRLs eżistenti jogħlew jew jibqgħu kif inhuma. Minn studji tal-uċuħ tar-raba’ tan-newba, u filwaqt li jitqies li ma jistax jiġi evitat kompletament li l-uċuħ tar-raba’ li jkun imiss jieħdu r-residwi, ġew idderivati MRLs speċifiċi li jirriflettu t-teħid tar-residwi mill-ħamrija fil-pitravi, fiz-zunnarija, fil-krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi, fl-għeruq tal-mustarda, fl-artiċokks, fiz-zunnarija bajda, fit-tursin ta’ Hamburg, fir-ravanel, f’leħjet il-bodbod/sassefrika, fis-swedes/rutabaga, fil-lift, fl-infużjonijiet erbali mill-għeruq, mill-għeruq tal-pitravi taz-zokkor u mill-għeruq taċ-ċikwejra. L-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. |
|
(4) |
L-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti għall-fenażakin, f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (4). Hija rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għall-ħjar, għall-bettieħ u għad-dulliegħ. Għal prodotti oħrajn irrakkomandat li l-MRLs eżistenti jogħlew jew jibqgħu kif inhuma. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li rigward l-MRLs għall-frott taċ-ċitru, għall-pomu, għall-frawli għat-tadam u għat-tejiet, kien hemm xi informazzjoni nieqsa u li kien hemm bżonn aktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskji. Peress li ma hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, jenħtieġ li l-MRLs għal dawk il-prodotti jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se jsir rieżami ta’ dawn l-MRLs; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(5) |
L-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti għas-spinetoram, f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (5). Hija pproponiet li tinbidel id-definizzjoni tar-residwi. Irrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għal-larinġ, għall-mandolin, għall-għanbaqar, għal-liċċi, għall-mango, għall-patata, għall-basal, għat-tadam, għall-bżar ħelu/bżar felfel, għall-brunġiel, għall-ħjar, għall-ħjar tal-pikles, għaż-żukkini, għall-bettieħ, għall-qara’ aħmar, għad-dulliegħ, għall-qamħ ħelu, għall-brokkoli, għall-pastard, għall-Brussels sprouts, għall-kaboċċi kkapoċċati, għall-ħass, għall-ispinaċi, għall-fażola (bil-miżwed), għall-kurrat u għall-pitravi taz-zokkor. Għal prodotti oħrajn irrakkomandat li l-MRLs eżistenti jogħlew jew jibqgħu kif inhuma. L-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Fid-dawl tal-informazzjoni addizzjonali dwar il-prattiki agrikoli tajbin pprovduta mill-Belġju, u billi ma hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, jenħtieġ li l-MRLs għall-krexxuni u għal nebbieta u rimi oħrajn u għall-krexxuni tal-art jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li kien hemm xi informazzjoni nieqsa dwar l-MRLs għall-ġwież tas-siġar, għall-pomu, għall-berquq, għall-għeneb tal-mejda u l-għeneb għall-inbid, għat-tut, għaċ-ċawsli iswed, għall-cranberries, għar-ribes (aħdar, aħmar u isfar), għall-warda Skoċċiża, għaċ-ċawsli (iswed u abjad), għall-azarole/naspla Mediterranja, għall-frott is-sebuqa, għaż-żebbuġ tal-mejda, għall-fażola tas-sojja, għaż-żrieragħ tal-qoton, għaż-żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt, għall-qamħirrum, għar-ross, għall-bovini (ix-xaħam, il-fwied, il-kliewi), għall-ekwini (ix-xaħam, il-fwied, il-kliewi), għall-pollam (ix-xaħam, il-fwied), u għall-bajd tal-għasafar, u li għaldaqstant kien hemm bżonn ta’ aktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskji. Peress li ma hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, jenħtieġ li l-MRLs għal dawk il-prodotti jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se jsir rieżami ta’ dawn l-MRLs; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
L-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti għat-teflutrin, f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (6). Hija rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għall-indivja Belġjana u għall-għeruq taċ-ċikwejra. Għal prodotti oħrajn irrakomandat li l-MRLs eżistenti jogħlew jew jibqgħu kif inhuma. L-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li kien hemm xi informazzjoni nieqsa dwar l-MRLs għall-krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi, għar-ravanell, għas-swedes/rutabaga, għal-lift, għat-tadam, għall-brunġiel, għall-bettieħ, għad-dulliegħ, għall-qamħ ħelu, għall-ħass tal-ħaruf/insalata tal-qamħ Taljan/valerjanella, għall-krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn, għall-krexxuni tal-art, għall-aruka, għall-mustarda