|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/2860 |
23.4.2024 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tal-25 ta’ Mejju 2023
li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE
(Każ M.10807 – Viasat / Inmarsat)
(notifikata bin-numru tad-dokument C(2023) 3528)
(Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/2860)
Fil-25 ta’ Mejju 2023 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f’każ ta’ fużjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1) , u partikolarment l-Artikolu 8(1) ta’ dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa tinsab bl-Ingliż fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej: https://competition-cases.ec.europa.eu/search .
1. INTRODUZZJONI
|
(1) |
Id-Deċiżjoni mehmuża tiddikjara l-akkwist ta’ Inmarsat Group Holdings Limited (“Inmarsat”, ir-Renju Unit) minn Viasat, Inc. (“Viasat”, jew il-“Parti Notifikanti”, l-Istati Uniti tal-Amerika) kompatibbli mas-suq intern u l-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, skont l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE. Viasat u Inmarsat flimkien jissejħu l-“Partijiet”. |
2. PROĊEDURA
|
(2) |
Fis-17 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”) irċeviet talba għal riferiment mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni ta’ Spanja skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet dwar it-tranżazzjoni proposta li permezz tagħha Viasat se takkwista l-kontroll esklużiv ta’ Inmarsat kollha kemm hi skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (it-“Tranżazzjoni”) (2). |
|
(3) |
L-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni tal-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, in-Netherlands, ir-Rumanija, l-Iżvezja, u n-Norveġja (flimkien ma’ Spanja, l-“Istati Referenti”) sussegwentement ingħaqdu mat-talba magħmula mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni ta’ Spanja. |
|
(4) |
Fis-26 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni ħarġet deċiżjonijiet li permezz tagħhom hija aċċettat it-talbiet għal rinviju tal-Istati Riferenti u ddeċiediet li teżamina t-Tranżazzjoni skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (id-“Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 22”). |
|
(5) |
Fid-9 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż dwar it-Tranżazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
(6) |
Wara l-investigazzjoni tal-fażi I, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Tranżazzjoni kienet qajmet dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern u fit-13 ta’ Frar 2023 adottat deċiżjoni biex jinbdew proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (id-“Deċiżjoni skont l-Artikolu 6(1)(c)”). |
|
(7) |
Fl-14 ta’ Frar 2023 u fl-20 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni pprovdiet għadd ta’ dokumenti ta’ importanza ewlenija lill-Parti Notifikanti. |
|
(8) |
Fis-27 ta’ Frar 2023, il-Parti Notifikanti ppreżentat il-kummenti bil-miktub tagħha għad-Deċiżjoni skont l-Artikolu 6(1)(c) (it-“Tweġiba skont l-Artikolu 6(1)(c)”). |
|
(9) |
Fis-7 ta’ Marzu u fl-20 ta’ April 2023, saru laqgħat dwar is-sitwazzjoni attwali bejn il-Parti Notifikanti u l-Kummissjoni. |
