02011R1189 — MT — 17.11.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1189/2011

tat-18 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi regoli dettaljati f’relazzjoni ma’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra

(ĠU L 302 19.11.2011, p. 16)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1966 tas-27 ta' Ottubru 2017

  L 279

38

28.10.2017




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1189/2011

tat-18 ta’ Novembru 2011

li jistabbilixxi regoli dettaljati f’relazzjoni ma’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra



KAPITOLU I

ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(1), l-Artikoli 8, 10, 12(1), l-Artikolu 13(2), (3), (4) u (5), l-Artikoli 15, 16(1) u 21(1) tad-Direttiva 2010/24/UE, inkluż ir-regoli dettaljati dwar il-konverżjoni, it-trasferiment tas-somom irkuprati, kif ukoll il-mezzi li bihom il-komunikazzjonijiet bejn l-awtoritajiet jistgħu jiġu trażmessi.

Artikolu 2

1.  It-talbiet kollha għall-informazzjoni, in-notifika, l-irkupru jew il-miżuri kawtelatorji skont l-Artikoli 5(1), 8, 10 u 16(1) tad-Direttiva 2010/24/UE (minn issa ‘l quddiem imsejħa “it-talbiet għal għajnuna” u l-istrumenti, formoli u dokumenti oħra kollha akkompanjanti, kif ukoll kull informazzjoni oħra komunikata fir-rigward ta’ dawn it-talbiet għandha tintbagħat bin-netwerk tas-CCN, sakemm dan ma jkunx prattiku għal raġunijiet tekniċi.

2.  Id-dokumenti trażmessi f’forma elettronika jew f’forma stampata għandhom jitqiesu li għandhom l-istess effett legali bħad-dokumenti trażmessi bil-posta.

3.  Jekk talba ma tistax tiġi trażmessa permezz tan-netwerk CCN, għandha tiġi trażmessa bil-posta. F’dan il-każ għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a) it-talba għandha tkun iffirmata minn uffiċjal tal-awtorità applikanti, li jkun ġie debitament awtorizzat biex jagħmel tali talba;

(b) il-formola standard li takkompanja t-talba għan-notifika, msemmija fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2010/24/UE (minn issa ‘l quddiem imsejħa “il-formola uniformi ta’ notifika”) jew l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba msemmi fl-Artikolu 12 ta’ dik id-Direttiva għandhom ikunu ffirmati minn uffiċjal debitament awtorizzat tal-awtorità applikanti;

(ċ) jekk it-talba tkun akkompanjata b’kopja ta’ dokument ieħor apparti l-formola uniformi ta’ notifika jew l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba, l-awtorità applikanti għandha tiċċertifika l-konformità ta’ din il-kopja mal-oriġinal, billi tiddikjara f’din il-kopja, bil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn tkun tinsab, il-kelmiet “ċertifikat bħala kopja vera”, l-isem tal-uffiċjal li għamel iċ-ċertifikazzjoni u d-data ta’ dik iċ-ċertifikazzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel sottoparagrafu, l-Istati Membri għandhom jużaw il-formola uniformi ta’ notifika stabbilita skont il-mudell indikat fl-Anness I għal dan ir-Regolament u l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba stabbilit skont il-mudell indikat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

4.  Fejn il-formola uniformi ta’ notifika jew l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba jiġu trażmessi b’mezzi elettroniċi, l-istruttura u l-forma tagħhom jistgħu jiġu adattati għall-kundizzjoni tas-sistema ta’ komunikazzjoni elettronika sabiex tiġi faċilitata l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, sakemm is-sett ta’ dejta u l-informazzjoni fihom ma jiġux mibdula b’mod sostanzjali fir-rigward tal-mudelli stabbiliti fl-Annessi I u II.

Artikolu 3

1.  L-awtorità applikanti tista’ tagħmel talba għal għajnuna fir-rigward jew għal talba waħda jew għal diversi talbiet fejn dawn jistgħu jiġu rkuprati mingħand l-istess persuna.

2.  It-talba għall-informazzjoni, irkupru jew miżuri kawtelatorji tista’ tkun relatata ma’ kwalunkwe persuna minn dawn li ġejjin:

(a) id-debitur prinċipali jew kodebitur;

(b) persuna oħra apparti kodebitur, li tkun responsabbli biex tħallas dawk it-taxxi, dazji u miżuri oħra, jew għal talbiet oħra relatati ma’ dawk it-taxxi, dazji u miżuri oħra taħt il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru fejn tkun tinsab l-awtorità applikanti;

(ċ) kull parti terza li jkollha assi li jappartjenu lil jew li jkollhom dejn ma’ waħda mill-persuni msemmija fil-punti (a) jew (b).

Artikolu 4

L-informazzjoni u d-dettalji l-oħra ikkommunikati mill-awtorità li rċeviet it-talba, lill-awtorità applikanti għandhom skont l-Artikoli 5(1), 8, 10 u 16(1) tad-Direttiva 2010/24/UE jintbagħtu fil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-awtorità li rċeviet it-talba jew f’lingwa oħra miftiehma bejn l-applikant u l-awtoritajiet li rċevew it-talba.

Artikolu 5

Jekk l-awtorità li rċeviet it-talba tirrifjuta li tittratta t-talba għall-għajnuna, għandha tinnotifika lill-awtorità applikanti bir-raġunijiet tar-rifjut, filwaqt li tispeċifika d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/24/UE li tkun qed tibbaża fuqhom. Tali notifika għandha tingħata mill-awtorità li rċeviet it-talba hekk kif tieħu d-deċiżjoni tagħha u, ikun xi jkun il-każ, fi żmien xahar mid-data tar-rikonoxximent li rċeviet it-talba.

Artikolu 6

Kull talba għall-informazzjoni jew għall-irkupru jew għal miżuri kawtelatorji għandha tindika jekk ġietx indirizzata talba simili lil xi awtorità oħra.



KAPITOLU II

TALBIET GĦAL INFORMAZZJONI

Artikolu 7

L-awtorità li rċeviet it-talba għandha tirrikonoxxi li rċeviet it-talba għall-informazzjoni mill-aktar fis possibbli u, ikun xi jkun il-każ, fi żmien sebat ijiem kalendarji minn meta tkun irċevietha.

Malli tirċievi t-talba, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha, fejn ikun xieraq, titlob lill-awtorità applikanti sabiex tipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa. L-awtorità applikanti għandha tipprovdi l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa li normalment ikollha aċċess għaliha.

Artikolu 8

1.  L-awtorità li rċeviet it-talba għandha tittrażmetti kull punt tal-informazzjoni mitluba lill-awtorità applikanti kif u meta jinkiseb.

