|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/154 |
26.1.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/154
tat-23 ta’ Jannar 2026
dwar l-awtorizzazzjoni tat-tafal sepjolitiku bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr ir-ruminanti għall-produzzjoni tal-ħalib jew għar-riproduzzjoni, il-ħnienes miftuma tal-ispeċijiet porċini, l-ispeċijiet porċini għat-tismin, is-salmonidi u t-tiġieġ għat-tismin u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/263 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni tat-tafal sepjolitiku bħala addittiv tal-għalf għas-salmonidi u għat-tiġieġ għat-tismin
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Is-sustanza tafal sepjolitiku ġiet awtorizzata għal perjodu ta’ 10 snin bħala addittiv tal-għalf għar-ruminanti tal-ħalib, għas-Suidae miftuma u għat-tismin, għas-salmonidi u għat-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/263 (3). |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tat-tafal sepjolitiku bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr ir-ruminanti tal-ħalib, is-Suidae miftuma u għat-tismin, is-salmonidi u t-tiġieġ għat-tismin, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi teknoloġiċi” u fil-gruppi funzjonali “leganti” u “antiagglomeranti”. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-modifika tat-termini tal-awtorizzazzjoni tat-tafal sepjolitiku kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/263 fir-rigward tal-użu għas-salmonidi u għat-tiġieġ għat-tismin. Il-modifika tikkonċerna żieda tal-kontenut massimu għal 20 000 mg għal kull kg ta’ għalf komplet, minflok il-livelli awtorizzati bħalissa ta’ 17 600 mg/kg għas-salmonidi u 10 000 mg/kg għat-tiġieġ għat-tismin. Ġiet ipprovduta data supplimentari biex turi li l-addittiv jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni fil-livell propost. Dik il-modifika għandha titqies fil-kuntest tal-evalwazzjoni mill-ġdid tas-sustanza. |
|
(5) |
Fl-opinjoni tagħha tal-20 ta’ Marzu 2025 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-użu tat-tafal sepjolitiku fil-livell ta’ 20 000 mg/kg ta’ għalf komplet huwa sikur għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, għall-konsumaturi u għall-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv ma jitqiesx bħala irritanti tal-għajnejn jew tal-ġilda. Madankollu, tqies bħala sensitizzatur respiratorju u tal-ġilda. Minħabba l-potenzjal tiegħu li jarmi t-trab u l-kontenut tiegħu ta’ siliċe, l-addittiv tqies li joħloq riskju mill-inalazzjoni. L-awtorità kkonkludiet li l-addittiv huwa effikaċi bħala legant u antiagglomerant fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti. Hija ma qisitx li hemm il-ħtieġa ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-kummerċjalizzazzjoni. |
|
(6) |
Il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 kien tal-fehma li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li ntlaħqu f’valutazzjoni preċedenti dwar applikazzjoni oħra għall-awtorizzazzjoni tal-istess addittiv u vverifikati mill-Awtorità fl-opinjoni tagħha tal-4 ta’ Mejju 2022 (5) huma validi u applikabbli għall-applikazzjoni attwali. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 5(4), il-punt (a), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (6), mhuwiex meħtieġ rapport ta’ evalwazzjoni tal-Laboratorju ta’ Referenza. |
|
(7) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li t-tafal sepjolitiku jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dak l-addittiv jiġi awtorizzat għall-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr ir-ruminanti għall-produzzjoni tal-ħalib jew għar-riproduzzjoni, il-ħnienes miftuma tal-ispeċijiet porċini, l-ispeċijiet porċini għat-tismin, is-salmonidi u t-tiġieġ għat-tismin. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti avversi fuq saħħet l-utenti tal-addittiv. |
|
(8) |
Barra minn hekk, fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-awtorizzazzjoni tat-tafal sepjolitiku tkun għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jekk jiġu mmodifikati t-termini tagħha fir-rigward tal-użu għas-salmonidi u għat-tiġieġ għat-tismin, billi jiżdied il-kontenut massimu għal 20 000 mg għal kull kg ta’ għalf komplet. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/263 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(9) |