|
(10) |
Saret konsultazzjoni mal-Istati Membri dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni waqt il-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Konċentrazzjonijiet fil-15 ta’ Mejju 2023, li tat opinjoni favorevoli. L-Uffiċjal tas-Seduta ta l-opinjoni favorevoli tiegħu dwar il-proċedimenti fir-rapport tiegħu li ġie ppreżentat fit-3 ta’ Mejju 2023. |
3. Il-PARTIJIET
|
(11) |
Viasat hija kumpanija tal-Istati Uniti elenkata pubblikament (elenkata fin-NASDAQ) ibbażata f’Carlsbad California, li tipprovdi servizzi ta’ komunikazzjoni bidirezzjonali bis-satellita. Viasat tippossjedi u topera erba’ satelliti ġeostazzjonarji tal-orbita terrestri (iktar ’il quddiem “GEOs”). Barra minn hekk, Viasat tikri kapaċità fuq satelliti ta’ partijiet terzi. Viasat għandha tliet segmenti ewlenin tan-negozju: Servizzi satellitari, Networks Kummerċjali, u Sistemi Governattivi. |
|
(12) |
Inmarsat hija kumpanija tar-Renju Unit miżmuma privatament, bil-kwartieri ġenerali tagħha f’Londra, li toffri servizzi ta’ komunikazzjoni bidirezzjonali bbażati fuq is-satellita globalment. Inmarsat għandha u topera tliet networks satellitari proprjetarji fil-flotta tagħha ta’ ħmistax-il GEO. In-negozju ta’ Inmarsat huwa organizzat f’erba’ segmenti ta’ klijenti: L-Avjazzjoni, il-Baħar, l-Intrapriża u l-Gvern. |
|
(13) |
It-Tranżazzjoni tikkonsisti fl-akkwist tal-kontroll esklużiv minn Viasat fuq Connect Topco Limited (“Connect Topco”), il-kumpanija omm aħħarija ta’ Inmarsat, skont ftehim ta’ bejgħ u xiri datat it-8 ta’ Novembru 2021. Mat-tlestija tat-Tranżazzjoni, Viasat se jkollha 100 % tal-ishma u d-drittijiet tal-vot ta’ Connect Topco, li (indirettament) se jkollha 100 % tal-ishma f’Inmarsat. B’riżultat ta’ dan, Viasat se takkwista l-kontroll esklużiv fuq Inmarsat. Għalhekk, it-Tranżazzjoni tikkostitwixxi konċentrazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
4. IL-ĠURIŻDIZZJONI TAL-KUMMISSJONI
|
(14) |
It-Tranżazzjoni ma għandhiex dimensjoni tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 1 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, peress li l-fatturat tal-partijiet ma jilħaqx il-livelli tal-Artikolu 1(2) jew 1(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
|
(15) |
Fis-26 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni ħarġet id-Deċiżjonijiet tal-Artikolu 22 u kisbet il-ġuriżdizzjoni biex tifli bir-reqqa l-effetti tat-Tranżazzjoni. |
5. IS-SWIEQ TAL-PRODOTTI RILEVANTI
|
(16) |
Għall-valutazzjoni tat-Tranżazzjoni huma rilevanti dawn l-attivitajiet kummerċjali tal-Partijiet: (i) Viasat u Inmarsat it-tnejn huma attivi fil-forniment tal-kapaċità satellitari; (ii) Viasat u Inmarsat huma t-tnejn attivi fil-forniment ta’ servizzi ta’ konnettività tal-broadband waqt it-titjiriet (“IFC”) għall-klijenti tal-avjazzjoni kummerċjali (jiġifieri Wi-Fi matul it-titjiriet lill-passiġġieri fil-kabina); u (iii) Viasat u Inmarsat it-tnejn huma attivi fil-forniment ta’ servizzi IFC għall-klijenti tal-avjazzjoni għal skopijiet ta’ negozju. |
|
(17) |
Għall-fini tal-valutazzjoni tat-Tranżazzjoni, il-Kummissjoni tqis li s-swieq tal-prodotti rilevanti x’aktarx huma s-swieq għal:
|
|
(18) |