2.  Fejn, fir-rigward tal-partikularità ta’ każ, l-informazzjoni kollha jew partijiet minnha ma jkunux jistgħu jinkisbu f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha tinforma lill-awtorità applikanti b’dan u tiddikjara r-raġunijiet.

Ikun xi jkun il-każ, fi tmiem sitt xhur mid-data tar-rikonoxximent li ġiet riċevuta t-talba, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha tinforma lill-awtorità applikanti bir-riżultat tal-investigazzjonijiet li tkun wettqet sabiex tikseb l-informazzjoni mitluba.

Fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun waslet mill-awtorità li rċeviet it-talba, l-awtorità applikanti tista’ titlob lill-awtorità li rċeviet it-talba biex tkompli l-investigazzjoni tagħha. Dik it-talba għandha ssir fi żmien xahrejn minn meta tiġi riċevuta n-notifika tar-riżultat tal-investigazzjonijiet imwettqa mill-awtorità li rċeviet it-talba, u għandha tkun ittrattata mill-awtorità li rċeviet it-talba skont id-dispożizzjonijiet li japplikaw għat-talba inizjali.

Artikolu 9

L-awtorità applikanti tista’, f’kull żmien, tirtira t-talba għall-informazzjoni li tkun bagħtet lill-awtorità li rċeviet it-talba. Id-deċiżjoni ta’ rtirar għandha tkun trażmessa lill-awtorità li rċeviet it-talba.



KAPITOLU III

TALBIET GĦAL NOTIFIKA

Artikolu 10

1.  Kull talba għal notifika għandha tinkludi l-oriġinal jew kopja ċertifikata ta’ kull dokument, li tiegħu tkun qed tintalab notifika.

Il-formola uniformi ta’ notifika li takkumpanja t-talba skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2010/24/UE għandha timtela’ minn jew taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità applikanti. Hija għandha tipprovdi informazzjoni lid-destinatarji fir-rigward tad-dokumenti li għalihom tkun intalbet assistenza ta’ notifika.

2.  Fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-formola uniformi ta’ notifika, għandu japplika dan li ġej:

(a) l-ammont tat-talba għandu jissemma fejn ikun diġà stabbilit;

(b) l-indikazzjoni tal-perjodu li fih in-notifika għandha tiġi affettwata jista’ jsir b’indikazzjoni tad-data li qabilha l-awtorità applikanti jkollha l-ħsieb li sseħħ in-notifika.

Artikolu 11

It-talba għan-notifika tista’ tkun relatata ma’ kull persuna msemmija fl-Art. 3(c) tad-Direttiva 2010/24/UE li, skont il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru applikanti, hija meħtieġa li tiġi infurmata b’kull dokument li jirrigwarda lil dik il-persuna.

Artikolu 12

1.  L-awtorità li rċeviet it-talba għandha tirrikonoxxi li rċeviet it-talba għan-notifika mill-aktar fis possibbli u, ikun xi jkun il-każ, fi żmien sebat ijiem kalendarji minn meta tirċeviha.

Malli tirċievi t-talba għan-notifika, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex issir in-notifika skont il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru fejn tinsab.

Jekk ikun meħtieġ, imma mingħajr ma tkun kompromessa d-data finali għan-notifika indikata fit-talba għan-notifika, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha titlob lill-awtorità applikanti biex tipprovdi informazzjoni addizzjonali.

L-awtorità applikanti għandha tipprovdi l-informazzjoni addizzjonali kollha li normalment ikollha aċċess għaliha.

▼M1

2.  L-awtorità rikjesta għandha tinforma lill-awtorità applikanti bid-data u bil-mod ta' notifikazzjoni hekk kif din issir, billi tiċċertifika n-notifikazzjoni fil-formola tat-talba li tintbagħat lura lill-awtorità applikanti.

▼B

Artikolu 13

1.  Notifika li ssir mill-Istat Membru li rċieva t-talba skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ f’dak l-Istat Membru, għandha titqies li għandha l-istess effett fl-Istat Membru applikanti daqs li kieku saret mill-Istat Membru applikanti innifsu skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru applikanti.

2.  Notifika ta’ dokument relatat ma’ aktar minn tip wieħed ta’ taxxa, dazju jew miżura oħra, għandha titqies li hija valida jekk issir minn awtorità ta’ Stat Membru li rċieva t-talba li hija kompetenti għall-anqas għal waħda mit-taxxi, dazji jew miżuri oħra msemmija f’dak id-dokument notifikat, sakemm għandha l-permess taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li rċieva t-talba.

Artikolu 14

Għall-finijiet tan-notifika, l-Istat Membru li rċieva t-talba jista’ juża l-formola uniformi ta’ notifika, msemmija fl-Artikolu 10(1) bil-lingwa uffiċjali tiegħu jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tiegħu skont il-liġi nazzjonali tiegħu.



KAPITOLU IV

IT-TALBIET GĦAL IRKUPRU JEW GĦAL MIŻURI KAWTELATORJI

▼M1

Artikolu 15

1.  It-talbiet għall-irkupru jew għall-miżuri kawtelatorji għandhom jinkludu dikjarazzjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2010/24/UE biex jingħata bidu għall-proċedura ta' għajnuna reċiproka jkunu ġew issodisfati.

2.  Fil-każ ta' talba għall-miżuri kawtelatorji, din id-dikjarazzjoni tista' tiġi ssupplimentata minn dikjarazzjoni li tispeċifika r-raġunijiet u ċ-ċirkustanzi tat-talba, stabbilita skont il-mudell stipulat fl-Anness III.

▼B

Artikolu 16

1.  L-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba li jakkumpanja t-talba għall-irkupru jew għal miżuri kawtelatorji għandu jsir minn jew taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità applikanti, fuq il-bażi tal-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru applikanti.

Il-penali, multi, miżati u sovvramposti amministrattivi msemmija fl-Art. 2(2)(a) tad-Direttiva 2010/24/UE u l-interessi u l-ispejjeż imsemmija fl-Art. 2(2)(c) ta’ dik id-Direttiva li, f’konformità mar-regoli fis-seħħ fl-Istat Membru applikanti, jistgħu jkunu dovuti mid-data tal-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar sad-data qabel id-data li fiha tintbagħat it-talba ta’ irkupru, jistgħu jiżdiedu fl-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba.

▼M1

2.  Strument uniformi uniku li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba jista' jinħareġ fir-rigward ta' diversi talbiet u diversi persuni, li jikkorrispondi għall-istrument jew għall-istrumenti inizjali li jippermettu l-infurzar fl-Istat Membru applikanti.