Billi l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tat-tafal sepjolitiku għas-salmonidi u għat-tiġieġ għat-tismin mhijiex meħtieġa minħabba raġunijiet ta’ sikurezza, jixraq li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-awtorizzazzjoni kkonċernata. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanza speċifikata fl-Anness I, li tagħmel parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-gruppi funzjonali “leganti” u “antiagglomeranti”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/263
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/263 huwa sostitwit bl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Miżuri tranżizzjonali
1. Is-sustanza tafal sepjolitiku, kif awtorizzata mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/263, u l-premixxeli li fihom din is-sustanza, li huma maħsuba għas-salmonidi u għat-tiġieġ għat-tismin, u li huma prodotti u ttikkettati qabel il-15 ta’ Awwissu 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-15 ta’ Frar 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanza msemmija fil-paragrafu 1, li huma maħsuba għas-salmonidi u għat-tiġieġ għat-tismin, u li huma prodotti u ttikkettati qabel il-15 ta’ Frar 2027 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-15 ta’ Frar 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda adittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1970/524/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/263 tas-7 ta’ Frar 2023 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tat-tafal sepjolitiku bħala addittiv fl-għalf għar-ruminanti tal-ħalib, Suidae miftuma u għat-tismin, salmonidi u tiġieġ għat-tismin (ĠU L 37, 8.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/263/oj).
(4) EFSA Journal. 2025;23:e9365. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9365.
(5) EFSA Journal 2022;20(5):7344. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2022.7344.
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/378/oj).
ANNESS Ι
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Isem l-addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||
|
mg ta’ addittiv/kg tal-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: leganti |
||||||||||||||||
|
1g563 |
Tafal sepjolitiku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Silikat tal-manjeżju idratat ta’ oriġini sedimentarja, li fih ≥ 40 % sepjolit u ≥ 25 % illit. Forma ta’ trab. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Sepjolit (silikat tal-manjeżju idruż): ≥ 40 % Numru CAS: 63800-37-3 Numru EINECS: 264-465-3 Formula kimika: Mg4Si6O15(OH)2·6H2O. Illit (potassju u silikat tal-aluminju u l-ħadid): ≥ 25 % Numru CAS: 12173-60-3 Numru EINECS: 601-803-4 Formula kimika: (K,H3O)(Al,Mg,Fe)2(Si,Al)4O10[(OH)2·(H2O)] Karbonati (dolomit, kalċju u karbonat tal-manjeżju): ≤ 35 % Mingħajr asbestos (1) Impuritajiet: Nikil ≤ 20,3 mg/kg Metodu analitiku (2) Għall-karatterizzazzjoni tal-addittiv tal-għalf:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr ir-ruminanti għall-produzzjoni tal-ħalib jew għar-riproduzzjoni, il-ħnienes miftuma tal-ispeċijiet porċini, l-ispeċijiet porċini għat-tismin, is-salmonidi u t-tiġieġa għat-tismin |
|
— |
20 000 |
|
Il-15 ta’ Frar 2036 |

Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: antiagglomeranti |
||||||||||||||||
|
1g563 |
Tafal sepjolitiku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Silikat tal-manjeżju idratat ta’ oriġini sedimentarja, li fih ≥ 40 % sepjolit u ≥ 25 % illit. Forma ta’ trab. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Sepjolit (silikat tal-manjeżju idruż): ≥ 40 % Numru CAS: 63800-37-3 Numru EINECS: 264-465-3 Formula kimika: Mg4Si6O15(OH)2·6H2O. Illit (potassju u silikat tal-aluminju u l-ħadid): ≥ 25 % Numru CAS: 12173-60-3 Numru EINECS: 601-803-4 Formula kimika: (K,H3O)(Al,Mg,Fe)2(Si,Al)4O10[(OH)2·(H2O)] Karbonati (dolomit, kalċju u karbonat tal-manjeżju): ≤ 35 % Mingħajr asbestos (3) Impuritajiet: Nikil ≤ 20,3 mg/kg Metodu analitiku (4) Għall-karatterizzazzjoni tal-addittiv tal-għalf:

(1) Il-metodi użati kienu: Diffrazzjoni tar-raġġi X u mikroskopija tal-iskennjar tal-elettroni (SEM, Scanning electron microscopy) b’Analiżi tar-Raġġi X bid-Dispersjoni tal-Enerġija (EDAX, Energy Dispersive X-Ray Analysis) puntwali.