ħamra, għall-ħxejjex tal-weraq żgħar (fosthom speċijiet ta’ brassika), għall-krafes, għall-bużbież ta’ Firenze, għar-rabarbru, għaż-żrieragħ tal-ġirasol, għaż-Żerriegħa tal-lift, għall-fażola tas-sojja, għaż-żerriegħa tal-qoton, għax-xgħir, għall-qamħirrum, għall-millieġ komuni, għall-ħafur, għas-segala, għas-sorgu, għall-qamħ, għall-pollam (il-muskolu, ix-xaħam, il-fwied, il-kliewi, il-ġewwieni li jittiekel) u għall-bajd tal-għasafar, u għalhekk kien hemm bżonn ta’ aktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskji. Peress li ma hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, jenħtieġ li l-MRLs għal dawk il-prodotti jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se jsir rieżami ta’ dawn l-MRLs; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(7) |
L-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti għat-tijenkarbażon-metil f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (7). Hija rrakkomandat li l-MRLs jiġu stabbiliti fil-limitu ta’ detezzjoni. Dawk l-MRLs jenħtieġ li jitniżżlu fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(8) |
Fl-opinjonijiet motivati tal-Awtorità tqiesu l-limiti massimi tar-residwi tal-Codex (CXLs) eżistenti. Is-CXLs, meqjusin sikuri għall-konsumaturi fl-Unjoni, tqiesu biex jiġu stabbiliti l-MRLs. |
|
(9) |
Fir-rigward ta’ prodotti li fuqhom mhux awtorizzat l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernat, u li għalihom ma teżisti l-ebda tolleranza tal-importazzjoni jew CXL, jenħtieġ li l-MRLs jiġu stabbiliti fil-limitu ta’ detezzjoni speċifiku jew jenħtieġ li japplika l-MRL prestabbilit, kif stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi fir-rigward tal-bżonn li jiġu adattati ċerti limiti ta’ determinazzjoni. Fir-rigward tas-sustanzi kollha kkonċernati minn dan ir-Regolament, il-laboratorji kkonkludew li għal ċerti prodotti bażiċi, l-iżvilupp tekniku jirrikjedi li jiġu stabbiliti limiti ta’ detezzjoni speċifiċi. |
|
(11) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tal-kwistjoni kkunsidrata, l-emendi x-xierqa tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(12) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, u tqiesu l-kummenti tagħhom. |
|
(13) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan. |
|
(14) |
Biex jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistipula arranġament tranżizzjonali għall-prodotti li tkabbru qabel il-modifika tal-MRLs u li għalihom l-informazzjoni turi li nżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi. |
|
(15) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs immodifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom ħalli jkunu konformi mar-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b’dan ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għall-prodotti li tkabbru fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel is-27 ta’ Lulju 2021.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-27 ta’ Jannar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for ametoctradin according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2020; 18(1): 5990.
(3) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for bixafen according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2020; 18(1): 5998.
(4) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for fenazaquin according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2020; 18(1): 5955.
(5) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for spinetoram according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2020; 18(3): 5997.
(6) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for tefluthrin according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2020; 18(1): 5995.
(7) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for thiencarbazone-methyl according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2020; 18(1): 5957.
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness II jinżiedu l-kolonni li ġejjin għall-ametoktradin, għall-biksafen, għall-fenażakin, għas-spinetoram, għat-teflutrin u għat-tijenkarbażon-metil: "Residwi tal-pestiċidi u livelli massimi tar-residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Fil-Parti A tal-Anness III, jitħassru l-kolonni għall-ametoktradin, għall-biksafen, għall-fenażakin, għas-spinetoram u għat-teflutrin. |
(*1) Jindika limitu ta' kwantifikazzjoni analitika aktar baxx
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li japplikaw l-MRLs għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I