L-investigazzjoni tas-suq ma pprevedietx sejba konklużiva dwar jekk is-swieq tal-prodotti rilevanti għandhomx jiġu segmentati aktar (3) jew saħansitra jekk għandhomx ikunu parti minn suq usa (4) mis-swieq elenkati hawn fuq. Madankollu, id-delineazzjoni preċiża tas-suq tal-prodotti tista’ fl-aħħar mill-aħħar titħalla miftuħa peress li t-Tranżazzjoni ma timpedixxix b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva taħt kwalunkwe definizzjoni plawżibbli tas-suq. |
6. IS-SWIEQ ĠEOGRAFIĊI RILEVANTI
|
(19) |
Wara l-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li s-swieq għall-forniment tal-kapaċità satellitari (u kwalunkwe segmenti potenzjali tagħhom, inkluż il-forniment ta’ kapaċità satellitari tal-broadband) u għall-forniment ta’ servizzi IFC lil klijenti tal-avjazzjoni għal skopijiet ta’ negozju (u s-segment potenzjali għal ġettijiet tan-negozju kbar) huma globali fl-ambitu tagħhom. |
|
(20) |
Fir-rigward tas-suq għall-forniment ta’ servizzi broadband IFC lil klijenti tal-avjazzjoni kummerċjali, il-Kummissjoni qieset li s-suq ġeografiku rilevanti x’aktarx huwa globali. Madankollu, għall-fini tal-valutazzjoni tat-Tranżazzjoni, il-kwistjoni dwar jekk is-suq huwiex tal-inqas mifrux maż-ŻEE jew mad-dinja kollha fl-ambitu tiegħu tista’ titħalla miftuħa peress li t-Tranżazzjoni ma timpedixxix b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva skont kwalunkwe definizzjoni plawżibbli tas-suq. |
7. VALUTAZZJONI
|
(21) |
It-taqsimiet segwenti ta’ din in-nota jiġbru fil-qosor is-sejbiet ewlenin tal-Kummissjoni. |
7.1. Ebda sejba ta’ impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva bħala riżultat ta’ effetti orizzontali mhux ikkoordinati fis-suq għall-forniment ta’ kapaċità satellitari tal-broadband
|
(22) |
Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-Tranżazzjoni x’aktarx li ma twassalx għal impediment sinifikanti tal-kompetizzjoni effettiva bħala riżultat ta’ effetti orizzontali mhux koordinati fuq is-suq globali għall-forniment tal-kapaċità satellitari tal-broadband (u segmenti potenzjali tiegħu, kif ukoll is-suq usa’ għall-forniment tal-kapaċità satellitari), b’mod partikolari minħabba li: |
|
(23) |
L-ewwel nett, l-ishma mis-suq tal-kapaċità kkombinati tal-Partijiet għadhom moderati u ż-żieda llum hija limitata (b’Viasat u Inmarsat b’sehem ta’ [10-20]% u [0-5]% rispettivament fl-2022). Iż-żewġ Partijiet jikru biss proporzjon żgħir (inqas minn [20-30]%) tal-kapaċità satellitari tagħhom lil partijiet terzi downstream, li huwa ferm inqas mill-kompetituri, u għalhekk din iċ-ċifra x’aktarx tissopravaluta l-pożizzjoni tal-Partijiet fis-suq merkantili. |
|
(24) |
It-tieni, il-Partijiet x’aktarx li ma jkollhom l-ebda saħħa apprezzabbli fis-suq fil-futur qrib, minkejja ishma tas-suq tal-kapaċità ogħla fil-futur qrib (b’sehem mis-suq ta’ Viasat u Inmarsat ta’ [50-60]% u [5-10]% rispettivament fl-2025). Is-suq huwa kkaratterizzat minn proporzjon sinifikanti ta’ kapaċità żejda, b’tali mod li l-kapaċità żejda fost il-kompetituri tista’ tkopri l-kapaċità kollha mikrija tal-Partijiet lill-klijenti tagħhom mill-inqas […] darbiet (kemm illum kif ukoll fil-futur qrib). Għalhekk, il-kapaċità tal-Partijiet mhijiex kruċjali, u għalhekk jidher improbabbli li l-entità fuża jkollha grad apprezzabbli ta’ saħħa fis-suq fuq il-klijenti attwali tagħha jew kwalunkwe klijent potenzjali. |