▼B

3.  F’dak li għandu x’jaqsam mal-istrumenti inizjali li jippermettu l-infurzar għal għadd ta’ talbiet fl-Istat Membru applikanti diġà ġew sostitwiti bi strument globali li jippermetti l-infurzar ta’ dawn it-talbiet kollha f’dak l-Istat Membru, l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba jista’ jkun bażat fuq l-istrumenti inizjali li jippermettu l-infurzar fl-Istat Membru applikanti jew fuq dak l-istrument globali li jgħaqqad fi grupp dawk l-istrumenti inizjali fl-Istat Membru applikanti.

▼M1

3a.  Fejn l-istrument inizjali msemmi fil-paragrafu 2 jew l-istrument globali msemmi fil-paragrafu 3 jkun jinkludi diversi talbiet, li minnhom almenu waħda tkun diġà nġabret jew ġiet irkuprata, l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba għandu jirreferi biss għal dawk it-talbiet li tintalab l-assistenza fl-irkupru tagħhom.

3b.  Fejn l-istrument inizjali msemmi fil-paragrafu 2 jew l-istrument globali msemmi fil-paragrafu 3 jkun jinkludi diversi talbiet, l-awtorità applikanti tista' telenka dawk it-talbiet fi strumenti uniformi differenti li jippermettu l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba, skont id-diviżjoni tal-kompetenzi relatati mat-tip tat-taxxa tal-uffiċċji tal-irkupru rispettivi fl-Istat Membru li rċieva t-talba.

▼B

4.  Sabiex jiġu infurzati t-talbiet li għalihom tintalab għajnuna ta’ irkupru, l-Istat Membru li rċieva t-talba jista’ juża l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar f’dak l-Istat Membru fil-lingwa uffiċjali tiegħu jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tiegħu skont il-liġi nazzjonali tiegħu.

Artikolu 17

Id-destinatarju ta’ talba ta’ miżuri ta’ rkupru jew kawtelatorji jista’ ma jiddependix fuq notifika jew komunikazzjoni tal-istrument uniformi li jippermetti infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba biex jitlob prolongazzjoni jew li jerġa’ jinfetaħ il-perjodu ta’ żmien biex tiġi kontestata t-talba jew l-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar jekk dan ikun ġie notifikat b’mod validu.

Artikolu 18

1.  Jekk il-valuta tal-Istat Membru li rċieva t-talba hija differenti mill-valuta tal-Istat Membru applikanti, l-awtorità applikanti għandha tfisser l-ammont tat-talba li għandha tkun irkuprata fiż-żewġ valuti.

▼M1

2.  Ir-rata tal-kambju li għandha tintuża għall-fini tal-għajnuna ta' rkupru għandha tkun ir-rata tal-kambju ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fid-data ta' qabel dik li fiha tintbagħat it-talba. Jekk tali rata ma tkunx disponibbli f'dik id-data, ir-rata tal-kambju għandha tkun l-aktar rata tal-kambju reċenti ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel id-data li fiha tintbagħat it-talba.

▼B

Artikolu 19

1.  L-awtorità li rċeviet it-talba, mill-aktar fis possibbli u, ikun xi jkun il-każ, fi żmien sebat ijiem kalendarji minn meta tirċievi t-talba għall-irkupru jew għall-miżuri kawtelatorji, għandha tirrikonoxxi li rċeviet it-talba.

2.  L-awtorità li rċeviet it-talba tista’ titlob lill-awtorità applikanti biex tipprovdi informazzjoni addizzjonali jew biex tiffinalizza l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba, jekk ikun meħtieġ. L-awtorità applikanti għandha tipprovdi l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa li normalment ikollha aċċess għaliha.

Artikolu 20

1.  Fejn, fir-rigward tal-partikularità ta’ każ, it-talba kollha jew partijiet minnha ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati jew il-miżuri kawtelatorjii ma jistgħux jittieħdu f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha tinforma lill-awtorità applikanti b’dan u tiddikjara r-raġunijiet.

Fuq il-bażi tal-informazzjoni riċevuta mill-awtorità li rċeviet it-talba, l-awtorità applikanti tista’ teħtieġ li din tal-aħħar terġa’ tiftaħ il-proċedura għall-irkupru jew il-miżuri kawtelatorji. Dik it-talba għandha ssir fi żmien xahrejn minn meta tiġi riċevuta n-notifika tar-riżultat ta’ dik il-proċedura u għandha tkun ittrattata mill-awtorità li rċeviet it-talba skont id-dispożizzjonijiet li japplikaw għat-talba inizjali.

2.  Mhux aktar tard minn tmiem kull perjodu ta’ sitt xhur wara d-data ta’ rikonoxximent li ġiet riċevuta t-talba, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha tinforma lill-awtorità applikanti bl-istat ta’ progress jew bir-riżultat tal-proċedura għall-irkupru jew għall-miżuri kawtelatorji.

Artikolu 21

1.  Kwalunkwe azzjoni li tikkontesta t-talba jew l-istrument li jippermetti li tiġi infurzata li tittieħed fl-Istat Membru tal-awtorità applikanti għandha tiġi nnotifikata lill-awtorità li rċeviet it-talba mill-awtorità applikanti immedjatament wara li l-awtorità applikanti tkun ġiet informata b’tali azzjoni.

2.  Jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew il-prattiċi amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru li rċieva t-talba ma jippermettux miżuri kawtelatarji jew l-irkupru mitlub taħt it-tieni u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 14(4) tad-Direttiva 2010/24/UE, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha tinnotifika l-awtorità applikanti b’dan kemm jista’ jkun malajr u f’kull każ fi żmien xahar minn mindu tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1.

3.  L-awtorità li rċeviet it-talba għandha tinnotifika kwalunkwe azzjoni li tittieħed fl-Istat Membru li rċieva t-talba għar-rimbors tas-somom irkuprati jew għall-kumpens b’relazzjoni għall-irkupru tat-talbiet ikkontestati skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 14(4) tad-Direttiva 2010/24/UE lill-awtorità applikanti immedjatament wara li l-awtorità li rċeviet it-talba tkun ġiet informata b’tali azzjoni.

L-awtorità li rċeviet it-talba għandha, sakemm ikun possibbli, tinvolvi lill-awtorità applikanti fil-proċeduri sabiex jitħallsu l-ammont li għandu jiġi rrimborsat u l-kumpens dovut. Fuq talba raġunata mingħand l-awtorità li rċeviet it-talba, l-awtorità applikanti għandha titrasferixxi s-somom rimborsati u l-kumpens imħallas fi żmien xahrejn minn meta tiġi riċevuta dik it-talba.