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(3) Il-metodi użati kienu: Diffrazzjoni tar-raġġi X u mikroskopija tal-iskennjar tal-elettroni (SEM, Scanning electron microscopy) b’Analiżi tar-Raġġi X bid-Dispersjoni tal-Enerġija (EDAX, Energy Dispersive X-Ray Analysis) puntwali.
(4) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
ANNESS II
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Isem l-addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||
|
mg ta’ addittiv/kg tal-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: leganti |
||||||||||||||||||||||||||
|
1g563 |
Tafal sepjolitiku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Silikat tal-manjeżju idratat ta’ oriġini sedimentarja, li fih ≥ 40 % sepjolit u ≥ 25 % illit. Forma ta’ trab. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Sepjolit (silikat tal-manjeżju idruż): ≥ 40 % Numru CAS: 63800-37-3 Numru EINECS: 264-465-3 Formula kimika: Mg4Si6O15(OH)2·6H2O. Illit (potassju u silikat tal-aluminju u l-ħadid): ≥ 25 % Numru CAS: 12173-60-3 Numru EINECS: 601-803-4 Formula kimika: (K,H3O)(Al,Mg,Fe)2(Si,Al)4O10[(OH)2·(H2O)] Karbonati (dolomit, kalċju u karbonat tal-manjeżju): ≤ 35 % Mingħajr asbestos (1) Impuritajiet: Nikil ≤ 20,3 mg/kg Metodu analitiku (2) Għall-karatterizzazzjoni tal-addittiv tal-għalf:
|
|
|
— |
20 000 |
|
It-28 ta’ Frar 2033 |
||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Isem l-addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||
|
mg ta’ addittiv/kg tal-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: antiagglomeranti |
||||||||||||||||||||||||||
|
1g563 |
Tafal sepjolitiku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Silikat tal-manjeżju idratat ta’ oriġini sedimentarja, li fih ≥ 40 % sepjolit u ≥ 25 % illit. Forma ta’ trab. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Sepjolit (silikat tal-manjeżju idruż): ≥ 40 % Numru CAS: 63800-37-3 Numru EINECS: 264-465-3 Formula kimika: Mg4Si6O15(OH)2·6H2O. Illit (potassju u silikat tal-aluminju u l-ħadid): ≥ 25 % Numru CAS: 12173-60-3 Numru EINECS: 601-803-4 Formula kimika: (K,H3O)(Al,Mg,Fe)2(Si,Al)4O10[(OH)2·(H2O)] Karbonati (dolomit, kalċju u karbonat tal-manjeżju): ≤ 35 % Mingħajr asbestos (3) Impuritajiet: Nikil ≤ 20,3 mg/kg Metodu analitiku (4) Għall-karatterizzazzjoni tal-addittiv tal-għalf:
|
|
|
- |
20 000 |
|
It-28 ta’ Frar 2033 |
||||||||||||||||||
(1) Il-metodi użati kienu: Diffrazzjoni tar-raġġi X u mikroskopija tal-iskennjar tal-elettroni (SEM, Scanning electron microscopy) b’Analiżi tar-Raġġi X bid-Dispersjoni tal-Enerġija (EDAX, Energy Dispersive X-Ray Analysis) puntwali.
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
(3) Il-metodi użati kienu: Diffrazzjoni tar-raġġi X u mikroskopija tal-iskennjar tal-elettroni (SEM, Scanning electron microscopy) b’Analiżi tar-Raġġi X bid-Dispersjoni tal-Enerġija (EDAX, Energy Dispersive X-Ray Analysis) puntwali.
(4) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/154/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)