31.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/22


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8907 — Aperam/VDM)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 395/06)

1.   

Fit-23 ta' Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Aperam S.A. (“Aperam”, il-Lussemburgu); kif ukoll

—

VDM Metals Holding GmbH (“VDM”, il-Ġermanja).

Aperam takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ VDM kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Aperam hija attur dinji fl-azzar inossidabbli, elettriku u ta’ speċjalità u hija wkoll attiva fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ ligi tan-nikil u materjali tar-reżistenza għall-korrużjoni.

—

VDM hija produttur dinji ta’ materjali ta’ prestazzjoni għolja li jikkonsistu f’nikil u ligi tan-nikil, azzar inossidabbli speċjali, żirkonju u ligi bbażati fuq il-kobalt.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8907 — Aperam/VDM

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).