Artikolu 22

1.  Jekk it-talba għall-irkupru jew għall-miżuri kawtelatorji ma jkollhiex aktar fini minħabba l-ħlas tat-talba jew il-kanċellazzjoni tagħha jew għal kwalunkwe raġuni oħra, l-awtorità applikanti għandha tinforma immedjatament lill-awtorità li rċeviet it-talba sabiex din tal-aħħar tkun tista’ twaqqaf kwalunkwe azzjoni li tkun ħadet.

2.  Fejn l-ammont tat-talba li huwa s-soġġett tat-talba ta’ irkupru jew għal miżuri prekazjonarji huwa aġġustat b’deċiżjoni ta’ korp kompetenti msemmi fl-Art. 14(1) tad-Direttiva 2010/24/UE, l-awtorità applikanti għandha tinforma lill-awtorità li rċeviet it-talba b’dik id-deċiżjoni, u jekk jintalab l-irkupru, tikkomunika strument uniformi rivedut li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba. Dan l-istrument uniformi rivedut li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba għandu jsir minn jew taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità applikanti, fuq il-bażi tad-deċiżjoni li taġġusta l-ammont tat-talba.

3.  Strument uniformi rivedut li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba ma jkollu ebda konsegwenza fir-rigward tal-possibbiltajiet biex tiġi kontestata t-talba inizjali, l-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru applikanti jew id-deċiżjoni msemmija fis-sottoparagrafu preċedenti.

4.  Jekk l-aġġustament msemmi fil-paragrafu 2 jinvolvi tnaqqis fl-ammont tat-talba, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha tkompli bl-azzjoni li ħadet sabiex tagħmel l-irkupru jew tieħu miżuri kawtelatorji, imma dik l-azzjoni għandha tkun limitata għall-ammont li jkun għadu pendenti.

Jekk, fiż-żmien meta l-awtorità li rċeviet it-talba tiġi informata bit-tnaqqis fl-ammont tat-talba, ammont li jeċċedi l-ammont li għadu ma tħallasx diġà jkun ġie rkuprat minnha imma l-proċedura ta’ trasferiment li tissemma fl-Artikolu 23 tkun għadha ma nbdietx, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha tħallas lura l-ammont żejjed li tħallas lill-persuna intitolata għalih.

▼M1

5.  Jekk l-aġġustament imsemmi fil-paragrafu 2 jinvolvi żieda fl-ammont tat-talba, l-awtorità applikanti tista' tindirizza lill-awtorità li rċeviet it-talba emendata għall-irkupru jew għal miżuri kawtelatorji.

Dik it-talba emendata għandha, kemm jista' jkun, tkun ittrattata mill-awtorità li rċeviet it-talba fl-istess ħin bħat-talba oriġinali mill-awtorità applikanti. Fejn, minħabba l-istat ta' progress tal-proċedura eżistenti, ma jkunx possibbli li t-talba emendata tiġi kkonsolidata mat-talba inizjali, jenħtieġ li l-awtorità li rċeviet it-talba tikkonforma mat-talba emendata biss jekk tkun tikkonċerna ammont li ma jkunx anqas minn dak imsemmi fl-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2010/24/UE.

▼B

6.  Sabiex tikkonverti l-ammont tat-talba li jirriżulta mill-aġġustament imsemmi fil-paragrafu 2 fil-munita tal-Istat Membru tal-awtorità li rċeviet it-talba, l-awtorità applikanti għandha tuża r-rata tal-kambju li ntużat fit-talba inizjali tagħha.

Artikolu 23

1.   ►M1  L-ammonti li jridu jintbagħtu lill-awtorità applikanti, skont l-Artikolu 13(5) tad-Direttiva 2010/24/UE, għandhom jiġu trasferiti lill-awtorità applikanti f'euro, sakemm l-Istati Membri ma ftehmux biex jittrasferixxu l-ammonti rkuprati f'munita oħra.

It-trasferiment tal-ammonti rkuprati għandu jsir fi żmien xahrejn mid-data li fiha jkun sar l-irkupru, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor bejn l-Istati Membri. ◄

Madanakollu, jekk il-miżuri ta’ rkupru applikati mill-awtorità li rċeviet it-talba jiġu kontestati għal raġuni li ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru applikanti, l-awtorità li rċeviet it-talba tista’ tistenna biex titrasferixxi kwalunkwe somom irkuprati f’relazzjoni mat-talba tal-Istat Membru applikanti, sakemm tissolva t-tilwima, jekk dawn il-kundizzjonijiet segwenti jiġu sodisfatti simultanjament:

(a) l-awtorità li rċeviet it-talba tara li x’aktarx ir-riżultat tal-kontestazzjoni jkun favur il-parti konċernata, u

(b) l-awtorità applikanti ma tkunx iddikjarat li tirrimborsa s-somom diġà trasferiti jekk ir-riżultat tal-kontestazzjoni jkun favur il-parti konċernata.

Jekk l-awtorità applikanti tkun għamlet dikjarazzjoni li tirrimborsa skont il-punt (b) tat-tielet sottoparagrafu, hija għandha tirritorna l-ammonti rkuprati diġà trasferiti mill-awtorità li rċeviet it-talba fi żmien xahar minn mindu tirċievi t-talba tar-rimbors. Kull kumpens ieħor dovut, f’dak il-każ, għandu jkun responsabbiltà tal-awtorità li rċeviet it-talba.

2.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jaqblu dwar arranġamenti differenti għat-trasferiment tal-ammonti taħt il-limitu applikat skont l-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2010/24/UE.

Artikolu 24

Irrispettivament minn kwalunkwe ammont miġbur mill-awtorità li rċeviet it-talba bħala l-imgħax li jissemma fl-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2010/24/UE, it-talba għandha titqies li ġiet irkuprata fi proporzjon għall-ikrupru tal-ammont espress fil-munita nazzjonali tal-Istat Membru tal-awtorità li rċeviet it-talba, fuq il-bażi tar-rata tal-kambju li tissemma’ fl-Artikolu 18(2) ta’ dan ir-Regolament.



KAPITOLU V

ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 25

Ir-Regolament (KE) Nru 1179/2008 huwa hawnhekk revokat.

Artikolu 26

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS I

Formola uniformi ta' notifika li tipprovdi informazzjoni dwar id-dokument(i) notifikat(i)

(biex tiġi trażmessa lid-destinatarju tan-notifika) ( 1 ) ( 2 )

Dan id-dokument, stabbilit skont □ l-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1189/2011 jakkumpanja d-dokument(i) hawn notifikat(i) mill-awtorità kompetenti tal-Istat li ġej: [isem tal-Istat li rċieva t-talba].