|
(25) |
It-tielet, għadd suffiċjenti ta’ kompetituri kredibbli jibqgħu wara t-Tranżazzjoni u huma alternattiva kredibbli għall-entità fuża. Dan jinkludi kemm l-operaturi eżistenti tan-netwerk satellitari GEO u LEO, li jidhru li jikkompetu mill-qrib mal-Partijiet, bħal Echostar Corporation, Eutelsat, SES, Intelsat, Iridium, SpaceX, Telesat (Lightspeed) u OneWeb. |
7.2. Ebda konstatazzjoni ta’ impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva bħala riżultat ta’ effetti orizzontali mhux koordinati fis-suq għall-forniment ta’ servizzi broadband IFC lil klijenti tal-avjazzjoni kummerċjali
|
(26) |
Abbażi tal-investigazzjoni fil-fond tagħha, il-Kummissjoni sabet li t-Tranżazzjoni ma timpedixxix b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva bħala riżultat ta’ effetti orizzontali mhux koordinati fuq is-suq globali jew taż-ŻEE għall-forniment ta’ servizzi IFC tal-broadband lil klijenti tal-avjazzjoni kummerċjali (u segmenti potenzjali tiegħu), b’mod partikolari minħabba li: |
|
(27) |
L-ewwel nett, is-sehem mis-suq ikkombinat tal-entità fuża ([30-40]%, f’termini ta’ inġenji tal-ajru impenjati) ma jippermettix lill-entità fuża timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni f’dan is-suq, minkejja l-fatt li huwa l-ogħla, billi wara t-Tranżazzjoni se jibqa’ għadd ta’ kompetituri b’sehem sinifikanti fis-suq, bl-ogħla wieħed ikun Intelsat b’sehem mis-suq ta’ [20–30]% u Panasonic b’sehem mis-suq ta’ [20–30]%. |
|
(28) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-ishma tas-suq jidhru li għandhom valur evidenzjarju limitat f’suq ġdid bħas-suq għall-forniment ta’ servizzi ta’ broadband IFC lil klijenti tal-avjazzjoni kummerċjali, u speċjalment fiż-ŻEE fejn ir-rata ta’ penetrazzjoni tas-servizzi IFC hija relattivament baxxa, fejn il-ħtiġijiet tal-passiġġieri li qed jevolvu u t-titjib kontinwu tal-offerti tar-rivali jċaqilqu b’mod kostanti l-parametri ewlenin tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni tqis li, abbażi tar-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq, jidher li d-domanda mil-linji tal-ajru hija differenzjata b’mod sinifikanti, u l-Partijiet ma għandhomx vantaġġi kompetittivi partikolari għal sett partikolari ta’ parametri ewlenin tal-kompetizzjoni li jiddistingwuhom mir-rivali. |
|
(29) |
Fir-rigward tal-vantaġġi kompetittivi potenzjali tal-Partijiet tal-integrazzjoni vertikali, l-offerta tal-banda Ka-, u l-firxa wiesgħa ta’ ċertifikazzjonijiet, l-investigazzjoni tas-suq tal-fażi II iċċarat li:
|
|
(30) |