Din in-notifika tikkonċerna dokumenti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat li ġej: [isem tal-Istat applikant], li talab għal assistenza ta' notifika, skont □ l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE.

A.   ID-DESTINATARJU TAN-NOTIFIKA

— Isem:

—  Indirizz (magħruf jew maħsub):

—  Dejta oħra rilevanti għall-identifikazzjoni tad-destinatarju:

B.   L-ISKOP TAN-NOTIFIKA

Din in-notifika hija maħsuba biex:

□  tinforma lid-destinatarju, dwar id-dokument(i) li miegħu/magħhom huwa mehmuż dan id-dokument.

□  tinterrompi l-perjodu ta' limitazzjoni fir-rigward tat-talba/talbiet imsemmija fid-dokument(i) notifikat(i).

□  tagħti konferma lid-destinatarju dwar l-obbligu tiegħu biex iħallas l-ammonti msemmija taħt il-punt D.

Jekk jogħġbok innota li f'każ li ma jsirx ħlas, l-awtoritajiet jistgħu jieħdu miżuri kawtelatorji jew ta' infurzar biex jiżguraw l-irkupru tat-talba/talbiet. Dan jista' jwassal għal iżjed spejjeż li jkollu jħallas id-destinatarju.

Int id-destinatarju ta' din in-notifika, minħabba li int meqjus bħala:

□  id-debitur prinċipali

□  kodebitur

□  persuna oħra apparti d-debitur (u l-kodebitur), responsabbli għall-ħlas tat-taxxi, dazji u miżuri oħra, jew għal talbiet oħra relatati ma' dawn it-taxxi, dazji u miżuri oħra, skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat applikant

□  persuna oħra apparti d-debitur (u l-kodebitur), li għandha assi li jappartjenu lil, jew li għandhom dejn lejn, id-debitur (u l-kodebitur) jew xi persuna oħra responsabbli

□  parti terza li tista' tiġi affettwata b'miżuri ta' infurzar li jirrigwardaw persuni oħra

(L-informazzjoni segwenti ser tidher jekk id-destinatarju tan-notifika huwa persuna oħra apparti d-debitur (u l-kodebitur),li jkollha assi li jappartjenu lil, jew li jkollhom dejn lejn, id-debitur (u l-kodebitur) jew xi persuna oħra responsabbli, jew parti terza li tista' tiġi affettwata b'miżuri ta' infurzar li jirrigwardaw persuni oħra:

Id-dokumenti notifikati jirrigwardaw talbiet relatati ma' taxxi u ma' dazji, li għalihom huma responsabbli l-persuna(i) segwenti bħala

□  id-debitur prinċipali: [isem u indirizz (magħruf jew maħsub)]

□  kodebitur: [isem u indirizz (magħruf jew maħsub)]

□  persuna oħra apparti d-debitur (u l-kodebitur), responsabbli għall-ħlas tat-taxxi, dazji u miżuri oħra, jew għal talbiet oħra relatati ma' dawn it-taxxi, dazji u miżuri oħra, skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat applikant: [isem u indirizz (magħruf jew maħsub)]).

L-awtorità applikanti tal-Istat applikant (isem tal-Istat applikant) stiednet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat li rċieva t-talba (isem tal-Istat li rċieva t-talba) biex jagħmlu din in-notifika qabel [data]. Jekk jogħġbok innota li din id-data mhijiex relatata speċifikament ma' xi perjodu ta' limitazzjoni.

C.   UFFIĊĊJU/I RESPONSABBLI GĦAD-DOKUMENT(I) NOTIFIKAT(I)

Uffiċċju responsabbli fir-rigward tad-dokument(i) mehmuż(a):

— Isem:

—  Indirizz:

—  Dettalji oħra ta' kuntatt:

—  Lingwa(i) li biha/bihom dan l-uffiċċju jista' jiġi kkuntattjat:

Aktar tagħrif dwar □ id-dokument(i) notifikat(i) □ u/jew il-possibbiltà li jiġu kkontestati l-obbligi jista' jinkiseb

□  fl-uffiċċju msemmi hawn fuq responsabbli fir-rigward tad-dokument(i) mehmuż(a), u/jew

□  mill-uffiċċju li ġej:

—  Isem:

—  Indirizz:

—  Dettalji oħra ta' kuntatt:

—  Lingwa(i) li biha/bihom dan l-uffiċċju jista' jiġi kkuntattjat:

D.   DESKRIZZJONI TAD-DOKUMENT(I) NOTIFIKAT(I)

Dokument [numru]

— Numru ta' referenza:

— Data tal-istabbiliment:

— In-natura tad-dokument notifikat:

—

 

□  Valutazzjoni tat-taxxa

□  Ordni ta' hlas

□  Deċiżjoni wara appell amministrattiv

□  Dokument amministrattiv ieħor:

□  Sentenza jew ordni ta':

□  Dokument ġudizzjarju ieħor:

— L-isem tat-talba/talbiet ikkonċernata(i) (fil-lingwa tal-Istat Membru applikant):

— In-natura tat-talba/talbiet ikkonċernata(i):

—

 

□ a)  dazji doganali

□ b)  taxxa fuq il-valur miżjud

□ c)  dazji tas-sisa

□ d)  taxxa fuq dħul jew kapital

□ e)  taxxa fuq il-primjums tal-assigurazzjoni

□ f)  taxxi fuq wirt u donazzjoni

□ g)  taxxi u dazji nazzjonali fuq proprjetà immobbli, apparti dawk imsemmija hawn fuq

□ h)  taxxi u dazji nazzjonali fuq l-użu jew is-sjieda ta' mezzi tat-trasport

□ i)  taxxi u dazji oħra imposti minn jew f'isem l-Istat applikant

□ j)  taxxi u dazji imposti minn jew f'isem sottodiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tal-Istat applikant, esklużi taxxi u dazji imposti mill-awtoritajiet lokali

□ k)  taxxi u dazji imposti minn jew f'isem awtoritajiet lokali

□ l)  talba oħra bbażata fuq it-taxxa

□ m)  rifużjonijiet, interventi u miżuri oħra li jiffurmaw parti mis-sistema ta' finanzjar totali jew parzjali tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (l-FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR), inkluż ammonti li jridu jinġabru f'konnessjoni ma' dawn l-azzjonijiet, u imposti u dazji oħra li hu previst għalihom fl-organizzazzjoni komuni tas-suq għas-settur taz-zokkor

—  L-ammont tat-talba/talbiet ikkonċernata(i):

—

 

□  Ammont prinċipali:

□  Penali u multi amministrattivi:

□  Interessi sa [data]:

□  Spejjeż sa [data]

□  Tariffi għal ċertifikati u dokumenti simili maħruġin f'konnessjoni ma' proċeduri amministrattivi relatati mat-talba msemmija fil-punt [x]:

□  Ammont totali għal din/dawn it-talba/talbiet:

—  L-ammont imsemmi fil-punt [x] għandu jitħallas:

—

 

□  qabel:

□  fi żmien [numru] jiem wara d-data ta' din in-notifika

□  mingħajr aktar dewmien

—  Dan il-ħlas għandu jsir lil:

—

 

—  Isem id-detentur tal-kont bankarju:

—  In-Numru Internazzjonali tal-Kont tal-Bank (IBAN):

—  Il-Kodiċi ta' Identifikazzjoni Bankarja (BIC):

—  Isem tal-bank:

—  Ir-referenza biex tintuża għall-ħlas:

—  Id-destinatarju jista' jwieġeb għad-dokument(i) li huwa/huma hawnhekk notifikat(i).

—

 

□  L-aħħar ġurnata biex twieġeb:

□  Il-perjodu taż-żmien biex twieġeb:

—  Isem u indirizz l-awtorità li lilha tista' tintbagħat tweġiba:

—  Il-possibbiltà li tikkontesta:

—

 

□  Il-perjodu ta' kontestazzjoni tat-talba jew tad-dokument(i) notifikat(i) diġà skada.

□  L-aħħar ġurnata għall-kontestazzjoni tat-talba:

□  Il-perjodu taż-żmien biex tiġi kkontestata t-talba: [numru ta' ġranet] wara

□  id-data ta' din in-notifika.

□  l-istabbiliment tad-dokument(i) notifikat(i)

□  data oħra:

—  Isem u indirizz l-awtorità li lilha għandha tintbagħat il-kontestazzjoni:

—  Jekk jogħġbok innota li t-tilwimiet rigward talbiet, l-istrument li jippermetti l-infurzar jew kwalunkwe dokument ieħor li joriġina mill-awtoritajiet tal-Istat applikant (isem tal-Istat applikant), jaqgħu taħt il-kompetenza tal-korpi kompetenti tal-Istat applikant [isem tal-Istat applikant], skont □ l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2010/24/UE.

—  Tali tilwimiet huma rregolati mir-regoli proċedurali u mir-regoli dwar il-lingwa li japplikaw fl-Istat applikant (isem tal-Istat applikant).

—

 

□  Jekk jogħġbok innota li l-irkupru jista' jibda qabel tmiem il-perjodu li fiha t-talba tista' tiġi kkontestata.

—  Informazzjoni oħra:




ANNESS II

Strument uniformi li jippermetti l-infurzar tat-talbiet koperti □ mid-Direttiva 2010/24/UE  ( 3 ) ( 4 )

□    STRUMENT UNIFORMI LI JIPPERMETTI L-INFURZAR TAT-TALBIET KOPERTI □ MID-DIRETTIVA 2010/24/UE

—  Data tal-ħruġ:

—  Numru ta' referenza:

□    STRUMENT UNIFORMI RIVEDUT LI JIPPERMETTI L-INFURZAR TAT-TALBIET KOPERTI □ MID-DIRETTIVA 2010/24/UE

—  Data tal-ħruġ tal-istrument uniformi oriġinali:

—  Data tar-reviżjoni:

—  Raġuni għar-reviżjoni:

□  sentenza jew ordni ta' [isem tal-Qorti]ta' [data]

□  deċiżjoni amministrattiva ta' [data]

—  Numru ta' referenza:

Stat fejn inħareġ dan id-dokument: [Isem tal-Istat applikant]

□  Kull Stat Membru tal-UE jista' jitlob għajnuna ta' rkupru mingħand Stati Membri oħra għal talbiet mhux imħallsa msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/24/UE. Din id-Direttiva ġiet adottata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fis-16 ta' Marzu 2010 u għandha tiġi applikata fl-Istati Membri kollha tal-UE.

Miżuri ta' rkupru meħuda fl-Istat li rċieva t-talba huma bbażati fuq:

□  strument uniformi li jippermetti l-infurzar, skont □ l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2010/24/UE.

□  strument uniformi rivedut li jippermetti l-infurzar, skont □ l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2010/24/UE (biex jieħu kont tad-deċiżjoni tal-korp kompetenti msemmi fl-Artikolu 14(1) ta' dik id-Direttiva).

Dan id-dokument huwa l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar (inklużi l-miżuri kawtelatorji). Huwa jikkonċerna t-talba/talbiet imsemmija hawn taħt, li jibqa'/jibqgħu mhux imħallas/imħallsin fl-Istat applikant (isem tal-Istat applikant). L-istrument inizjali għall-infurzar ta' din/dawn it-talba/talbiet ġie notifikat sal-grad meħtieġ taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat applikant [isem tal-Istat Membru applikant].

Tilwimiet rigward it-talba/talbiet jaqgħu esklussivament fi ħdan il-kompetenza tal-korpi kompetenti tal-Istat applikant (isem tal-Istat Membru applikant), skont □ l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2010/24/UE. Kull tali azzjoni trid tinġieb quddiemhom skont ir-regoli proċedurali u dwar il-lingwa fis-seħħ fl-Istat applikant (isem tal-Istat applikant).

DESKRIZZJONI TAT-TALBA/TALBIET U TAL-PERSUNA(I) KKONĊERNATA(I)

Identifikazzjoni tat-talba/talbiet (numru)

1. Referenza:

2. In-natura tat-talba/talbiet ikkonċernata(i):

□ a)  dazji doganali

□ b)  taxxa fuq il-valur miżjud

□ c)  dazji tas-sisa

□ d)  taxxa fuq dħul jew kapital

□ e)  taxxa fuq il-primjums tal-assigurazzjoni

□ f)  taxxi fuq wirt u donazzjoni

□ g)  taxxi u dazji nazzjonali fuq proprjetà immobbli, apparti dawk imsemmija hawn fuq

□ h)  taxxi u dazji nazzjonali fuq l-użu jew is-sjieda ta' mezzi tat-trasport

□ i)  taxxi u dazji oħra imposti mill-Istat (applikant) jew f'ismu

□ j)  taxxi u dazji imposti mis-sottodiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tal-Istat (applikant) jew f'isimhom, esklużi taxxi u dazji imposti mill-awtoritajiet lokali