It-tieni, wara t-Tranżazzjoni jibqa’ għadd suffiċjenti ta’ kompetituri kredibbli. Il-Kummissjoni tinnota li l-klijenti ewlenin tal-Partijiet fiż-ŻEE huma linji tal-ajru kummerċjali kbar, li l-maġġoranza tagħhom isegwu approċċ b’diversi sorsi. Abbażi tar-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni kkonkludiet, għall-finijiet tal-valutazzjoni tat-Tranżazzjoni, li kull waħda minn Intelsat, Panasonic u Anuvu jikkostitwixxu alternattiva kredibbli għall-entità fuża wara t-Tranżazzjoni. Barra minn hekk, SpaceX bdiet tagħmel offerti għal kuntratti tal-IFC u, mid-dħul tagħha fis-suq fl-2022, diġà rebħet kuntratti kummerċjali tal-IFC ma’ sitt linji tal-ajru. Għalkemm illum mhuwiex ċert meta SpaceX se twettaq bis-sħiħ dawk il-kuntratti, u jekk u sa liema punt SpaceX tistax tespandi aktar fl-ispazju kummerċjali IFC, SpaceX mill-inqas se tillimita lill-entità fuża fl-offerti tal-IFC wara t-Tranżazzjoni, jekk ma tikkostitwixxix alternattiva kredibbli għall-entità fuża fit-tliet snin li ġejjin. |
|
(31) |
It-tielet, is-suq għadu fil-bidu, b’għadd ta’ parteċipanti ġodda potenzjali. L-Ewropa b’mod partikolari tipprovdi opportunitajiet sinifikanti għall-kompetituri attwali u għal parteċipanti ġodda għal adozzjoni addizzjonali tal-IFC għal-linji tal-ajru bil-kwartieri ġenerali fl-Ewropa, b’mod partikolari għal titjiriet fuq distanzi qosra (intra-Ewropej). Tabilħaqq, ir-rata ta’ penetrazzjoni għall-inġenji tal-ajru fuq distanzi qosra fl-Ewropa hija ta’ 24,4 %, meta mqabbla ma’ 72,9 % fl-Istati Uniti, u kważi l-linji tal-ajru kollha li wieġbu għall-investigazzjoni tas-suq tal-Kummissjoni jistennew li d-domanda għas-servizzi tal-IFC tiżdied fit-tliet snin li ġejjin. Kemm l-operaturi tal-LEO kif ukoll dawk tal-GEO qed jinvestu biex jespandu l-kapaċitajiet tagħhom b’għadd ta’ modi, bħal permezz tal-illanċjar ta’ satelliti ġodda jew permezz ta’ sħubijiet ma’ SSPs attivi fil-forniment ta’ servizzi IFC (inkluż għall-forniment ta’ soluzzjonijiet ibridi ta’ IFC GEO/LEO). Għadd ta’ parteċipanti ġodda potenzjali ħabbru pubblikament l-intenzjoni tagħhom li jidħlu fis-suq. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li huwa probabbli li fit-tliet snin li ġejjin, jekk mhux dħul, se jseħħu mill-inqas sħubijiet ma’ parteċipanti ġodda potenzjali. |
7.3. Ebda konstatazzjoni ta’ impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva bħala riżultat ta’ effetti orizzontali mhux koordinati fis-suq għall-forniment ta’ servizzi IFC lil klijenti tal-avjazzjoni għal skopijiet ta’ negozju
|
(32) |
Fid-deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-Tranżazzjoni x’aktarx li ma twassalx għal impediment sinifikanti tal-kompetizzjoni effettiva bħala riżultat ta’ effetti orizzontali mhux koordinati fuq is-suq globali għall-forniment ta’ servizzi tal-IFC tal-broadband lil klijenti tal-avjazzjoni għal skopijiet ta’ negozju (u s-segment potenzjali għal ġettijiet tan-negozju kbar), b’mod partikolari minħabba li: |
|
(33) |
L-ewwel nett, is-sehem kombinat tal-entità fuża huwa moderat. Għadd ta’ kompetituri għadhom b’ishma tas-suq ogħla, li l-ogħla fosthom hija Iridium Communications b’sehem mis-suq ta’ [40-50]% u Gogo Business Aviation b’sehem mis-suq ta’ [30-40]%. Barra minn hekk, fil-livell globali tas-suq għall-forniment ta’ servizzi tal-broadband IFC lil ġettijiet tan-negozju kbar, is-sehem tal-entità fuża jibqa’ wkoll moderat b’sehem mis-suq ikkombinat ta’ [30-40]%. L-entità fuża xorta tkun iżgħar minn Gogo, b’sehem mis-suq ta’ [60-70]%. |
|
(34) |