□ k)  taxxi u dazji imposti mill-awtoritajiet lokali jew f'isimhom

□ l)  talba oħra bbażata fuq it-taxxa

□ m)  rifużjonijiet, interventi u miżuri oħra li jiffurmaw parti mis-sistema ta' finanzjar totali jew parzjali tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (l-FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR), inkluż ammonti li jridu jinġabru f'konnessjoni ma' dawn l-azzjonijiet, u imposti u dazji oħra li hu previst għalihom fl-organizzazzjoni komuni tas-suq għas-settur taz-zokkor

3. Isem tat-taxxa/dazju kkonċernat(a):

4. Il-perjodu jew id-data kkonċernata:

5. Id-data tal-istabbiliment tat-talba:

6. Id-data li fiha l-infurzar isir possibbli:

7. L-ammont tat-talba li għadu dovut:

□  l-ammont prinċipali:

□  penali u multi amministrattivi:

□  interessi sad-data qabel il-jum li fih tintbagħat it-talba:

□  spejjeż sad-data qabel il-jum li fih tintbagħat it-talba:

□  tariffi għal ċertifikati u dokumenti simili maħruġin f'konnessjoni ma' proċeduri amministrattivi relatati mat-taxxa/dazju kkonċernat(a):

□ l-ammont totali ta' din it-talba:

8. Data tan-notifika tal-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fl-Istat applikant: (isem tal-Istat applikant)

□  Data:

□  Ma hemm l-ebda data disponibbli

9. L-uffiċċju responsabbli għall-evalwazzjoni tat-talba:

— Isem:

—  Indirizz:

—  Dettalji oħra ta' kuntatt:

—  Lingwa(i) li biha/bihom dan l-uffiċċju jista' jiġi kkuntattjat:

10. Aktar tagħrif dwar it-talba jew il-possibiltajiet ta' kontestazzjoni tal-obbligu tal-ħlas jista' jinkiseb:

□  mill-uffiċċju msemmi hawn fuq

□  mill-uffiċċju responsabbli għall-Istrument uniformi li jippermetti l-infurzar:

—  Isem:

—  Indirizz:

—  Dettalji oħra ta' kuntatt:

—  Lingwa(i) li biha/bihom dan l-uffiċċju jista' jiġi kkuntattjat:

Identifikazzjoni tal-persuna(i) kkonċernata(i) fl-istrument(i) nazzjonali li jippermetti(u) l-infurzar

a) Din il-persuna hija msemmija fl-istrument(i) nazzjonali li jippermetti(u) l-infurzar

□ persuna fiżika

□ et al

— Isem

—  Indirizz (magħruf jew maħsub)

—  Dejta oħra rilevanti għall-identifikazzjoni tad-destinatarju

□ Rappreżentant legali

— Isem

—  Indirizz (magħruf jew maħsub)

—  Dejta oħra rilevanti għall-identifikazzjoni tad-destinatarju

Kawża tal-imputabilità:

□  id-debitur prinċipali

□  kodebitur

□  persuna oħra apparti d-debitur (u l-kodebitur), responsabbli għall-ħlas tat-taxxi, dazji u miżuri oħra, jew għal talbiet oħra relatati ma' dawn it-taxxi, dazji u miżuri oħra, skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat applikant

b)  il-persuna(i) li ġejja(in) hija/huma msemmija(in) ukoll fl-istrument(i) nazzjonali li jippermetti(u) l-infurzar:

□ persuna fiżika

□ et al

—  Isem:

—  Indirizz (magħruf jew maħsub):

—  Dejta oħra rilevanti għall-identifikazzjoni tad-destinatarju:

□ Rappreżentant legali

—  Isem:

—  Indirizz (magħruf jew maħsub):

—  Dejta oħra rilevanti għall-identifikazzjoni tad-destinatarju:

Kawża tal-imputabilità:

□  id-debitur prinċipali

□  kodebitur

□  persuna oħra apparti d-debitur (u l-kodebitur), responsabbli għall-ħlas tat-taxxi, dazji u miżuri oħra, jew għal talbiet oħra relatati ma' dawn it-taxxi, dazji u miżuri oħra, skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat applikant

Informazzjoni oħra

L-ammont totali globali tat-talba/talbiet

— fil-munita tal-Istat applikant:

— fil-munita tal-Istat li rċieva t-talba:

— f'EUR:

▼M1




ANNESS III

Dikjarazzjoni li tispeċifika r-raġunijiet u ċ-ċirkostanzi għal talba għal miżuri kawtelatorji



Isem il-lingwa(i) ta' dan id-dokument

Dikjarazzjoni li tispeċifika r-raġunijiet u ċ-ċirkostanzi għal talba għal miżuri kawtelatorji (1) (2)

abbażi ta':

L-Artikolu 16 tad-Direttiva 2010/24/UE

…

(1)   L-elementi bil-korsiv mhumiex obbligatorji. Huwa ssuġġerit li jitneħħew is-subsezzjonijiet li mhumiex magħżulin.

(2)   Fejn din il-formola tiġi trażmessa b'mezzi elettroniċi, l-istruttura u t-tqassim tagħha jistgħu jiġu adattati għall-ħtiġijiet u għall-possibiltajiet tas-sistema ta' komunikazzjoni elettronika, sakemm is-sett tad-dejta u l-informazzjoni li jkun hemm fiha ma jinbidlux sostanzjalment.



Din id-dikjarazzjoni hija marbuta mat-talba għal miżuri kawtelatorji

Bir-referenza li ġejja:

Ref. …

mibgħuta mill-Istat applikant li ġej:

 

għall-Istat li rċieva t-talba li ġej:

 

Hija prevista l-informazzjoni li ġejja dwar ir-raġunijiet u ċ-ċirkostanzi speċifiċi għal din it-talba:



1.  Informazzjoni ġenerali

 

1.1.  It-talba/talbiet huma s-suġġett ta' strument li jippermetti l-infurzar fl-Istat applikant li huwa kkontestat.

 

1.2.  It-talba/talbiet huma s-suġġett ta' strument li jippermetti l-infurzar fl-Istat applikant li mhuwiex ikkontestat.

 

1.3.  It-talba/talbiet għadhom mhumiex is-suġġett ta' strument li jippermetti l-infurzar fl-Istat applikant.

 

1.4.  It-talba/talbiet mhumiex ikkontestati.

 

1.5.  It-talba/talbiet ma jistgħux jiġu aktar ikkontestati b'appell amministrattiv/b'appell quddiem il-qrati.

 

1.6.  It-talba/talbiet huma kkontestati imma l-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat tal-awtorità applikanti jippermettu li jittieħdu miżuri kawtelatorji.



2.  Dokumenti u/jew raġunijiet ġustifikatorji

 

2.1.  Din it-talba hija akkumpanjata minn strument uniformi li jippermetti l-irkupru fl-Istat li rċieva t-talba.

Nota: dan l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat li rċieva t-talba jippermetti wkoll lill-Istat li rċieva t-talba jieħu miżuri kawtelatorji (għal talbiet ibbażati fuq id-Direttiva 2010/24/UE: ara t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) ta' dik id-Direttiva).

 

2.2.  Din ir-rikjesta hija bbażata fuq deċiżjoni amministrattiva (mehmuża) li tippermetti li jittieħdu miżuri kawtelatorji fl-Istat applikant, li fiha hemm l-evalwazzjoni li ġejja:

 

 

2.2.1.  Evalwazzjoni amministrattiva fuq il-bżonn li jittieħdu miżuri kawtelatorji vvalutata minn:

 

 

l-isem tal-awtorità:

 

 

 

l-indirizz tal-awtorità:

 

 

 

id-data ta' din id-deċiżjoni:

JJ/XX/SSSS

 

 

dettalji tal-persuna ta' kuntatt:

 

 

 

2.2.2.  Ċirkostanzi

 

 

 

L-istrument li jippermetti l-infurzar huwa kkontestat.

 

 

 

It-talba/talbiet għadhom mhumiex is-suġġett ta' strument li jippermetti l-infurzar.

 

 

 

Il-kontestazzjoni tat-talba/talbiet min-naħa tad-debitur diġà ġiet miċħuda fl-ewwel istanza, iżda din id-deċiżjoni mhijiex finali.

 

 

2.2.3.  Din l-awtorità ppermettiet li jittieħdu miżuri kawtelatorji fl-Istat applikant skont il-liġi nazzjonali, fid-data li ġejja:

JJ/XX/SSSS

 

 

2.2.4.  Il-miżuri kawtelatorji huma kkunsidrati bħala ġustifikati għar-raġunijiet li ġejjin, li juri l-urġenza u r-riskju li l-kollezzjoni u l-irkupru jistgħu jiġu ostakolati jew mfixklin b'mod qawwi.

 

 

 

ammont għoli (stmat) tad-dejn (mistenni)/debitu sinifikanti

 

 

 

suspett ta' frodi

 

 

 

Il-persuna/persuni kkonċernati jippjanaw l-insolvenza

 

 

 

ristrutturazzjoni tal-assijiet

 

 

 

trasferiment ta' proprjetà

 

 

 

tentattiv sabiex jaħbu/jgħattu/jiddissipaw l-assijiet

 

 

 

ġestjoni traskurata tan-negozju

 

 

 

tibdil frekwenti ta' residenza

 

 

 

rilokazzjoni ta' proprjetà f'pajjiżi barranin

 

 

 

id-debitur mhuwiex qiegħed jirrispetta l-ftehimiet preċedenti dwar il-ħlas

 

 

 

elementi/raġunijiet oħra: …

 

 

Spjegazzjoni qasira (aħjar issir): …

 

2.3.  Din it-talba hija bbażata fuq konferma ġudizzjarja (mehmuża) li l-miżuri kawtelatorji huma ġustifikati:

 

 

2.3.1.  Evalwazzjoni ġudizzjarja fuq il-bżonn li jittieħdu miżuri kawtelatorji vvalutata minn:

 

 

l-isem tal-qorti:

 

 

 

l-indirizz tal-qorti:

 

 

 

id-data tad-deċiżjoni:

JJ/XX/SSSS

 

 

(Dettalji tal-persuna ta' kuntatt)

 

 

 

2.3.2.  Il-Qorti ddeċidiet:

 

 

 

fuq it-talba unilaterali tal-awtoritajiet tat-taxxa

 

 

 

wara l-kontestazzjoni tat-talba min-naħa tad-debitur, ta' persuna oħra responsabbli jew ta' persuna oħra soġġetta għall-miżuri kawtelatorji

 

 

2.3.3.  Din il-Qorti ppermettiet li jittieħdu miżuri kawtelatorji fl-Istat applikant skont il-liġi nazzjonali tiegħu, fid-data li ġejja:

JJ/XX/SSSS

 

2.4.  Din it-talba għal miżuri kawtelatorji hija bbażata fuq ir-raġunijiet deskritti fid-dokument(i) mehmuż(a).

 

2.5.  Il-miżuri kawtelatorji huma kkunsidrati bħala ġustifikati għar-raġunijiet li ġejjin, li juri l-urġenza u r-riskju li l-kollezzjoni u l-irkupru jistgħu jiġu ostakolati jew mfixklin b'mod qawwi.

 

 

Ammont għoli (stmat) tad-dejn (mistenni)/livelli sinifikanti ta' dejn

 

 

Suspett ta' frodi

 

 

Il-persuna/persuni kkonċernati jippjanaw l-insolvenza

 

 

ristrutturazzjoni tal-assijiet

 

 

trasferiment ta' proprjetà

 

 

tentattiv sabiex jaħbu/jgħattu/jiddissipaw l-assijiet

 

 

ġestjoni traskurata tan-negozju

 

 

tibdil frekwenti ta' residenza

 

 

rilokazzjoni ta' proprjetà f'pajjiżi barranin

 

 

id-debitur mhuwiex qiegħed jirrispetta l-ftehimiet preċedenti dwar il-ħlas

 

 

elementi/raġunijiet oħra: …

 

 

Spjegazzjoni qasira (aħjar issir): …



3.  Informazzjoni oħra

 

3.1.  L-awtoritajiet tal-Istat li rċieva t-talba huma mitlubin biex ma jinfurmawx lid-debitur jew persuni oħra kkonċernati qabel il-bidu tal-miżuri kawtelatorji.

 

3.2.  Informazzjoni oħra: …



( 1 ) L-elementi bil-korsiv mhumiex obbligatorji.

( 2 ) Fejn din il-formola tiġi trażmessa b'mezzi elettroniċi, l-istruttura u t-tqassim tagħha jistgħu jiġu adattati għall-ħtiġijiet tas-sistema ta' komunikazzjoni elettronika, sakemm is-sett tad-dejta u l-informazzjoni li hemm fiha ma jinbidlux sostanzjalment.

( 3 ) L-elementi bil-korsiv mhumiex obbligatorji.

( 4 ) Fejn din il-formola tiġi trażmessa b'mezzi elettroniċi, l-istruttura u t-tqassim tagħha jistgħu jiġu adattati għall-ħtiġijiet u għall-possibiltajiet tas-sistema ta' komunikazzjoni elettronika, sakemm is-sett tad-dejta u l-informazzjoni li jkun hemm fiha ma jinbidlux sostanzjalment.