It-tieni, wara t-Tranżazzjoni jibqa’ għadd suffiċjenti ta’ kompetituri kredibbli u dawn huma alternattiva kredibbli għall-entità fuża. Ir-riżultat tal-investigazzjoni tas-suq ikkonferma li kompetituri bħal Iridium Communications, Gogo, SES (Luxstream), IDAIR, Intelsat (FlexExec), Smart Sky, u SpaceX jikkompetu mill-qrib mal-Partijiet. |
|
(35) |
It-tielet, il-kundizzjonijiet ta’ taqlib attwali tas-suq stabbiliti għall-IFC tal-avjazzjoni kummerċjali, japplikaw bl-istess mod għas-servizzi IFC tal-avjazzjoni għal skopijiet ta’ negozju, inkluż għall-vantaġġi kompetittivi tal-NGSOs/LEOs li jkunu għadhom kif daħlu bħal latenza aktar baxxa, densità u reżiljenza akbar tan-network, kopertura kważi globali, u kostijiet aktar baxxi. Barra minn hekk, is-suq huwa dinamiku ħafna u se jkun għaddej minn bidliet sinifikanti fil-futur. Barra minn hekk, l-għadd totali ta’ inġenji tal-ajru tan-negozju kbar konnessi huwa mistenni li jikber minn inqas minn 4 500 fi tmiem is-sena 2021 għal aktar minn 12 000 sal-2031. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li huwa probabbli li fit-tliet snin li ġejjin, jekk mhux dħul, se jseħħu mill-inqas sħubijiet ma’ parteċipanti ġodda potenzjali. |
7.4. Konklużjoni
|
(36) |
Id-Deċiżjoni, għalhekk, tikkonkludi li l-konċentrazzjoni notifikata ma tqajjimx dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-Suq intern. |
8. KONKLUŻJONI
|
(37) |
Id-Deċiżjoni mehmuża tikkonkludi li l-konċentrazzjoni proposta ma timpedixxix b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu. |
|
(38) |
Konsegwentement, id-Deċiżjoni tipproponi li t-Tranżazzjoni tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern, skont l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE. |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1-22.
(2) Pubblikazzjoni f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Nru C 14, 16.1.2023, p. 7.
(3) Is-segmentazzjonijiet possibbli tas-suq ivvalutati mill-Kummissjoni huma: (1) għall-forniment tal-kapaċità satellitari tal-broadband, is-segmentazzjoni possibbli (i) skont is-segment tal-industrija tal-użu finali downstream tal-kapaċità, (ii) bejn il-kapaċità satellitari tal-GEO u tal-orbita mhux ġeostazzjonarja (“ NGSO ”)/tal-orbita terrestri baxxa (“ LEO ”), (iii) bejn il-kapaċità tas-satelliti bi fluss għoli (“ HTS ”) u mhux tal-HTS (broadband), u (iv) bejn il-kapaċità satellitari Ka-band u Ku-band; (2) għall-forniment ta’ servizzi IFC tal-broadband lil klijenti tal-avjazzjoni kummerċjali, is-segmentazzjoni possibbli (i) bejn titjiriet fuq distanzi qosra u titjiriet fuq distanzi twal, (ii) bejn Ku- u Ka-band, (iii) bejn soluzzjonijiet IFC ibbażati fuq GEO u LEO, u (iv) bejn it-teknoloġija satellitari u t-teknoloġija mill-ajru għall-art (“ ATG ”) jew it-teknoloġija ibrida; u (3) għall-forniment ta’ servizzi IFC lil klijenti tal-avjazzjoni għal skopijiet ta’ negozju, is-segmentazzjoni possibbli (i) skont it-tip ta’ inġenju tal-ajru u (ii) skont id-daqs tal-inġenji tal-ajru.
(4) Għall-forniment tal-kapaċità satellitari tal-broadband, il-Kummissjoni vvalutat jekk is-suq jistax ikun parti minn suq usa’ possibbli għall-forniment tal-kapaċità satellitari (inklużi kemm il-broadband kif ukoll in-narrowband).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2860/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)